This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0518
Proposal for a COUNCIL REGULATION establishing a Community system for registration of carriers of radioactive materials
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi
/* KUMM/2011/0518 finali - 2011/0225 (NLE) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi /* KUMM/2011/0518 finali - 2011/0225 (NLE) */
MEMORANDAM TA' SPJEGAZZJONI
1.
ĠUSTIFIKAZZJONI U GĦAN
Fil-livell Ewropew, it-trasportaturi ta’
materjali radjuattivi huma koperti mil-leġiżlazzjoni tat-trasport
taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u
l-leġiżlazzjoni tal-aspetti speċifiċi għar-radjazzjoni
inkluża l-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku
ġenerali taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea
tal-Enerġija Atomika (Euratom). Il-leġiżlazzjoni tat-TFUE ġiet
issimplifikata bid-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern
ta’ oġġetti perikolużi bil-kombinazzjoni tal-modi kollha
tat-trasport intern. Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom
tat-13 ta’ Mejju 1996 tistabbilixxi l-istandards tas-sigurtà [sikurezza]
bażiċi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u
tal-pubbliku ġenerali minn perikli li joriġinaw mir-radjazzjoni
jonizzanti. Skont l-Artikolu 30 tat-Trattat, dawn l-istandards
bażiċi jfissru: (a)
dożi massimi permissibbli kompatibbli ma’
sikurezza adegwata; (b)
livelli massimi permissibbli ta’ esponiment u
kontaminazzjoni; (c)
il-prinċipji fundamentali li jirregolaw
is-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema. L-Istati Membri, skont l-Artikolu 33,
għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet xierqa sabiex jiżguraw
il-konformità mal-istandards bażiċi. Għal raġunijiet ta’ protezzjoni
tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali u sabiex
ix-xogħol tagħhom jiġi ffukat aħjar, l-awtoritajiet
tal-Istati Membri jeħtieġ li jkunu jafu liema persuni,
organizzazzjonijiet jew intrapriżi jridu jikkontrollaw. Għal dan
il-għan, l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva jesiġu li l-Istati
Membri jissottomettu ċerti prattiki li jinvolvu periklu minn radjazzjoni
jonizzanti għal sistema ta’ rappurtar (notifika) u awtorizzazzjoni jew
projbizzjoni minn qabel ta’ ċerti prattiki. Id-Direttiva 96/29/Euratom tapplika
għall-prattiki kollha li jinvolvu riskju minn radjazzjoni jonizzanti li
tkun ġejja minn sors artifiċjali jew minn sors ta’ radjazzjoni
naturali, inkluż it-trasport. Peress li t-trasport huwa l-unika prattika
"mobbli", u meta titqies in-natura transkonfinali spissa ta’
operazzjonijiet tat-trasport, trasportatur jista’ jkollu jsegwi dawn
il-proċeduri ta’ rappurtar u awtorizzazzjoni f’diversi Stati Membri. Barra
minn hekk, l-Istati Membri implimentaw dawn il-proċeduri f’sistemi
differenti, biex b’hekk żiedu l-kumplessità ta’ operazzjonijiet
tat-trasport bħal dawn. Is-sostituzzjoni ta’ dawn il-proċeduri
ta’ rappurtar u awtorizzazzjoni nazzjonali b’sistema ta’ reġistrazzjoni
unika għall-prattika tat-trasport ser tikkontribwixxi għaldaqstant
għas-simplifikazzjoni tal-proċedura, għat-tnaqqis tal-piż
amministrattiv, għat-tneħħija ta’ ostakli għad-dħul,
filwaqt li l-livelli għoljin ta’ protezzjoni mir-radjazzjoni
jinżammu. Dan ir-Regolament jissostitwixxi s-sistemi ta’
rappurtar u awtorizzazzjoni fl-Istati Membri bl-implimentazzjoni tad-Direttiva
tal-Kunsill 96/29/Euratom b’reġistrazzjoni unika. Ir-Regolament
jistabbilixxi Sistema Ewropea għar-Reġistrazzjoni tat-Trasportaturi.
Trasportaturi għandhom japplikaw permezz ta’ interfaċċja tal-web
ċentrali. Dawn l-applikazzjonijiet jiġu eżaminati mill-awtorità
kompetenti nazzjonali rispettiva li toħroġ ir-reġistrazzjoni
jekk l-applikant jissodisfa l-istandards bażiċi tas-sikurezza.
Fl-istess ħin, is-sistema tippermetti li l-awtoritajiet kompetenti
jkollhom ħarsa ġenerali aħjar tat-trasportaturi li huma attivi
fil-pajjiż tagħhom. Is-sistema għandha tkun disponibbli,
ittestjata u funzjonali meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ. Ir-Regolament jadotta approċċ iggradat
billi jeskludi mill-proċedura tar-reġistrazzjoni t-trasportaturi li
jittrasportaw esklussivament "pakketti ta’ eċċezzjoni".
Min-naħa l-oħra, ir-Regolament iħalli f’idejn l-Istati Membri
sabiex iżidu rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni addizzjonali għal
trasportaturi ta’ materjali fissili u b’radjuattività għolja. Il-Liġi Komunitarja u r-regoli
internazzjonali l-oħra rigward il-protezzjoni fiżika,
is-salvagwardji, u r-responsabbiltà ta’ terzi persuni jibqgħu japplikaw.
Dan hu minnu, b’mod partikolari, għad-Direttiva 2008/68/KE.
2.
BAŻI LEGALI
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan
ir-Regolament huma relatati mal-istandards bażiċi
għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku
ġenerali. Konsegwentement, il-bażi legali magħżula hija
t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u
b’mod partikolari l-Artikoli 31 u 32 tiegħu.
3.
SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika
sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetanza esklussiva tal-Komunità.
Peress li s-setgħat leġiżlattivi tal-Komunità taħt
it-Titolu II il-Kapitolu 3 tat-Trattat tal-EURATOM huma esklussivi
fin-natura tagħhom, mhumiex suġġetti għall-prinċipju
tas-sussidjarjetà. Il-proporzjonalità hija żgurata wkoll.
Il-mekkaniżmu propost, skont il-valutazzjoni tal-impatt imwettqa
fit-tħejjija, iżomm bilanċ prudenti bejn il-protezzjoni
effettiva tal-ħaddiema u tal-pubbliku matul operazzjonijiet tat-trasport,
l-interessi leġittimi tal-partijiet interessati involuti u l-interessi
tal-Istati Membri. Fuq kollox, l-għażla preferuta hija l-minimu
neċessarju sabiex jintlaħqu b’mod effettiv l-għanijiet
stabbiliti filwaqt li l-ispejjeż jinżammu fi ħdan limiti
raġonevoli. 2011/0225 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi sistema Komunitarja
għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi
l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni
paragrafu tal-Artikolu 31 u l-Artikolu 32 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
imfassla wara li kisbet l-opinjoni ta’ grupp ta’ persuni maħtura
mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament
Ewropew[2], Billi: (1)
L-Artikolu 33 tat-Trattat jesiġi li
l-Istati Membri jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet xierqa sabiex
jiżguraw il-konformità mal-istandards tas-sikurezza bażiċi
għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku
ġenerali minn perikli li joriġinaw minn radjazzjoni jonizzanti. (2)
L-istandards tas-sikurezza bażiċi huma
stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom
tat-13 ta’ Mejju 1996[3].
Dik id-Direttiva tapplika għall-prattiki kollha li jinvolvu riskju ta’
radjazzjoni jonizzanti li toriġina minn sors ta’ radjazzjoni
artifiċjali jew naturali, inkluż it-trasport. (3)
Sabiex tiġi żgurata l-konformità
mal-istandards bażiċi, hu neċessarju li jiġu stabbiliti
liema persuni, organizzazzjonijiet jew intrapriżi għandhom jiġu
kkontrollati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri. Għal dan il-għan,
id-Direttiva 96/29/Euratom tesiġi li l-Istati Membri jissottomettu
ċerti prattiki li jinvolvu periklu minn radjazzjoni jonizzanti għal
sistema ta’ rappurtar u awtorizzazzjoni minn qabel jew li jipprojbixxu
ċerti prattiki. (4)
Peress li t-trasport huwa l-uniku prattika li
għandha natura transkonfinali, it-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi
jistgħu jkunu meħtieġa jsegwu r-rekwiżiti relatati
mas-sistemi ta’ rappurtar u awtorizzazzjoni f’diversi Stati Membri. Dan
ir-Regolament jissostitwixxi dawn is-sistemi ta’ rappurtar u awtorizzazzjoni
fl-Istati Membri b’sistema ta’ reġistrazzjoni unika valida fil-Komunità
Ewropea tal-Enerġija Atomika kollha (minn hawn il-quddiem 'il-Komunità'). (5)
Għat-trasportaturi bl-ajru u bil-baħar,
tali sistemi ta’ reġistrazzjoni u ċertifikazzjoni diġà
jeżistu. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91
tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni ta’
rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam
tal-avjazzjoni ċivili[4]
jistabbilixxi li t-trasportaturi tal-ajru jeħtieġu ċertifikat
ta’ operatur tal-ajru speċifiku għat-trasportazzjoni ta’
oġġetti perikolużi. Għat-trasport bil-baħar,
id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002
tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar
it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità[5].
Iċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni
ċivili u s-sistema ta’ rappurtar għal bastimenti marittimi huma
kkunsidrati li jimplimentaw b’mod sodisfaċenti r-rekwiżiti ta’
rappurtar u awtorizzazzjoni tad-Direttiva 96/29/Euratom. Għalhekk,
reġistrazzjoni ta’ trasportaturi bl-ajru u bil-baħar taħt dan
ir-Regolament mhijiex neċessarja biex tippermetti lill-Istati Membri
jiżguraw il-konformità mal-istandards bażiċi f’dawn il-modi ta’
trasport. (6)
Trasportaturi ta’ materjal radjuattiv huma
suġġetti għal għadd ta’ rekwiżiti
tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-Euratom kif ukoll strumenti legali
internazzjonali. Ir-Regolamenti tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija
Atomika (IAEA) għat-Trasport Sikur ta’ Materjal Radjuattiv (TS-R-1) u
r-Regolamenti Modali għat-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi
jibqgħu japplikaw direttament jew jiġu implimentati mill-Istati
Membri taħt id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern
ta’ oġġetti perikolużi[6]
għat-trasport bit-triq, bil-ferrovija u fl-ilmijiet navigabbli interni.
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma, madankollu, mingħajr
preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra
fl-oqsma tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali u l-protezzjoni
ambjentali. ADOTTA
DAN IR-REGOLAMENT Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni (1)
Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema Komunitarja
għar-reġistrazzjoni ta’ trasportaturi ta’ materjali radjuattivi li
tiffaċilita l-kompitu tal-Istati Membri biex jiżguraw li l-istandards
bażiċi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u
tal-pubbliku ġenerali minn perikli li joriġinaw minn radjazzjonijiet
jonizzanti stabbiliti fid-Direttiva 96/29/Euratom qed jiġu osservati. (2)
Dan ir-Regolament għandu japplika għal
kwalunkwe trasportatur li jittrasporta materjali radjuattivi fi ħdan
il-Komunità, minn pajjiżi terzi għall-Komunità u mill-Komunità
għal pajjiżi terzi. Dan ma għandux japplika għal
trasportaturi li jittrasportaw materjali radjuattivi bl-ajru u bil-baħar. Artikolu 2
Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament (1)
"trasportatur" tfisser kwalunkwe persuna,
organizzazzjoni jew intrapriża pubblika li twettaq il-prattika ta’
trasport ta’ materjal radjuattiv bi kwalunkwe mezz tat-trasport fil-Komunità
inklużi trasportaturi li jwettqu attivitajiet abbażi ta’
arranġamenti ta’ kiri jew kumpens; (2)
"awtorità kompetenti" tfisser kwalunkwe
awtorità maħtura mill-Istat Membru sabiex twettaq kompiti skont dan
ir-Regolament; (3)
"trasport" tfisser l-operazzjonijiet
kollha tat-trasport mill-post tal-oriġini għall-post
tad-destinazzjoni, inklużi t-tagħbien, il-ħżin waqt
it-tranżitu u l-ħatt ta’ materjal radjuattiv; (4)
"materjal radjuattiv" tfisser kwalunkwe
materjal li fih radjunuklidi fejn kemm il-konċentrazzjoni tal-attività
kemm l-attività totali fil-kunsinna jaqbżu l-valuri speċifikati
fil-paragrafi 402–407 tar-Regolamenti tal-IAEA għat-Trasport Sikur
ta’ Materjal Radjuattiv, Rekwiżiti tas-Sikurezza Nru TS-R-1, 2009,
Vjenna; (5)
"oġġetti perikolużi ta’
konsegwenzi għoljin - materjal radjuattiv" tfisser materjali
radjuattivi li għandhom il-potenzjal li jintużaw ħażin
f’inċident terroristiku u li jistgħu, b'riżultat ta' dan,
jipproduċu konsegwenzi serji bħal diżgrazzji tal-massa jew qerda
tal-massa kif iddefinit fl-Appendiċi A.9. tas-Sensiela dwar
is-Sikurezza Nukleari tal-IAEA Nru 9 “Security in the Transport of
Radioactive Material”, Vjenna, 2008; (6)
"pakkett ta’ eċċezzjoni"
tfisser kwalunkwe pakkett li fih il-kontenut radjuattiv permess ma jaqbiżx
il-livelli ta’ attività stabbiliti fit-Tabella V tat-Taqsima IV
tar-Regolamenti għat-Trasport Sikur ta’ Materjal Radjuattiv
Nru TS-R-1 jew wieħed minn għaxra ta’ dawn il-limiti
għat-trasport bil-posta u li huma tikkettati bħala
NU Nru 2908, 2909, 2910 jew 2911; (7)
"materjal fissili" tfisser uranju-233,
uranju-235, plutonju-239 u plutonju-241 jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn
ir-radjunuklidi. Artikolu 3
Dispożizzjonijiet ġenerali (1)
It-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi
għandu jkollhom reġistrazzjoni valida miksuba skont
l-Artikolu 5. Ir-reġistrazzjoni għandha tippermetti
lit-trasportatur iwettaq il-prattika tat-trasport fl-Unjoni Ewropea kollha. (2)
Operazzjonijiet tat-trasport individwali
għandhom ikunu akkumpanjati minn kopja taċ-ċertifikat
tar-reġistrazzjoni tat-trasportatur jew minn liċenzja jew
reġistrazzjoni miksuba skont il-proċedura nazzjonali applikabbli
fil-każ tat-trasport imsemmi fil-paragrafu (3). (3)
Detentur ta’ liċenzji jew
reġistrazzjonijiet validi maħruġa skont
id-Direttiva 96/29/Euratom għall-immaniġġjar ta’ materjal
radjuattiv jew għall-użu ta’ tagħmir li fih materjal jew sorsi
radjuattivi jista’ jittrasporta dawn il-materjali jew sorsi mingħajr
ir-reġistrazzjoni taħt dan ir-Regolament jekk it-trasportazzjoni hija
inkluża fil-liċenzji jew ir-reġistrazzjonijiet għall-Istati
Membri kollha fejn isir it-trasport. (4)
Rekwiżiti ta’ rappurtar u awtorizzazzjoni
nazzjonali li huma addizzjonali għar-rekwiżiti stabbiliti b’dan
ir-Regolament jistgħu japplikaw biss għat-trasportaturi tal-materjali
li ġejjin: –
materjal fissili, minbarra uranju naturali jew
uranju mfaqqar li ġie rradjat f’reattur termali biss; –
oġġetti perikolużi ta’ konsegwenzi
għoljin - materjali radjuattivi. Artikolu 4
Sistema Elettronika għar-Reġistrazzjoni tat-Trasportaturi (ESCReg) (1)
Għas-superviżjoni u l-kontroll
tat-trasport ta’ materjal radjuattiv, għandha tiġi stabbilita Sistema
Elettronika għar-Reġistrazzjoni tat-Trasportaturi (ESCReg)
mill-Kummissjoni li tkun responsabbli wkoll għall-manutenzjoni tagħha.
Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi informazzjoni addizzjonali, kif ukoll
speċifikazzjonijiet u rekwiżiti tekniċi tal-ESCReg. (2)
L-ESCReg għandha tagħti
aċċess ristrett u sikur lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati
Membri, lit-trasportaturi rreġistrati u lill-applikanti, soġġett
għad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-protezzjoni ta' dejta
personali, kif stabbiliti b’mod partikolari bid-Direttiva 95/46/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7].
L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess
għad-dejta kollha disponibbli. (3)
Il-Kummissjoni ma għandhiex tkun responsabbli
għall-kontenut u l-eżattezza tal-informazzjoni sottomessa permezz
tal-ESCReg. Artikolu 5
Proċedura ta’ reġistrazzjoni (1)
Trasportatur għandu japplika
għar-reġistrazzjoni permezz tal-ESCReg. (2)
It-trasportatur applikant għandu jissottometti
l-formola tal-applikazzjoni elettronika mimlija stabbilita fl-Anness I. (3)
Mal-mili u s-sottomssjoni tal-formola
tal-applikazzjoni, l-applikant għandu jirċievi konferma awtomatika li
l-applikazzjoni tkun waslet, flimkien man-numru tal-applikazzjoni. (4)
Jekk l-applikant ikun stabbilit fi Stat Membru
wieħed jew aktar, l-applikazzjoni għandha tiġi pproċessata
mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit
l-uffiċċju prinċipali tal-applikant. (5)
Jekk l-applikant ikun stabbilit f’pajjiż terz,
l-applikazzjoni għandha tiġi pproċessata mill-awtorità
kompetenti tal-Istat Membru fejn it-trasportatur għandu l-ħsieb li
jidħol għall-ewwel darba fit-territorju tal-Unjoni. (6)
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li
toħroġ l-ewwel ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’
trasportatur għandha toħroġ ukoll iċ-ċertifikat
l-ġdid f’każ ta’ modifika tad-dejta skont l-Artikolu 6. (7)
Fi żmien tmien ġimgħat mill-konferma
tal-ħruġ tal-konferma tar-riċevuta tal-applikazzjoni l-awtorità
kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’
reġistrazzjoni ta’ trasportatur jekk tikkunsidra li l-informazzjoni
sottomessa hija kompluta u li hija skont ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan
ir-Regolament, u tad-Direttiva 96/29/Euratom u d-Direttiva 2008/68/KE.
(8)
Iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’
trasportatur għandu jinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness II
u għandu jinħareġ fil-forma ta’ ċertifikat ta’
reġistrazzjoni standardizzat permezz tal-ESCReg. (9)
Kopja taċ-ċertifikat ta’
reġistrazzjoni ta’ trasportatur għandha tiġi pprovduta
awtomatikament permezz tal-ESCReg lill-awtoritajiet kompetenti kollha
tal-Istati Membri fejn it-trasportaturi għandhom il-ħsieb li joperaw. (10)
Jekk l-awtorità kompetenti tiċħad
il-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur
abbażi tal-fatt li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta jew ma tkunx konformi
mar-rekwiżiti applikabbli, għandha twieġeb lill-applikant
bil-miktub fi żmien tmien ġimgħat minn meta tkun ħarġet
il-konferma tar-riċevuta. L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi
dikjarazzjoni tar-raġunijiet taċ-ċaħda. (11)
Kopja taċ-ċaħda u dikjarazzjoni
tar-raġunijiet għandhom jiġu pprovduti awtomatikament permezz
tal-ESCReg lill-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri fejn
it-trasportaturi għandhom il-ħsieb li joperaw. (12)
F’każ ta’ ċaħda tal-ħruġ
taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur, l-applikant
jista’ jressaq rikors skont ir-rekwiżiti legali nazzjonali applikabbli. (13)
Ċertifikat validu ta’ reġistrazzjoni
għandu jiġi rikonoxxut mill-Istati Membri kollha. (14)
Iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’
trasportatur huwa validu għal perjodu ta’ ħames snin u jista’
jiġġedded wara applikazzjoni mit-trasportatur. Artikolu 6
Modifika tad-dejta (1)
It-trasportatur għandu jkun responsabbli biex
jiżgura li d-dejta pprovduta fil-formola tal-applikazzjoni
għar-reġistrazzjoni Komunitarja tat-trasportaturi sottomessa
lill-ESCReg tibqa’ eżatta. (2)
It-trasportatur għandu japplika għal
ċertifikat ġdid fil-każ ta’ modifika tad-dejta inkluża
fil-parti A tal-formola tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Komunitarja
tat-trasportaturi. Artikolu 7
Assigurazzjoni tal-konformità (1)
Jekk trasportatur ma jikkonformax
mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru
fejn ikun ġie skopert in-nuqqas ta' konformità għandha tapplika
l-miżuri ta’ infurzar fi ħdan il-qafas legali ta’ dak l-Istat Membru,
bħal notifiki bil-miktub, miżuri ta’ taħriġ u edukazzjoni,
sospensjoni, revoka jew modifika tar-reġistrazzjoni jew prosekuzzjoni,
skont kemm ikun sinifikanti mil-lat ta' sikurezza n-nuqqas ta' konformità u
r-rekord tal-konformità tat-trasportatur. (2)
Din l-awtorità kompetenti għandha tikkomunika
lit-trasportatur u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri
konċernati fejn it-trasportatur kien qed jippjana li jittrasporta
materjali radjuattivi, l-informazzjoni dwar l-azzjoni ta’ infurzar applikata u
dikjarazzjoni tar-raġunijiet għall-applikazzjoni ta’ dik l-azzjoni.
Jekk it-trasportatur ma jikkonformax mal-azzjoni ta’ infurzar applikata skont
il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit
l-uffiċċju prinċipali tat-trasportatur jew, jekk it-trasportatur
ikun stabbilit f’pajjiż terz, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, fejn
it-trasportatur kellu l-ħsieb li jidħol għall-ewwel darba
fit-territorju tal-Komunità għandha tirrevoka r-reġistrazzjoni. (3)
L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika
lit-trasportatur u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati
r-revoka flimkien ma’ dikjarazzjoni tar-raġunijiet. Artikolu 8
Awtoritajiet kompetenti u punt tal-kuntatt nazzjonali (1)
L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità
kompetenti u punt tal-kuntatt nazzjonali għat-trasport ta’ materjali
radjuattivi. (2)
L-Istati Membri għandhom jibagħtu
lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-dħul fis-seħħ
ta’ dan ir-Regolament l-isem(ismijiet), l-indirizz(i) u l-informazzjoni kollha
neċessarja għal komunikazzjoni rapida mal-awtoritajiet kompetenti u
mal-punt tal-kuntatt nazzjonali għat-trasport ta’ materjali radjuattivi,
kif ukoll kwalunkwe bidla sussegwenti tat-tali dejta. (3)
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din
l-informazzjoni u kwalunkwe bidla fiha lill-awtoritajiet kompetenti kollha
fil-Komunità permezz tal-ESCReg. Artikolu 9
Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri
għandhom jikkooperaw bil-għan li jiġu armonizzati
r-rekwiżiti tagħhom għall-ħruġ ta’ reġistrazzjoni
u biex jiżguraw l-applikazzjoni u l-infurzar armonizzati ta’ dan
ir-Regolament. Fejn hemm diversi awtoritajiet
kompetenti fi ħdan Stat Membru, dawn għandhom jikkollaboraw u
jikkooperaw mill-qrib abbażi ta’ ftehimiet legali jew formali bejniethom
billi jkopru r-responsabbiltajiet ta’ kull awtorità. Dawn għandhom
jikkomunikaw ma' xulxin u jipprovdu informazzjoni lil xulxin, lill-punt
tal-kuntatt nazzjonali, u lill-organizzazzjonijiet oħra governattivi u
mhux governattivi li għandhom responsabbiltajiet relatati. Artikolu 10
Grupp ta’ esperti Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi
grupp ta’ esperti b’Deċiżjoni tal-Kummissjoni abbażi
tal-Artikolu 135 tat-Trattat Euratom. Il-grupp għandu jagħti pariri u
jgħin lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-kompiti tagħha pprovduti f’dan
ir-Regolament. Il-grupp għandu jkun magħmul minn
esperti nnominati mill-Istati Membri u esperti nnominati mill-Kummissjoni u
għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Artikolu 11
Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu
f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika minn sitt xhur wara
d-dħul fis-seħħ tiegħu. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier
tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President
[…] ANNESS I
FORMOLA TAL-APPLIKAZZJONI GĦAR-REĠISTRAZZJONI KOMUNITARJA
TAT-TRASPORTURI JEKK JOGĦĠBOK IBGĦAT DIN
L-APPLIKAZZJONI BILLI TUŻA BISS IL-WEBSAJT TAS-SISTEMA ELETTRONIKA SIKURA
TAL-KUMMISSJONI EWROPEA GĦAR-REĠISTRAZZJONI TAT-TRASPORTATURI
(ESCReg) L-INFORMAZZJONI FIL-PARTI A HIJA
SUĠĠETTA GĦAL REĠISTRAZZJONI ĠDIDA JEKK TINTALAB
MODIFIKA. L-informazzjoni Pprovduta f'din il-formola
tal-applikazzjoni se tiġi proċessata mill-Kummissjoni Ewropea skont
ir-Regolament Euratom xxxxx ĊERTIFIKAT ĠDID TA’
REĠISTRAZZJONI MODIFIKA TA’
REĠISTRAZZJONI EŻISTENTI TIĠDID TA’
REĠISTRAZZJONI EŻISTENTI Numru/i taċ-Ċertifikat
tar-Reġistrazzjoni: Jekk jogħġbok agħti d-dettalji
għaliex qed tintalab varjazzjoni ta’ reġistrazzjoni eżistenti 1. IDENTIFIKAZZJONI TAL-APPLIKANT: PARTI A || PARTI B ISEM IL-KUMPANIJA: INDIRIZZ SĦIĦ: NUMRU TAR-REĠISTRAZZJONI NAZZJONALI: || 1. Isem, pożizzjoni, indirizz sħiħ, numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika tar-rappreżentant responsabbli tal-organizzazzjoni tat-trasportatur (persuna mogħtija s-setgħa sabiex tikkommetti lill-organizzazzjoni tat-trasportaturi): 2. Isem, pożizzjoni, indirizz sħiħ, numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika tal-persuna tal-kuntatt għall-awtoritajiet dwar kwistjonijiet tekniċi/amministrattivi (li hija responsabbli għall-konformità mar-regolamenti għall-attivitajiet mobilizzati mill-kumpanija tat-trasportatur): 3. Isem, pożizzjoni, indirizz sħiħ tal-konsulent tas-sikurezza (għal modi tat-trasport intern biss u jekk huma differenti minn 1 jew 2): 4. Isem, pożizzjoni u indirizz sħiħ tal-persuna responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Protezzjoni mir-Radjazzjoni jekk tkun differenti minn 1 jew 2 jew 3. 2. NATURA TAT-TRASPORT: PARTI A || PARTI B TRIQ FERROVIJA ILMIJIET NAVIGABBLI INTERNI || 1 Persunal involut u mħarreġ għat-trasport (informazzjoni) 1 sa 5 5 sa 10 10 sa 20 >20 2 Settur tal-attività tat-trasport: deskrizzjoni ġenerali tan-natura tal-attivitajiet tat-trasport li għandhom jitwettqu (informazzjoni) użu mediku użu industrijal, użu f'ittestjar mhux distruttiv, riċerka użu f'ċiklu tal-fjuwil nukleari skart oġġetti perikolużi ta’ konsegwenzi għoljin - materjali radjuattivi 3. KOPERTURA ĠEOGRAFIKA Jekk jogħġbok immarka mil-lista ta’ hawn
taħt dawk l-Istati Membri li fihom huwa ppjanat li jiġi ttrasportat
il-materjal radjuattiv u agħżel in-natura tal-attività Jekk attivitajiet huma mobilizzati wkoll fi Stati Membri għajr l-Istat Membru fejn saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, aktar dettalji speċifiċi għal kull pajjiż; jiġifieri tranżitu biss, jew postijiet ewlenin ta’ tagħbien/ħatt fi ħdan il-pajjiż partikolari; frekwenza: PARTI A || PARTI B L-Awstrija Il-Belġju Il-Bulgarija Ċipru Ir-Repubblika Ċeka Id-Danimarka L-Estonja Il-Finlandja Franza Il-Ġermanja Il-Greċja L-Ungerija L-Irlanda L-Italja Il-Latvja Il-Litwanja Il-Lussemburgu Malta Il-Pajjiżi l-Baxxi Il-Polanja Il-Portugall Ir-Rumanija Is-Slovakkja Is-Slovenja Spanja L-Isvezja Ir-Renju Unit || tranżitu ħatt tagħbien postijiet ewlenin tat-tagħbien: postijiet ewlenin tal-ħatt: frekwenza: kuljum kull ġimgħa kull xahar inqas frekwenti 4. TIP TA’ KONSENJI Reġistrazzjoni ntalbet għal: PARTI A TIP TA’ PAKKETT – Klassifikazzjoni skont it-TS-R-1 || PARTI B: Għadd stmat ta’ pakketti /sena NU 2908 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TA’ EĊĊEZZJONI — PAKKETT VOJT NU 2909 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TA’ EĊĊEZZJONI — OĠĠETTI MANIFATTURATI MINN URANJU NATURALI jew URANJU MFAQQAR jew TORJU NATURALI NU 2910 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TA’ EĊĊEZZJONI — KWANTITÀ LIMITATA TA’ MATERJAL NU 2911 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TA’ EĊĊEZZJONI — STRUMENTI jew OĠĠETTI NU 2912 MATERJAL RADJUATTIV, ATTIVITÀ SPEĊIFIKA BAXXA (LSA-I), mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni NU 2913 MATERJAL RADJUATTIV, OĠĠETTI B’WIĊĊ KONTAMINAT (SCO-I jew SCO-II), mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni NU 2915 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP A, mingħajr forma speċjali, mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni NU 2916 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP B(U), mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni NU 2917 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP B(M), mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni NU 2919 MATERJAL RADJUATTIV, TRASPORTAT TAĦT FTEHIM SPEĊJALI, mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni NU 2977 MATERJAL RADJUATTIV, EŻAFLUWORUR TAL-URANJU, FISSILI NU 2978 MATERJAL RADJUATTIV, EŻAFLUWORUR TAL-URANJU, mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni NU 3321 MATERJAL RADJUATTIV, ATTIVITÀ SPEĊIFIKA BAXXA (LSA-II), mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni NU 3322 MATERJAL RADJUATTIV, ATTIVITÀ SPEĊIFIKA BAXXA (LSA-III), mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni NU 3323 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP C, mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni NU 3324 MATERJAL RADJUATTIV, ATTIVITÀ SPEĊIFIKA BAXXA (LSA-II), FISSILI NU 3325 MATERJAL RADJUATTIV, ATTIVITÀ SPEĊIFIKA BAXXA (LSA-III), FISSILI NU 3326 MATERJAL RADJUATTIV, OĠĠETTI B’WIĊĊ KONTAMINAT (SCO-I jew SCO-II), FISSILI NU 3327 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP A, FISSILI, mingħajr forma speċjali NU 3328 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP B(U), FISSILI NU 3329 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP B(M), FISSILI NU 3330 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP C, FISSILI NU 3331 MATERJAL RADJUATTIV, TRASPORTAT TAĦT FTEHIM SPEĊJALI, FISSILI NU 3332 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP A, B’FORMA SPEĊJALI, mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni NU 3333 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP A, B’FORMA SPEĊJALI, FISSILI || 5. PROGRAMM TA’ PROTEZZJONI MIR-RADJAZZJONI (RPP) PARTI A: Meta nimmarka din il-kaxxa: Jiena niddikjara li aħna għandna RPP li hu implimentat kompletament u applikat b'mod strett || PARTI B: Referenza u data tad-dokument li jiddeskrivi l-RPP Upload tal-RPP 6. PROGRAMM TA’ ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ (QAP) Dan il-QAP għandu jkun disponibbli
għall-ispezzjoni mill-awtorità kompetenti (skont l-Artikolu 1.7.3
tal-ADR) PARTI A: Meta nimmarka din il-kaxxa: Jiena niddikjara li aħna għandna QAP li hu implimentat kompletament u applikat b'mod strett || PARTI B: Referenza u data tad-dokument ISO 9002 7.
DIKJARAZZJONI Jiena, it-trasportatur, qiegħed
hawnhekk niċċertifika li jiena nikkonforma mar-regolamenti
internazzjonali, komunitarji u nazzjonali kollha relatati mat-trasport ta’
materjali radjuattivi. Jiena, it-trasportatur, qiegħed
hawnhekk niċċertifika li l-informazzjoni inkluża f’din
il-formola hija korretta. Data ……….. Isem ………..…….. Firma……… ANNESS II
ĊERTIFIKAT ELETTRONIKU TA’ REĠISTRAZZJONI TA’ TRASPORTATURI
GĦAT-TRASPORT TA’ MATERJAL RADJUATTIV NOTA: KOPJA TA’ DAN IĊ-ĊERTIFIKAT TA’
REĠISTRAZZJONI GĦANDHA TAKKUMPANJA KULL TRASPORT LI JAQA’ TAĦT
IL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TA' DAN IR-REGOLAMENT. Dan iċ-ċertifikat ta’
reġistrazzjoni qed jinħareġ skont ir-Regolament tal-Kunsill
(Euratom) xxxxx Dan iċ-ċertifikat ma jeżonorax
lit-trasportatur mill-konformità mar-regolamenti tat-trasport applikabbli
l-oħra. 1) NUMRU TAR-REFERENZA TAR-REĠISTRAZZJONI:
BE/ xxxx / jj-xx-ssss 2) ISEM L-AWTORITÀ / PAJJIŻ: 3) ISEM IL-KUMPANIJA & INDIRIZZ 4) MOD TAT-TRASPORT: TRIQ
FERROVIJA
ILMIJIET NAVIGABBLI INTERNI 7) STATI MEMBRI fejn iċ-ċertifikat huwa
applikabbli 8) TIP TA’ PAKKETT– NUMRU tan-NU (ara l-anness
1- l-istess format) 9) DATA FIRMA ELETTRONIKA PERJODU TA’ VALIDITÀ : DATA + 5 snin DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI JKOLLHOM IMPATT BAĠITARJU
LIMITAT ESKLUSSIVAMENT GĦAN-NAĦA TAD-DĦUL 1. ISEM IL-PROPOSTA: Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema
Komunitarja għar-Reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali
radjuattivi 2. LINJI BAĠITARJI: Kapitolu u Artikolu: 320102110005 -
(E)-Développement système IT Ammont ibbaġitjat għas-sena
konċernata: EUR 350000 3. IMPATT FINANZJARJU ¨ Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja ¨ Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq
in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett
huwa kif ġej: (miljuni ta' EUR imqarrba sa post
deċimali wieħed) || || Linja baġitarja || Dħul || Perjodu ta’ 12-il xahar, li jibda minn jj/xx/ssss || [Sena n] Artikolu 4 || || || 0.35 Sitwazzjoni wara azzjoni || [n+1] || [n+2] || [n+3] || [n+4] || [n+5] Artikolu 4 || 0.05 || 0.05 || 0.05 || 0.05 || 0.05 4. MIŻURI KONTRA L-FRODI 5. RIMARKI
OĦRA [1] ĠU C , , p. . [2] ĠU C , , p. . [3] ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1. [4] ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4. [5] ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10. [6] ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13. [7] ĠU L
281, 23.11.1995, p. 31.