Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0468

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment tal-koeffiċjenti korrettiviapplikabbli mill-1 ta’ Lulju 2010għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwalital-Unjoni Ewropea li jkunu assenjati f'pajjiżi terzi

/* KUMM/2011/0468 finali - 2011/0208 (NLE) */

52011PC0468

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment tal-koeffiċjenti korrettiviapplikabbli mill-1 ta’ Lulju 2010għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwalital-Unjoni Ewropea li jkunu assenjati f'pajjiżi terzi /* KUMM/2011/0468 finali - 2011/0208 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Permezz tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 3019/87 tal-5 ta’ Ottubru 1987, ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ġew emendati biż-żieda ta’ anness, l-Anness X, li jinkludi dispożizzjonijiet partikolari u ta' deroga applikabbli għall-uffiċjali li jkunu assenjati fil-pajjiżi terzi.

B'mod partikolari, iddaħħlet sistema ta' remunerazzjoni speċifika. Fil-fatt, l-Artikoli 11, 12 u 13 tal-Anness X jikkonċernaw ir-remunerazzjoni tal-uffiċjali li jkunu assenjati fil-pajjiżi terzi msemmija. Skont din is-sistema, ir-remunerazzjoni titħallas f’EUR fil-Belġju, iżda tista’ titħallas ukoll - kollha kemm hi jew parzjalment - fil-munita tal-pajjiż fejn ikunu assenjati. F’dan il-każ, jiġi applikat koeffiċjent korrettiv għal dik il-parti tar-remunerazzjoni mħallsa fil-munita lokali.

F’konformità tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-imsemmi Anness, il-Kunsill hu mitlub li kull sitt xhur jistabbilixxi l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli fil-pajjiżi terzi.

Permezz tar-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2175/88 tat-18 ta’ Lulju 1988, il-Kunsill iddeċieda l-koeffiċjenti korrettivi inizjali applikabbli mill-10 ta’ Ottubru 1987.

Minn meta daħlu fis-seħħ ir-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda fl-1 ta’ Mejju 2004 (ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004, tat-22 ta’ Marzu 2004), din is-sistema ta’ remunerazzjoni bdiet tapplika wkoll għall-aġenti kuntrattwali.

F’konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Anness X ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, il-Kunsill hu mitlub li darba kull sena jistabbilixxi l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli fil-pajjiżi terzi.

L-aħħar koeffiċjenti korrettivi ġew iffissati mill-Kunsill permezz tar-Regolament (UE) Nru 768/2010, tas-26 ta’ Awwissu 2010, b'effett mill-1 ta' Lulju 2009.

Din il-proposta tikkonċerna l-istabbiliment tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2010 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, tal-aġenti temporanji u tal-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej li jkunu assenjati fil-pajjiżi terzi.

Is-sistema tar-remunerazzjonijiet barra l-Unjoni hija bbażata fuq il-prinċipju tal-ugwaljanza tal-kapaċità tal-akkwist bejn ir-remunerazzjonijiet imħallsa fil-munita lokali, b’referenza għal Brussell, f’konformità mal-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal.

L-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju tirrikjedi l-kalkolu tal-paritajiet ekonomiċi, li jitwettaq mill-Eurostat. Il- koeffiċjent korrettiv hu l-fattur li jirriżulta meta l-valur tal- parità ekonomika jiġi diviż bir- rata tal-kambju . L-istabbiliment tal-koeffiċjenti korrettivi għalhekk jikkonsisti prinċipalment fil-kalkolu tal-paritajiet ekonomiċi, permezz ta’ paragun (tal-prezzijiet) bejn id-diversi postijiet ta’ assenjament u Brussell.

Ir-rati tal-kambju użati huma stabbiliti f’konformità mar-regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-data ta’ applikazzjoni tal-koeffiċjenti korrettivi.

L- Anness tar-Regolament propost jindika, għall-postijiet kollha ta’ assenjament u għax-xahar ta' Lulju 2010, il-koeffiċjenti korrettivi li jirriżultaw mill-paritajiet ikkomunikati mill-Eurostat. Tqabbil dettaljat ma’ Lulju 2009 huwa pprovdut fit-tabella aktar 'l isfel ( Summary of the Overall Change in the Parities ). L-impatt baġitarju huwa baxx (f’perċentwal). Ara d-" Dikjarazzjoni Finanzjarja ".

2011/0208 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2010 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jkunu assenjati f'pajjiżi terzi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 336 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra ta’ dawn il-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 ([1]), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Anness X tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

1. Jeħtieġ li jiġi kkunsidrat l-iżvilupp tal-għoli tal-ħajja fil-pajjiżi barra l-Unjoni u li għalhekk jiġu ffissati l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, għar-remunerazzjonijiet imħallsa lill-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni li jkunu assenjati f'pajjiżi terzi, fil-munita tal-pajjiż fejn ikunu assenjati.

2. Il-koeffiċjenti korrettivi li kienu s-suġġett ta' ħlas fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 613/2009 tal-Kunsill ([2]) jistgħu jwasslu għal aġġustamenti pożittivi jew negattivi fir-remunerazzjonijiet, b’effett retroattiv.

3. Jeħtieġ li jiġi previst ħlas ta’ arretrati fil-każ ta’ żidiet fir-remunerazzjonijiet minħabba l-koeffiċjenti korrettivi l-ġodda.

4. Jeħtieġ li jiġi previst irkupru ta' pagamenti żejda fil-każ ta' tnaqqis tar-remunerazzonijiet minħabba l-koeffiċjenti korrettivi l-ġodda, għall-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2010 u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

5. Jeħtieġ li jiġi previst li kull rkupru eventwali jkun jista’ jsir biss fuq perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u li l-effetti tiegħu jkunu jistgħu jitqassmu fuq perjodu ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar minn din id-data, b’analoġija ma’ dak li hu previst għall-koeffiċjenti korrettivi applikabbli fl-Unjoni għar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni li jkunu assenjati f'pajjiżi terzi u jkunu mħallsa fil-munita tal-pajjiż fejn ikunu assenjati, huma dawk indikati fl-Anness.

Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta' dawn ir-remunerazzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti f’konformità mar-regoli ta' implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej([3]) u jikkorrispondu għall-1 ta’ Lulju 2010.

Artikolu 2

1. L-istituzzjonijiet għandhom iħallsu l-arretrati fil-każ ta’ żidiet fir-remunerazzjonijiet minħabba l-koeffiċjenti korrettivi stipulati fl-Anness.

2. L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti retroattivi negattivi tar-remunerazzjonijiet fl-eventwalità ta' tnaqqis fir-remunerazzjonijiet minħabba l-koeffiċjenti korrettivi stipulati fl-Anness, għall-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2010 u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

L-aġġustamenti retroattivi li jinvolvu rkupru ta' pagamenti żejda għandhom ikunu limitati għal perjodu ta’ sitt xhur qabel id-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-irkupru għandu jitqassam fuq perjodu ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar mill-istess data.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

LULJU 2010

POSTIJIET TA' ASSENJAMENT | Paritajiet ekonomiċi Lulju 2010 | Rati tal-kambju Lulju 2010 (*) | Koeffiċjenti korrettivi Lulju 2010 (**) |

(***) | L-Afganistan | 0 | 0 | 0 |

L-Afrika t’Isfel | 6,319 | 9,318 | 67,8 |

L-Albanija | 86,28 | 136,693 | 63,1 |

Alġerija | 73,2 | 94,6259 | 77,4 |

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja | 37,3 | 61,6021 | 60,5 |

L-Angola | 137 | 115,037 | 119,1 |

L-Arabja Sawdija | 3,619 | 4,4823 | 80,7 |

L-Arġentina | 3,321 | 4,8506 | 68,5 |

L-Armenja | 376,7 | 453,4 | 83,1 |

L-Awstralja | 1,542 | 1,425 | 108,2 |

L-Azerbajġan | 1,088 | 0,9806 | 111 |

Il-Bangladexx | 50,15 | 85,5047 | 58,7 |

Barbados | 2,979 | 2,4518 | 121,5 |

Il-Belarus | 2610 | 3722,37 | 70,1 |

Il-Beliże | 1,81 | 2,4049 | 75,3 |

Il-Benin | 610,3 | 655,957 | 93 |

Il-Bolivja | 5,66 | 8,563 | 66,1 |

Il-Bosnja-Ħerzegovina (Banja Luka) | 1,253 | 1,95583 | 64,1 |

Il-Bosnja-Ħerzegovina (Sarajevo) | 1,456 | 1,95583 | 74,4 |

Il-Botswana | 5,447 | 8,62069 | 63,2 |

Il-Brażil | 2,459 | 2,1946 | 112 |

Burkina Faso | 634,6 | 655,957 | 96,7 |

(***) | Il-Burundi | 0 | 0 | 0 |

Il-Kambodja | 4448 | 5201 | 85,5 |

Il-Kamerun | 612,1 | 655,957 | 93,3 |

Il-Kanada | 1,207 | 1,2812 | 94,2 |

Il-Kap Verde | 81,84 | 110,265 | 74,2 |

Iċ-Ċilì | 452,4 | 652,86 | 69,3 |

Iċ-Ċina | 8,31 | 8,2918 | 100,2 |

Ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża | 5,512 | 4,7628 | 115,7 |

Il-Kolombja | 2185 | 2304,82 | 94,8 |

Il-Kongo (Brazzaville) | 765,4 | 655,957 | 116,7 |

Il-Korea t' Isfel | 1577 | 1484,96 | 106,2 |

Il-Kosta Rika | 599,1 | 641,853 | 93,3 |

Il-Côte d'Ivoire | 634,7 | 655,957 | 96,8 |

Il-Kroazja | 5,972 | 7,1973 | 83 |

Kuba | USD 1,006 | USD 1,2198 | 82,5 |

Ġibuti | 237,9 | 216,784 | 109,7 |

L-Eġittu | 4,159 | 6,99795 | 59,4 |

El Salvador | USD 0,9752 | USD 1,2198 | 79,9 |

L-Ekwador | USD 0,9829 | USD 1,2198 | 80,6 |

L-Eritrea | 17,91 | 18,8103 | 95,2 |

L-Istati Uniti (New York) | 1,286 | 1,2198 | 105,4 |

L-Istati Uniti (Washington) | 1,232 | 1,2198 | 101 |

L-Etjopja | 15,26 | 16,7933 | 90,9 |

Il-Gabon | 685 | 655,957 | 104,4 |

Il-Gambja | 28,07 | 32,8 | 85,6 |

Il-Ġeorġja | 1,652 | 2,2603 | 73,1 |

Il-Gana | 1,284 | 1,75825 | 73 |

Il-Gwatemala | 7,756 | 9,7462 | 79,6 |

Il-Ginea (Konakry) | 4931 | 7293,53 | 67,6 |

Il-Ginea Bissaw | 624,3 | 655,957 | 95,2 |

Il-Gujana | 173,2 | 250,657 | 69,1 |

Ħaiti | 54,21 | 50,0791 | 108,2 |

Il-Ħonduras | 19,13 | 23,129 | 82,7 |

Ħong Kong | 10,35 | 9,4958 | 109 |

Fiġi | 1,573 | 2,43635 | 64,6 |

Il-Gżejjer Salomon | 10,8 | 9,7236 | 111,1 |

L-Indja | 39,17 | 56,702 | 69,1 |

L-Indoneżja (Banda Aceh) | 8672 | 11052,7 | 78,5 |

L-Indoneżja (Ġakarta) | 9431 | 11052,7 | 85,3 |

(***) | L-Iraq | 0 | 0 | 0 |

L-Islanda | 149,4 | 157,29 | 95 |

L-Iżrael | 5,229 | 4,7628 | 109,8 |

Il-Ġamajka | 112 | 104,64 | 107 |

Il-Ġappun (Tokyo) | 162,6 | 108,31 | 150,1 |

Il-Ġordan | 0,8491 | 0,86484 | 98,2 |

Il-Kazakistan (Astana) | 174 | 180,65 | 96,3 |

Il-Kenja | 83,16 | 99,834 | 83,3 |

Il-Kirgiżistan | 44,4 | 56,1108 | 79,1 |

Kosovo (Pristina) | 0,6088 | 1 | 60,9 |

Il-Laos | 8644 | 10164 | 85 |

Il-Lesoto | 6,406 | 9,318 | 68,7 |

Il-Libanu | 1612 | 1838,85 | 87,7 |

Il-Liberja | USD 1,321 | USD 1,2198 | 108,3 |

Il-Libja | 1,011 | 1,6193 | 62,4 |

Il-Madagaskar | 2218 | 2720,67 | 81,5 |

Il-Malasja | 3,189 | 3,9692 | 80,3 |

Il-Malawi | 166 | 184,836 | 89,8 |

Mali | 657,2 | 655,957 | 100,2 |

Il-Marokk | 8,577 | 10,997 | 78 |

Il-Mawritanja | 32,06 | 40,028 | 80,1 |

Il-Mawrizju | 233,1 | 346,305 | 67,3 |

Il-Messiku | 12,22 | 15,6591 | 78 |

Il-Moldova | 10,16 | 15,7927 | 64,3 |

Il-Montenegro | 0,6501 | 1 | 65 |

Il-Możambik | 29,96 | 42,61 | 70,3 |

In-Namibja | 8,034 | 9,318 | 86,2 |

In-Nepal | 75,54 | 90,77 | 83,2 |

In-Nikaragwa | 16,53 | 26,0955 | 63,3 |

In-Niġer | 578 | 655,957 | 88,1 |

In-Niġerja (Abuja) | 179,9 | 181,748 | 99 |

In-Norveġja | 11,12 | 7,9085 | 140,6 |

Il-Kaledonja Ġdida | 135,5 | 119,332 | 113,5 |

In-New Zealand | 1,764 | 1,7579 | 100,3 |

L-Uganda | 1946 | 2768,57 | 70,3 |

L-Uzbekistan | 1095 | 1942,23 | 56,4 |

Il-Pakistan | 54,66 | 104,835 | 52,1 |

Il-Panama | USD 0,8233 | USD 1,2198 | 67,5 |

Il-Papwa Ginea Ġdida | 3,58 | 3,4638 | 103,4 |

Il-Paragwaj | 3881 | 5830,04 | 66,6 |

Il-Perù | 3,165 | 3,4502 | 91,7 |

Il-Filippini | 44,41 | 56,609 | 78,5 |

Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana | 664,5 | 655,957 | 101,3 |

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (Kinxasa) | USD 1,801 | USD 1,2198 | 147,6 |

Ir-Repubblika Dominikana | 31,13 | 44,0387 | 70,7 |

Ir-Russja | 40,98 | 38,13 | 107,5 |

Ir-Rwanda | 702,7 | 721,185 | 97,4 |

Samoa | 2,91 | 3,15976 | 92,1 |

Is-Senegal | 592,1 | 655,957 | 90,3 |

Is-Serbja (Belgrad) | 70,63 | 104,089 | 67,9 |

Sjerra Leone | 5193 | 4764,26 | 109 |

Singapor | 2,062 | 1,7075 | 120,8 |

Is-Sudan (Kartum) | 2,663 | 3,01508 | 88,3 |

Is-Sri Lanka | 114,1 | 140,185 | 81,4 |

(***) | Is-Sudan tan-Nofsinhar (Juba) | 0 | 0 | 0 |

L-Isvizzera (Bern) | 1,586 | 1,3258 | 119,6 |

L-Isvizzera (Ġinevra) | 1,617 | 1,3258 | 122 |

Is-Surinam | 2,179 | 3,46 | 63 |

Is-Sważiland | 6,689 | 9,318 | 71,8 |

Is-Sirja | 52,11 | 57,71 | 90,3 |

It-Taġikistan | 3,751 | 5,34565 | 70,2 |

It-Tajwan | 35,34 | 39,365 | 89,8 |

It-Tanzanija | 1295 | 1691,16 | 76,6 |

Iċ-Ċad | 733,3 | 655,957 | 111,8 |

It-Tajlandja | 32,43 | 39,564 | 82 |

Timor Leste | USD 1,212 | USD 1,2198 | 99,4 |

It-Togo | 563,8 | 655,957 | 86 |

Trinidad u Tobago | 7,192 | 7,85895 | 91,5 |

It-Tuneżija | 1,338 | 1,8572 | 72 |

It-Turkija | 1,899 | 1,9303 | 98,4 |

L-Ukraina | 7,584 | 9,69851 | 78,2 |

L-Urugwaj | 24,06 | 25,5548 | 94,2 |

Il-Vanwatu | 152,5 | 127,05 | 120 |

Il-Venezwela | 4,246 | 5,23861 | 81,1 |

Il-Vjetnam | 13488 | 23380,7 | 57,7 |

Il-Jemen | 202,4 | 278,652 | 72,6 |

Iż-Żambja | 4985 | 6254,26 | 79,7 |

(***) | Iż-Żimbabwe | 0 | 0 | 0 |

(*) | 1 EURO = x unitajiet tal-munita nazzjonali, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste |

(**) | Brussell = 100. |

(***) Mhux disponibbli, minħabba d-diffikultajiet marbuta mal-instabilità nazzjonali jew man-nuqqas ta’ affidabilità tad-dejta. |

N.B. | Il-kunċetti ta’ Parità ekonomika jew ta’ Parità tal-Kapaċità tal-Akkwist (PPP) huma: |

L-għadd ta' unitajiet monetarji meħtieġa biex jinxtara l-istess prodott li jinxtara minn Brussell (għal kull EURO). |

Il-figura pprovduta fl-ewwel kolonna (Parità tal-Kapaċità tal-Akkwist - PPP) tikkostitwixxi r-riżultat tal-multiplikazzjoni tar-Rata tal-Kambju (TX) bil-Koeffiċjent Korrettiv (CC). |

Għalhekk, il-formula matematika użata biex jiġu kkalkulati l-Koeffiċjenti korrettivi (CC) hija: PPP (ikkomunikata mill-Eurostat) diviża b’TX = CC. |

Il-kalkolu tal-ammonti dovuti lill-impjegati għandu jsir permezz tal-applikazzjoni mhux varjabbli tal-PPP stabbilita minn din it-tabella - u mhux permezz ta’ multiplikazzjoni ġdida kull darba, ta’ CC b’TX tad-data li fiha ssir it-tranżazzjoni, minħabba li din it-TX hija varjabbli u għaldaqstant tista’ twassal għal PPP differenti (żbaljata). |

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA

1. TITOLU TAL-AZZJONI

Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2010 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej li jkunu assenjati fil-pajjiżi terzi.

2. INTESTATURI TAL-BAĠIT IKKONĊERNATI

KE (BGUE-B2011): XX-01.01.02-11.01, 08.01.05.01, 19.01.04.02-02,

19.01.04.03-02, 21.01.04.01-02, 21.01.04.10.

SEAE/EEAS (B2011): 1100, 3000, 3001.

3. BAŻI LEGALI

L-Artikoli 12 u 13 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal.

4. IMPATT FINANZJARJU

4.1 Għall-baġits KE + SEAE/EEAS

Ammont stmat, għas-sena 2010, tal-pagi tal-persunal kollu li kien assenjat barra mill-UE 187.175.000 € (1)

Ammont stmat tan-nefqa attwali fil-munita lokali, għas-sena 2010, għall-persunal ikkonċernat biss 12.884.461 € (2)

Stima tal-impatt tal-koeffiċjenti korrettivi ta’ Lulju 2010 + 1.305.029 € (3)

Differenzi

[(3) : (1) =] + 0,006973

[(3) : (2) =] + 0,101287

4.2 Għall-baġit KE

Ammont stmat tan-nefqa attwali fil-munita lokali, għas-sena 2010, għall-persunal ikkonċernat biss 7.166.250 € (1)

Stima tal-impatt tal-koeffiċjenti korrettivi ta’ Lulju 2010 + 659.617 € (2)

Differenza

[(2) : (1) =] + 0,092045

4.3 Għall-baġit SEAE/EEAS

Ammont stmat tan-nefqa attwali fil-munita lokali, għas-sena 2010, għall-persunal ikkonċernat biss 5.718.211 € (1)

Stima tal-impatt tal-koeffiċjenti korrettivi ta’ Lulju 2010 + 645.412 € (2)

Differenza

[(2) : (1) =] + 0,1128694

N.B. − Għad-dettalji, ara t-tabella bażika, li tinsab disponibbli f’format elettroniku ( Excel ) biss, minħabba l-volum tagħha. Jekk tintalab, din tista’ tiġi pprovduta mill-Unità EEAS/MDR/C3. L-ewwel nett: is-sezzjoni ‘ Table coef correct’ (Tabella tal-Koeffiċjenti Korrettivi) tippermetti li wieħed jara l-iżvilupp tal-koeffiċjenti korrettivi matul it-tnax-il xahar preċedenti u li jqabbilhom mal-proposta attwali għal Lulju 2010. Imbagħad: is-sezzjoni ‘ Calculs ’ (Kalkoli) turi lill-persuni kkonċernati, il-paga tagħhom fil-munita lokali, u l-post ta' assenjament tagħhom. Imbagħad: is-sezzjoni ‘ Synthèse fonct contract’ (Sommarju - Uffiċjali u Aġenti Kuntrattwali) tippreżenta fil-qosor l-ammonti differenti mqassma skont il-gruppi ta' persuni (Uffiċjali (FO) u Aġenti Kuntrattwali (AC)). U fl-aħħar nett is-sezzjoni ‘ Synthèse budget’ (Sommarju - Baġit) tippreżenta: l-ammonti totali differenti li jikkostitwixxu l-addizzjoni tat-total globali, imqassma fi gruppi skont l-intestatura tal-baġit (kolonna għal kull intestatura, li fiha l-kodiċi baġitarji huma assoċjati mad-diversi kodiċi tal-PMO).

[1] ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

[2] ĠU L 181, 14.7.2009, p. 1.

[3] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

Top