This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011IP0505
Accountability report on financing for development European Parliament resolution of 16 November 2011 on the accountability report on financing for development
It-tisħiħ tal-obbligu ta' rendikont tal-UE rigward il-finanzjament għall-iżvilupp Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 16 ta' Novembru 2011 dwar l-obbligu ta’ rendikont rigward il-finanzjament għall-iżvilupp
It-tisħiħ tal-obbligu ta' rendikont tal-UE rigward il-finanzjament għall-iżvilupp Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 16 ta' Novembru 2011 dwar l-obbligu ta’ rendikont rigward il-finanzjament għall-iżvilupp
ĠU C 153E, 31.5.2013, p. 97–101
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 153/97 |
L-Erbgħa 16 ta’ Novembru 2011
It-tisħiħ tal-obbligu ta' rendikont tal-UE rigward il-finanzjament għall-iżvilupp
P7_TA(2011)0505
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2011 dwar l-obbligu ta’ rendikont rigward il-finanzjament għall-iżvilupp
2013/C 153 E/11
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta’ Settembru 2000, |
— |
wara li kkunsidra s-samits tal-G20 li saru f’Pittsburgh fl-24 u l-25 ta’ Settembru 2009, f’Londra fit-2 ta’ April 2009, f'Toronto fis-26 u s-27 ta' Ġunju 2010 u f'Seoul fil-11 u t-12 ta' Novembru 2010, |
— |
wara li kkunsidra s-samits tal-G8 li saru ġewwa L'Aquila, l-Italja, mit-8 sal-10 ta' Lulju 2009, f'Deauville, Franza, fis-26 u s-27 ta' Mejju 2011 u f'Muskoka, il-Kanada, fis-26 ta' Ġunju 2010, |
— |
wara li kkunsidra l-Kunsens ta’ Monterrey u d-Dikjarazzjoni ta' Doha, adottati fil-Konferenzi Internazzjonali rispettivi dwar l-Iffinanzjar għall-Iżvilupp li saru f’Monterrey, il-Messiku, bejn it-18 u t-22 ta’ Marzu 2002 u f'Doha, il-Qatar bejn id-29 ta' Novembru u t-2 ta' Diċembru 2008, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna u l-Aġenda ta' Akkra għall-Azzjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp (1) u l-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE dwar il-Komplementarjetà u d-Diviżjoni tax-Xogħol fil-Politika tal-Iżvilupp (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar ‘il-progress li sar biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju: reviżjoni ta' nofs it-terminu bi preparazzjoni għal-laqgħa ta' livell għoli tan-NU f'Settembru 2010’ (3); |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2010 dwar l-effetti tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fuq il-kooperazzjoni għall-iżvilupp (4), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-Koerenza tal-Politiki tal-UE għall-Iżvilupp u l-kunċett ta' "Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp u iktar" (5), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Settembru 2008 dwar is-segwitu tad-Dikjarazzjoni ta’ Monterrey tal-2002 dwar il-iffinanzjar għall-Iżvilupp (6), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2008 dwar is-segwitu tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi ta’ l-2005 dwar l-Effettività ta’ l-Għajnuna (7), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2011 dwar iż-żieda tal-impatt tal-politika ta' żvilupp tal-UE (8), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi s-sena l-oħra l-Istati Membri tal-UE taw biss 0,43 % mid-Dħul Nazzjonali Gross (DNG) bħala għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA), minkejja l-impenn tal-Millenju ta' 0,7 % sal-2015 u mira interim tal-2010 ta' 0,56 %, |
B. |
billi 15-il Stat Membru qata' l-baġits ta' għajnuna tagħhom fl-2009 jew l-2010; |
C. |
billi l-Istati Membri wiegħdu fl-2005 li jallokaw 50 % ta' kull għajnuna ġdida lill-Afrika tas-sub-Saħara imma filwaqt li fil-fatt taw biss nofs dan l-ammont, u billi l-Istati Membri lanqas ma rnexxilhom jirrispettaw il-wegħda tagħhom li jallokaw 0,15 % tad-DNG lill-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs) sal-2010; |
D. |
billi, ladarba tali impenji jirreferu għall-perċentwali tad-DNG u għalhekk jikkorrespondu għar-riduzzjoni f’termini reali fi żminijiet ta’ reċessjoni, il-kriżi ekonomika hija skuża fqira biex jitnaqqsu l-baġits tal-għajnuna b'mod proporzjonali; |
E. |
billi jekk ma tinżammx il-kelma mogħtija dwar l-għajnuna tkun imminata serjament il-fiduċja fl-UE u tkun iddanneġġata l-kredibilità tagħha min-naħa tal-partners tagħha fid-dinja li qed tiżviluppa, filwaqt li min-naħa l-oħra, ir-rispett ta’ dawn l-impenji jagħti sinjal qawwi u inekwivoku lin-nazzjonijiet fqar u lid-donaturi l-oħrajn; |
F. |
billi governanza tat-taxxa fqira fl-ekonomiji li qed jiżviluppaw tevita redistribuzzjoni ekwitabbli tal-ġid, ixxekkel lill-gvernijiet milli jirċievu l-fondi u tfixkel l-eradikazzjoni tal-faqar; |
G. |
billi l-flussi tal-kapital illeċitu minn pajjiżi li qed jiżviluppaw huma stmati għal bejn wieħed u ieħor għaxar darbiet il-livell ta’ għajnuna globali għall-iżvilupp; |
H. |
billi l-mekkaniżmi innovattivi tal-iffinanzjar huma attwalment stmati għal 3 % biss tal-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp; |
I. |
billi skemi favur il-foqra biex itejbu l-aċċess għas-servizzi finanzjarji, bħal ma huma l-iskemi mikrofinanzjarji jistgħu jlaħħqu mal-għajnuna straordinarja lill-bdiewa b’impriżi żgħar, partikolarment lin-nisa biex tkun żgurata l-awtosuffiċjenza u s-sigurtà tal-ikel tagħhom; |
J. |
billi l-flus mibgħuta mill-migranti lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw jaqbżu l-baġits ta' għajnuna globali filwaqt li għalkemm l-UE impenjat ruħha fl-2008 li tnaqqas il-kost tal-flus mibgħuta lura, kienu biss bidliet minimi dawk li seħħew, |
K. |
billi l-għajnuna għall-kummerċ tal-UE ammontat għal EUR 10,5 biljun fl-2009, filwaqt li l-assistenza marbuta mal-kummerċ ammontat għal EUR 3 biljun, ċifra li hija ferm ogħla mill-mira; |
L. |
billi l-Artikolu 208 tat-TFUE jippreskrivi li: "L-Unjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-objettivi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x'aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw”; |
M. |
billi l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u b'mod partikolari l-LDCs, intlaqtu b'mod speċjalment iebes mill-kriżi, li wasslet b'mod partikolari għal żieda ġdida fil-livelli tad-dejn; |
N. |
billi l-UE provdiet EUR 2,3 biljun għall-iffinanzjar tal-klima "fast-start" għal pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-2009; |
O. |
billi l-UE ħadet l-impenn li tiżgura li l-iffinanzjar ta’ dak il-klima jkun "ġdid u addizzjonali"; |
P. |
billi għajnuna mhux effettiva taħli sa EUR 6 biljun fis-sena mill-flus pubbliċi; |
1. |
Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Rapport tar-Responsabbiltà 2011 tal-UE fil-qasam tal-Iffinanzjar għall-Iżvilupp bħala eżerċizzju estremament utli għat-trasparenza u l-evalwazzjoni orizzontali; |
Għajnuna mogħtija għall-Iżvilupp
2. |
Jirrikonoxxi l-pressjoni dejjem tikber fuq il-baġits nazzjonali b’riżultat tal-kriżi finanzjarja u ekonomika; jemmen, iżda, li l-ilħuq tal-objettiv tal-iżradikar tal-faqar se jirrikjedi, fuq kollox, bidla fil-politika fil-pajjiżi industrijazzati u dawk li għad qed jiżviluppaw li tkun tindirizza l-kawżi strutturali tal-faqar; |
3. |
Itenni t-tħassib kbir tiegħu dwar l-akkwiżizzjoni ta' art agrikola attwali minn investituri barranin appoġġjati mill-gvern, b'mod partikulari fl-Afrika, li taf iddgħajef s-sigurtà tal-ikel lokali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi l-kwestjoni dwar il-ħtif tal-art fid-djologu ta' politika tagħha mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw ħalli tagħmel mill-koerenza tal-politika l-bażi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-livell kemm nazzjonali kemm internazzjonali u biex ikunu prevenuti l-esproprjazzjoni tal-bdiewa żgħar u l-użu insostenibbli tal-art u tal-ilma; |
4. |
Ifaħħar lill-UE u l-Istati Membri tagħha talli baqgħu l-akbar donaturi tal-ODA fid-dinja minkejja l-kriżi; |
5. |
Jilqa' l-impenn imġedded reċenti tal-Istati Membri li jwettqu l-impenji tagħhom tal-ODA, speċjalment il-mira li jagħtu 0,7 % tad-DNG tagħhom; jaqbel mal-Kunsill li l-ODA waħidha mhux se tkun biżżejjed biex jitneħħa l-faqar globali; huwa tal-fehma li l-politika ta' żvilupp tal-UE għandha timmira lejn l-eliminazzjoni tal-ostakli strutturali għall-objettiv tal-iżradikar tal-faqar bl-implimentazzjoni tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp bejn il-politiki tal-UE għall-agrikoltura, il-kummerċ, l-investiment, ir-rifuġji fiskali, l-aċċess għall-materja prima u t-tibdil fil-klima; |
6. |
Madankollu jesprimi t-tħassib kbir tiegħu għall-fatt li fl-2010, l-UE kellha madwar EUR15-il biljun inqas mill-mira tagħha stess tal-ODA għal dik is-sena, li se jkollha bżonn prattikament tirdoppja l-għajnuna tagħha biex tissodisfa l-mira tagħha tal-Millennju tal-2015, ma rnexxilhiex iżżid b'mod sostanzjali l-għajnuna lejn l-Afrika u l-LDCs, minkejja l-wegħdiet tagħha, u li numru ta' Stati Membri ċekknu l-baġits ta' għajnuna tagħhom fl-2009 u fl-2010 b'aktar tnaqqis ippjanat għall-2011 u aktar lilhinn; |
7. |
Jisħaq fuq il-kontribut kbir ta' għajnuna mmaniġġjata sew għall-iżvilupp sostenibbli fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni, is-sessi u l-bijodiversità u ħafna oqsma oħrajn; |
8. |
Għalhekk jistieden lill-Istati Membri kollha biex jieħdu passi urġenti ħalli jirrispettaw l-impenn li jagħtu 0,7 % tad-DNG tagħhom, kif ukoll il-wegħdiet speċifiċi tagħhom għall-Afrika u l-LDCs, u jirrakkomanda miżuri għal kollox trasparenti, multiannwali, vinkolanti, inkluża l-leġiżlazzjoni; |
Aspetti oħrajn tal-iffinanzjar għall-iżvilupp
9. |
Jaqbel mal-Kunsill u mal-Kummissjoni li l-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi f'pajjiżi sħab hija l-qofol għall-iżvilupp sostenibbli; jistieden lid-donaturi tal-UE biex jagħtu prijorità lill-bini tal-kapaċità f'dan il-qasam, speċjalment fir-rigward ta' sistemi tat-taxxa aktar b'saħħithom u governanza tat-taxxa aħjar, u biex iżidu l-isforzi mad-dinja kollha biex iħeġġu t-trasparenza relatata mat-taxxa u r-rappurtar ta' pajjiż b'pajjiż u biex jiġu miġġielda l-evażjoni tat-taxxa u l-ħrib ta' kapital illiċitu, fejn hu meħtieġ permezz ta' leġiżlazzjoni; |
10. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi t-taqbida kontra l-użu ħażin tar-rifuġji fiskali u kontra l-evażjoni fiskali u l-ħarbien tal-kapital illeċitu fil-politika tagħha ta’ żvilupp bħala materja prijoritarja; |
11. |
Jistieden lill-Istati Membri kollha jkomplu jkabbru l-appoġġ għall-Inizjattivia ta' Trasparenza ta' l-Industriji Estrattivi, jistieden lill-Kummissjoni tipproponi malajr leġiżlazzjoni tal-UE li mill-anqas tikkumpara mal-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti f'termini tal-objettiv tal-iżgurar li l-industrija estrattiva fil-pajjiż li qed jiżviluppa tħallas t-taxxi xierqa u li l-produzzjoni tagħha tkun tissodisfa l-istandards soċjali u ambjentali, skont ir-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta; |
12. |
Jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex joħorġu b'iżjed sorsi ta' finanzi għall-iżvilupp internazzjonali barra l-ODA, inter alia billi:
|
13. |
Jilqa' l-appoġġ sinifikanti u dejjem jikber tal-UE għal appoġġ għall-kummerċ u għajnuna relatata mal-kummerċ; jistenna li l-LDCs jibbenefikaw aktar minn talli appoġġ; |
14. |
Ifakkar li l-politiki tal-kummerċ tal-UE, kif ukoll politiki oħrajn bħalma huma dawk dwar l-agrikoltura, is-sajd, il-migrazzjoni, is-sigurtà iridu – skont it-Trattat ta' Lisbona – ikunu konsistenti mal-objettivi tal-politika għall-iżvilupp tal-UE u jitlob l-implementazzjoni tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp (Artikolu 208 tat-Trattat ta' Lisbona) sabiex tkun indirizzata l-problema strutturali tal-iżradikar tal-faqar; |
15. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi ħalli jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa ta' inizjattivi eżistenti għat-tifdija tad-dejn, b'mod partikolari dawk għal pajjiżi fqar b'dejn kbir u tifdija tad-dejn multilaterali; |
16. |
Jilqa' l-appoġġ sostanzjali reċenti tal-UE għall-azzjoni tal-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, imma jtenni t-talba tiegħu li dan ikun addizzjonali għall-għajnuna għall-iżvilupp eżistenti; |
17. |
Jistenna li r-Raba’ Forum ta’ Livell Għoli dwar l-Effettività tal-Għajnuna – li se jsir f’Busan, il-Korea, f'Novembru – jipproduċi riżultati tanġibbli f'dak li għandu x'jaqsam ma' għajnuna aktar effettiva li tagħti aktar "valur għall-flus"; jinnota l-progress, għalkemm mhux ugwali, identifikat fir-rapport tar-responsabbiltà 2011 imma jwissi lill-Istati Membri tal-UE jżidu l-isforzi tagħhom favur it-titjib tal-koordinazzjoni tad-donaturi (inkluż fejn huwa kkonċernat is-Servizz ta' Azzjoni Esterna tal-UE), ipprogrammar konġunt u diviżjoni tax-xogħol f’dan il-qasam; |
18. |
Iħeġġeġ lid-donaturi tal-UE jgħollu l-livell tad-djalogu ta’ politika mal-ekonomija emerġenti fuq l-iżvilupp tal-koperazzjoni, u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jappoġġjaw l-inizjattivi ta’ kooperazzjoni fl-iżvilupp Nofsinhar-Nofsinhar u triangolari; jemmen li m'għadx fadal lok għal xi ġustifikazzjoni għall-għajnuna f'forma ta' għotja lil nazzjonijiet sinjuri f'sens ta' flus; |
Valutazzjoni orizzontali OECD-DAC
19. |
Jitlob li jkun involut fil-valutazzjoni orizzontali OECD-DAC li jmiss tal-koperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE; |
*
* *
20. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, il-Kummissjoni, l-Istati Membri, il-BEI, l-organizzazzjonijiet tan-NU, l-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE, il-G20, l-FMI u l-Bank Dinji. |
(1) ĠU C 46, 24.2.2006, p. 6 (mhux disponibbli bil-Malti).
(2) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 9558/2007, 15 ta’ Mejju 2007.
(3) ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 48.
(4) ĠU C 4 E, 7.1.2011, p. 34.
(5) ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 47.
(6) ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 1.
(7) ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 100.
(8) Testi adottati, P7_TA(2011)0320.