Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0545

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li timmodifika d-Deċiżjoni tal-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill,dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa fuq in-naħa l-oħra, dwar "Il-Prinċipji Miftiehma tal-Immodernizzar tas-Sistema Eżistenti tal-Użu tar-Rotot Trans-Siberjani", u dwar l-istabbiliment ta' Mekkaniżmu ta' Ekwalizzazzjoni mill-Istati Membri

/* KUMM/2011/0545 finali - 2011/0236 (NLE) */

52011PC0545

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li timmodifika d-Deċiżjoni tal-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill,dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa fuq in-naħa l-oħra, dwar "Il-Prinċipji Miftiehma tal-Immodernizzar tas-Sistema Eżistenti tal-Użu tar-Rotot Trans-Siberjani", u dwar l-istabbiliment ta' Mekkaniżmu ta' Ekwalizzazzjoni mill-Istati Membri /* KUMM/2011/0545 finali - 2011/0236 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Fl-24 ta' Novembru 2006, is-Sur Barrot, il-Viċi-President tal-Kummissjoni u s-Sur Levitin, il-Ministru tat-Trasport għall-Federazzjoni Russa, inizjalaw Ftehim ("Prinċipji Miftiehma tal-Immodernizzar tas-sistema eżistenti tal-użu tar-rotot Trans-Siberjani"). Fis-7 ta' Mejju 2007, il-Kunsill endorsja dan il-ftehim formalment u approva l-iffirmar tiegħu fil-forma ta' Skambju ta' Ittri (id-Deċiżjoni tal-Kunsill CS/2007/08202). Madankollu, minkejja l-impenn preċedenti tagħha, il-Federazzjoni Russa għadha ma ffirmatx il-Ftehim. Il-Kummissjoni ilha dawn l-aħħar snin tindirizza b'mod kontinwi din l-il-kwistjoni mal-Federazzjoni Russa u issa qablu biex dan il-ftehim jiġi ffirmat formalment fix-xhur li ġejjin. Minħabba d-dewmien importanti, fil-passat kien hemm żewġ dati ta' implimentazzjoni tal-Ftehim tal-2006. Sabiex tirrettifika din is-sitwazzjoni, il-Kummissjoni pproponiet lill-Federazzjoni Russa biex qabel ma eventwalment jiġi ffirmat il-Ftehim, tadatta dawn id-dati. L-ebda bidla oħra ma għandha ssir fil-bqija tal-Ftehim. |

Il-kuntest ġenerali Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat fiż-żmien xieraq u fi kwalunkwe każ qabel l-adeżjoni li jmiss tar-Russja mad-WTO. B'mod aktar preċiż, l-iffirmar għandu jseħħ mhux aktar tard minn meta tkun tlestiet il-ħidma teknika tar-Rapport tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-adeżjoni mad-WTO u qabel tittieħed id-deċiżjoni dwar l-adeżjoni tar-Russja fil-Kunsill Ġenerali tad-WTO. |

Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill CS/2007/08202. |

Il-konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra tal-Unjoni Il-ftehim isolvi l-kwistjoni tal-ħlasijiet għal titjiriet li jgħaddu minn fuq is-Siberja mitluba mill-Federazzjoni Russa lit-trasportaturi tal-UE għal titjiriet li jgħaddu minn fuq it-territorju Russu li għadha ostaklu sinifikanti fir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja. Il-ħlasijiet huma xkiel għan-negozju bejn l-UE u r-Russja u għandhom jiġu solvuti qabel l-adeżjoni tar-Russja mad-WTO. Il-ftehim se jsaħħaħ il-kooperazzjoni tat-trasport fil-qafas tal-Ispazju Ekonomiku Komuni bejn l-UE u r-Russja. |

IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TAL-IMPATT |

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

Il-metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi prinċipali fil-mira u l-profil ġenerali ta' min wieġeb L-adattament propost tad-dati jirrappreżenta bidla żgħira mingħajr l-ebda implikazzjoni dwar is-sustanza tad-Deċiżjoni tal-Kunsill oriġinali. Madankollu, il-Kummissjoni ddiskutiet din il-kwistjoni mar-rappreżentanti tal-industrija tal-linji tal-ajru u tal-Istati Membri. |

Is-sommarju tar-risposti u kif ġew ikkunsidrati Ir-rappreżentanti tal-industrija tal-linji tal-ajru u tal-Istati Membri jaqblu mal-proposta tal-Kummissjoni. |

Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert |

Ma kienx hemm il-ħtieġa ta’ esperti esterni. |

Il-valutazzjoni tal-impatt L-iffirmar tal-Ftehim se jtejjeb b’mod sinifikanti s-sitwazzjoni kompettitiva tat-trasportaturi tal-UE fuq rotot lejn destinazzjonijiet bejn l-UE u l-Asja, speċjalment il-Ġappun, iċ-Ċina, Ħong Kong u l-Korea t'Isfel permezz tat-tnaqqis gradwali ta' ħlasijiet fil-perjodu ta' tranżizzjoni u t-tneħħija tal-ħlasijiet mill-2014 'il quddiem. Mingħajr Ftehim bħal dan, it-trasportaturi tal-UE jkollhom ikomplu jħallsu għad-dritt li jwettqu tranżitu fil-Federazzjoni Russa li jkun ifisser aktar spejjeż u anqas kompetittività għal-linji tal-ajru. L-adattament fid-dati kif propost huwa neċessarju għall-iffirmar tal-Ftehim. |

L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

Is-sommarju tal-azzjoni proposta Is-sostituzzjoni tad-dati ta' implimentazzjoni li jokkorru fil-passat bi "Mill-ewwel jum tax-xahar wara l-iffirmar tal-Prinċipji Miftiehma, (…)". |

Il-bażi legali L-Artikolu 100(2) tat-TFUE, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(5) tat-TFUE. |

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Mhux applikabbli. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Mhux applikabbli. |

L-għażla tal-istrumenti |

Għall-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' ftehim internazzjonali, m'huwa disponibbli l-ebda strument ieħor. |

L-IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-UE. |

2011/0236 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li timmodifika d-Deċiżjoni tal-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa fuq in-naħa l-oħra, dwar "Il-Prinċipji Miftiehma tal-Immodernizzar tas-Sistema Eżistenti tal-Użu tar-Rotot Trans-Siberjani", u dwar l-istabbiliment ta' Mekkaniżmu ta' Ekwalizzazzjoni mill-Istati Membri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FIL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(5),

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

1. Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill CS/2007/08202 tas-7 ta' Mejju 2007 (id-"Deċiżjoni tal-Kunsill"), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-"Prinċipji Miftiehma tal-immodernizzar tas-sistema eżistenti tal-użu tar-rotot Trans-Siberjani" (minn issa 'l quddiem, “il-Ftehim”) għas-soluzzjoni tal-kwistjoni tal-ħlasijiet għal titjiriet li jgħaddu minn fuq is-Siberja. Dan għandu jsir permezz ta' skambju ta' ittri.

2. Minħabba dewmien mhux previst fl-iffirmar tal-Ftehim, il-Kummissjon u l-Federazzjoni Russa qablu li jadattaw ċerti dati ta' implimentazzjoni tal-Ftehim qabel ma jiġi ffirmat.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill għandu jitħassar kompletament u jinbidel b'dan li-ġej:

'Sa meta jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jkun applikat fuq bażi provviżorja mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha, skont il-liġijiet nazzjonali applikabbli, mid-data tal-iffirmar tal-Ftehim.

Artikolu 2

L-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill huwa emendat kif ġej:

1. It-tieni paragrafu tal-Parti A ("Ittra mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha") għandu jitħassar kompletament u jinbidel b'dan li ġej:

'Għandna l-unur nissuġġerixxu li, malli jiġi kkonfermat li inti taċċetta, din l-ittra u l-appendiċi tagħha flimkien jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra. Il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament miż-żewġ naħat, skont l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali, mid-data tal-iffirmar tiegħu u għandu jidħol fis-seħħ 10 ijiem wara l-wasla tal-aktar nota tard fi skambju ta' noti diplomatiċi bejn il-Partijiet li jikkonfermaw li jkunu tlestew il-proċeduri kollha neċessarji biex dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ.

Il-Parti B ("Ittra mill-Federazzjoni Russa") għandha tiġi emendata skont dan.

2. Il-kliem "Mill-1 ta' Jannar 2010" fl-ewwel sentenza tal-Artikolu III.2, tal-Appendiċi 1 għall-Parti A ("Il-Prinċipji Miftiehma tal-Immodernizzar tas-Sistema Eżistenti tal-Użu tar-rotot Trans-Siberjani") għandu jitħassar u jinbidel bil-kliem "Mill-ewwel jum tax-xahar wara l-iffirmar ta' dawn il-Prinċipji Miftiehma".

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

Top