This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0477
Proposal for a COUNCIL REGULATION amending Council Regulation (EC) No 193/2007, imposing a definitive countervailing duty on imports of certain polyethylene terephthalate, originating in India and amending Council Regulation (EC) No 192/2007 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of certain polyethylene terephthalate, originating in, inter alia, India
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' polietilentereftalat, li joriġina fl-Indja u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/2007, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ polyethylene terephthalate li joriġinaw, inter alia, fl-Indja
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' polietilentereftalat, li joriġina fl-Indja u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/2007, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ polyethylene terephthalate li joriġinaw, inter alia, fl-Indja
/* KUMM/2011/0477 finali - 2011/0213 (NLE) */
/* KUMM/2011/0477 finali - 2011/0213 (NLE) */ Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' polietilentereftalat, li joriġina fl-Indja u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/2007, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ polyethylene terephthalate li joriġinaw, inter alia, fl-Indja
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Komunità ("ir-Regolament bażiku") u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ("ir-Regolament bażiku antidumping") fir-reviżjoni interim tad-dazju kumpensatorju fuq importazzjonijiet ta' polietilentereftalat, li joriġina fl-Indja Kuntest ġenerali Din il-proposta qiegħda ssir fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet b'konformità mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku. Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007 kif emendat bir-Regolament Nru 1286/2008 ġie impost dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilentereftalat li joriġina fl-Indja u li attwalment huwa kklassifikat taħt il-kodiċi NM 3907 60 20. Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/2007, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1286/2008 ġie impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-istess prodotti. Il-konsistenza ma' politiki oħra u ma' għanijiet tal-Unjoni Mhux applikabbli 2. IR-RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-partijiet interessati kkonċernati bil-proċedura kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. Ġbir u użu ta’ għarfien espert Ma kienx hemm ħtieġa ta’ esperti esterni. Il-valutazzjoni tal-impatt Din il-proposta hija r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix stima tal-impatt ġenerali iżda jinkludi lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu vvalutati. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Taqsira tal-azzjoni proposta Fl-10 ta' Ġunju 2010, il-Kummissjoni bdiet reviżjoni interim tal-miżuri fis-seħħ fir-rigward ta' polietilentereftalat li joriġina fl-Indja b'segwitu għal talba magħmula minn produttur esportatur Indjan. Il-proposta mehmuża għal Regolament tal-Kunsill hija bbażata fuq is-sejbiet tal-investigazzjoni mwettqa li hija limitata fl-ambitu għall-eżami ta' sussidju u sa fejn għandu x’jaqsam l-applikant. L-investigazzjoni sabet li l-livell ta' sussidju kien inqas minn tal-aħħar investigazzjoni u li ċ-ċirkostanzi mibdula li qed iwasslu għal livell imnaqqas ta' sussidju huma ta' natura dejjiema. Qabel, id-dazji antidumping ma kinux jiġu kompletament imposti, sabiex tiġi evitata impożizzjoni doppja bid-dazji kumpensatorji preċedenti. Il-livelli mnaqqsa ta' sussidju issa se jkollhom jiġu kkunsidrati għall-fini ta' aġġustament tal-marġnijiet tad-dumping, stabbiliti preċedentement. Għalhekk qiegħed jiġi propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament ta' emenda. Bażi ġuridika Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: Il-forma tal-azzjoni hija deskritta fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq u ma tħallix lok għal deċiżjoni nazzjonali. L-indikazzjoni ta’ kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa’ fuq l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini huwa mminimizzat u proporzjonat mal-għan tal-proposta, mhijiex applikabbli. L-għażla tal-istrumenti L-istrumenti proposti: regolament. Mezzi oħra ma jkunux xierqa minħabba r-raġuni li ġejja: ir-Regolament bażiku ma jipprovdix għal opzjonijiet alternattivi. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. 2011/0213 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' polietilentereftalat, li joriġina fl-Indja u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/2007, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ polyethylene terephthalate li joriġinaw, inter alia, fl-Indja IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea[1] ("ir-Regolament bażiku"), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 u l-Artikolu 24 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea ("il-Kummissjoni") wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, Billi: 1. IL-PROĊEDURA 2. L-investigazzjonijiet preċedenti u l-miżuri kumpensatorji eżistenti 3. Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2603/2000[2], il-Kunsill impona dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat ("PET") li joriġina, inter alia, fl-Indja ("il-pajjiż ikkonċernat") ("l-investigazzjoni oriġinali antisussidju"). Wara reviżjoni tal-iskadenza, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 193/2007[3] impona dazju kumpensatorju definittiv għal perjodu ulterjuri ta' ħames snin ("l-investigazzjoni tar-reviżjoni antisussidju"). Il-miżuri kumpensatorji ġew emendati permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1286/2008[4] wara reviżjoni interim parzjali ('l-aħħar investigazzjoni tar-reviżjoni'). Dawn il-miżuri kumpensatorji jikkonsistu f’dazju speċifiku. Ir-rata tad-dazju tvarja bejn 0 u 106.5 EUR/tunnellata għall-produtturi Indjani msemmija individwalment b’rata residwa ta’ dazju ta’ 69.4 EUR/tunnellata, imposta fuq l-importazzjonijiet minn produtturi oħrajn ("miżuri kumpensatorji attwali"). 4. Miżuri antidumping eżistenti 5. Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2604/2000[5], il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ PET li joriġina, inter alia, fl-Indja ("l-investigazzjoni antidumping oriġinali"). Wara reviżjoni tal-iskadenza, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 192/2007[6] impona dazju antidumping definittiv għal perjodu ulterjuri ta' 5 snin ("l-investigazzjoni tar-reviżjoni antisussidju"). Il-miżuri antidumping ġew emendati permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1286/2008 wara l-aħħar investigazzjoni tar-reviżjoni antisussidju. Il-miżuri ġew stabbiliti fil-livell tal-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara u kienu jikkonsistu f'dazji antidumping speċifiċi. Ir-rata tad-dazju kienet tvarja bejn 87.5 u 200.9 EUR/tunnellata għall-produtturi Indjani msemmija individwalment b’rata residwa ta’ dazju ta’ 153.6 EUR/tunnellata imposta fuq l-importazzjonijiet minn produtturi oħrajn ("miżuri antidumping attwali"). 6. Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2000[7] il-Kummissjoni aċċettat l-offerti ta' impenn ta' bosta produtturi esportaturi li jiġi ssettjat prezz minimu tal-importazzjoni ("PIM") ("impenn"). 7. L-inizjazzjoni ta’ reviżjoni interim parzjali 8. Talba għal reviżjoni interim parzjali ('ir-reviżjoni attwali') skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku tressqet minn Reliance Industries Limited, produttur esportatur Indjan tal-PET ("l-applikant" jew "Reliance"). It-talba kienet limitata għall-ambitu tas-sussidju u għall-applikant. L-applikant talab ukoll fl-istess waqt, ir-reviżjoni tal-miżuri antidumping attwali. Id-dazji residwi antidumping u d-dazji kumpensatorji huma applikabbli għall-importazzjonijiet ta' prodotti magħmula minn Reliance u l-bejgħ tal-applikant lill-Unjoni huma ggvernati mill-impenn. 9. L-applikant ipprovda evidenza prima facie li l-issoktar tal-applikazzjoni tal-miżura fil-livell attwali tagħha ma kienx aktar meħtieġ biex jitpatta s-sussidju kumpensabbli. B'mod partikolari, l-applikant ipprovda evidenza prima facie li turi li l-ammont tas-sussidju tiegħu naqas sew taħt ir-rata ta' dazju li bħalissa hija applikabbli għalih. Dan it-tnaqqis fil-livell kumplessiv tas-sussidju jkun prinċipalment dovut għall-waqgħa sinifikanti fil-benefiċċji gwadanjati bl-Iskema ta' Passbook għall-Intitolar tad-Dazji (DEPB). 10. Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv u ddeterminat li t-talba kien fiha biżżejjed evidenza prima facie, il-Kummissjoni ћabbret fl-10 ta' Ġunju 2010 l-inizzjazzjoni ta' reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku permezz ta' notifika ta' inizzjazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea[8]. Ir-reviżjoni kienet limitata għall-ambitu tal-eżami tas-sussidju fir-rigward tal-applikant. 11. Il-partijiet ikkonċernati bl-investigazzjoni 12. Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-applikant, lir-rappreżentanti tal-pajjiż li jesporta u l-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni dwar l-inizzjazzjoni tar-reviżjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fin-notifika ta' inizzjazzjoni. 13. Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta. 14. Sabiex tikseb it-tagħrif li qieset meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bagħtet il-kwestjonarju lill-applikant u lill-gvern tal-Indja ("GTI") u rċeviet tweġibiet fi żmien l-iskadenza stipulata għal dan l-għan. 15. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat t-tagħrif kollu li hi qieset meħtieġ għad-determinazzjoni tas-sussidju. Il-Kummissjoni wettqet żjarat ta' verifika fl-uffiċċji tal-applikant f'Mumbai, fl-Indja u fl-uffiċċji tal-GTI fi New Delhi (Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ Barrani u l-Ministeru tal-Kummerċ) u f'Mumbai (Uffiċċju Reġjonali tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ Barrani). 16. Il-perjodu ta' investigazzjoni tar-reviżjoni 17. L-investigazzjoni tas-sussidju kopriet il-perjodu mill-1 ta' April 2009 sal-31 ta' Marzu 2010 ("il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni" jew il-"PIR"). 18. Investigazzjoni antidumping parallela 19. Fl-10 ta' Ġunju 2010[9], il-Kummissjoni ħabbret il-bidu ta' reviżjoni interim parzjali tad-dazji attwali ta’ anti-dumping skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009[10] ('Regolament Antidumping bażiku') limitat għall-ambitu tal-eżami tad-dumping fir-rigward tal-istess applikant. 20. Fl-investigazzjoni antidumping parallela nstab li ċ-ċirkostanzi fir-rigward tad-dumping ma nbidlux b'mod sinifikanti u dejjiemi, għalhekk l-investigazzjoni ntemmet mingħajr bidliet fil-miżuri antidumping attwali applikabbli għal Reliance. 21. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI 22. Il-prodott ikkonċernat 23. Il-prodott li qed jiġi rivedut huwa l-polietilentereftalat (PET) li għandu viskożità ta' 78 ml/g jew aktar, skont l-Istandard ISO 1628-5, ikklassifikat attwalment taħt il-kodiċi NM 3907 60 20 u li joriġina fl-Indja ("il-prodott ikkonċernat"). 24. Il-prodott simili 25. L-investigazzjoni svelat illi f'termini ta' karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u użi, il-prodott ikkonċernat magħmul fl-Indja u mibjugħ lill-Unjoni huwa identiku għall-prodott magħmul u mibjugħ fis-suq domestiku fl-Indja. Gћalhekk, ġie konkluż li skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku dawn il-prodotti kollha mibjugħa fis-suq domestiku u fis-suq tal-esportazzjoni, huma prodotti simili. Billi r-reviżjoni attwali kienet limitata għad-determinazzjoni tas-sussidju sa fejn huwa kkonċernat l-applikant, ma ntlaħqu l-ebda konklużjonijiet fir-rigward tal-prodott magħmul u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. 26. IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI 27. Is-sussidju 28. Abbażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-GTI u l-applikant u t-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-Kummissjoni, ġew investigati l-iskemi li ġejjin li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji: Skemi nazzjonali: (a) Skema għall-Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (“AAS”); (b) Skema ta' Passbook għall-Intitolar tad-Dazji ("DEPBS") (c) Skema ta' Promozzjoni tal-Esportazzjoni tal-Prodotti Kapitali ("EPCGS"); (d) Skema ta' Fokus fuq is-Suq ("FMS") (e) Skema ta' Fokus fuq il-Prodott ("FPS") (f) Skema ta’ Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul ("ITES"). Skemi reġjonali: (g) Skema tal-Inċentiv tal-Investiment Kapitali tal-Gvern ta' Gujarat 29. L-iskemi (a) sa (e) speċifikati hawn fuq huma bbażati fuq l-Att tal-1992 dwar il-Kummerċ Barrani (l-Iżvilupp u r-Regolamentazzjoni) (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 1992 ("l-Att dwar il-Kummerċ Barrani"). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GTI biex joħroġ notifiki dwar il-politika ta’ esportazzjoni u importazzjoni. Dawn huma mogħtija fil-qosor fid-dokumenti tal-Politika tal-Kummerċ Barrani (PKB), li jinħarġu mill-Ministeru tal-Kummerċ kull ħames snin u li jiġu aġġornati regolarment. Żewġ dokumenti tal-PKB huma relevanti għall-PIR ta' dan il-każ, jiġifieri, l-FTP 04-09 u l-FTP 09-14. Dan tal-aħħar daħal fis-seħħ f’Awwissu tal-2009. Barra minn hekk, il-GTI stabbilixxa wkoll il-proċeduri li jirregolaw l-FTP 04-09 u l-FTP 09-14 fil-“Manwal tal-Proċeduri, Volum I" ("HOP I 04-09" u "HOP I 09-14" rispettivament). Il-"Manwal tal-Proċeduri" wkoll jiġi aġġornat fuq bażi regolari. 30. L-iskema (f) hija bbażata fuq l-Att tal-1961 dwar it-Taxxa tad-Dħul, li jiġi emendat bl-Att annwali dwar il-Finanzi. 31. L-iskema (g) hija amministrata mill-Gvern ta' Gujarat u hija bbażata fuq il-politika ta' inċentiv industrijali ta' Gujarat. 32. L-Iskema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (“AAS”) (a) Bażi ġuridika 33. Id-deskrizzjoni dettaljata tal-iskema tinsab fil-paragrafi 4.1.1 sa 4.1.14 tal-FTP 04-09 u FTP 09-14 u l-paragrafi 4.1 sa 4.30A tal-HOP I 04-09 u tal-HOP I 09-14. (b) L-eliġibilità 34. L-AAS tikkonsisti f’sitt sottoskemi, kif deskritti f’aktar dettall fil-premessa (22). Dawk is-sottoskemi huma differenti, inter alia, fl-ambitu tal-eliġibilità. Il-manifatturi-esportaturi u n-negozjanti-esportaturi “marbuta ma’” manifatturi ta’ sostenn huma eliġibbli għall-esportazzjonijiet fiżiċi “AAS” u għall-“AAS” għal rekwiżit annwali. Il-manifatturi-esportaturi li jfornu l-esportatur finali huma eliġibbli għall-AAS għall-provvisti intermedji. Kuntratturi ewlenin li jipprovdu lill-kategoriji ta’ “meqjusa għall-esportazzjoni” imsemmija fil-paragrafu 8.2 tal-FTP-04-09 u l-FTP 09-14, bħall-fornituri ta’ unità orjentata lejn l-esportazzjoni (EOU), huma eliġibbli għall-kategorija meqjusa għall-esportazzjonital-AAS. Eventwalment, il-fornituri intermedjarji tal-manifatturi-esportaturi huma eliġibbi għall-benefiċċji ta’ “meqjusa għall-esportazzjoni” skont is-sottoskemi tal-Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem (ARO) u l-ħruġ ta’ ittra ta’ kreditu interna immedjatament kif tagħlaq dik ta’ qabel. (c) Implimentazzjoni prattika 35. Awtorizzazzjonijiet bil-quddiem jistgħu jinħarġu għal: 36. (i) esportazzjonijiet fiżiċi: din hi s-sottoskema ewlenija. Hija tippermetti l-importazzjoni bla dazju tal-materjali input għall-produzzjoni tal-prodott speċifiku għall-esportazzjoni li jirriżulta. “Fiżiku” f’dan il-kuntest tfisser li l-prodott ta’ esportazzjoni jrid jitlaq mit-territorju Indjan. Konċessjoni għall-importazzjoni u obbligu għall-esportazzjoni inkluż it-tip ta’ prodott għall-esportazzjoni huma speċifikati fl-awtorizzazzjoni; 37. (ii) rekwiżit annwali: awtorizzazzjoni bħal din mhix marbuta ma’ prodott għall-esportazzjoni speċifiku, iżda ma’ grupp usa’ ta’ prodotti (eż. prodotti kimiċi u dawk relatati). Id-detentur tal-awtorizzazzjoni jista’ — sa ċertu limitu fil-valur stabbilit mill-esportazzjonijiet preċedenti — jimporta bla dazju dak kollu li jkun se jintuża fil-manifattura ta’ kwalunkwe oġġett li jaqa’ taħt dan il-grupp ta’ prodotti. Huwa jkun jista’ jagħżel li jesporta kwalunkwe prodott li jirriżulta u li jaqa' f’dan il-grupp ta’ prodotti billi juża dan il-materjal eżentat mid-dazju; 38. (iii) provvisti intermedji: din is-sottoskema tkopri każijiet fejn żewġ manifatturi jkun beħsiebhom jipproduċu prodott wieħed għall-esportazzjoni u jaqsmu l-proċess tal-produzzjoni. Il-manifattur-esportatur li jipproduċi l-prodott intermedju jista’ jimporta materjali mingħajr dazju li jkunu se jintużaw fil-manifattura u għal dan l-għan jista’ jikseb AAS għall-provvisti intermedji. L-esportatur finali jiffinalizza l-produzzjoni u huwa obbligat li jesporta l-prodott lest; 39. (iv) meqjusa għall-esportazzjoni: din is-sottoskema tippermetti lill-kuntrattur prinċipali li jimporta inputs ħielsa mid-dazju meħtieġa għall-manifattura tal-prodotti li se jinbiegħu bħala "meqjusa għall-esportazzjoni" lill-kategoriji ta’ klijenti msemmija fil-paragrafi 8.2(b) sa (f), (g), (i) u (j) tal-FTP 04-09 u l-FTP 09-14. Skont il-GTI, il-kategorija meqjusa għall-esportazzjoni tirreferi għal dawk it-tranżazzjonijiet fejn l-prodotti fornuti ma jħallux il-pajjiż. Numru ta’ kategoriji ta’ provvisti huma kkunsidrati bħala meqjusa għall-esportazzjoni sakemm l-prodotti jiġu manifatturati fl-Indja, eż. provvista ta’ prodotti lil EOU jew lil xi kumpanija li tkun tinsab f’żona ekonomika speċjali (SEZ); 40. (v) ARO: Id-detentur tal-AAS li beħsiebu jġib il-materjali għall-manifattura minn sorsi indiġeni, minflok jimportahom direttament, għandu l-għażla li jġibhom permezz ta' AROs. F’każijiet bħal dawn l-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem huma validati bħala AROs u huma endorsjati lill-fornitur indiġenu mal-wasla tal-prodotti speċifikati fih. L-endorsjar tal-ARO tintitola lill-fornitur indiġenu għall-benefiċċji tal-kategorija meqjusa għall-esportatazzjoni kif speċifikat fil-paragrafu 8.3 tal-politika FTP 04-09 u l-FTP 09-14 (jiġifieri AAS għall-provvisti intermedji/meqjusa għall-esportazzjoni, irtirar tad-dazju fuq meqjusa għall-esportazzjoni u r-rifużjoni tad-dazju tas-sisa finali). Il-mekkaniżmu ARO jirrifondi t-taxxi u d-dazji lill-fornitur minflok ma jirrifondihom lill-esportatur finali fil-forma ta' irtirar/rifużjoni tad-dazji. Ir-rifużjoni tat-taxxi/dazji hija disponibbli kemm għall-inputs indiġeni u kif ukoll għall-inputs importati; 41. (vi) ittra ta’ kreditu interna wara l-oħra: din is-sottoskema għal darba oħra tkopri l-provvisti indiġeni lil detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem. Id-detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem jista’ jkellem lil xi bank biex jiftaħ ittra ta’ kreditu interna favur fornitur indiġenu. L-awtorizzazzjoni titħassar mill-bank għall-importazzjoni diretta biss b’rabta mal-valur u l-volum tal-prodotti miġjuba minn fonti indiġeni minflok b'importazzjoni. Il-fornitur indiġenu jkun intitolat għall-benefiċċji mbassra fuq l-esportazzjonijiet kif stabbilit fil-paragrafu 8.3 tal-politika FTP 04-09 u FTP 09-14 (jiġifieri AAS għall-provvisti intermedji/meqjusa għall-esportazzjoni, irtirar tad-dazju fuq prodotti meqjusa għall-esportazzjoni u r-rifużjoni tad-dazju tas-sisa finali). 42. Ġie stabbilit li waqt il-PIR l-applikant kiseb konċessjonijiet taħt sottoskema waħda biss, marbuta mal-prodott ikkonċernat, jiġifieri (iv) l-AAS meqjusa għall-esportazzjoni. Għalhekk mhuwiex neċessarju li jkun stabbilit l-ammont ta’ kumpens tas-sottoskemi mhux użati li jifdal. 43. Fir-rigward tal-użu ta' AAS għall-prodotti meqjusa għall-esportazzjoni matul il-PIR, kemm il-konċessjoni ta’ importazzjoni kif ukoll l-obbligu ta’ esportazzjoni huma stabbiliti fil-volum u fil-valur mill-GTI u jiġu dokumentati fuq l-awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, fil-ħin tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, it-tranżazzjonijiet korrispondenti għandhom ikunu dokumentati fuq l-awtorizzazzjoni minn uffiċjali tal-Gvern. Il-volum tal-importazzjonijiet permess taħt din l-iskema jkun iddeterminat mill-GTI fuq il-bażi tan-normi standard tad-dħul-ħruġ (SIONs). Is-SIONs jeżistu għal ħafna mill-prodotti inkluż il-prodott ikkonċernat u jinħarġu mill-GTI. 44. Għal skopijiet ta’ verifika mill-awtoritajiet Indjani, detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem huwa legalment obbligat li għal kull awtorizzazzjoni, iżomm reġistru tal-konsum attwali ("kont veru u propju") tal-prodotti bla dazju importati/akkwistati domestikament, skont il-format preskritt (il-paragrafi 4.26, 4.30 u l-Appendiċi 23 HOP I 04-09 u HOP I 09-14). Dan ir-reġistru għandu jiġi vverifikat minn kontabilista estern irreġistrat/kontabilista tal-ispejjeż u x-xogħol li joħroġ ċertifikat li jiddikjara li r-reġistri preskritti u r-rekords relevanti ġew eżaminati u li l-informazzjoni mogħtija skont l-Appendiċi 23 hija vera u korretta f’kull rigward. 45. L-obbligazzjoni ta’ esportazzjoni għandha tkun sodisfatta fil-limitu ta’ żmien preskritt wara l-ħruġ tal-liċenzja (24 xahar b’żewġ estensjonijiet possibbli ta’ 6 xhur-il waħda). 46. Ġie stabbilit li ma kien hemm l-ebda konnessjoni bejn l-inputs importati u l-prodotti lesti esportati. Il-materjali input li huma eliġibbli jistgħu jkunu wkoll materja prima użata fil-produzzjoni fi stadju aktar kmieni tal-produzzjoni. Barra minn hekk, instab illi għalkemm mandatorju, il-kumpanija ma żammitx ir-reġistru tal-konsum imsemmi fil-premessa (24) hawn fuq ("Appendiċi 23") għal-liċenżji kollha, verifikabbli minn kontabilista estern. Minkejja il-ksur ta' dan ir-rekwiżit, il-kumpanija xorta gawdiet mill-benefiċċji tal-AAS li apparti hekk, fid-dawl tas-sejba tas-soprvalutazzjoni tas-SIONs, kienu f'eċċess tad-dispożizzjonijiet legali għalihom. (d) Konklużjoni 47. L-eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni hija sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribut finanzjarju tal-GTI li ta benefiċċju lill-esportatur investigat. 48. Barra dan, l-AAS għall-prodotti meqjusa għall-esportazzjoni hija subordinata b’mod ċar fil-liġi mal-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk hija meqjusa bħala speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr impenn li tesporta, kumpanija ma tistax tikseb benefiċċji minn din l-iskema. 49. Ir-reviżjoni attwali għalhekk ikkonfermat li s-sottoskema ewlenija użata fil-każ preżenti ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta' irtirar tad-dazju jew sistema ta' sostituzzjoni ta' irtirar tad-dazju fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Din ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, (punt (i)), II (definizzjoni u regoli għall-irtirar tad-dazju) u III (definizzjoni u regoli għal sostituzzjoni ta' rtirar tad-dazju) tar-Regolament bażiku. Il-GTI ma applikax effettivament is-sistema jew il-proċedura ta’ verifika tiegħu biex jikkonferma jekk u f’liema ammonti l-inputs kienu ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat (Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta’ skemi alternattivi għall-irtirar tad-dazju, l-Anness (III)(II)(2) tar-Regolament bażiku). Is-SIONs innifishom ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala sistema ta' verifika tal-konsum attwali, peress li nstabu li huma ġenerużi żżejjed u ġie stabbilit li l-benefiċċji rċevuti f'eċċess mhumiex mitluba lura mill-GTI. Apparti hekk, il-Gvern ma wettaqx kontroll effettiv ibbażat fuq reġistru tal-konsum miżmum kif jixraq. Il-GTI naqas ukoll milli jwettaq eżami addizzjonali bbażat fuq l-inputs attwali, għalkemm dan ikun normalment meħtieġ li jsir fin-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika applikata b'mod effettiv (Anness II(II)(5) u Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku). Fl-aħħarnett, ġie kkonfermat illi, għalkemm mandatorju bil-liġi, l-involviment fil-proċess ta' verifika ta' kontabilisti rreġistrati mhuwiex garantit fil-prattika. 50. L-AAS għall-prodotti meqjusa għall-esportazzjoni hija għaldaqstant kumpensabbli. (e) Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju 51. Fin-nuqqas ta’ sistemi permessi ta’ rtirar tad-dazju u sistemi li jissostitwixxu l-irtirar tad-dazju, il-benefiċċju kumpensabbli huwa l-eżenzjoni mid-dazji totali ta’ importazzjoni normalment dovuti għall-importazzjoni ta’ inputs. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li r-Regolament bażiku ma jipprovdix biss għall-kumpens tar-remissjoni “żejda” tad-dazji. Skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Anness I(i) tar-Regolament bażiku, l-eżenzjoni żejda tad-dazji biss tista' tiġi ikkumpensata, dejjem jekk il-kundizzjonijiet fl-Annessi II u III tar-Regolament bażiku jintlaħqu. Madankollu, fil-każ preżenti dawn il-kundizzjonijiet ma ntlaħqux. Għaldaqstant, jekk ikun stabbilit nuqqas ta' proċess ta' monitoraġġ xieraq, l-eċċezzjoni ta' hawn fuq għall-iskemi ta' rtirar ma tkunx applikabbli u tapplika r-regola normali ta' kumpens tal-ammont ta' dazji mhux imħallsa (dħul mhux miġbur) minflok kull remissjoni żejda intenzjonata. Kif stabbilit fl-Annessi II(II) u III(II) tar-Regolament bażiku, mhijiex ir-responsabbiltà tal-awtorità tal-investigazzjoni li tikkalkula din ir-remissjoni żejda. Għal kuntrarju ta' dan, skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku, l-awtorità tal-investigazzjoni għandha tistabbilixxi biss biżżejjed evidenza sabiex tikkonfuta l-adegwatezza tas-sistema ta’ verifika allegata. 52. L-ammont ta' sussidju għall-applikant ġie ikkalkulat abbażi ta' dazji tal-importazzjoni ċeduti (dazju bażiku tad-dwana u dazju addizzjonali speċjali tad-dwana) fuq il-materjal impurtat skont is-sottoskema ta' prodotti meqjusa għall-esportazzjoni matul il-PIR (nominatur). Skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, it-tariffi mġarrba neċessarjament sabiex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-ammont tas-sussidju meta saru talbiet ġustifikati. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq id-dħul totali mill-esportazzjoni matul il-PIR bħala d-denominatur approprjat, għax is-sussidju huwa subordinat għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. 53. Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema għall-applikant matul il-PIR tammonta għal 0.52%. 54. L-Iskema tal-Passbook għall-Intitolar tad-Dazji ("DEBPS") (a) Bażi Ġuridika 55. Id-deskrizzjoni dettaljata tad-DEBPS tinsab fil-paragrafi 4.3 tal-politika-FTP 04-09 u l-politika-FTP 09-14 kif ukoll fil-Kapitolu 4 tal-HOP I 04-09 u tal-HOP I 09-14. (b) L-eliġibilità 56. Kull produttur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema. (c) Implimentazzjoni prattika 57. Esportatur eliġibbli jista’ japplika għall-krediti tad-DEPBS li jiġu kkalkulati bħala perċentwali tal-valur ta’ prodotti esportati f'din l-iskema. Dawn ir-rati DEPBS ġew stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani għal ħafna mill-prodotti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Huma ddeterminati abbażi tas-SIONs (ara l-premessa (24) hawn fuq) u l-inċidenza tad-dazju tad-dwana abbażi tal-kontenut preżunt ta' importazzjoni, mingħajr ma jiġi kkunsidrat jekk fil-verità d-dazji tal-importazzjoni tħallsux jew le. Ir-rata DEBPS għall-prodott ikkonċernat matul il-PIR tal-investigazzjoni attwali kienet ta' 8 % b'valur massimu ta' 58 Rs/kg. 58. Biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema, kumpanija għandha tesporta. Fiż-żmien tat-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni, għandha ssir dikjarazzjoni mill-esportatur lill-awtoritajiet fl-Indja li tindika li l-esportazzjoni qed isseħħ skont id-DEPBS. Sabiex il-prodotti jiġu esportati, l-awtoritajiet tad-dwana Indjani joħorġu polza tal-esportazzjoni waqt il-proċedura tad-dispaċċ. Dan id-dokument juri, inter alia, l-ammont ta' kreditu tad-DEPBS li jrid jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni. F’dan il-punt, l-esportatur ikun jaf il-benefiċċju li se jirċievi. Ladarba l-awtoritajiet tad-dwana joħorġu l-polza tal-esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti ta' kreditu tad-DEPBS. Ir-rata tad-DEPBS rilevanti għall-kalkolu tal-benefiċċju hija dik applikata fiż-żmien meta tkun saret id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni. Għalhekk, emenda retroattiva għal-livell tal-benefiċċju, mhijiex possibbli. 59. Instab li skont l-istandards Indjani tal-kontabilità, il-krediti tad-DEPBS jistgħu jitniżżlu fuq il-bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet tal-kummerċ, malli jiġi sodisfatt l-obbligu tal-esportazzjoni. Krediti bħal dawn jistgħu jintużaw għall-ħlas tad-dazji tad-dwana fuq importazzjonijiet sussegwenti ta' kwalunkwe prodotti importabbli mingħajr restrizzjonijiet, minbarra prodotti kapitali. Prodotti importati b’dawn il-krediti jistgħu jinbiegħu fis-suq domestiku (suġġetti għal taxxa tal-bejgħ) jew jiġu użati mod ieħor. Il-krediti tad-DEPBS huma trasferibbli liberament u huma validi għal perjodu ta’ 24 xahar mid-data tal-ħruġ. 60. Applikazzjonijiet għall-krediti tad-DEPBS jiddaħħlu elettronikament u jistgħu jkopru ammont illimitat ta' tranżazzjonijiet ta’esportazzjoni. L-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet hija ta' 3 xhur wara l-esportazzjoni, iżda kif stipulat b’mod ċar fil-paragrafu 9.3 tal-HOP I 04-09 u HOP 09-14, l-applikazzjonijiet li jaslu wara d-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni dejjem jistgħu jiġu kkunsidrati, b'impożizzjoni ta' penali żgħira (jiġifieri 10 % tal-intitolament). 61. Instab li l-applikant uża din l-iskema matul il-PIR. (d) Il-konklużjonijiet fuq id-DEPBS 62. Id-DEPBS tipprovdi sussidji fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu tad-DEPBS huwa kontribut finanzjarju mill-GTI, minħabba li l-kreditu eventwalment jintuża biex ipatti għad-dazji tal-importazzjoni, u b’hekk inaqqas id-dħul mid-dazji tal-GTI li kieku kienu jkunu dovuti. Barra minn hekk, il-kreditu tad-DEPBS jagħti benefiċċju lill-esportatur, għaliex ittejjeb il-likwidità tiegħu. 63. Barra minn hekk, id-DEPBS fil-liġi huwa subordinat għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk huwa meqjus bħala speċifiku u kumpensabbli taħt l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, punt (a) tar-Regolament bażiku. 64. Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta’ rtirar tad-dazju permissibbli jew sistema ta’ rtirar ta’ sostituzzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku kif iddikjarat mill-produttur esportatur Indjan li qed jikkopera. Hija mhix konformi mar-regoli stretti stipulati fl-Anness I punt (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-irtirar tad-dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għas sistemi ta' sostituzzjoni ta' rtirar tad-dazju) tar-Regolament bażiku. L-esportatur m’għandu l-ebda obbligu li fil-fatt jikkonsma l-prodotti importati bla dazju fil-proċess tal-produzzjoni u l-ammont tal-kreditu mhuwiex ikkalkulat b’konnessjoni mal-inputs li fil-fatt intużaw. Barra minn hekk, mhemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ li tikkonferma liema inputs jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx ħlas żejjed ta' dazji tal-importazzjoni fit-tifsira tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Fl-aħħarnett, esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji tad-DEPBS irrispettivament minn jekk wara kollox jimportax inputs. Sabiex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċiment jesporta prodotti mingħajr ma juri li kien importat xi materjal input.Għalhekk, anki esportaturi li jakkwistaw l-inputs tagħhom kollha lokalment u ma jimportaw l-ebda prodotti li jistgħu’ jiġu użati bħala inputs, jibqgħu intitolati għall-benefiċċji mid-DEPBS. (e) Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju 65. Skont l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli ġie ikkalkulat fit-termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevitur, li jinstab li jeżisti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni. F’dan ir-rigward, ġie kkunsidrat li l-benefiċċju huwa mogħti lir-riċevitur fil-mument meta ssir tranżazzjoni ta’ esportazzjoni f'din l-iskema. F’dan il-mument, il-GTI huwa obbligat iċedi d-dazji tad-dwana, li jikkostitwixxu kontribut finanzjarju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. 66. Instab illi l-benefiċċji meħuda mid-DEPBS kienu kkonċentrati fuq il-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, huwa kkunsidrat xieraq li jiġi vvalutat il-benefiċċju tad-DEPBS bħala s-somma tal-krediti gwadanjati fuq it-tranżazzjonijiet kollha ta’ esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat li saru f'din l-iskema matul il-PIR. 67. Fejn saru talbiet ġustifikati, it-tariffi mħallsa neċessarjament għall-kisba tas-sussidju tnaqqsu mill-krediti stabbiliti sabiex jiġu kkalkulati l-ammonti ta’ sussidju bħala numeratur, skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. 68. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dawn l-ammonti ta’ sussidju ġew allokati fuq id-dħul totali mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur approprjat, għax is-sussidju huwa subordinat għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. 69. Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema għall-applikant matul il-PIR tammonta għal 7.52%. 70. Skema ta' Promozzjoni tal-Esportazzjoni tal-Prodotti Kapitali (“EPCGS”) (a) Bażi ġuridika 71. Id-deskrizzjoni dettaljata tal-EPCGS tinsab fil-Kapitolu 5 tal-FTP 04-09 u tal-FTP 09-14 kif ukoll fil-Kapitolu 5 tal-HOP I 04-09 u tal-HOP I 09-14. (b) L-eliġibilità 72. L-esportaturi-manifatturi, l-esportaturi-negozjanti “marbuta ma’” manifatturi ta’ appoġġ u fornituri tas-servizzi huma eliġibbli għal din l-iskema. (c) Implimentazzjoni prattika 73. Bil-kundizzjoni ta’ obbligu tal-esportazzjoni, kumpanija titħalla timporta prodotti kapitali (prodotti kapitali ġodda jew diġà użati li għandhom sa 10 snin żmien) b’rata ta’ dazju mnaqqsa. Għal dan il-għan, il-GTI joħroġ liċenzja EPCGS fil-waqt tal-applikazzjoni u l-ħlas ta’ tariffa. L-iskema tipprovdi rata mnaqqsa ta’ 3 % tad-dazju tal-importazzjoni applikabbli għall-prodotti kapitali kollha importati bl-iskema. Sabiex jiġi sodisfatt l-obbligu tal-esportazzjoni, l-prodotti kapitali importati jridu jintużaw biex jipproduċu ċertu ammont ta’ prodotti għall-esportazzjoni matul ċertu perjodu. Taħt l-FTP 09-14, il-prodotti kapitali jistgħu jiġu importati b'rata tad-dazju ta' 0 % taħt l-EPCGS iżda f'każ bħal dan il-perjodu taż-żmien għas-sodisfazzjon tal-obbligu ta' esportazzjoni huwa iqsar. 74. Id-detentur tal-liċenzja EPCGS jista' wkoll iġib il-prodotti kapitali b'mod indiġenu. F'dan il-każ, il-manifattur indiġenu ta' prodotti kapitali jista' japprofitta mill-benefiċċju ta' importazzjoni ħielsa mid-dazju ta' komponenti meħtieġa għall-manifattura ta' dawn il-prodotti kapitali. Alternattivament, il-manifattur indiġenu jista’ jitlob il-benefiċċju ta’ esportazzjoni meqjusa fir-rigward tal-provvista ta’ prodotti kapitali lid-detentur ta’ liċenzja EPCGS. (d) Konklużjoni dwar l-EPCGS 75. L-EPCGS tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis fid-dazju jikkostitwixxi kontribut finanzjarju mill-GTI, minħabba li din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazji tal-GTI li kieku kienu jkun dovuti. Barra minn hekk, it-tnaqqis fid-dazju jagħti benefiċċju lill-esportatur, għaliex id-dazji ffrankati mal-importazzjoni jtejbu l-likwidità tal-kumpanija. 76. Barra minn hekk, l-EPCGS hija subordinata fil-liġi għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni, billi dawn il-liċenzji ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn ta’ esportazzjoni. Għalhekk hija meqjusa speċifika u kumpensabbli taħt l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. 77. L-EPCGS ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta’ rtirar tad-dazju jew sistema ta' rtirar ta' sostituzzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Il-prodotti kapitali mhumiex koperti mill-ambitu ta’ sistemi permissibbli bħal dawn, kif stipulat fl-Anness I, punt (i), tar-Regolament bażiku, għaliex mhumiex ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti għall-esportazzjoni. (e) Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju 78. L-ammont ta’ sussidju ġie ikkalkulat, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tad-dazju mhux imħallas tad-dwana fuq prodotti kapitali importati, użati fis-settur petrokimiku u f'setturi oħrajn li għalihom l-kumpanija rċeviet benefiċċji bħal dawn, mifruxa fuq perjodu li jirrifletti l-perjodu ta’ deprezzament normali ta’ dawn il-prodotti kapitali fl-industrija kkonċernata. L-interessi għandhom jiġu miżjuda mal-ammont sħiħ sabiex jirriflettu l-valur sħiħ tal-benefiċċju maż-żmien. Ir-rata tal-interess tal-kreditu kummerċjali li l-applikant applika lill-bejgħ tiegħu matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-reviżjoni, ġie kkunsidrat bħala xieraq għal dan il-għan. 79. Skont l-Artikoli 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq l-ammont tad-dħul mill-esportazzjoni tas-settur petrokimiku u setturi oħrajn li għalihom wieħed irċieva benefiċċji bħal dawn matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa subordinat għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni. 80. Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema għall-applikant matul il-PIR tammonta għal 1.49 %. 81. Skema ta' Fokus fuq is-Suq ("FMS") (a) Bażi ġuridika 82. Id-deskrizzjoni dettaljata tal-FMS tinsab fil-paragrafi 3.9.1 sa 3.9.2.2 tal-FTP 04-09 u paragrafi 3.14.1 sa 3.14.3 tal-FTP 09-14 u fil-paragrafi 3.20 SA 3.20.3 tal-HOP I 04-09 u paragrafI 3.8 sa 3.8.2 tal-HOP I 09-14. (b) L-eliġibilità 83. Kull produttur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema. (c) Implimentazzjoni prattika 84. Skont din l-iskema l-esportazzjonijiet tal-prodotti kollha lejn pajjiżi notifikati skont l-Appendiċi 37(C) ta' HOP I 04-09 u HOP I-09-14 huma intitolati għal ekwivalenti ta' kreditu fuq id-dazju ta' 2.5 % sa 3 % tal-valur FOB tal-prodotti esportati skont din l-iskema. Ċertu tip ta' attivitajiet ta' esportazzjoni huma esklużi mill-iskema, eż. esportazzjonijiet ta' prodotti importati jew prodotti mibgħuta, prodotti meqjusa għall-esportazzjoni, esportazzjonijiet ta' servizzi u l-qligħ tal-esportazzjoni ta' unitajiet li joperaw taħt żoni ekonomiċi speċjali/unitajiet li joperaw fl-esportazzjoni. Ċerti tipi ta' prodotti huma wkoll esklużi mill-iskema, eż. djamanti, metalli prezzjużi, minerali, ċereali, zokkor u prodotti taż-żejt. 85. Il-krediti tad-dazju skont l-FMS huma trasferibbli liberament u validi għal perjodu ta’ 24 xahar mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta' intitolament tal-kreditu rilevanti. Dawn jistgħu jintużaw biex jitħallsu d-dazji tad-dwana fuq importazzjonijiet sussegwenti ta’ kwalunkwe inputs jew prodotti, inklużi prodotti kapitali. 86. Iċ-ċertifikat ta' intitolament ta' kreditu jinħareġ mill-port minn fejn saru l-esportazzjonijiet u wara r-realizzazzjoni tal-esportazzjonijiet jew wara li jintbagħtu l-prodotti. Sakemm l-applikant jipprovdi lill-awtoritajiet b'kopji tad-dokumentazzjoni kollha tal-esportazzjoni rilevanti (eż. ordni ta' esportazzjoni, irċevuti, poloz tat-tagħbija, ċertifikati ta' realizzazzjoni mill-bank), il-GTI ma għandu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-krediti tad-dazju. (d) Konklużjoni dwar l-FMS 87. L-FMS tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu ta’ dazju tal-FMS huwa kontribut finanzjarju mill-GTI, billi l-kreditu ser jintuża eventwalment biex ipatti għad-dazji ta’ importazzjoni, u b’hekk jitnaqqas id-dħul mid-dazju tal-GTI li inkella kien ikun dovut. Barra minn hekk, il-kreditu tad-dazju tal-FMS jagħti benefiċċju lill-esportatur, għaliex itejjeb il-likwidità tiegħu. 88. Barra dan, l-FMS huwa subordinat fil-liġigħall-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk huwa meqjus bħala speċifiku u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. 89. Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta’ rtirar tad-dazju jew sistema ta' sostituzzjoni tal-irtirar tad-dazju fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija mhix konformi mar-regoli stretti stipulati fl-Anness I punt (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-irtirar tad-dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi ta' sostituzzjoni tal-irtirar tad-dazju) tar-Regolament bażiku. L-esportatur ma għandu l-ebda obbligu li fil-fatt jikkonsma l-prodotti importati bla dazju fil-proċess tal-produzzjoni u l-ammont tal-kreditu mhuwiex ikkalkulat b’konnessjoni mal-inputs li fil-fatt intużaw. Mhemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema inputs jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx ħlas żejjed ta’ dazji ta’ importazzjoni fit-tifsira tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Esportatur ikun eliġibbli għall-benefiċċji tal-FMS mingħajr ma jiġi ikkunsidrat jekk wara kollox jimpurtax inputs. Sabiex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċiment jesporta prodotti mingħajr ma juri li kien importat xi materjal input. B’hekk, anke esportaturi li jakkwistaw l-inputs tagħhom lokalment u ma jimportaw l-ebda prodotti li jistgħu jintużaw bħala input jibqgħu intitolati għall-benefiċċji mill-FMS. Barra minn hekk, esportatur jista' juża l-krediti tad-dazju FMS sabiex jimporta prodotti kapitali għalkemm il-prodotti kapitali mhumiex koperti fl-ambitu ta’ dawn is-sistemi permissibbli tal-irtirar tad-dazju, kif stipulat fl-Anness I, punt (i), tar-Regolament bażiku, għaliex ma jiġux ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati. (e) Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju 90. L-ammont ta' sussidji kumpensabbli ġie ikkalkulat fit-termini tal-benefiċċju li jingħata lil min jirċevih għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat, li jinstab li jeżisti matul il-PIR kif imniżżel mill-applikant bl-użu ta' skema fuq bażi tad-dovuti bħala dħul fl-istadju ta' tranżazzjoni tal-esportazzjoni. Skont l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (nominatur) ġie allokat fuq id-dħul mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għax is-sussidju huwa subordinat għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. 91. Fejn saru talbiet ġustifikati, it-tariffi mħallsa neċessarjament għall-kisba tas-sussidju tnaqqsu mill-krediti stabbiliti sabiex jiġu kkalkulati l-ammonti ta’ sussidju bħala numeratur, skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. 92. Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema għall-applikant matul il-PIR tammonta għal 0.87 %. 93. Skema ta' Fokus fuq il-Prodott ("FPS") 94. Matul l-investigazzjoni nstab li Reliance ma kisbet l-ebda benefiċċju mill-FPS waqt il-PIR. Għalhekk ma kienx neċessarju li din l-iskema tkompli tiġi analizzata f'din l-investigazzjoni. 95. Skema ta’ Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul ("ITES") 96. Matul l-investigazzjoni nstab li Reliance ma kisbet l-ebda benefiċċju mill-ITES waqt il-PIR. Għalhekk ma kienx neċessarju li din l-iskema tkompli tiġi analizzata f'din l-investigazzjoni. 97. Skema tal-Inċentiv tal-Investiment Kapitali ("CIIS") tal-Gvern ta' Gujarat 98. L-Istat ta' Gujarat jagħti inċentivi lill-intrapriżi industrijali eliġibbli fil-forma ta' eżenzjoni u/jew differiment tat-taxxa fuq il-bejgħ u x-xiri sabiex jinkoraġġixxi l-iżvilupp industrijali ta' żoni f'dan l-Istat li għadhom lura ekonomikament. (a) Bażi ġuridika 99. Id-deskrizzjoni dettaljata ta' din l-iskema kif applikata mill-Gvern ta' Gujarat (GTG) hija stipulata fir-Riżoluzzjoni GTG Nru INC-1095/2000(3)/I tal-11 ta' Settembru 1995, in-Notifikazzjoni tal-Gvern, id-Dipartiment tal-Finanzi Nru (GHN-43) VAT-2006/S.5(2)(2)-TH datat l-1 ta' April 2006 u Regola 18A tar-Regoli tat-Taxxa b'Valur Miżjud ta' Gujarat (2006). (b) L-eliġibilità 100. Il-kumpaniji li qed iwaqqfu stabbiliment industrijali ġdid jew qed ikabbru fuq skala kbira, stabbiliment industrijali eżistenti f'żoni li għadhom lura, huma eliġibbli li jgawdu mill-benefiċċji ta' din l-iskema. Madankollu, jeżistu listi eżawrjenti ta' industriji li mhumiex eliġibbli li qed iżommu kumpaniji f'ċerti oqsma ta’ operazzjonijiet milli jgawdu mill-inċentivi. (c) Implimentazzjoni prattika 101. F'din l-iskema, il-kumpaniji jridu jinvestu f'żoni li għadhom lura. Dawn iż-żoni, li jirrappreżentaw ċerti unitajiet territorjali f'Gujarat huma klassifikati f'kategoriji differenti skont l-iżvilupp ekonomiku tagħhom, filwaqt li fl-istess ħin hemm żoni esklużi jew 'ipprojbiti' mill-applikazzjoni tal-iskemi ta' inċentiv. Il-kriterju ewlieni sabiex jiġi stabbilit l-ammont ta’ inċentivi huwa d-daqs tal-investiment u ż-żona fejn l-intrapriża tinsab jew se tkun tinsab. 102. Jistgħu jingħataw inċentivi fi kwalunkwe mument peress li mhemm l-ebda limiti ta' ħin, la fil-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-inċentivi u lanqas fis-sodisfazzjon tal-kriterji kwantitattivi. (d) Konklużjoni 103. Din l-iskema tipprovdi sussidju fit-tifsira tal-Artikoli 3(1)(a)(ii) u 3(2) tar-Regolament bażiku. Hija tikkostitwixxi kontribut finanzjarju mill-GTG, peress li l-inċentivi mogħtija, fil-każ attwali, eżenzjonijiet tat-taxxa fuq il-bejgħ u x-xiri, inaqqsu d-dħul mit-taxxa li kieku kienet tkun dovuta Barra dan, dawn l-inċentivi jagħtu benefiċċju lil kumpanija, għaliex itejbu s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha peress li ma jitħallsux taxxi li kieku jkunu dovuti. 104. Barra minn hekk, l-iskema hija speċifika għar-reġjun fit-tifsira tal-Artikoli 4(2)(a) u 4(3) tar-Regolament bażiku peress li hija disponibbli biss għal ċerti kumpaniji li nvestew f'ċerti żoni geografiċi nominati fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tal-Istat ikkonċernat. Mhijiex disponibbli għal kumpaniji li mhumiex f'dawn iż-żoni u, apparti hekk, il-livell tal-benefiċċju huwa differenzjat skont iż-żona kkonċernata. 105. Għalhekk, is-CIIS tal-GTG huwa kumpensabbli. (e) Il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju 106. L-applikant stqarr li m'għadux eliġibbli għall-benefiċċji tas-CIIS fir-rigward ta' wieħed mill-impjanti tiegħu. L-investigazzjoni kkonfermat din l-affermazzjoni. Fir-rigward ta' impjant ieħor, l-eliġibilità tal-kumpanija skadiet matul l-investigazzjoni attwali. Għaldaqstant, is-sussidji li wieħed irċieva għall-attivitajiet ta' dawn l-impjanti ma ġewx ikkunsidrati fil-kalkolu tal-ammont tas-sussidju. 107. L-ammont ta’ sussidju ġie ikkalkulat fuq il-bażi tal-ammont ta’ taxxa fuq il-bejgħ u x-xiri normalment dovut matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni imma li b'din l-iskema baqa' ma tħallasx. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) kienu mbagħad ġew allokati fuq il-bejgħ totali kollu matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni bħala denominatur xieraq, għaliex is-sussidju mhuwiex subordinat għall-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Ir-rata ta’ sussidju miksub kien jammonta għal 0.31 %. 108. Ammont ta’ sussidji kumpensabbli 109. L-ammont ta’ sussidji kumpensabbli totali ddeterminat skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espress ad valorem, għall-applikant huwa ta’ 10.73 %. Dan l-ammont ta’ sussidju jaqbeż il-limitu de minimis imsemmi fl-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. 110. Għalhekk huwa meqjus li, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sussidju baqa' għaddej matul il-PIR. 111. In-natura dejjiema taċ-ċirkostanzi mibdula fir-rigward tas-sussidju 112. Skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iċ-ċirkostanzi fir-rigward tas-sussidju inbidlux b'mod sinifikanti matul il-PIR. 113. Kien stabbilit li, matul il-PIR tar-reviżjoni, Reliance kompliet tibbenefika mill-għoti ta’ sussidji kumpensabbli mill-GTI. Barra minn hekk, ir-rata tas-sussidju li nstabet matul din ir-reviżjoni hija anqas minn dik stabbilita matul l-aħħar investigazzjoni tar-reviżjoni. Mhi disponibbli l-ebda evidenza li turi li l-iskemi se jitwaqqfu jew li se jiġu introdotti skemi ġodda fil-futur qrib. 114. Peress li ntwera li l-kumpanija qed tirċievi inqas sussidji minn qabel u li aktarx se tkompli tirċievi sussidji ta’ ammont inqas minn dak determinat fl-aħħar investigazzjoni tar-reviżjoni, ġie konkluż li l-kontinwazzjoni tal-miżura eżistenti hija ogħla mis-sussidju kumpensabbli li qed jikkawża l-ħsara u li l-livell tal-miżuri għandu għalhekk jiġi emendat biex jirrifletti s-sejbiet il-ġodda. 115. MIŻURI KUMPENSATORJI U MIŻURI ANTIDUMPING 116. Miżuri kumpensatorji 117. B'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u r-raġunijiet għal din ir-reviżjoni interim parzjali msemmija fin-Notifika tal-Inizzjazzjoni, ġie stabbilit li l-marġni ta’ sussidju fir-rigward tal-applikant naqas minn 13.8 % għal 10.7 % u, għalhekk, ir-rata ta’ dazju kumpensatorju, impost fuq dan il-produttur esportatur bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1286/2008 għandha tiġi emendata kif meħtieġ. 118. Ir-rati emendati tad-dazju kumpensatorju għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tar-rati l-ġodda ta’ sussidju misjuba matul ir-reviżjoni preżenti, peress li l-marġnijiet ta’ ħsara kkalkulati fl-investigazzjoni kontra s-sussidji oriġinali baqgħu ogħla. 119. Fl-investigazzjoni oriġinali, sabiex jiġi evitat li ċ-ċaqliq fil-prezz tal-PET ikkawżat bil-varjazzjonijiet fil-prezzijiet taż-żejt mhux maħdum, jirriżulta fil-ġbir ta' dazji ogħla, ġie deċiż li l-miżuri għandhom jieħdu l-forma ta' dazju speċifiku. Huwa maħsub li dan l-approċċ għandu jiġi segwit ukoll f'din ir-reviżjoni għall-istess raġuni. L-ammont rivedut tad-dazju speċifiku huwa għaldaqstant EUR 90.4/tunnellata. 120. Miżuri antidumping 121. L-emenda tar-rata tad-dazju kumpensatorju se jkollha impatt fuq id-dazju antidumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet tal-PET prodott minn Reliance, skont ir-Regolament (KE) Nru 192/2007. 122. Fl-investigazzjonijiet antidumping preċedenti, id-dazju anti-dumping kien ġie aġġustat sabiex jiġi evitat kwalunkwe għadd doppju tal-effetti tal-benefiċċji mis-sussidji tal-esportazzjoni. F'dan ir-rigward, l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku Anti-Dumping u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji jistipula li l-ebda prodott ma għandu jkun suġġett għal miżuri antidumping jew kumpensatorji bl-iskop li tiġi ttrattata l-istess sitwazzjoni unika li tinħoloq bid-dumping jew b'sussidju tal-esportazzjoni. Kemm fl-investigazzjonijiet preċedenti kif ukoll fir-reviżjoni interim parzjali attwali, instab li xi wħud mill-iskemi ta’ sussidju investigati li nstabu li huma kumpensabbli, kienu jikkostitwixxu sussidji tal-esportazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji. Fir-rigward ta' skemi oħrajn ta' sussidju, u b'mod partikolari tas-CIIS tal-GTG, ma kien hemm l-ebda evidenza u ma tressaq l-ebda argument li juri jekk u sa liema livell l-istess sussidju qed ipatti darbtejn meta d-dazji antidumping u kumpensatorji huma imposti simultanjament fuq l-istess prodott impurtat. B'mod aktar speċifiku, ma kien hemm l-ebda evidenza li s-CIIS naqqset il-prezz tal-esportazzjoni ta' prodott b'mod differenti minn dawk tal-prezz tal-prodotti mibjugħa domestikament. Għaldaqstant, is-CIIS jaffettwa l-prezzijiet li bihom il-produttur ibigħ il-prodotti tiegħu fis-suq domestiku u fis-swieq tal-esportazzjonijiet bl-istess mod u sa l-istess punt. 123. Fihom infushom, dawn is-sussidji affettwaw biss il-prezz tal-esportazzjoni tal-applikant, li b’hekk wassal għal marġni ogħla ta’ dumping. Fi kliem ieħor, marġnijiet ta’ dumping definittivi stabbiliti fl-investigazzjoni antidumping oriġinali kienu parzjalment dovuti għall-eżistenza ta’ sussidji fuq l-esportazzjoni. 124. Konsegwentement, ir-rati ta' dazju anti-dumping definittivi għall-applikant issa jridu jiġu aġġustati biex iqisu l-livell rivedut ta' benefiċċju meħud mis-sussidji tal-esportazzjoni fil-PIR fir-reviżjoni interim parzjali preżenti sabiex jirriflettu l-marġnijiet proprji ta' dumping li jifdal wara l-impożizzjoni tad-dazju kumpensatorju definittiv li jpatti għall-effetti tas-sussidji tal-esportazzjoni. 125. Fi kliem ieħor, il-livelli ġodda ta' sussidju jkollhom jitqiesu bl-iskop tal-aġġustament tal-marġnijiet ta' dumping stabbiliti preċedentement. 126. Għalhekk, ir-rata ta' dazju antidumping ta' Reliance għandha tkun 132.6 EUR/tunnellata. 127. L-applikant kif ukoll il-partijiet ikkonċernati l-oħra ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li jiġi propost l-għeluq tal-investigazzjoni. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-parti tat-tabella li tirrigwarda lir-Reliance Industries Ltd. fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 193/2007 għandha tinbidel b’dan li ġej: Pajjiż | Kumpanija | Dazju kumpensatorju (EUR/tunnellata) | Kodiċi addizzjonali TARIC | l-Indja | Reliance Industries Ltd | 90.4 | A181 | Artikolu 2 Il-parti tat-tabella li tirrigwarda lir-Reliance Industries Ltd. fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 192/2007 għandha tinbidel b’dan li ġej: Pajjiż | Kumpanija | Dazju antidumping (EUR/tunnellata) | Kodiċi addizzjonali TARIC | l-Indja | Reliance Industries Ltd | 132.6 | A181 | Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93. [2] ĠU L 301, 30.11.2000, p. 1. [3] ĠU L 59, 27.2.2007, p. 34. [4] ĠU L 340, 19.12.2008, p. 1. [5] ĠU L 301, 30.11.2000, p. 21. [6] ĠU L 59, 27.2.2007, p. 1. [7] ĠU L 301, 30.11.2000, p. 88. [8] ĠU C 151, 10.6.2010, p. 17. [9] ĠU C 151, 10.6.2010, p. 15. [10] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.