Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0107

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta' Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali

/* KUMM/2011/0107 finali - NLE 2011/0050 */

52011PC0107

/* KUMM/2011/0107 finali - NLE 2011/0050 */ Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta' Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 10.3.2011

KUMM(2011) 107 finali

2011/0050 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta' Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA

Objettivi tal-Memorandum ta' Kooperazzjoni

L-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (International Civil Aviation Organization (ICAO)) hija Aġenzija Speċjalizzata tan-Nazzjonijiet Uniti. L-ICAO taħdem biex tilħaq il-viżjoni tagħha ta' żvilupp sikur, sigur u sostenibbli tal-avjazzjoni ċivili permezz ta' kooperazzjoni fost l-Istati Membri tagħha. Il-bażi legali għall-ICAO hija l-Konvenzjoni ta' Chicago tal-1944. Bħalissa l-ICAO tkopri 190 pajjiż.

L-Unjoni Ewropea jeħtieġ li taħdem mill-qrib mal-ICAO. L-ewwel nett, ħafna aspetti tal-Konvenzjoni ta' Chicago huma kompetenza tal-Unjoni. L-ICAO qed issegwi politiki fl-oqsma tas-sikurezza, tas-sigurtà tal-ambjent u tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru. It-tieni nett, l-istandards tal-ICAO u r-rekwiżiti jiffurmaw il-bażi tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Barra minn hekk, xi standards, bħal standards ambjentali għall-inġenji tal-ajru, kienu inkorporati fil-liġi Ewropea mingħajr ma kien hemm il-possibbiltà li jiġu emendati. Għalhekk, għall-Ewropa huwa importanti li tkun impenjata fil-ħidma tal-ICAO u fit-tfassil tal-politika sabiex tikkontribwixxi għal politiki globali tal-avjazzjoni sodi. Barra minn hekk, hemm involuta wkoll il-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-avjazzjoni ċivili. Din hija r-raġuni għalfejn parteċipanti globali oħra huma involuti wkoll b'mod attiv fl-attivitajiet tal-ICAO.

L-Ewropa ħadet approċċ prammatiku għall-involviment tal-ICAO. Dan il-Memorandum ta' Kooperazzjoni huwa l-qafas għal kooperazzjoni msaħħa fl-oqsma tas-sikurezza tal-avjazzjoni, is-sigurtà tal-avjazzjoni, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-protezzjoni tal-ambjent. Il-kooperazzjoni, fost affarijiet oħra, se tieħu l-forma ta' stazzjonar ta' esperti u l-finanzjament ta' azzjonijiet speċifiċi. Il-ftehim jistabbilixxi wkoll kumitat konġunt għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tiegħu.

Aspetti proċedurali

Fis-17 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill ta mandat lill-Kummissjoni biex tniedi n-negozjati dwar dan il-ftehim. Il-Kummissjoni wettqet in-negozjati matul l-2010 b'osservazzjoni sħiħa ta' dan il-mandat. Il-Memorandum ta' Kooperazzjoni kien sussegwentement mibdi fis-27 ta' Settembru 2010 matul il-ftuħ tas-37 Assemblea tal-ICAO.

Din il-proċedura tikkonċerna d-Deċiżjoni tal-Kunsill biex tikkonkludi l-ftehim internazzjonali. Fl-istess ħin, Deċiżjoni tal-Kunsill se tapprova formalment l-iffirmar tal-ftehim internazzjonali u se tagħmel il-ftehim applikabbli proviżorjament, filwaqt li se tixpruna l-ħolqien ta' kumitat konġunt. Dan il-kumitat konġunt se jadotta l-annessi dwar is-sigurtà, l-ambjent u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, sabiex ikopri l-ambitu sħiħ tal-attivitajiet.

Konsistenza ma' politiki oħra u objettivi tal-Unjoni

Il-Memorandum ta' Kooperazzjoni se jservi objettivi fundamentali tal-politika Ewropea esterna tal-avjazzjoni permezz tal-formalizzazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-ICAO u l-Ewropa.

RIŻULTATI TA' KONSULTAZZJONIJJIET MA' PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-Istati Membri kienu informati b'mod regolari matul il-proċess kollu ta' negozjar. Il-Kummissjoni rrispettat il-kundizzjonijiet tal-mandat tal-Kunsill.

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Sommarju tal-azzjoni proposta

Il-Memorandum ta' Kooperazzjoni jipprovdi l-qafas li jipprovdi appoġġ għall-ICAO bl-għan li jkunu ffinanzjati azzjonijiet speċifiċi jew li jiġu stazzjonati esperti għas-segretarjat tal-ICAO. Huwa jippermetti l-ippuljar u l-koordinazzjoni tal-appoġġ Ewropew.

Bażi Legali

L-Artikoli 100(2) u 218(6) tat-Trattat TFUE.

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-ftehim ikopri kwistjonijiet fejn għandha kompetenza l-Unjoni Ewropea u meta jeħtieġ li jinżammu relazzjonijiet mal-ICAO f'livell Ewropew.

Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Dan il-ftehim biss huwa kapaċi jippulja l-isforzi Ewropej u jipprovdi koordinazzjoni aħjar tal-appoġġ bejn l-Istati Membri.

IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-Memorandum ta' Kooperazzjoni se jipprovdi appoġġ finanzjarju ta' EUR 500 000 kull sena għal perjodu inizjali ta' tliet(3) snin u se jkun l-iskop ta' ftehim speċifiku għall-kontribuzzjoni fil-kuntest tal-Ftehim ta' Qafas Finanzjarju u Amministrattiv. Dan il-baġit jista' jkun ikkumplimentat minn appoġġ finanzjarju mill-Istati Membri jew mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.

2011/0050 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta' Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218 (6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

1. Il-Kummissjoni nnegozjat Memorandum ta' Kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali f'konformità mal-mandat anness mad-dokument 16021/1/09 REV 1, adottat mill-Kunsill fis-17 ta' Diċembru 2009 li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati;

2. Il-Memorandum ta' Kooperazzjoni kien inizjalizzat miż-żewġ partijiet fis-27 ta' Settembru 2010 matul is-37 Assemblea tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali f'Montréal;

3. Il-Memorandum ta' Kooperazzjoni kien iffirmat f'isem l-Unjoni u applikat proviżorjament, suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data iktar 'il quddiem;

4. Il-Memorandum ta' Kooperazzjoni għandu jkun approvat skont dan.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konklużjoni tal-Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat jaħtar il-persuna/i mogħtija s-setgħa biex jagħmlu n-notifika kif ipprovdut fl-Artikolu 9.2.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

MEMORANDUM TA' KOOPERAZZJONI

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali li jipprovdi qafas għal kooperazzjoni msaħħa

L-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali ("ICAO");

u

L-Unjoni Ewropea ("UE");

Minn hawn 'il quddiem "il-Partijiet":

FILWAQT LI JFAKKRU l-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali ffirmata f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944, (minn hawn 'il quddiem il-"Konvenzjoni ta' Chicago") u b'mod partikolari l-Artikoli 55 a) u 65 tagħha;

FILWAQT LI JFAKKRU t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (UE) iffirmat f'Lisbona fit-13 ta' Diċembru 2007 u b'mod partikolari l-Artikoli 218 u 220 tiegħu;

FILWAQT LI JQISU r-Riżoluzzjoni A1-10 tal-Assemblea tal-ICAO, li awtorizzat lill-Kunsill biex jagħmel l-arranġamenti xierqa mal-organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali li l-attivitajiet tagħhom jaffettwaw l-avjazzjoni ċivili internazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-kollaborazzjoni teknika, l-iskambju tal-informazzjoni u d-dokumenti, l-attendenza fil-laqgħat u kwistjonijiet oħra li jippromwovu kooperazzjoni effikaċi;

FILWAQT LI JFAKKRU l-Politika tal-ICAO u l-Qafas għall-Kooperazzjoni fir-rigward ta' Entitajiet Reġjonali tal-Avjazzjoni Ċivili li għandhom l-għan fost l-oħrajn li jikkonkludu ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' dawn l-entitajiet u l-organizzazzjonijiet, kif irrakkomandat minn Simpożju tal-KE/ICAO dwar organizzazzjonijiet reġjonali, li sar bejn l-10 u l-11 ta' April 2008 f'Montréal;

FILWAQT LI JQISU li l-biċċa l-kbira tal-Istandards tal-ICAO fl-oqsma tas-sikurezza tal-avjazzjoni, is-sigurtà tal-avjazzjoni, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, u l-protezzjoni tal-ambjent huma indirizzati fil-liġi tal-UE rilevanti;

FILWAQT LI JQISU l-"Memorandum ta' Kooperazzjoni (Memorandum of Cooperation (MOC)) bejn l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) dwar il-Verifika tas-Sorveljanza tas-Sikurezza u Kwistjonijiet Relatati", iffirmat f'Montréal fil-21 ta' Marzu 2006;

FILWAQT LI JQISU l-"Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) dwar il-Verifiki/Spezzjonijiet tas-Sigurtà u Kwistjonijiet Relatati", iffirmat f'Montréal fis-17 ta' Settembru 2008;

BILLI l-Komunità Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti ffirmaw fid-29 ta' April 2003, Ftehim ta' Qafas Finanzjarju u Amministrattiv (FAFA) ġdid li aderixxiet miegħu l-ICAO permezz ta' Ftehim mal-Komunità Ewropea ffirmat fis-7 ta' Diċembru 2004.

BILLI dan il-Memorandum ta' Kooperazzjoni ma jiħux post jew ma jippreġudikax forom eżistenti ta' kooperazzjoni bejn il-Partijiet sakemm dawn jibqgħu fis-seħħ;

FILWAQT LI JQISU r-Riżoluzzjoni A36-2 tal-Assemblea tal-ICAO li fost l-oħrajn tirrikonoxxi li l-istabbiliment ta' sistemi ta' sorveljanza reġjonali u subreġjonali, inklużi organizzazzjonijiet ta' sorveljanza tas-sikurezza reġjonali, għandha potenzjal kbir li tassisti lill-Istati jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta' Chicago permezz ta' ekonomiji ta' skala u armonizzazzjoni fuq skala ikbar u li titlob ukoll lis-Segretarju Ġenerali biex ikompli jrawwem il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-USOAP u l-programmi ta' awditjar ta' organizzazzjonijiet oħra relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni, u barra minn hekk, tidderieġi lill-Kunsill biex jippromwovi l-kunċett ta' sistemi ta' sorveljanza tas-sikurezza reġjonali u subreġjonali, inklużi organizzazzjonijiet ta' sorveljanza tas-sikurezza reġjonali;

BILLI l-Partijiet għandhom viżjoni komuni kif jiksbu l-ogħla grad ta' uniformità tar-regolamenti operazzjonali Ewropej, rekwiżiti u proċeduri bl-għan li tintlaħaq konformità mal-istandards ICAO inklużi fl-Annessi għall-Konvenzjoni ta' Chicago għall-benefiċċju tas-sikurezza tal-avjazzjoni, tas-sigurtà tal-avjazzjoni, tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-protezzjoni ambjentali;

BILLI kull Parti għandha rwol importanti biex jintlaħaq dan l-għan;

BILLI l-Partijiet jixtiequ jimpenjaw ruħhom u jikkomunikaw ma' xulxin dwar il-kooperazzjoni reġjonali;

Billi l-UE adottat regoli komuni fl-oqsma tas-sikurezza tal-avjazzjoni u s-sigurtà tal-avjazzjoni u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) u l-Kummissjoni Ewropa (KE) jagħmlu spezzjonijiet fl-Istati Membri tal-UE biex jimmonitorjaw l-applikazzjoni ta' dawk ir-regoli;

FILWAQT LI JQISU li fl-UE, il-Kummisjoni Ewropea għandha setgħat ta' infurzar biex tiżgura l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fl-oqsma tas-sikurezza tal-avjazzjoni, is-sigurtà tal-avjazzjoni, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-protezzjoni tal-ambjent;

FILWAQT LI JQISU li l-objettivi primarji tal-programmi ta' awditjar tal-ICAO u l-programmi ta' spezzjoni tal-UE huma li jissaħħu s-sikurezza u s-sigurtà tal-avjazzjoni billi tkun evalwata l-implimentazzjoni ta' standards rispettivi, li jkunu identifikati nuqqasijiet jekk ikun hemm u li tkun żgurata r-rettifika ta' nuqqasijiet fl-UE fejn meħtieġ;

BILLI l-UE stabbilixxiet Uffiċċju f'Montréal bil-għan li tiffaċilita t-tisħiħ ta' relazzjonijiet u kooperazzjoni bejn l-UE u l-ICAO u biex tiffaċilita iktar parteċipazzjoni u kontribuzzjonijiet mill-UE fl-attivitajiet tal-ICAO fil-Kwartieri Ġenerali tal-ICAO;

FILWAQT LI JQISU li, mingħajr ħsara għad-drittijiet jew l-obbligi ta' Stati Membri tal-UE taħt il-Konvenzjoni ta' Chicago jew għar-relazzjoni bejn l-Istati Membri u l-ICAO li tirriżulta mis-sħubija tagħhom mal-ICAO, hemm ix-xewqa li tkun stabbilita kooperazzjoni reċiproka bejn l-UE u l-ICAO fl-oqsma tas-sikurezza tal-avjazzjoni, is-sigurtà tal-avjazzjoni, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-protezzjoni tal-ambjent b'mod li jiżgura armonizzazzjoni ikbar ta' standards u koordinazzjoni iktar mill-qrib ta' attivitajiet rispettivi u bl-għan li jinkiseb użu aħjar ta' riżorsi limitati u tkun evitata dupplikazzjoni ta' sforzi filwaqt li tkun ippriżervata l-integrità taż-żewġ Partijiet;

U

BILLI l-Partijiet jirrikonoxxu n-neċessità li jipproteġu, sal-limitu meħtieġ mir-regoli rispettivi tagħhom, informazzjoni klassifikata mibgħuta mill-Parti l-oħra;

JAQBLU DWAR DAN LI ĠEJ

1. DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

5. Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu r-relazzjoni tagħhom u jistabbilixxu kooperazzjoni iktar mill-qrib fl-oqsma tas-sikurezza tal-avjazzjoni, is-sigurtà tal-avjazzjoni, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-protezzjoni tal-ambjent u jiffaċilitaw, f'konformità ma' regoli ta' proċedura stabbiliti, il-parteċipazzjoni tagħhom f'attivitajiet u attendenza f'laqgħat bħala osservatur permezz tal-iffirmar ta' dan il-Memorandum ta' Kooperazzjoni (MOC) għall-benefiċċju tal-avjazzjoni ċivili internazzjonali.

6. Dan l-MOC huwa mingħajr ħsara għad-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri tal-UE taħt il-Konvenzjoni ta' Chicago jew għar-relazzjoni bejn l-ICAO u l-Istati Membri tal-UE li tirriżulta mis-sħubija tal-Istati Membri mal-ICAO.

7. Dan l-MOC ma għandux ikopri jew jew ikun estiż għall-ebda teħid ta' deċiżjonijiet tal-ICAO jew tal-UE, inklużi deċiżjonijiet dwar l-istandardizzazzjoni jew kwistjonijiet dwar tfassil ta' regoli, iżda għandu jistabbilixxi kooperazzjoni regolatorja fl-istadji ta' preparazzjoni ta' dawn l-attivitajiet.

8. L-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea f'Montréal, li jirrappreżenta lill-UE fil-Kwartieri Ġenerali tal-ICAO, għandu jiffaċilita r-relazzjonijiet UE-ICAO u għandu jservi bħala l-punt ta' kuntatt ewlieni tal-UE għall-ICAO fil-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni ta' dan l-MOC.

2. OBJETTIVI

2.1 Dan l-MOC għandu:

a) jistabbilixxi qafas għal relazzjonijiet imsaħħin bejn il-Partijiet;

b) isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet;

c) jidentifika oqsma ta' kooperazzjoni reċiproka bejn il-Partijiet; u

d) jistabbilixxi t-termini, il-kundizzjonijiet u l-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni ta' kooperazzjoni bejn il-Partijiet.

3. AMBITU

3.1 Dan l-MOC għandu jistabbilixxi kooperazzjoni bejn il-Partijiet fl-oqsma li ġejjin:

a) is-sikurezza tal-avjazzjoni;

b) is-sigurtà tal-avjazzjoni;

c) il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru; u

d) il-protezzjoni tal-ambjent.

3.2 Kull waħda minn dawn l-oqsma msemmija fil-paragrafu 3.1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu s-suġġett ta' Annessi separati għall-MOC.

3.3 Il-Partijiet jistgħu jistabbilixxu arranġamenti ta' ħidma li jispeċifikaw il-mekkaniżmi miftiehma b'mod reċiproku u l-proċeduri neċessarji biex ikunu implimentati b'mod effikaċi attivitajiet ta' kooperazzjoni stabbiliti fl-Annessi għal dan l-MOC.

3.4 L-Annessi adottati skont dan l-MOC għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.

4. FOROM TA' KOOPERAZZJONI

4.1 Il-Partijiet għandhom:

a) jistabbilixxu mekkaniżmi għal konsultazzjoni, koordinazzjoni u kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni;

b) jiffaċilitaw l-armonizzazzjoni ta' rekwiżiti ta' prestazzjoni u interoperabbiltà ta' teknoloġiji u sistemi ġodda;

c) jikkoordinaw programmi ta' awditjar u ta' spezzjoni rispettivi u riżultati u attivitajiet ta' assistenza teknika bl-għan li jsir użu aħjar minn riżorsi limitati u tkun evitata dupplikazzjoni ta' sforzi;

d) jiskambjaw informazzjoni dwar konformità ma' Standards tal-ICAO;

e) jistabbilixxu arranġamenti għall-UE biex toffri għarfien espert u riżorsi lill-ICAO, inkluż fil-forma ta' individwi ssekondati taħt l-awtorità esklużiva tas-Segretarju Ġenerali, assistenza teknika u taħriġ speċjalizzat fejn prattikabbli;

f) jippermettu l-parteċipazzjoni tal-parti l-oħra fl-attivitajiet rispettivi tagħhom relatati mal-programmi ta' awditjar u spezzjoni u programmi ta' taħriġ, kif xieraq, filwaqt li l-osservaturi tal-UE jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-missjonijiet ta' awditjar tal-ICAO tal-Istati tal-UE biss bil-kunsens ta' din tal-aħħar, l-esperti tal-UE li jkunu qed jipparteċipaw fl-awditjar tal-ICAO minħabba li jkunu ssekondati bħala awdituri tal-ICAO, għandhom iżommu kwalunkwe informazzjoni relatata mal-missjoni ta' verifika bħala strettament kunfidenzjali f'konformità mar-regoli tal-ICAO applikabbli; u

g) mingħajr ħsara għall-obbligi taż-żewġ partijiet biex ma jkunx hemm divulgazzjonijiet u suġġett għall-applikazzjoni tar-regoli ta' kunfidenzjalità rispettivi kif stabbilit fl-Artikolu 6, jaqsmu informazzjoni elettronika, dejta u pubblikazzjonijiet uffiċjali u jipprovdu aċċess reċiproku għall-bażijiet ta' dejta u jsaħħu r-rabtiet bejniethom sabiex jikkumplimentaw il-bażijiet ta' dejta eżistenti ta' xulxin.

5. ATTIVITAJIET TA' KOOPERAZZJONI

5.1 Il-Partijiet jaqblu, kif speċifikat fl-Annessi għal dan l-MOC, biex jeżegwixxu b'mod konġunt l-attivitajiet ta' kooperazzjoni li ġejjin. Il-Partijiet għandhom:

5.1.1 Jistabbilixxu mekkaniżmi għall-konsultazzjoni, kooperazzjoni u qsim ta' informazzjoni, inklużi dawn li ġejjin:

a) jistabbilixxu u jimplimentaw mekkaniżmi konġunti għal djalogu regolari, konsultazzjoni u qsim ta' informazzjoni;

b) jiżguraw li kull Parti tinżamm infurmata fil-ħin dwar deċiżjonijiet, attivitajiet, inizjattivi, laqgħat u avvenimenti ta' rilevanza għal dan l-MOC fl-oqsma tas-sikurezza tal-avjazzjoni, is-sigurtà tal-avjazzjoni, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-protezzjoni tal-ambjent u li tirċievi dokumentazzjoni rilevanti. Fejn xieraq, għandhom isiru aġġornamenti;

c) jipprovdu aċċess mingħajr ħlas għad-dokumenti u l-pubblikazzjonijiet uffiċjali kollha;

d) jagħmlu bażijiet ta' dejta u informazzjoni fuq websajts disponibbli għall-Parti l-oħra; u

e) jiżguraw li l-UE tirċievi u jkollha aċċess għall-ittri tal-Istat kollha tal-ICAO li s-suġġett tagħhom ikun rilevanti għall-ambitu ta' dan l-MOC u l-Annessi tiegħu.

5.1.2 Jistabbilixxu oqfsa ta' kooperazzjoni biex jikkoordinaw aħjar il-programmi ta' verifika u spezzjoni bl-għan li jsir użu aħjar minn riżorsi limitati u li tkun evitata duplikazzjoni tal-isforzi.

5.1.3 Jistabbilixxu mekkaniżmi konġunti għall-koordinazzjoni mill-qrib ta' ppjanar ta' programmi u assistenza teknika.

5.1.4 Jikkooperaw fil-promozzjoni tal-interoperabbiltà globali ta' teknoloġiji u sistemi ġodda u jistabbilixxu mekkaniżmi konġunti biex isaħħu l-kooperazzjoni fir-rigward tal-użu ta' teknoloġiji ġodda.

5.1.5 Jiżguraw konsultazzjoni reċiproka fil-ħin bl-għan li jkun hemm koordinazzjoni mtejba u koerenza bejn ir-regolamenti, politiki, approċċi u SARPs tal-ICAO.

5.1.6 Jistabbilixxu arrangamenti ta' ħidma biex jiffaċilitaw l-iskambju ta' għarfien espert u riżorsi kif ġej:

a) l-ICAO għandha tipprovdi lill-UE b'għarfien espert u pariri dwar l-aħjar prattiki għall-implimentazzjoni tas-SARPS;

b) l-UE għandha tipprovdi għarfien espert lill-ICAO, inkluż fil-forma ta' individwi ssekondati lis-Segretarjat tal-ICAO.

c) l-UE għandha tagħmel sforz biex tipprovdi lill-ICAO b'kontribuzzjoni finanzjarja biex tkopri l-kostijiet imġarrba għall-implimentazzjoni ta' dan il-MOC, inklużi kostijiet amministrattivi, forniment ta' dokumentazzjoni u pubblikazzjonijiet u servizzi relatati, l-użu ta' faċilitajiet ta' swali fil-Kwartieri Ġenerali tal-ICAO u kostijiet għat-teknoloġija tal-informazzjoni;

d) l-UE għandha tagħmel sforz biex tipprovdi lill-ICAO b'kontribuzzjonijiet finanzjarji sabiex ikunu appoġġati programmi ta' kooperazzjoni tekniċi tal-ICAO u għal attivitajiet oħra tal-ICAO li għandhom ikunu miftiehma mal-Kumitat Konġunt, li jkunu konsistenti mal-ftehim ta' Qafas Finanzjarju u Amministrattiv (FAFA); u

e) kwalunkwe qafas ġdid u termini u kundizzjonijiet għal sekondar u kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-ICAO fil-kuntest ta' dan il-MOC għandhom ikunu stabbiliti fl-arranġamenti ta' ħidma għal dak l-iskop miftiehem fil-Kumitat Konġunt. Dawn l-arranġamenti ta' ħidma għandhom jinkludu l-possibbiltà għall-UE li titlob lill-ICAO informazzjoni finanzjarja fil-qafas ta' dawk il-kontribuzzjonijiet.

5.1.7 Għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar kwalunkwe programm ta' taħriġ rilevanti u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni mill-Parti l-oħra, kif xieraq.

5.1.8 Jorganizzaw avvenimenti rilevanti b'mod konġunt u jikkoordinaw avvenimenti, fejn xieraq.

6. KUNFIDENZJALITÀ

6.1 Kull Parti għandha tieħu l-prekawzjonijiet raġonevoli neċessarji kollha biex tipproteġi informazzjoni li tasal taħt dan il-MOC u l-Annessi tiegħu milli tkun divulgata b'mod mhux awtorizzat. Parti tista', meta tgħaddi informazzjoni lil Parti oħra, tidentifika l-partijiet tal-informazzjoni li tqis li għandhom ikunu eżentati mid-divulgazzjoni.

6.2 Il-Partijiet jaqblu li jissalvagwardjaw, sal-limitu meħtieġ taħt ir-regoli, ir-regolamenti u l-leġiżlazzjoni rispettivi tagħhom, il-protezzjoni ta' informazzjoni kklassifikata mibgħuta mill-Parti l-oħra b'applikazzjoni ta' dan il-MOC u l-Annessi tiegħu.

6.3 B'mod partikolari, suġġett għar-regoli, ir-regolamenti u l-leġiżlazzjoni rispettivi tagħhom, il-Partijiet ma għandhomx jiddivulgaw informazzjoni li tasal mingħand xulxin taħt dan il-MOC u l-Annessi tiegħu li hija meqjusa bħala proprjetà tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tkun immarkata kif xieraq bħala tali f'konformità mar-regoli rispettivi tagħhom.

6.4 Il-Partijiet għandhom jaqblu fuq arranġamenti ta' ħidma dwar proċeduri ulterjuri għall-protezzjoni ta' informazzjoni kklassifikata pprovduta skont dan il-MOC u l-Annessi tiegħu skont il-bżonn. Dawn il-proċeduri għandhom jinkludu l-possibbiltà għal kull Parti li tivverifika liema miżuri ta' protezzjoni ġew stabbiliti mill-Parti l-oħra.

7. KUMITAT KONĠUNT TAL-PARTIJIET

7.1 Qed jitwaqqaf Kumitat Konġunt, kompost minn rappreżentanti ta’ kull Parti. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun immexxi minn rappreżentant ta' kull Parti. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun responsabbli għall-iffunzjonar effikaċi tal-Annessi għal dan il-MOC, inkluża l-adozzjoni tal-Annessi.

7.2 Għandha tissejjaħ għall-inqas darba fis-sena laqgħa tal-Kumitat Konġunt biex tanalizza l-implimentazzjoni tal-Annessi għal dan il-MOC u l-laqgħa għandha tkun organizzata b'mod kosteffikaċi. Kull Parti tista' titlob laqgħa tal-Kumitat Konġunt fi kwalunkwe ħin.

7.3 Il-Kumitat Konġunt jista’ jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni relatata mal-funzjonament u mal-implimentazzjoni tal-Annessi għal dan il-MOC. B’mod partikolari, għandu jkun responsabbli :

a) għar-riżoluzzjoni ta' kwalunkwe kwistjoni relatata mal-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Annessi għal dan il-MOC;

b) għall-kunsiderazzjoni ta' modi li jsaħħu l-operat tal-Annessi għal dan il-MOC u biex jagħmel, kif xieraq, rakkomandazzjonijiet lill-Partijiet għall-emendar tiegħu;

c) għall-adozzjoni ta' Annessi għal dan il-MOC u ta' arranġamenti ta' ħidma fl-ambitu tal-Annessi jew emendi għalihom;

d) għall-kunsiderazzjoni ta' kwistjonijiet finanzjarji u relatati mar-riżorsi għall-implimentazzjoni tal-MOC u l-Annessi tiegħu; kif ukoll

e) għar-riżoluzzjoni ta' kwalunkwe differenza jew kwistjoni dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-MOC u l-Annessi tiegħu.

7.4 Il-Kumitat Konġunt għandu jopera abbażi ta' ftehim bejn il-Presidenti li jirrappreżentaw il-Parti rispettiva tagħhom.

8. RIŻOLUZZJONI TA' TILWIM

8.1 Kull Parti tista' titlob għal konsultazzjonijiet mal-Parti l-oħra dwar kwalunkwe suġġett relatat ma' dan il-MOC. Il-Parti l-oħra għandha twieġeb fil-pront għat-tali talba u għandha tidħol f’konsultazzjonijiet fi żmien miftiehem bejn il-Partijiet li ma jaqbiżx 45 jum.

8.2 Il-Partijiet għandhom jagħmlu kull sforz biex isolvu kwalunkwe differenza bejniethom li tirriżulta mill-kooperazzjoni tagħhom taħt dan il-MOC fl-iktar livell tekniku baxx possibbli permezz ta' konsultazzjoni.

8.3 Fil-każ meta ma tkunx solvuta xi differenza kif stipulat fil-paragrafu 8.2 ta' dan l-Artikolu, waħda mill-Partijiet tista' tirreferi t-tilwima lill-Kumitat Konġunt, li għandu jikkonsulta dwar il-kwistjoni, f'konformità mal-Artikolu 7 ta' dan il-MOC, bl-għan li tissolva permezz ta' negozjat.

8.4 Minkejja l-paragrafi 8.1 sa 8.3 ta' hawn fuq, id-dispożizzjonijiet tal-FAFA dwar ir-riżoluzzjoni tat-tilwim għandhom ikunu applikati meta tkun indirizzata kwalunkwe tilwima li tirriżulta minn kwistjoni ta' mmaniġġjar finanzjarju.

8.5 Xejn f'dan l-MOC ma għandu jkun meqjus bħala revoka tal-privileġġi u l-immunitajiet tal-Partijiet.

9. DĦUL FIS-SEĦĦ, EMENDI U TERMINAZZJONI

9.1 Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Memorandum għandu jiġi applikat proviżorjament mid-data tal-iffirmar tiegħu.

9.2 Dan l-MOC għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu tlestew, u għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu tterminati.

9.3 Dan l-MOC jista' jkun terminat fi kwalunkwe ħin minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet. Din it-terminazzjoni għandha sseħħ b’notifika bil-miktub mibgħuta sitt(6) xhur qabel lill-Parti l-oħra, sakemm l-avviż imsemmi tat-terminazzjoni ma jkunx ġie rtirat bil-kunsens reċiproku tal-Partijiet qabel ma jiskadi dan il-perjodu.

GĦALL-UNJONI EWROPEA GĦALL-ORGANIZZAZZJONI TAL-AVJAZZJONI ĊIVILI INTERNAZZJONALI

ANNESS IS-SIKUREZZA TAL-AVJAZZJONI

1. Għanijiet

1.1 Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni fil-kuntest tal-Memorandum ta' Kooperazzjoni (MOC) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) mibdi f'Montréal fis-27 ta' Settembru 2010.

1.2 B'mod konsistenti mal-impenn tagħhom li jiksbu l-ogħla livelli ta' sikurezza tal-avjazzjoni fid-dinja kollha u għall-armonizzazzjoni globali tal-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati tas-sikurezza (SARPs), il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw mill-qrib fi spirtu ta' trasparenza u djalogu biex jikkoordinaw l-attivitajiet ta' sikurezza tagħhom.

2. Ambitu

2.1 Sabiex jilħqu l-objettivi speċifikati fil-paragrafu 1.2, il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw fl-oqsma li ġejjin:

- iwettqu djaloġu regolari dwar kwistjonijiet ta' sikurezza ta' interess reċiproku;

- jiksbu trasparenza permezz ta' skambju regolari ta' informazzjoni u dejta rilevanti għas-sikurezza u billi jipprovdu aċċess reċiproku għall-bażijiet tad-dejta;

- jipparteċipaw f'attivitajiet dwar is-sikurezza;

- jirrikonoxxu reċiprokament ir-riżultati tal-Programm ta' Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza Universali (USOAP) tal-ICAO u l-Ispezzjonijiet ta' Standardizzazzjoni tal-UE;

- jimmonitorjaw u janalizzaw il-konformità mal-istandards tal-ICAO u l-ħarsien tal-Prattiki Rrakkomandati;

- jikkooperaw fi kwistjonijiet regolatorji u li jistipulaw l-istandards;

- jiżviluppaw u jipprovdu proġetti u programmi ta' assistenza teknika;

- jippromwovu kooperazzjoni reġjonali;

- jiskambjaw esperti; kif ukoll

- jipprovdu taħriġ.

2.2 Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.1 għandha tiġi żviluppata f'dawk l-oqsma fejn tiġi eżerċitata l-kompetenza tal-UE.

3. Implimentazzjoni

3.1 Il-Partijiet jistgħu jistabbilixxu arranġamenti ta' ħidma li jispeċifikaw mekkaniżmi u proċeduri miftiehma b'mod reċiproku biex jimplimentaw kooperazzjoni b'mod effikaċi fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 2.1. Dawn l-arranġamenti ta' ħidma għandhom ikunu adottati mill-Kumitat Konġunt.

4. Djalogu

4.1 Il-Partijiet għandhom jorganizzaw laqgħat u telekonferenzi fuq bażi regolari biex jiddiskutu kwistjonijiet ta' sikurezza u ta' interess reċiproku, u fejn xieraq, jikkoordinaw attivitajiet.

5. Trasparenza, Skambju ta' Informazzjoni, Aċċess għal Bażijiet ta' Dejta

5.1 Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu, suġġett għar-regoli applikabbli, it-trasparenza fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-relazzjonijiet tagħhom ma' partijiet terzi.

5.2 Il-Partijiet għandhom ikunu trasparenti fil-kooperazzjoni tagħhom u jikkollaboraw fl-attivitajiet ta' sikurezza permezz tal-iskambju ta' dejta rilevanti u xierqa dwar is-sikurezza, informazzjoni dwar is-sikurezza u dokumentazzjoni, billi jipprovdu aċċess għal bażijiet ta' dejta rilevanti u billi jiffaċilitaw parteċipazzjoni reċiproka fil-laqgħat. Għal dan l-għan, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta' ħidma li jispeċifikaw il-proċeduri għall-iskambju ta' informazzjoni, għall-provvediment ta' aċċess għal bażijiet ta' dejta u li jiggarantixxu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tkun waslitilhom mill-Parti l-oħra f'konformità mal-Artikolu 6 tal-MOC

6. Parteċipazzjoni f'attivitajiet dwar is-sikurezza

6.1 Għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan l-Anness, kull Parti għandha, kif xieraq, tistieden lill-Parti l-oħra biex tipparteċipa f'attivitajiet u laqgħat relatati mas-sikurezza bl-għan li jkunu żgurati kooperazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib. Il-modalitajiet għal din il-parteċipazzjoni għandhom ikunu stabbiliti fl-arranġamenti ta' ħidma miftiehma mill-Partijiet.

7. Koordinazzjoni tal-USOAP tal-ICAO u l-Ispezzjonijiet ta' Standardizzazzjoni tal-UE

7.1 Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fl-oqsma tal-USOAP u l-ispezzjonijiet ta' standardizzazzjoni sabiex jiżguraw użu effikaċi ta' riżorsi limitati u jevitaw duplikazzjoni ta' sforzi, filwaqt li jippreżervaw l-universalità u l-integrità tal-USOAP tal-ICAO.

7.2 Sabiex tkun verifikata konformità mill-Istati Membri mal-Istandards relatati mas-sikurezza tal-ICAO u l-ħarsien tal-Prattiki Rrakkomandati tal-ICAO, u biex jintlaħqu l-objettivi speċifikati fil-paragrafu 7.1, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu qafas għat-twettiq, kif xieraq ta':

9. awditjar ta' sorveljanza ta' sikurezza tal-ICAO tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) dwar SARPs relatati mas-sikurezza li huma indirizzati fil-leġiżlazzjoni tal-UE u fir-rigward ta' ċerti funzjonijiet u kompiti li l-EASA twettaq f'isem l-Istati Membri tal-UE; kif ukoll

10. sorveljanza tal-ICAO tal-Ispezzjonijiet ta' Standardizzazzjoni tal-UE mwettqa mill-EASA tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE dwar SARPs relatati mas-sikurezza li huma indirizzati mil-leġiżlazzjoni tal-UE.

7.3 Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta' ħidma li jispeċifikaw il-mekkaniżmi u l-proċeduri neċessarji għall-implimentazzjoni effikaċi tal-qafas imsemmi fil-paragrafu 7.2. Dawn l-arranġamenti ta' ħidma għandhom jindirizzaw, inter alia , l-aspetti li ġejjin:

11. l-iskop tal-attivitajiet ta' intervent tal-USOAP tal-ICAO inkluż awditjar u missjonijiet ta' validazzjoni bbażati fuq analiżi komparattiva tal-leġiżlazzjoni tal-UE u SARPs tal-ICAO relatati mas-sikurezza;

12. parteċipazzjoni reċiproka fl-attivitajiet rispettivi ta' awditjar, spezzjoni u validazzjoni ta' kull Parti;

13. informazzjoni li għandha tkun ipprovduta minn kull Parti għall-iskopijiet tal-USOAP tal-ICAO u Spezzjonijiet ta' Standardizzazzjoni tal-EASA;

14. l-iżgurar tal-kunfidenzjalità fejn ikun neċessarju, protezzjoni ta' dejta u l-immaniġġjar ta' informazzjoni sensittiva; kif ukoll

15. żjarat fuq il-post.

8. Qsim ta' informazzjoni u analiżi dwar is-sikurezza

8.1 Mingħajr ħsara għar-regoli applikabbli tagħhom, il-Partijiet għandhom jaqsmu ma' xulxin dejta rilevanti dwar is-sikurezza miġbura permezz tal-USOAP u sorsi oħra, bħall-attivitajiet ta' approċċ ta' monitoraġġ kontinwu tal-ICAO, l-Ispezzjonijiet ta' Standardizzazzjoni tal-EASA u l-ispezzjonijiet SAFA, kif ukoll analiżi magħmula abbażi ta' din id-dejta.

8.2 Il-Partijiet għandhom jikkooperaw mill-qrib fi kwalunkwe azzjoni meħuda biex tkun żgurata konformità effikaċi mas-SARPs fl-UE u fi Stati oħra. Din il-kooperazzjoni għandha tinkludi l-iskambju ta' informazzjoni, l-iffaċilitar ta' djalogu bejn il-Partijiet ikkonċernati, żjarat fuq il-post jew spezzjonijiet, u l-koordinazzjoni ta' kwalunkwe attività ta' assistenza teknika.

9. Kwistjonijiet Regolatorji

9.1 Kull Parti għandha tiżgura li l-parti l-oħra tinżamm infurmata dwar il-liġijiet, ir-regolamenti, l-istandards, ir-rekwiżiti u l-prattiki rrakkomandati rilevanti kollha tagħha li jistgħu jaffettwaw l-implimentazzjoni ta' dan l-Anness, kif ukoll kwalunkwe modifika tiegħu.

9.2 Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin f'ħin adegwat dwar kwalunkwe modifika proposta għal-liġijiet, ir-regolamenti, l-istandards, ir-rekwiżiti u l-prattiki rrakkomandati rilevanti tagħhom, safejn dawn il-modifiki jista' jkollhom impatt fuq dan l-Anness. Fid-dawl ta' dawn il-modifiki, il-Kumitat Konġunt jista' jadotta emendi għal dan l-Anness, kif meħtieġ, skont l-Artikolu 7 tal-MOC.

9.3 Fl-isfond tal-armonizzazzjoni globali tar-regolamenti u l-istandards dwar is-sikurezza, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar kwistjonijiet regolatorji tekniċi fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni matul l-istadji differenti tat-tħejjija ta' regoli jew il-proċessi tal-iżvilupp tas-SARP, u għandhom jiġu mistiedna biex jipparteċipaw fl-entitajiet tekniċi assoċjati, fejn xieraq.

9.4 L-ICAO għandha tipprovdi lill-UE b'informazzjoni fil-ħin dwar deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-ICAO li jaffettwaw SARPs relatati mas-sikurezza, billi tipprovdi aċċess sħiħ għall-Ittri tal-Istat ICAO u Bullettini Elettroniċi.

9.5 Fejn xieraq, l-UE għandha tipprova tiżgura li l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE tkun f'konformità mas-SARPs relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni tal-ICAO.

9.6 Minkejja l-obbligi tal-Istati Membri tal-UE bħala Stati Kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Chicago, l-UE għandha fejn xieraq, tiddjaloga mal-ICAO biex tipprovdi informazzjoni teknika f'każijiet meta jitfaċċaw kwistjonijiet relatati mal-konformità mal-Istandards tal-ICAO u l-ħarsien tal-Prattiki Rrakkomandati tal-ICAO skont l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

10. Proġetti u Programmi ta' Assistenza Teknika

10.1 Il-Partijiet għandhom jikkoordinaw assistenza lill-Istati bi sforz biex jiżguraw l-użu effikaċi ta' riżorsi u jevitaw sforz doppju u għandhom jiskambjaw informazzjoni u dejta dwar proġetti u programmi ta' assistenza teknika relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni

10.2 Il-Partijiet għandhom jimpenjaw ruħhom f'attivitajiet konġunti biex iniedu u jikkoordinaw sforzi internazzjonali biex jidentifikaw donaturi li huma lesti u li huma kapaċi jikkontribwixxu assistenza teknika mmirata lejn Stati li għandhom nuqqasijiet ta' sikurezza sinifikanti.

10.3 Il-kontribuzzjonijiet tal-UE għandhom b'mod partikolari jkunu diretti lejn programmi u proġetti mmirati lejn l-assistenza ta' Stati u entitajiet tal-avjazzjoni ċivili reġjonali biex isolvu nuqqasijiet ta' sikurezza sinifikanti, jimplimentaw SARPs tal-ICAO, jiżviluppaw kooperazzjoni regolatorja u jsaħħu sistemi tal-Istat ta' sorveljanza tas-sikurezza, inkluż permezz tal-istabbiliment ta' sistemi reġjonali ta' sorveljanza tas-sikurezza.

11. Kooperazzjoni reġjonali

11.1 Il-Partijiet għandhom jagħtu prijorità lill-attivitajiet immirati lejn l-aċċellerazzjoni tal-istabbiliment ta' Organizzazzjonijiet Reġjonali ta' Sorveljanza tas-Sikurezza meta l-approċċ reġjonali joffri opportunitajiet għat-titjib tal-proċessi tal-kosteffiċjenza, tas-sorveljanza u/jew tal-istandardizzazzjoni.

12. Assistenza Esperta

12.1 Mingħajr ħsara għall-iskemi ta' assistenza esperta żviluppati barra l-ambitu ta' dan l-Anness, l-UE għandha tipprova taħtar esperti b'għarfien espert tekniku pruvat fl-oqsma rilevanti tas-sikurezza tal-avjazzjoni disponibbli għall-ICAO, fuq talba, biex iwettqu kompiti u jipparteċipaw f'attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu ta' dan l-Anness. Il-kundizzjonijiet ta' assistenza esperta bħal din għandhom ikunu speċifikati f'arranġament ta' ħidma bejn il-Partijiet.

13. Taħriġ

13.1 Fejn xieraq, kull Parti għandha tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta' persunal tal-Parti l-oħra fi kwalunkwe programm ta' taħriġ relatat mas-sikurezza tal-avjazzjoni li tipprovdi.

13.2 Il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni u materjali relatati ma' programmi ta' taħriġ relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni u, fejn xieraq, jikkoordinaw u jikkooperaw fl-iżvilupp ta' programmi ta' taħriġ.

13.3 Fil-qafas tal-attivitajiet koperti mill-Artikolu 10 ta' dan l-Anness, il-Partijiet għandhom jikkooperaw fl-iffaċilitar u l-koordinazzjoni tal-parteċipazzjoni fi programmi ta' taħriġ ta' apprentisti li jiġu minn Stati jew reġjuni li lilhom tkun qed tiġi pprovduta assistenza teknika minn waħda mill-Partijiet.

14. Analiżi

14.1 Il-Partijiet għandhom janalizzaw l-implimentazzjoni ta' dan l-Anness fuq bażi regolari u, skont kif meħtieġ, jikkunsidraw kwalunkwe politika rilevanti jew żviluppi regolatorji.

14.2 Kwalunkwe analiżi ta' dan l-Anness għandha titwettaq mill-Kumitat Konġunt imwaqqaf skont l-Artikolu 7 ta' dan il-MOC.

15. Dħul fis-Seħħ, Emendi u Terminazzjoni

15.1 Dan l-Anness għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni mill-Kumitat Konġunt u għandu jibqa' fis-seħħ sakemm ikun terminat.

15.2 Arranġamenti ta' ħidma miftiehma skont dan l-Anness għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni mill-Kumitat Konġunt.

15.3 Kwalunkwe emenda għal jew terminazzjoni ta' arranġamenti ta' ħidma adottati skont dan l-Anness għandhom ikunu miftiehma fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

15.4 Dan l-Anness jista' jkun terminat fi kwalunkwe ħin minn kwalunkwe mill-Partijiet. Din it-terminazzjoni għandha tkun effikaċi sitt xhur wara l-wasla ta' notifika bil-miktub tat-terminazzjoni minn parti waħda mill-parti l-oħra, sakemm in-notifika ta' terminazzjoni msemmija ma tkunx ġiet irtirata bil-kunsens reċiproku tal-Partijiet qabel ma jkun skada l-perjodu ta' sitt xhur.

15.5 Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta' dan l-Artikolu, jekk il-MOC jiġi terminat, dan l-Anness u kwalunkwe arranġament ta' ħidma adottat skont l-Artikolu għandu jiġi terminat fl-istess ħin.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali li jipprovdi qafas għal kooperazzjoni msaħħa

1.2. Il-qasam/l-oqsma tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB: Politika Ewropea tal-Avjazzjoni – relazzjonijiet internazzjonali

1.3. In-natura tal-proposta/inizjattiva: ftehim internazzjonali

1.4. Għan(ijiet): tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-ICAO billi jkun ipprovdut appoġġ finanzjarju għal azzjonijiet speċifiċi jew għall-istazzjonar ta' esperti

1.5. Bażi għall-proposta/inizjattiva: L-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali hija s-sors tal-istandards u tal-politika tal-avjazzjoni globali. Billi l-Unjoni hija kompetenti għall-politika Ewropea tal-avjazzjoni, huwa importanti li tkun impenjata fil-ħidma regolatorja tal-ICAO u fit-tfassil tal-politika sabiex tikkontribwixxi għal politiki globali tal-avjazzjoni sodi. Barra minn hekk, hemm involuta wkoll il-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-avjazzjoni ċivili.

1.6. Tul taż-żmien u impatt finanzjarju: Il-ftehim huwa konkluż għal tul ta' żmien mingħajr limitu bil-possibbiltà għaż-żewġ partijiet li jitterminaw suġġett għal perjodu ta' notifikazzjoni ta' sitt xhur. Għall-ewwel tliet snin hemm previst baġit ta' EUR 500,000 kull sena. Dan l-ammont jista' jkun emendat fl-isfond ta' dawn il-bżonnijiet u l-esperjenza.

1.7. Il-metodu/metodi ta' ġestjoni previst(i): Il-Memorandum ta' Kooperazzjoni jipprevedi l-ħolqien ta' kumitat konġunt biex jissorvelja l-attivitajiet kollha – kuntratti ta' għotjiet tal-UE se jipprovdu l-modalitajiet iddettaljati.

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1. Regoli għall-monitoraġġ u r-rappurtar: (1) Kumitat Konġunt se jsegwi l-attivitajiet kollha ffinanzjati taħt dan il-memorandum ta' kooperazzjoni; (2) il-ftehim ta' għotja tal-UE jipprevedi regoli standard ta' monitoraġġ u rappurtar (3) l-uffiċċju ta' kollegament tal-UE f'Montréal se jsegwi attivitajiet.

2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll: Lil hinn mill-miżuri deskritti f'2.1, is-servizzi finanzjarji tal-ICAO u tal-Kummissjoni huma f'kuntatt mill-qrib biex jiżguraw applikazzjoni u kontroll rigorużi.

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet: L-iffinanzjar tal-UE se jkun regolat permezz ta' ftehim ta' għotja tal-UE li jipprevedi l-miżuri neċessarji, inklużi prevenzjoni ta' kunflitt ta' interess, ħlas bin-nifs, ġustifikazzjoni ta' spejjeż u proċeduri ta' rkupru

3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata: 060203 - Attivitajiet ta’ appoġġ għall-politika Ewropea tat-Trasport u d-drittijiet tal-passiġġieri

3.2. L-impatt stmat fuq in-nefqa:

3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa EUR 500,000 fis-sena. L-azzjonijiet konkreti jistgħu jieħdu l-forma ta' stazzjonar ta' esperti fil-kwartieri ġenerali tal-ICAO, konferenzi konġunti jew assistenza teknika lill-pajjiżi terzi, taħt il-koordinazzjoni tal-ICAO.

3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali: l-ikbar parti tal-approprjazzjonijiet totali se tkun operazzjonali.

3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva: mhux sinifikanti.

3.2.4. Kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali kurrenti: in-nefqa prevista hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali.

3.2.5. Il-parteċipazzjoni ta’ partijiet terzi fil-finanzjament: l-azzjonijiet konkreti mhumiex mistennija jinvolvu finanzjament ta' partijiet terzi.

3.3. Impatt stmat fuq id-dħul: l-attivitajiet mhumiex mistennija jżidu d-dħul.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

Titolu tal-proposta/inizjattiva

Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO)

Il-qasam/l-oqsma tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB[1]

060203 Attivitajiet ta’ Appoġġ għall-Politika Ewropea tat-Trasport u d-Drittijiet tal-Passiġġieri

Natura tal-proposta/inizjattiva

X Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida

Għanijiet

L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni mmirat(i) mill-proposta/inizjattiva

Is-segwitu tal-Politika Ewropea tal-Avjazzjoni u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-ICAO, li hija l-entità speċjali tan-NU responsabbli għall-avjazzjoni ċivili.

L-għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività(jiet) tal-ABM/ABB konċernata/i

Għan speċifiku Nru: .0602

Attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernati: Trasport intern, tal-ajru u marittimu

Riżultat(i) u l-impatt mistennija

Il-qafas għal kooperazzjoni fl-oqsma tas-sikurezza, is-sigurtà, l-ambjent u l-immanniġġjar tat-traffiku tal-ajru għandu jwassal għal koordinazzjoni u l-ġbir komuni ta' riżorsi tal-isforzi Ewropej lejn l-ICAO. Għalhekk, il-qafas huwa għodda addizzjonali li tinfluwenza l-aġenda u l-politika globali fl-isfond tal-prijoritajiet Ewropej.

Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Indikaturi għall-monitoraġġ huma l-limitu safejn dan il-ftehim ta' qafas jippermetti lill-Ewropa tiġbor b'mod komuni r-riżorsi tagħha u ssegwi l-aġenda u l-għanijiet tagħha fil-livell internazzjonali. Għall-Ewropa huwa importanti li jkunu adottati standards ambizzjużi ta' sikurezza, sigurtà u tal-ambjent fil-livell internazzjonali biex ikun protett il-pubbliku li jivjaġġa bl-ajru.

L-indikaturi huma ta' natura kwalitattiva: kif l-azzjonijiet iffinanzjati taħt dan il-Memorandum ikkontribwixxew għall-influwenzar tal-proċess tal-ICAO u pproduċew riżultati li huma ta' interess partikolari għall-Ewropa.

Bażi għall-proposta/inizjattiva

Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

L-UE kisbet kompetenza fil-biċċa l-kbira tal-oqsma tal-avjazzjoni. Din il-kompetenza għandha tkun tradotta fil-livell internazzjonali b'vuċi Ewropea waħda u azzjonijiet miftiehma b'mod komuni. Il-Memorandum ta' Kooperazzjoni mal-ICAO jipprovdi qafas ta' azzjonijiet Ewropej ikkoordinati u jappoġġa l-attivitajiet tal-ICAO f'direzzjoni xierqa għall-għanijiet Ewropej.

Valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-azzjoni tal-UE tikkoordina u tikkompleta l-azzjonijiet tal-Istati Membri.

Lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili fil-passat

Din hija azzjoni ġdida bbażata fuq il-kompetenza tal-UE fl-avjazzjoni ċivili, li għandha tittraduċi ruħha f'azzjoni koordinata f'fora internazzjonali. Il-pożizzjonijiet Ewropej f'diversi laqgħat u gruppi ta' ħidma tal-ICAO qed isiru dejjem iktar ikkoordinati. Il-memorandum ta' kooperazzjoni huwa pass loġiku u neċessarju f'din l-evoluzzjoni.

Il-koerenza u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn

Il-memorandum ta' kooperazzjoni se jipprovdi għodod addizzjonali għat-tlestija tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri tal-UE għal attivitajiet tal-ICAO u se jżid il-viżibbiltà tal-Ewropa fil-livell globali.

Tul ta żmien u impatt finanzjarju

( Proposta/inizjattiva ta’ żmien limitat

X Proposta/inizjattiva ta’ żmien mhux limitat

- Implimentazzjoni b'perjodu ta' inizjalizzazzjoni mill-2011,

- segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

Il-metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)[2]

( Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

( Ġestjoni indiretta ċentralizzata b’delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil:

( Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

( Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

X Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali Il-memorandum ta' kooperazzjoni jipprovdi għall-ħolqien ta' kumitat konġunt mal-ICAO u l-Kummissjoni bħala membri u fejn ikunu involuti l-Istati Membri.

MIŻURI TA’ ĠESTJONI

Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

Kumitat konġunt tal-ICAO – Kummissjoni bl-involviment tal-Istati Membri se tiddiskuti u tipproponi l-miżuri u l-azzjonijiet konkreti taħt il-Memorandum. Monitoraġġ u rappurtar regolari se jsiru kemm fil-livell tal-kumitat konġunt u fil-livell tekniku.

Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

Riskju/Riskji identifikat(i)

Użu ħażin tal-fondi

Frodi

Metodu/Metodi ta’ kontroll previst(i)

Il-fondi tal-UE se jkunu impenjati fuq il-bażi ta' ftehim ta' għotja. Il-ftehimiet speċifiċi ta' kontribuzzjoni standard tal-UE jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni adegwati inklużi awditjar u rkupru.

Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Ara 5.2.2

IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

- Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti se jintużaw:

Fl-ordni skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linji baġitarji:

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Kontribuzzjoni |

Numru 060203 Attvitajiet ta' appoġġ għall-politika Ewropea tat-trasport u d-drittijiet tal-passiġġieri | AD/AMD ([3]) | mill-pajjiżi tal-EFTA[4] | mill-pajjiżi kandidati[5] | minn pajjiżi terzi | skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju |

1A | Attivitajiet ta’ appoġġ għall-politika Ewropea tat-trasport u d-drittijiet tal-passiġġieri | AD | LE | LE | LE | LE |

Impatt stmat fuq in-nefqa

Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: | Numru 1A | Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi |

DĠ: MOVE | Sena 2011[6] | Sena 2012 | Sena 2013 | Sena N+3 | TOTAL |

( Approprazzjonijiet operazzjonali |

Numru tal-linja tal-baġit 060203 | Impenji | (1) | 0.500 | 0.500 | 0.500 | 1.5 |

Pagamenti | (2) | 0.500 | 0.500 | 0.500 | 1.5 |

Numru tal-linja tal-baġit | Impenji | (1a) |

Pagamenti | (2a) |

Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjata mill-pakkett ta' programmi speċifiċi[7] |

Numru tal-linja tal-baġit | (3) |

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ MOVE | Impenji | =1+1a +3 | 0.500 | 0.500 | 0.500 | 1.5 |

Pagamenti | =2+2a +3 | 0.500 | 0.500 | 0.500 | 1.5 |

( TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali | Impenji | (4) | 0 | 0 | 0 |

Pagamenti | (5) | 0 | 0 | 0 |

( TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi | (6) |

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | Sena N+3 | TOTAL 2011-13 |

DĠ: MOVE |

( Riżorsi umani | 0.025 | 0.025 | 0.25 | … | 0.075 |

( Spejjeż amministrattivi oħra | 0.025 | 0.025 | 0.025 | … | 0.075 |

TOTAL DĠ MOVE | Approprjazzjonijiet | 0.050 | 0.050 | 0.050 | … | 0.150 |

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali | (Total tal-impenji = Total tal-pagamenti) | 0.050 | 0.050 | 0.050 | … | 0.150 |

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Sena N[8] | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | TOTAL |

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali | Impenji | 0.550 | 0.550 | 0.550 | … | 1.650 |

Pagamenti | 0.550 | 0.550 | 0.550 | … | 1.650 |

Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

- ( Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

- X Il-proposta/inizjattiva tesiġi l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

( Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) |

XX 01 01 01 (Fil-kwartieri ġenerali u fl-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) | 0.015 | 0.015 | 0.015 |

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) | 0.010 | 0.010 | 0.010 |

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) |

10 01 05 01 (Riċerka diretta) |

( |

TOTAL | 0.025 | 0.025 | 0.025 |

- XX huwa l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Il-ħtieġa ta' riżorsi umani għandha tiġi ssodisfata mill-persunal mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk dan ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti tal-baġit.

Deskrizzjoni ta’ kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u impjegati temporanji | Jimmaniġġjaw l-azzjonijiet meħuda fil-qafas tal-Memorandum ta' Kooperazzjoni |

Persunal estern |

Kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali kurrenti

- X Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali kurrenti.

- ( Il-proposta/inizjattiva titlob programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

- ( Il-proposta/inizjattiva tesiġi applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[11].

Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi: mhux applikabbli.

Impatt stmat fuq id-dħul

- X Il-proposta/ inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

[1] ABM: Ġestjoni Abbażi tal-Attivitajiet – ABB: Ibbaġitjar Abbażi tal-Attivitajiet.

[2] Id-dettalji dwar metodi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[3] AD = Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati

[4] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[5] Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Balkani tal-Punent.

[6] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[7] Għajnuna u nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (preċedentemant linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[8] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[9] Ir-riżultati huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereżempju: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[10] Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku/ċi…”

[11] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

Top