EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011DC0466

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-attivitajiet tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni fl-2010

/* KUMM/2011/0466 finali */

52011DC0466

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-attivitajiet tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni fl-2010 /* KUMM/2011/0466 finali */


RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-attivitajiet tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni fl-2010

WERREJ

1. Introduzzjoni 4

2. Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet tal-FEG fl-2010 4

3. Segwitu tar-Rapport Annwali tal-2009 dwar l-Attivitajiet tal-FEG 5

4. Analiżi tal-Attivitajiet tal-FEG fl-2010 5

4.1. Applikazzjonijiet sottomessi 5

Tabella 1 — Applikazzjonijiet sottomessi fl-2010 6

4.1.1. L-applikazzjonijiet sottomessi skont l-Istat Membru u s-settur 6

4.1.2. L-applikazzjonijiet sottomessi skont l-ammont mitlub 7

4.1.3. L-applikazzjonijiet sottomessi skont l-għadd ta' ħaddiema identifikati għall-għajnuna 7

4.1.4. L-applikazzjonijiet sottomessi skont l-ammont mitlub għal kull ħaddiem 7

4.1.5. L-applikazzjonijiet sottomessi skont il-kriterju ta' intervent 7

4.2. Il-kontribuzzjonijiet mogħtija 8

Tabella 2 — Dettalji tal-kontribuzzjonijiet mogħtija fl-2010 8

Tabella 3 — Kontribuzzjonijiet mill-FEG mogħtija fl-2010: Profil tal-ħaddiema 9

4.2.1. L-azzjonijiet iffinanzjati bl-assistenza mill-FEG 10

4.2.2. Il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali, notevolment il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) 10

4.3. Il-każijiet li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG 11

4.4 Ir-riżultati miksubin mill-FEG 11

4.4.1. Ir-rapporti finali sottomessi mill-Istati Membri fl-2010 dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji 11

4.4.2. Is-sommarju tar-riżultati u l-prattiki tajba rrappurtati fl-2010 11

Tabella 4 — Ir-rapporti finali sottomessi fl-2010 — ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati 13

4.4.3. Id-dettalji dwar il-miżuri implimentati fl-2010 13

4.5. Ir-rapport finanzjarju 17

4.5.1. Il-fondi mogħtija mill-FEG 17

4.5.2. L-ispiża fuq l-assistenza teknika 18

4.5.3. L-irregolaritajiet li ġew irrappurtati jew magħluqa 19

4.5.4. L-istralċ ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG 19

Tabella 6 — Każijiet ta' stralċ fl-2010 19

4.6. L-attivitajiet ta' assistenza teknika mwettqa mill-Kummissjoni 19

4.6.1. Informazzjoni u pubbliċità 19

4.6.2. Laqgħat mal-awtoritajiet nazzjonali u l-imsieħba soċjali 20

4.6.3. Il-valutazzjoni ta' nofs it-terminu tal-FEG 20

5. Ix-xejriet 20

6. Konklużjoni 23

Anness 1 24

1. Introduzzjoni

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) kien imwaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006[1] bħala wirja ta' solidarjetà, kif ukoll bħala mezz ta' appoġġ, mal-ħaddiema li jingħataw is-sensja bħala riżultat ta' bidliet kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija. Huwa kien maħsub bħala mezz ta' kompromess bejn il-benefiċċji ġenerali u fit-tul tal-kummerċ miftuħ fir-rigward tat-tkabbir u l-impjiegi u l-effetti negattivi immedjati li jista' jkollha l-globalizzazzjoni, partikolarment fuq l-impjiegi tal-iktar ħaddiema vulnerabbli u bl-inqas ħiliet. Ir-regoli ġew emendati bir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tat-18 ta' Ġunju 2009[2] biex il-kriżi finanzjarja u ekonomika tiġi indirizzata b'mod iktar effettiv.

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 jirrikjedi li l-Kummissjoni tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, qabel l-1 ta' Lulju ta' kull sena, rapport kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet tal-FEG matul is-sena ta' qabel. Ir-rapport għandu jiffoka l-iktar fuq ir-riżultati li jkunu nkisbu mill-FEG u għandu jinkludi, b'mod partikolari, informazzjoni li għandha x'taqsam mal-applikazzjonijiet imressqa, mad-deċiżjonijiet adottati, mal-azzjonijiet iffinanzjati, inkluża l-komplementarjetà tagħhom mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew (FSE), u mal-istralċ tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jkunu saru. Għandu jiddokumenta wkoll dawk it-talbiet li jkunu ġew miċħuda minħabba nuqqas ta' biżżejjed approprjazzjonijiet jew minħabba nuqqas ta' eliġibbiltà.

2. Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet tal-FEG fl-2010

Fl-2010, il-Kummissjoni rċeviet 31 applikazzjoni għal kontribuzzjonijiet mill-FEG, jiġifieri applikazzjoni iktar mill-2009. Id-dettalji dwar l-applikazzjonijiet jinsabu fit-taqsima 4.1 u fit-Tabella 1.

L-Awtorità Baġitarja ħadet 31 deċiżjoni biex timmobilizza l-FEG fl-2010, li jirrappreżentaw żieda ta' 300 % fir-rigward ta' deċiżjonijiet u żieda ta' 60 % fir-rigward ta' kofinanzjament mill-FEG, meta mqabbla mal-2009. Id-dettalji tal-kontribuzzjonijiet mogħtija jinsabu fit-taqsima 4.2 u fit-Tabelli 2 u 3.

Fl-2010, il-Kummissjoni rċeviet erba' rapporti finali dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjonijiet mill-FEG. Id-dettalji dwar ir-riżultati jinsabu fit-taqsima 4.4 u fit-Tabella 4. Sitt kontribuzzjonijiet mill-FEG mogħtija tul is-snin ta' qabel twaqqfu (id-dettalji jinsabu fit-taqsima 4.5.4 u fit-Tabella 6). Ingħatat assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni (l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-FEG). Id-dettalji jinsabu fit-taqsima 4.6 u fit-Tabella 5.

Fl-2010, il-Kummissjoni implimentat il-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet il-ġdid li kienet stabbiliet lejn l-aħħar tal-2009. Bdiet tħejji wkoll konsultazzjoni dwar ir-reviżjonijiet mistennija tal-FEG wara l-2011 u wara l-2013, previsti fl-Artikoli 1(1a) u 20 tar-Regoalment tal-FEG. Id-dettalji jinsabu fit-taqsimiet 3 u 4.5.2.

3. Segwitu tar-Rapport Annwali tal-2009 dwar l-Attivitajiet tal-FEG

Ir-Regolament (KE) Nru 546/2009 għandu jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li jistabbilixxi l-FEG

L-emenda tal-2009 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2009 ġabet magħha titjib sinifikanti fil-FEG, billi prevediet kondizzjonijiet aħjar għall-Istati Membri biex japplikaw għall-kofinanzjament mill-FEG bħala appoġġ għar-rispons tagħhom għall-impatt negattiv tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali fuq l-impjiegi. Dan huwa rifless fl-għadd ta' applikazzjonijiet sottomessi fl-2010, li baqgħu fl-istess livell għoli tas-sena ta' qabel (31 applikazzjoni fl-2010 meta mqabbla ma' 30 applikazzjoni fl-2009). L-applikazzjoni għal appoġġ mill-FEG ġiet iffaċilitata b'mod ċar bid-deroga temporanja tal-kriżi, inklużi ż-żieda fir-rata ta' kofinanzjament għal 65 %, u bit-tnaqqis permanenti tal-livell limitu għal 500 sensja u l-estensjoni tal-perjodu ta' implimentazzjoni għal 24 xahar mid-data tal-applikazzjoni.

Ir-riżultati, partikolarment l-impatt tal-appoġġ mill-FEG fuq l-impjiegi tal-ħaddiema li jingħataw is-sensja, se jiġu determinati wara li jitlestew il-proġetti. L-ewwel rapporti finali għall-perjodu ta' implimentazzjoni estiż (24 xahar mid-data tal-applikazzjoni) se jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni bejn Novembru u Diċembru tal-2011.

L-iffaċilitar tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet tal-FEG: il-proċedura għas-sottomissjoni ta' proposti lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew

Il-kontribuzzjonijiet mill-FEG mogħtija fl-2010 ġew ipproċessati skont il-proċeduri l-ġodda ta' teħid tad-deċiżjonijiet tal-FEG, stabbiliti lejn l-aħħar tal-2009. Saru sforzi kbar sabiex it-teħid tad-deċiżjonijiet jitħaffef, fil-limiti tar-regoli tar-Regolament attwali. Il-ħeffa li biha jintervjeni l-FEG, ir-rwol tiegħu u l-potenzjal tiegħu bħala strument ta' solidarjetà, kienu l-kwistjonijiet prijoritarji tul is-sena kollha, partikolarment waqt il-konsultazzjonijiet mal-Istati Membri dwar ir-reviżjonijiet mistennija tal-FEG wara l-2011 u wara l-2013, li tnedew fit-tieni nofs tal-2010.

4. Analiżi tal-Attivitajiet tal-FEG fl-2010

4.1. Applikazzjonijiet sottomessi

Fl-2010 il-Kummissjoni rċeviet 31 applikazzjoni (ara t-Tabella 1), jiġifieri waħda iktar mill-2009. Ir-Regolament (KE) Nru 546/2009, li ġie adottat fit-18 ta' Ġunju 2009, japplika għall-applikazzjonijiet kollha (jiġifieri r-rata ta' kofinanzjament ta' 65 %, il-perjodu ta' implimentazzjoni ta' 24 xahar mid-data tal-applikazzjoni, eċċ.).

L-applikazzjonijiet ġew sottomessi minn 12-il Stat Membru, kellhom fil-mira tagħhom 31 995 ħaddiem li ngħataw is-sensja u talbu total ta' EUR 169 994 542 mill-FEG. Tliet Stati Membri applikaw għall-ewwel darba fl-2010: ir-Repubblika Ċeka, il-Polonja u s-Slovenja.

Tabella 1 — Applikazzjonijiet sottomessi fl-2010

[pic]

4.1.1. L-applikazzjonijiet sottomessi skont l-Istat Membru u s-settur

Il-31 applikazzjoni sottomessa kienu relatati ma' 16-il settur[3]. Sebgħa minnhom huma setturi li għalihom ġiet sottomessa applikazzjoni tal-FEG għall-ewwel darba fl-2010: dawn huma mmarkati b'linja taħthom fil-lista ta' hawn taħt. Għadd ta' applikazzjonijiet kienu ffaċilitati permezz tal-possibbiltà ta' applikazzjoni skont id-deroga tal-kriżi.

L-Awstrija (żewġ applikazzjonijiet: metalli bażiċi , tagħmir elettroniku), il-Belġju (applikazzjoni waħda: awtomotiv), ir-Repubblika Ċeka (applikazzjoni waħda: kummerċ bl-imnut ), id-Danimarka (erba' applikazzjonijiet: makkinarju/tagħmir, bini tal-vapuri ), Franza (applikazzjoni waħda: awtomotiv), ir-Repubblika Ċeka (applikazzjoni waħda: makkinarju/tagħmir), l-Irlanda (tliet applikazzjonijiet: il-kostruzzjoni), il-Pajjiżi l-Baxxi (seba' applikazzjonijiet: tagħmir elettroniku, l-industrija tal-istampar, servizzi finanzjarji, kummerċ bl-ingrossa ), il-Polonja (tliet applikazzjonijiet: awtomotiv, makkinarju/tagħmir), il-Portugall (applikazzjoni waħda: manifattura taż-żraben ), Spanja (sitt applikazzjonijiet: awtomotiv, oġġetti ta' lbies, ġebel/irħam , kummerċ bl-imnut ), is-Slovenja (applikazzjoni waħda: oġġetti ta' lbies).

4.1.2. L-applikazzjonijiet sottomessi skont l-ammont mitlub

L-Istat Membru li japplika għal appoġġ mill-FEG għandu jfassal pakkett koordinat ta' miżuri li jaqblu l-aħjar mal-profil tal-ħaddiema identifikati għall-għajnuna, u jiddeċiedu dwar l-ammont ta' assistenza li għandhom jitolbu. Ir-Regolament tal-FEG la jirrakkomanda u lanqas jillimita l-ammont totali mitlub, iżda l-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta' applikazzjoni tista' tirriżulta fi kwistjonijiet li jġiegħlu lill-Istati Membri jirrevedu l-pakkett propost ta' servizzi personalizzati, u b'hekk jiġi affettwat l-ammont mitlub.

Il-kontribuzzjonijiet mill-FEG mitluba għal kull każ fl-2010, kienu jvarjaw minn EUR 114 250 sa EUR 38 052 069 (medja ta' EUR 5 483 695).

4.1.3. L-applikazzjonijiet sottomessi skont l-għadd ta' ħaddiema identifikati għall-għajnuna

L-għadd totali ta' ħaddiema identifikati bil-miżuri proposti għal kofinanzjament mill-FEG kien ta' 31 995. In-numri varjaw minn 120 sa 2 593 ħaddiem, bi tliet applikazzjonijiet li identifikaw iktar minn 2 000 ħaddiem, erbgħa li identifikaw bejn 1 000 u 2 000, u 21 li identifikaw inqas minn 1 000 ħaddiem[4].

L-għadd ta' ħaddiema milquta mis-sensji u l-għadd identifikat għal appoġġ mill-FEG jistgħu jkunu differenti jekk l-Istat Membru applikanti jiddeċiedi li jiffoka l-assistenza mill-FEG fuq gruppi speċifiċi ta' ħaddiema, pereżempju, dawk li jaffaċċjaw diffikultajiet eċċezzjonali fis-suq tax-xogħol u/jew dawk li l-iktar ikollhom bżonn tal-assistenza. Xi wħud mill-ħaddiema milquta jistgħu jirċievu assistenza mhux mill-FEG, filwaqt li oħrajn jista' jkun li jsibu xogħol ġdid huma stess jew jiddeċiedu li jirtiraw minn kmieni, li jfisser li ma jkunux identifikati għall-miżuri tal-FEG.

4.1.4. L-applikazzjonijiet sottomessi skont l-ammont mitlub għal kull ħaddiem

L-ammonti proposti għal kull ħaddiem fl-2010 kienu jvarjaw minn kemxejn iktar minn EUR 600 għal iktar minn EUR 23 000.

Il-pakkett ta' servizzi individwalizzati li jistgħu jipproponu l-Istati Membri għall-ħaddiema kkonċernati li jingħataw is-sensja huwa għad-diskrezzjoni tagħhom, fi ħdan il-kondizzjonijiet tar-Regolament. L-ammont mitlub għal kull ħaddiem milqut, għaldaqstant, jista' jvarja skont kemm ikun gravi l-każ tat-tkeċċija, is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol milqut, iċ-ċirkostanzi individwali tal-ħaddiema identifikati, il-miżuri li diġà jkunu qed jingħataw mill-Istat Membru, u l-ispiża biex jingħataw is-servizzi fl-Istat Membru jew ir-reġjun ikkonċernat.

4.1.5. L-applikazzjonijiet sottomessi skont il-kriterju ta' intervent

Mill-31 applikazzjoni sottomessa, 24 (77 %) kienu biex jingħata appoġġ lil ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali (l-Artikolu 1a tar-Regolament tal-FEG emendat), filwaqt li s-seba' applikazzjonijiet l-oħra (23 %) kienu maħsuba bħala rispons għat-tibdil strutturali kbir fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni.

Tnax mill-applikazzjonijiet kienu bbażati fuq l-Artikolu 2(a) tar-Regolament tal-FEG, 18 kienu bbażati fuq l-Artikolu 2(b), u applikazzjoni waħda rreferiet għall-Artikolu 2(c), fejn issemmew ċirkostanzi speċjali u li l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 2(a) ma setgħux jintlaħqu kompletament.

4.2. Il-kontribuzzjonijiet mogħtija

Fl-2010, l-Awtorità Baġitarja ħadet 31 deċiżjoni biex jiġi użat l-FEG għall-kofinanzjament ta' miżuri politiċi attivi tas-suq tax-xogħol (ara t-Tabelli 2 u 3 għal ħarsa ġenerali u tqassim tal-profili tal-ħaddiema). Tlettax minn dawn l-applikazzjonijiet ikkonċernati tressqu fl-2010 u 18-il applikazzjoni kkonċernata ġew sottomessi fit-tieni nofs tal-2009. Ir-Regolament (KE) Nru 546/2009, li ġie adottat fit-18 ta' Ġunju 2009, japplika għall-kontribuzzjonijiet kollha mogħtija (jiġifieri rata ta' finanzjament ta' 65 %, perjodu ta' implimentazzjoni ta' 24 xahar mid-data tal-applikazzjoni, eċċ.).

Il-31 kontribuzzjoni mogħtija kienu mmirati lejn 23 688 ħaddiem li ngħataw is-sensja f'disa' Stati Membri b'total ta' EUR 83 554 141 imħallas mill-FEG (16,7 % tal-ammont massimu annwali disponibbli għall-FEG).

Tabella 2 — Dettalji tal-kontribuzzjonijiet mogħtija fl-2010

[pic]

Tabella 3 — Kontribuzzjonijiet mill-FEG mogħtija fl-2010: Profil tal-ħaddiema

[pic]

4.2.1. L-azzjonijiet iffinanzjati bl-assistenza mill-FEG

L-Artikolu 3 tar-Regolament (EC) Nru 1927/2006 jistipula li l-FEG jista' jikkofinanzja biss miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li jkunu mmirati li jgħinu lill-ħaddiema li jingħataw is-sensja biex jerġgħu jsibu impjieg. Barra minn hekk, jiddikjara li l-FEG jista' jiffinanzja l-attivitajiet tal-Istati Membri ta' tħejjija, ta' ġestjoni, ta' informazzjoni, ta' pubbliċità u ta' kontroll għall-użu tal-fondi (assistenza teknika)

Il-miżuri approvati għall-31 kontribuzzjoni mill-FEG mogħtija fl-2010, kellhom bħala mira l-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol ta' 23 688 ħaddiem li ngħataw is-sensja. Dawn kienu jikkonsistu, prinċipalment, f'għajnuna intensiva u personalizzata fit-tfittxija għal xogħol u ġestjoni ta' kull każ, taħlita ta' miżuri ta' taħriġ vokazzjonali, titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid, diversi inċentivi/għotjiet finanzjarji temporanji tul it-tfittxija għal xogħol, taħriġ u tipi oħra ta' miżuri attivi tas-suq tax-xogħol sal-perjodu tal-proprja integrazzjoni mill-ġdid, u tipi oħra ta' attivitajiet bħall-promozzjoni tal-intraprenditorija u l-impjieg appoġġjat.

4.2.2. Il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali, notevolment il-Fond Soċjali Ewropew (FSE)

L-FEG huwa mfassal biex iżid l-impjegabbiltà u jiżgura l-integrazzjoni rapida mill-ġdid fis-suq tax-xogħol tal-ħaddiema li jingħataw is-sensja permezz ta' miżuri attivi tas-suq tax-xogħol, biex b'hekk jikkumplementa lill-FSE, li huwa l-istrument prinċipali tal-UE għall-promozzjoni tal-impjieg fl-UE. Ġeneralment, il-komplementarjetà taż-żewġ Fondi tinsab fl-abbiltà tagħhom li jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet f'żewġ perspetti differenti ta' żmien: waqt li l-FEG jipprovdi għajnuna mfassla apposta lill-ħaddiema li jingħataw is-sensja b'rispons għal każ speċifiku ta' għadd kbir ta' tkeċċijiet f'daqqa fuq skala Ewropea, l-FSE jappoġġja miri strateġiċi għal tul ta' żmien (pereżempju ż-żieda fil-kapital uman, il-ġestjoni tat-tibdiliet) permezz ta' programmi multiannwali pprogrammati minn qabel, li r-riżorsi tagħhom normalment ma jkunux jistgħu jerġgħu jiġu allokati bħala soluzzjoni għal sitwazzjonijiet ta' kriżi kkawżati minn ħafna tkeċċijiet f'daqqa. Xi drabi l-miżuri tal-FEG u l-FSE jintużaw biex jikkumplementaw lil xulxin sabiex jipprovdu soluzzjonijiet kemm immedjati u kemm għal medda ta' żmien itwal. Il-kriterju deċiżiv huwa l-potenzjal tal-istrumenti disponibbli li jgħinu lill-ħaddiema b'mod effettiv, u huwa f'idejn l-Istati Membri li jagħżlu — u li jipprogrammaw — l-istrumenti u l-azzjonijiet li jgħinu bl-aħjar mod biex jintlaħqu l-għanijiet fil-mira.

Il-kontenut tal-"pakkett koordinat tas-servizzi personalizzati" li għandu jiġi kkofinanzjat mill-FEG għandu jkun ibbilanċjat minn azzjonijiet oħra u jikkumplementahom . Il-miżuri kkofinanzjati mill-FEG jistgħu jestendu lil hinn minn korsijiet u azzjonijiet standard, u l-prattika wriet li l-FEG jippermetti lill-Istati Membri li joffru lill-ħaddiema li jingħataw is-sensja assistenza mfassla apposta u soda, inklużi miżuri li normalment huma ma jkollhomx aċċess għalihom (pereżempju edukazzjoni fit-tieni jew it-tielet livell). L-FEG jippermetti lill-Istati Membri jiffokaw aħjar fuq in-nies li huma partikolarment vulnerabbli, bħal pereżempju dawk li għandhom biss ftit ħiliet jew dawk li oriġinarjament kienu migranti, jew li jipprovdu l-appoġġ fuq perjodu ta' żmien itwal milli kieku jkun possibbli mingħajr l-FEG. Dan kollu jżid il-prospetti tal-ħaddiema li jtejbu s-sitwazzjoni tagħhom.

Eżempji speċifiċi ta' kumplementarjetà tajba bejn l-FSE u l-FEG jinkludu l-każijiet EGF/2010/011 NL/ NXP Semikundutturi u EGF/2010/012 NL/ Noord Holland ICT, sottomessi mill-Pajjiżi l-Baxxi , EGF/2010/014 SI/Mura, sottomessa mis-Slovenja, u EGF/2010/018 DE/Heidelberger Druckmaschinen, sottomessa mill-Ġermanja. Fir-rigward tal-ewwel każ mill-Pajjiżi l-Baxxi, il-kumplementarjetà tidher fi proġett speċifiku tal-FSE ta' taħriġ għal ħaddiema f'impriżi involuti fil-manifattura tas-semikundutturi[5], li ż-żmien meta sar kien jikkoinċidi parzjalment mal-perjodu ta' implimentazzjoni tal-FEG. Fir-rigward tat-tieni każ, il-ħaddiema li ngħataw is-sensja setgħu jipparteċipaw ukoll f'żewġ proġetti tal-FSE fis-settur tal-ICT[6]. Is-Slovenja aċċertat li l-miżuri tal-FEG kienu kumplementarji għad-diversi azzjonijiet tal-FSE tagħhom[7]. Fil-każ mill-Ġermanja, il-pakkett tal-FEG ta' servizzi personalizzati kien imfassal biex jikkumplementa lill-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali u korsijiet ta' taħriġ partikolari approvati mill-FSE skont il-programm federali ESF-BA.

L-Istati Membri kollha għandhom jimplimentaw il-mekkaniżmi neċessarji biex jevitaw ir-riskju ta' finanzjament doppju mill-istrumenti finanzjari tal-UE, kif inhu mitlub mill-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

4.3. Il-każijiet li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG

L-Awtorità Baġitarja ma rrifjutat l-ebda proposta mressqa quddiemha mill-Kummissjoni għal finanzjament mill-FEG. Il-Kummissjoni qieset li applikazzjoni waħda (EGF/2009/022 BG/Kremikovtsi, sottomessa mill-Bulgarija fis-26.10.2009) ma kinitx eliġibbli[8]. Din id-deċiżjoni kienet ikkomunikata lill-Istat Membru.

4.4 Ir-riżultati miksubin mill-FEG

Is-sorsi prinċipali ta' informazzjoni dwar ir-riżultati miksubin mill-FEG huma r-rapporti finali ppreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Dawn huma kkumplementati minn informazzjoni li jipprovdu l-Istati Membri f'kuntatti diretti mal-Kummissjoni u waqt laqgħat u konferenzi ta' koordinazzjoni mar-rappreżentanti tal-Istati Membri tul is-sena. Is-sommarju tar-riżultati u d-dejta rrappurtati mill-Istati Membri fl-2010 jinsab fit-taqsima li ġejja u fit-Tabella 4.

4.4.1. Ir-rapporti finali sottomessi mill-Istati Membri fl-2010 dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji

Fl-2010, il-Kummissjoni rċeviet erba' rapporti finali dwar il-każijiet li ġejjin: EGF/2008/004 ES/ Castilla y Léon and Aragón , EGF/2008/005 ES/ Cataluña , EGF/2009/001 PT/Norte-Centro u EGF/2009/002 DE/Nokia. Dawn kienu l-aħħar każijiet tal-FEG b'perjodu ta' implimentazzjoni ta' 12-il xahar qabel ma l-perjodu ġie estiż għal 24 xahar bir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tat-18 ta' Ġunju 2009.

4.4.2. Is-sommarju tar-riżultati u l-prattiki tajba rrappurtati fl-2010

L-erba' rapporti finali ppreżentati mit-tliet Stati Membri wrew li fl-aħħar jew ftit wara l-aħħar tal-perjodu ta' implimentazzjoni tal-FEG, 692 ħaddiem (20 % minn 3 146) kienu sabu impjiegi ġodda jew kienu qed jaħdmu għal rashom. L-oħrajn kienu qed isegwu kors edukattiv jew ta' taħriġ (madwar 5 %), jew kienu qiegħda jew inattivi għal raġunijiet personali.

Ir-riżultati fir-rigward tal-integrazzjoni mill-ġdid fid-dinja tax-xogħol kienu mxekkla mill-kapaċitajiet ta' assorbiment imnaqqsa b'mod sinifikanti tas-swieq tax-xogħol lokali u reġjonali bħala konsegwenza diretta tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. L-importanza tar-rata tal-integrazzjoni mill-ġdid ma għandhiex tingħata valur esaġerat, peress li din tipprovdi biss idea tal-qagħda tal-ħaddiema fir-rigward tal-impjieg waqt li tkun qed tinġabar id-dejta. Din ma tagħti l-ebda informazzjoni dwar it-tip ta' impjieg u l-kwalità tax-xogħol li persuna tkun sabet, u tista' tinbidel sinifikattivament f'qasir żmien. Skont l-informazzjoni li waslet minn diversi Stati Membri, ir-rati ta' integrazzjoni mill-ġdid għandhom tendenza li diġà jkunu ogħla ftit xhur wara s-sottomissjoni tar-rapporti finali, speċjalment f'każijiet fejn il-ħaddiema jkomplu jirċievu assistenza mfassla apposta lil hinn mill-iskadenza tal-perjodu tal-FEG, spejjeż tal-Istati Membri stess jew bil-għajnuna tal-FSE.

L-Istati Membri rrappurtaw sejre ta' fatti interessanti u informazzjoni inkoraġġanti, li jindikaw li s-sitwazzjoni personali, il-fiduċja tal-ħaddiema kkonċernati fihom infushom u l-impjegabbiltà tagħhom, tjiebu viżibbilment grazzi għall-assistenza u s-servizzi tal-FEG, anki jekk dawn mhux dejjem sabu xogħol malajr. L-FEG ta lill-Istati Membri l-opportunità li jaġixxu b'mod iktar intensiv fir-reġjuni milquta mis-sensji, fir-rigward tan-numru ta' persuni mogħtija l-assistenza u t-tul taż-żmien u l-kwalità tal-appoġġ, milli kieku kien ikun possibbli bla finanzjament mill-FEG. Il-fondi tal-UE għenuhom jirreaġixxu b'mod iktar flessibbli u jinkludu fil-pakketti tagħhom azzjonijiet tassew personalizzati, li xi drabi kienu innovattivi, kif ukoll jitfgħu iktar attenzjoni fuq dawk bl-inqas ammont ta' ħiliet. L-assistenza kkofinanzjata mill-FEG, għalhekk, tirrappreżenta investiment imtejjeb fil-ħiliet li jista' jkollu impatt pożittiv fit-tul ta' żmien medju u itwal, meta s-swieq jibdew jirkupraw gradwalment mill-kriżi. Barra minn hekk, l-FEG inħass li huwa strument utli fi żminijiet ta' defiċits fil-baġit u tnaqqis fis-settur pubbliku, meta r-riżorsi nazzjonali saru skarsi u meta l-Istati Membri u l-kumpaniji qed jissieltu sabiex jirkupraw mill-kriżi globali. Il-valutazzjoni ta' nofs it-terminu tal-FEG, prevista għall-2011 kif inhu stipulat mill-Artikolu 17(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, se tivvaluta l-impatt tal-FEG f'iktar dettall.

Tabella 4 — Ir-rapporti finali sottomessi fl-2010 — ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati [9]

[pic]

4.4.3. Id-dettalji dwar il-miżuri implimentati fl-2010

EGF/2008/004 Castilla Leon y Aragón/Spain (awtomotiv)

Mill-534 ħaddiem li pparteċipaw fil-miżuri kofinanzjati mill-FEG, 184 (34.5 %) reġgħu sabu xogħol sal-aħħar tal-perjodu ta' implimentazzjoni, u t-350 l-oħra (65.5 %) kienu qed isegwu kors edukattiv jew ta' taħriġ, qiegħda jew inattivi għal diversi raġunijiet personali. Ir-rata ta' integrazzjoni mill-ġdid għandha titqies fil-kuntest tar-rati għoljin ta' qgħad fiż-żewġ reġjuni milqutin, li rduppjaw bejn l-2008 u l-2010 bħala konsegwenza tal-kriżi finanzjarja u ekonomika.

Anki dawk li baqgħu ma sabux xogħol qalu li l-miżuri tal-FEG kienu taw spinta lill-fiduċja u lill-istima tagħhom infushom, żviluppaw l-indipendenza tagħhom u tawhom il-ħiliet bażiċi u d-dispożizzjoni għall-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol. Għall-awtoritajiet Spanjoli, l-FEG huwa strument partikolarment adattat għall-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema li għandhom ftit opportunitajiet biex isibu xogħol ġdid malajr, u grazzi għall-kontribuzzjoni mill-FEG dawn setgħu jagħżlu minn firxa wiesgħa ta' miżuri, li huma tassew speċifiċi u iktar personalizzati milli kieku kien ikun possibbli mingħajr fondi mill-FEG. Persentaġġ għoli mill-ħaddiema li ngħataw l-assistenza rnexxielhom iżommu l-livelli tal-ħiliet tagħhom jew itejbu l-impjegabbiltà tagħhom, u b'hekk tejbu l-prospetti tagħhom fis-suq tax-xogħol.

Il-miżuri personalizzati implimentati jirrappreżentaw taħlita interessanti ta' assistenza u benefiċċji waqt it-tfittxija għal xogħol, it-taħriġ u l-integrazzjoni mill-ġdid. Wara l-miżuri standard tal-bidu għall-ħaddiema kollha identifikati, bħal pereżempju pariri u mapep personalizzati, twettqu diversi azzjonijiet, li bdew minn tfittxija fuq skala kbira fis-suq tax-xogħol li ġiet segwita minn sforzi ta' tlaqqigħ tax-xogħlijiet. Timijiet ta' assistenza multidixxiplinari żaru mat-3 000 impriża (ħafna minnhom SMEs) bl-għan doppju li jqabblu l-opportunitajiet tax-xogħol mal-kwalifiki tal-persuni qiegħda, jew li jfornuhom bil-ħiliet għax-xogħlijiet il-ġodda, u li jgħarrfu lin-negozju b'dan il-proġett. Ingħataw iktar minn 400 offerta ta' xogħol b'dan il-mod, u iktar minn 200 ħaddiem applikaw b'suċċess għax-xogħlijiet il-ġodda tul il-perjodu ta' implimentazzjoni tal-FEG. Il-ħaddiema baqgħu akkumpanjati anki wara l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom, sabiex jidentifikaw l-iżvantaġġi possibbli u biex jivvalutaw is-sodisfazzjon personali tagħhom. L-awtoritajiet Spanjoli se jkomplu janalizzaw is-suq u s-sitwazzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema anki wara li jispiċċa l-proġett tal-FEG, u se jinżammu wkoll il-kuntatti mal-impriżi sabiex tiġi żġurata li l-kisbiet tal-FEG ma jintilfux tul iż-żmien.

Il-miżuri marbuta mal-kwalifiki disponibbli għall-ħaddiema kienu jinkludu diversi tipi ta' taħriġ, xi wħud minnhom marbuta ma' kumpanija impenjata li tgħin fl-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema, bħal pereżempju: korsijiet għat-titjib tal-ħiliet fit-teknoloġiji li jużaw l-enerġija rinnovabbli u s-setturi tal-IT, dawk tekniċi, tal-manutenzjoni, soċjali u tat-turiżmu; il-kontabbiltà u l-ġestjoni tal-SMEs; u tekniki li għandhom x'jaqsmu mal-abbiltà li tieħu inizjattiva u li tikkomunika. Xi wħud mill-ħaddiema ngħataw benefiċċji finanzjarji temporanji bħala kumpens għad-differenza bejn is-salarji preċedenti u dawk ġodda (inċentivi għall-integrazzjoni mill-ġdid) u/jew għotjiet għal waqt it-tfittxija għal xogħol, inklużi għotjiet speċifiċi għal dawk li għandhom reponsabbiltajiet ta' kura.

EGF/2008/005 Catalonia/Spain (tessuti)

Mill-587 ħaddiem li bbenefikaw mill-miżuri kofinanzjati mill-FEG, 30 (5,1 %) kienu reġgħu sabu xogħol sal-aħħar tal-perjodu ta' implimentazzjoni (inkluż wieħed li beda negozju ġdid), 17 (2,9 %) kienu bdew kors ta' edukazzjoni jew taħriġ, u l-540 (92,0 %) kien għadhom qiegħda jew inattivi għal diversi raġunijiet personali. Ir-rata baxxa ta' integrazzjoni mill-ġdid għandha titqies fil-kuntest tas-suq tax-xogħol batut tar-reġjun minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika u anki bid-dewmien fl-għoti tal-fondi mill-FEG fl-isfond (ara l-kumment hawn taħt)

L-awtoritajiet Spanjoli rrappurtaw li grazzi għall-kontribuzzjoni mill-FEG setgħu jipprovdu azzjonijiet intensivi u mfasslin apposta għall-ħaddiema milquta, li għalihom il-fondi l-oħra huma inqas adegwati. Ħafna mill-ħaddiema li pparteċipaw urew sens ta' impenn qawwi lejn il-miżuri, u l-opinjoni ġenerali tal-parteċipanti kienet tassew pożittiva. Il-mudell tal-ġestjoni kien jinkludi l-użu ta' netwerk estensiv ta' istituzzjonijiet, u l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali kienet ikkunsidrata bħala element ewlieni għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-miżuri. Fejn ikun possibbli, l-awtoritajiet reġjonali se japplikaw il-metodoliġja tal-FEG għal programmi simili "lura fid-dinja tax-xogħol".

Il-miżuri kienu jinkludu: gwida okkupazzjonali għall-identifikazzjoni tal-impjegabbiltà tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja u l-ostakoli fit-tfittxija tagħhom għal xogħol ġdid; assistenza intensiva fir-rigward ta' rikollokazzjoni/tfittxija għal xogħol, bl-involviment ta' konsulenti personali biex jgħinu lill-ħaddiema jerġgħu jsibu posthom fis-suq tax-xogħol; u "klassijiet attivi" li jagħtu lill-ħaddiema aċċess dirett għall-kompjuters u portali ta' tfittxija għal xogħol, filwaqt li jingħataw gwida minn persunal kwalifikat. Il-miżuri ta' taħriġ kienu jinkludu korsijiet ta' titjib tal-ħiliet bħal pereżempju korsijiet tal-IT, tekniki ta' komunikazzjoni orali/miktuba, u korsijiet bażiċi fl-intraprenditorija li jindirizzaw ukoll il-ħtiġijiet partikolari ta' dawk li għandhom 'il fuq minn 45 sena, dawk li għandhom inqas ħiliet u dawk li mhumiex ċittadini ta' Spanja. Kien offrut ukoll taħriġ fi gruppi, f'oqsma fejn l-impriżi lokali kienu identifikaw bżonn ta' ħiliet jew f'setturi emerġenti fejn jistgħu jinħolqu opportunitajiet ta' xogħol fil-futur. Uħud mill-ħaddiema ngħataw benefiċċji finanzjarji temporanji waqt il-perjodu ta' tfittxija għal xogħol u/jew meta aċċettaw impjieg ta' tal-inqas sitt xhur (inċentivi ta' integrazzjoni mill-ġdid).

Minħabba dewmien fir-rilaxx tal-fondi tal-UE, Spanja kienet bdiet timplimenta l-ewwel sett ta' miżuri bl-użu tal-fondi tagħha stess. Billi parti kbira mill-miżuri previsti ma setgħux jinbdew qabel ix-xhur finali tal-perjodu ta' implimentazzjoni tal-FEG, Spanja ddeċidiet ukoll li tkompli s-servizzi personalizzati għal erba' xhur addizzjonali spejjeż tagħha stess. Il-miżuri addizzjonali wara l-perjodu ta' implimentazzjoni tal-FEG ippermettew lil Spanja tgħin lil 387 ħaddiem ieħor li ngħataw is-sensja (mill-1 100 li ġew identifikati fil-bidu). Sitt xhur wara l-perjodu ta' implimentazzjoni tal-FEG, ir-rata ta' integrazzjoni mill-ġdid fid-dinja tax-xogħol kienet sinifikattivament ogħla minn dik irreġistrata eżatt mat-tlestija tal-proġett tal-FEG.

EGF/2009/001 Tramuntana/Ċentru/Portugall (tessuti)

Mis-720 ħaddiem li pparteċipaw fil-miżuri kofinanzjati mill-FEG, 30 (4,2 %) kienu reġgħu bdew jaħdmu sal-aħħar tal-perjodu ta' implimentazzjoni, disgħa (1,3 %) kienu qed isegwu kors edukattiv jew ta' taħriġ, u s-681 l-oħra (94,6 %) kien għandhom qiegħda jkew inattivi għal diversi raġunijiet personali. Ir-rata tal-integrazzjoni mill-ġdid għandha titqies fil-kuntest tas-suq tax-xogħol batut tar-reġjun minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika. Raġunijiet oħra għal dan huma l-livelli baxxi tal-edukazzjoni — 79 % tal-ħaddiema li ngħataw l-għajnuna ma spiċċawx id-disa' snin bażiċi ta' edukazzjoni u 13 % oħra ma spiċċawx l-edukazzjoni sekondarja tagħhom — u l-għadd kbir ta' ħaddiema ta' età ’l fuq minn 55 sena, li għalihom il-perjodu disponibbli kien qasir wisq biex jibbenefikaw bl-aħjar mod mill-appoġġ edukattiv estensiv.

L-awtoritajiet Portugiżi rrappurtaw li l-miżuri ntlaqgħu tajjeb mill-parteċipanti, li rrikonoxxew li kienu żiedu l-ħiliet vokazzjonali tagħhom u għalhekk anki l-impjegabbiltà, kif ukoll mis-servizzi tax-xogħol li, grazzi għall-FEG, setgħu jkomplu jsegwu l-ħtiġijiet tal-ħaddiema qiegħda mifruxa f'diversi villaġġi. Il-Portugall irrikonoxxa l-importanza li l-ħaddiema li jkunu sfaw bla impjieg jiġu mmotivati, filwaqt li żgura l-involviment sħiħ taċ-ċentri reġjonali tax-xogħol u mexa ma' skeda ta' żmien biex jiżgura li l-perjodu ta' implimentazzjoni jiġi użat bl-aħjar mod possibbli.

Il-miżuri kienu jinkludu assistenza fit-tfittxija għal xogħol individwalizzata għal madwar terz tal-ħaddiema identifikati, pereżempju, ir-rikonoxximent/iċ-ċertifikazzjoni ta' ħiliet eżistenti, it-tħejjija tat-taħriġ u tal-mapep ta' integrazzjoni mill-ġdid, u taħlita ta' moduli ta' taħriġ (qasir) u taħriġ mill-ġdid, ibbażati fuq il-Katalgu Nazzjonali tal-Kwalifiki u mogħtija minn ċentri tat-taħriġ rikonoxxuti, kważi għall-ħaddiema identifikati kollha. Ġew imfassla miżuri oħra apposta għall-ħtiġijiet tal-persuni li jaffaċċjaw diffikultajiet fir-rigward tal-integrazzjoni mill-ġdid fid-dinja tax-xogħol: dawn kienu provduti minn entitajiet li ma jagħmlux profitt u kienu jinkludi pjanijiet ta' integrazzjoni personali, assistenza fl-integrazzjoni u għotjiet finanzjarji għall-ħaddiema parteċipanti. Ġew offruti wkoll xi għotjiet u appoġġ għall-intraprenditorija. Għall-biċċa l-kbira tal-miżuri, ġew iffirmati ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn il-ħaddiema u l-entitajiet ta' implimentazzjoni/monitoraġġ, fejn ġew stabbiliti l-obbligi rispettivi.

Sa Jannar tal-2011 (sena wara l-perjodu ta' implimentazzjoni tal-FEG), ir-rata ta' integrazzjoni mill-ġdid kienet laħqet il-200, u dan wera li l-miżuri kofinanzjati mill-FEG baqgħu jipproduċu riżultati pożittivi għal xi żmien wara l-implimentazzjoni tal-FEG.

EGF/2009/002 Nokia/Ġermanja (telefowns ċellulari)

Mill-1 305 ħaddiem li pparteċipaw fil-miżuri kofinanzjati mill-FEG, 385 ħaddiem (29,5 %) kienu sabu impjieg ġdid erba' ġimgħat wara tmien il-perjodu ta' implimentazzjoni (inklużi 36 li bdew jaħdmu għal rashom), 121 (9,3 %) kienu qed isegwu kors edukattiv jew ta' taħriġ, u l-bqija tal-persuni kienu qiegħda (737 jew 56,5 %) jew inattivi għal diversi raġunijiet personali (62 % jew 4,8 %).

Minkejja s-sitwazzjoni xejn favoreli tas-suq tax-xogħol minħabba l-kriżi globali u problemi oħra bħal pereżempju l-livelli relattivament baxxi tal-kwalifiki, l-etajiet iktar avvanzati ta' ħafna mill-ħaddiema, ir-riluttanza tagħhom li jikkunsidraw il-mobbiltà u li jaċċettaw xogħlijiet ġodda b'pagi inqas, l-awtoritajiet Ġermaniżi qiesu r-riżultati tal-proġett tal-FEG bħala "pjuttost sodisfaċenti".

Il-Ġermanja tqis l-FEG bħala strument li jikkumplementa u jissoda l-isforzi b'rispons għall-kriżijiet nazzjonali b'mod utli billi jwessa' l-ispettru tal-kwalifiki offruti u billi jtawwal il-perjodu li tulu l-ħaddiema jkunu jistgħu jirċievu l-assistenza. Maġġoranza kbira mill-ħaddiema li bbenefikaw mill-appoġġ tal-FEG kienu ħaddiema man-Nokia li, wara li pparteċipaw fil-miżuri ta' qabel tat-Transfergesellschaft (imwaqqfa mill-imsieħba soċjali għal tul massimu ta' 12-il xahar), kien għandhom ma integrawx mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. Dawn baqgħu jitħarrġu b'mod intensiv għal sa sitt xhur oħra skont il-proġett tal-FEG, fejn ingħataw spettru wiesa' ta' servizzi personalizzati b'fowkus fuq assistenza intensiva u individwalizzata fit-tfittxija ta' xogħol u miżuri ta' taħriġ, ikkumplementati minn benefiċċji finanzjarji f'forma ta' għotijiet għall-għajxien ta' kuljum għal żmien qasir ("Transferkurzarbeitergeld") tul il-parteċipazzjoni tagħhom fil-miżuri ta' taħriġ u ta' integrazzjoni mill-ġdid, sakemm il-ħaddiema kkonċernati involvew ruħhom fil-proġett tal-FEG fuq bażi full-time.

Il-korsijiet tat-taħriġ intgħażlu bir-reqqa għal dawk l-oqsma li hemm domanda għalihom fis-suq tax-xogħol, u kienu mfasslin biex jikkumplementaw il-korsijiet offruti diġà mill-Fond Soċjali Ewropew jew mill-impriża li tkun tat is-sensji. Fl-offerta kien hemm inklużi wkoll għajnuna għal dawk li sabu xogħol biex jitħejjew għalih, appoġġ għal dawk li fil-futur jistgħu jkunu intraprendituri, gwida għal dawk li jfittxu xogħol barra minn pajjiżhom u t-twaqqif ta' gruppi ta' pari biex jagħtu s-setgħa lil gruppi speċifiċi ta' nies. Grazzi għall-FEG, il-Ġermanja setgħet tipprovdi proporzjon iktar bilanċjat bejn il-persuni li qed ifittxu xogħol/konsulenti — konsulent għal kull 40 ħaddiem meta mqabbel mal-proporzjon tas-soltu ta' konsulent għal kull 200 ħaddiem — u l-konsulenti ntgħażlu abbażi tal-isfond ta' kull parteċipant. Minħabba dewmien fir-rilaxx tal-fondi mill-FEG, il-Ġermanja kienet bdiet timplimenta l-miżuri tal-bidu bl-użu tal-fondi tagħha stess.

Minħabba dan kollu l-appoġġ kofinanzjat mill-FEG, kien tassew individwalizzat u effettiv.

Sitt xhur wara tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni, 42 persuna oħra, li qabel kienu qiegħdu kienu sabu xogħol ġdid, u b'hekk l-għadd ta' ħaddiema li ġew integrati mill-ġdid żdied għal 427. Ir-rata ta' integrazzjoni mill-ġdid reġgħet żdiedet xi ftit xhur wara, u b'hekk deher li l-appoġġ kofinanzjat mill-FEG jista' jkollu wkoll impatt pożittiv fil-medda ta' żmien itwal.

4.5. Ir-rapport finanzjarju

4.5.1. Il-fondi mogħtija mill-FEG

Tul l-2010, l-Awtorità Baġitarja tat 31 kontribuzzjoni mill-FEG, li kienu jammontaw għal EUR 83 554 141, li jirrappreżentaw 16,7 % mill-ammont massimu annwali disponibbli (Tabella 2). Il-31 pagament kollha saru mill-baġit tal-2010, għalkemm disgħa minnhom ingħataw fil-bidu tal-2011.

Skont l-Artikolu 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006[10], li jistabbilixxi l-qafas baġitarju tal-FEG, l-FEG ma jistax jaqbeż ammont massimu annwali ta' EUR 500 miljun, li jistgħu jittieħdu minn kwalunkwe marġni eżistenti taħt il-limitu massimu għan-nefqa globali tas-sena preċendenti, u/jew minn approprjazzjonijiet għall-impenji kkanċellati tas-sentejn ta' qabel, bl-esklużjoni ta' dawk taħt l-intestatura 1B tal-qafas finanzjarju. Barra minn hekk, l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-FEG jistipula li tal-inqas 25 % tal-ammont massimu annwali għandu jkun disponibbli fl-1 ta' Settembru ta' kull sena sabiex jiġu koperti kwalunkwe bżonnijiet li jistgħu jinqalgħu sal-aħħar tas-sena.

L-approprjazzjonijiet għall-impenji għall-fondi mogħtija fl-2010 ġew trasferiti mir-riserva għal-linja baġitarja tal-FEG.

Fl-2010, l-approprjazzjonijiet għall-impenji nħarġu mill-baġit tal-FSE (EUR 19 881 554) fil-bidu tas-sena minħabba l-prossimità politika taż-żewġ fondi. Sabiex tiġi evitata l-konfużjoni dwar l-użu tar-riżorsi baġitarji, il-Kummissjoni identifikat sorsi alternattivi ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet hekk kif bdiet għaddejja s-sena, u deheru biċ-ċar is-sorsi ta' nefqa baxxa. Ammont li jlaħħaq il-EUR 21 381 228 intuża mil-linja baġitarja "Tlestija tal-programm għall-impriżi: titjib tal-ambjent finanzjarju għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs)". Ammont addizzjonali ta' EUR 42 291 359 ġie identifikat u użat mil-linja baġitarja "Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni — Programm ta' intraprenditorija u innovazzjoni". Il-previżjonijiet ta' investimenti għal dawn iż-żewġ linji kienu naqsu drastikament bħala konsegwenza tal-kriżi finanzjarja.

Il-pagamenti li saru għall-2010 (EUR 83 554 141) kienu 60 % ogħla milli għall-2009 (EUR 52 349 047). L-esperjenza wriet li l-Istati Membri qed ifasslu u jissottomettu l-applikazzjonijiet tal-FEG b'mod iktar effiċjenti mis-snin tal-bidu.

4.5.2. L-ispiża fuq l-assistenza teknika

Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, sa 0,35 % tar-riżorsi finanzjarji disponibbli għas-sena (massimu ta' EUR 1,75 miljun) jistgħu jsiru disponibbli f'forma ta' assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni għal attivitajiet bħal appoġġ permezz tal-informazzjoni, dak amministrattiv u tekniku, u l-attivitajiet ta' monitoraġġ, verifika, kontroll u valutazzjoni neċessarji għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-FEG. Fl-2010, l-ammont ta' EUR 1 110 000 kien disponibbli għall-assistenza teknika[11] fir-rigward tal-attivitajiet elenkati fit-Tabella 5. L-EUR 640 000 li kien jifdal li kienu potenzjalment disponibbli għall-assistenza teknika tul is-sena ma ntużawx.

Tabella 5 — L-ispiża fuq l-assistenza teknika għall-2010

Deskrizzjoni | Ammont baġitarju EUR | Ammont proprju EUR |

Informazzjoni (pereżempju l-aġġornament tal-websajt tal-FEG fil-lingwi kollha tal-UE, pubblikazzjonijiet u attivitajiet awdjoviżivi) | 240 000 | 81 436.59 |

Appoġġ amministrattiv u tekniku - Laqgħat tal-Persuna ta' Kuntatt tal-FEG - Konferenzi u seminars (inklużi Konferenzi tal-Partijiet Interessati) | 70 000 200 000 | 86,425.34 332 478.59 |

Valutazzjoni (valutazzjoni f'nofs it-terminu tal-FEG, kif inhu mitlub mill-Artikolu 17(1)(a) tar-Regolament tal-FEG) | 300 000 | 300 000 |

Monitoraġġ (10 studji) | 250 000 | 0 |

Ħolqien ta' bażi ta' għarfien | 50 000 | 0 |

Verifika u kontroll: Għal din il-kategorija ma ntużat l-ebda kontribuzzjoni (il-verifiki mwettqa fl-2010 kienu ffinanzjati minn sorsi oħra tal-Kummissjoni Ewropea) |

Total | 1 110 000 | 800 340.52 |

Tul is-sena, ġie deċiż li jiġu organizzati żewġ Konferenzi tal-Partijiet Interessati fl-FEG biex jiġu kkonsultati l-Istati Membri, l-entitajiet ta' implimentazzjoni u l-imsieħba soċjali dwar ir-Regolament tal-FEG attwali u l-bidliet futuri meħtieġa għal wara l-2011 (jekk għandhiex titneħħa d-deroga tal-kriżi jew le, li tippermetti li l-FEG jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jingħataw is-sensja minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u jekk il-kontribuzzjoni mill-FEG għandhiex tiżdied għal 65% tal-ispejjeż totali) u wara l-2013 (meta r-Regolament tal-FEG kollu għandu jiġi rivedut). Dawn il-konferenzi konsultattivi ħadu post l-10 studji ta' monitoraġġ li ġew previsti inizjalment. Barra minn hekk, ġie ppjanat Seminar għall-Awdituri tal-FEG għal April tal-2011.

4.5.3. L-irregolaritajiet li ġew irrappurtati jew magħluqa

Ma ġiet irrappurtata l-ebda irregolarità lill-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-FEG fl-2010. Fl-2010 ma ġiet magħluqa l-ebda irregolarità skont ir-Regolament tal-FEG.

4.5.4. L-istralċ ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG

L-Artikolu 15(2) tar-Regolament tal-FEG jistipula l-proċeduri għall-istralċ tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG. Fl-2010, it-tieni serje ta' kontribuzzjonijiet mill-FEG mill-istabbiliment tal-fond twaqqfu. Dawn kienu s-sitt kontribuzzjonijiet li ġejjin:

Tabella 6 — Każijiet ta' stralċ fl-2010

[pic]

L-ammont totali ta' fondi li ma ntefqux li għandhom jingħataw lura lill-Kummissjoni għal dawn is-sitt każijiet huwa ta' EUR 9 857 484.55.

Hemm diversi raġunijiet għaliex l-Istati Membri ma użawx il-kontribuzzjonijiet kollha mogħtija mill-FEG. Filwaqt li l-Istati Membri jiġu inkoraġġuti li jagħmlu stimi baġitarji realistiċi għall-pakkett koordinat ta' servizzi personali, jista' jkun li mhux is-sorsi kollha mitluba jkunu meħtieġa tul l-implimentazzjoni tal-miżuri . F'ċerti każijiet, jista' jkun li l-għadd ta' ħaddiema li jkollhom bżonn l-għajnuna jkun ġie sopravalutat, ċerti ħaddiema jistgħu jippreferu miżuri li jqumu inqas flus minn dawk li jqumu iktar flus, oħrajn jistgħu jipparteċipaw f'miżura għal perjodu iqsar milli jkun ġie antiċipat minħabba li jkunu sabu xogħlijiet ġodda, u oħrajn jista' jkun li ma jipparteċipawx peress li jagħżlu li jirtiraw kmieni. Id-dewmien biex jinbdew il-miżuri jista' jkun raġuni oħra għal spiża iktar baxxa. L-ibbaġitjar tal-miżuri u l-previżjoni tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema mill-Istati Membri huma mistennija li jitjiebu bl-esperjenza, u l-Istati Membri diġà bdew japplikaw il-lezzjonijiet li tgħallmu f'applikazzjonijiet sussegwenti. Barra minn hekk, qed isiru sforzi kbar biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-pagament tal-fondi tal-FEG, biex b'hekk iż-żmien u l-fondi pprovduti jkunu jistgħu jintużaw bl-aħjar mod fil-futur.

4.6. L-attivitajiet ta' assistenza teknika mwettqa mill-Kummissjoni

4.6.1. Informazzjoni u pubbliċità

Is-sit tal-internet

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 jistieden lill-Kummissjoni biex "twaqqaf sit tal-internet li jkun disponibbli bil-lingwi kollha tal-Komunità, liema sit għandu jipprovdi tagħrif dwar l-EGF, gwida dwar it-tfigħ tal-applikazzjonijiet, u tagħrif aġġornat dwar applikazzjonijiet aċċettati u miċħuda, filwaqt li jenfasizzaw l-irwol tal-awtorità baġitarja".

F'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9, is-sit tal-internet tal-FEG ( http://ec.europa.eu/egf ) imwaqqaf mill-Kummissjoni, huwa disponibbli bit-23 lingwa tal-UE, inkluż l-Irlandiż. Is-sit tal-FEG irreġistra 177 654 paġna kkonsultati minn 80 208 viżitatur fl-2010.

L-azzjonijiet ta' promozzjoni li twettqu fl-2010

Fl-ewwel kwart tal-2010, inħareġ fuljett biex jiċċara l-bidliet prinċipali li ġew introdotti mir-Regolament (KE) Nru 546/2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni. Il-fuljett inħareġ bi 23 lingwa u huwa disponibbli onlajn fuq is-sit tal-FEG. Kopji stampati bl-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż tqassmu fl-uffiċċji tas-settur pubbliku u lill-pubbliku ġenerali.

4.6.2. Laqgħat mal-awtoritajiet nazzjonali u l-imsieħba soċjali

Il-ħames u s-sitt laqgħat tal-Persuni ta' Kuntatt tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, saru fil-11 ta' Marzu 2010 fi Brussell u bejn id-29 u t-30 ta' Settembru f'Porto. Parti mil-laqgħa li saret f'Porto ffukat fuq it-tħejjija ta' żewġ reviżjonijiet tar-Regolament tal-FEG, li l-Kummissjoni se tagħmel sal-aħħar tal-2011 u l-2013 rispettivament.

4.6.3. Il-valutazzjoni ta' nofs it-terminu tal-FEG

Il-Kummissjoni wettqet ix-xogħol ta' tħejjija għall-valutazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Fond, kif inhu stipulat fl-Artikolu 17(1)(a) tar-Regolament tal-FEG. Il-proċeduri amministrattivi għall-kuntrattar tal-valutazzjoni kienu kważi lesti sal-aħħar tal-2010.

5. Ix-xejriet

Hekk kif qed jiżdiedu l-każijiet tal-FEG, qed tiżdied ukoll id-dejta disponibbli għall-identifikazzjoni tax-xejriet fl-applikazzjonijiet u għall-kisba ta' ħarsa ġenerali lejn id-direzzjoni tal-azzjonijiet tal-Fond. Id-dejta fil-graffs ta' hawn taħt u fl-Anness 1 tirrigwarda 73 applikazzjoni f'25 settur ekonomiku, li waslu minn Jannar 2007 sa Diċembru 2010.

Graff 1: Għadd ta' applikazzjonijiet li waslu mill-2007 sal-2010

[pic]

2007 | 2008 | 2009 | 2010 | Total |

tat-tip tal-kriżi | ------- | ------ | 23 | 24 | 47 |

tat-tip tal-kummerċ | 8 | 5 | 6 | 7 | 26 |

Total | 8 | 5 | 29 | 31 | 73 |

% mit-total | 11.0 % | 6.8 % | 39.7 % | 42.5 % | 100.0 % |

Graff 2: Għadd ta' ħaddiema identifikati għal kull Stat Membru

[pic]

L-Irlanda qiegħda fil-quċċata tal-lista tal-Istati Membri b'iktar minn 12 600 ħaddiem identifikati għall-għajnuna, segwita minn Spanja b'iktar minn 9 600 ħaddiem, filwaqt li r-Repubblika Ċeka u l-Bulgarija identifikaw madwar 450 u 650 ħaddiem.

Graff 3: Għadd ta' ħaddiema identifikati għal kull settur

[pic]*) mill-31/12/2010 iż-żewġ każijiet immarkati ġew inklużi f'"Kostruzzjoni tal-bini" (diviżjoni 41 tan-NACE).

Is-setturi kkonċernati huma, l-ewwel u qabel kollox, dak awtomotiv, b'iktar minn 18 000 ħaddiem identifikati, segwit minn dak tat-tessuti (iktar minn 11 000 ħaddiem identifikat) u s-settur tal-kostruzzjoni tal-bini (kemxejn iktar minn 10 000 ħaddiem)[12].

Graff 4: Ammont medju mill-FEG għal kull ħaddiem identifikat għal kull settur

[pic]

*) mill-31/12/2010 iż-żewġ każijiet immarkati ġew inklużi f'"Kostruzzjoni tal-bini" (diviżjoni 41 tan-NACE).

Graff 4 turi l-appoġġ medju mill-FEG għal kull ħaddiem fid-diversi setturi. Il-ħaddiema fis-settur tat-"tarzna" irċevew l-ogħla ammont medju ta' appoġġ mill-FEG (kemxejn iktar minn EUR 15 000 għal kull ħaddiem), segwiti mill-ħaddiema fis-settur tal-"metalli bażiċi" (kważi EUR 9 700 għal kull ħaddiem), is-settur tal-"manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru" (iktar minn EUR 8 700 għal kull ħaddiem) u l-"makkinarju u t-tagħmir" (iktar minn EUR 7 000 għal kull ħaddiem). Is-setturi tal-"għamara", il-"kummerċ bl-imnut" u l-"oġġetti ta' lbies" għandhom l-iktar ammonti medji baxxi (madwar EUR 1 000 għal kull ħaddiem).

6. Konklużjoni

Ix-xejriet disponibbli sa issa juru li l-applikazzjonijiet tal-FEG qed jiġu ppreżentati f'għadd ta' setturi li dejjem qed jikber, u minn għadd li qed jiżdied ta' Stati Membri. Barra minn hekk, l-Istati Membri qed jiksbu esperjenza fl-għażla tal-iktar miżuri adegwati, fl-ipprogrammar tal-assistenza tagħhom lill-ħaddiema li jingħataw is-sensja, u fl-użu tagħhom tal-FEG biex jippruvaw approċċi ġodda. L-iżvilupp tal-potenzjal sħiħ tal-FEG, f'kumplementarjetà ma' strumenti disponibbli oħra u b'konsultazzjoni mal-partijiet interessati prinċipali, se jgħin bis-sħiħ lill-ħaddiema li jingħataw is-sensja b'mod imfassal apposta u personalizzat, biex b'hekk l-opportunitajiet tagħhom fis-suq tax-xogħol jiżdiedu.

Anness 1 L-applikazzjonijiet tal-FEG skont il-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi mill-31.12.2010 għadd totali ta' applikazzjonijiet: 73 *) |

Awtomotiv (NACE: Manifattura tal-vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers, diviżjoni 29) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2007/001 | FR | Peugeot |

EGF/2007/010 | PT | Lisboa-Alentejo |

EGF/2008/002 | ES | Delphi |

EGF/2008/004 | ES | Castilla Leon |

EGF/2009/007 | SE | Volvo |

EGF/2009/009 | AT | Steiermark |

EGF/2009/013 | DE | Karmann |

EGF/2009/019 | FR | Renault |

EGF/2010/002 | ES | Cataluña |

EGF/2010/004 | PL | Wielkopolskie |

EGF/2010/015 | FR | Peugeot |

EGF/2010/023 | ES | Lear |

EGF/2010/031 | BE | General Motors Belgium |

Tessuti (NACE: Manifattura tat-tessuti, diviżjoni 13) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2007/005 | IT | Sardegna |

EGF/2007/006 | IT | Piemonte |

EGF/2007/007 | IT | Lombardia |

EGF/2008/001 | IT | Toscana |

EGF/2008/003 | LT | Alytaus tekstilė |

EGF/2008/005 | ES | Catalonia |

EGF/2009/001 | PT | North/Centre |

EGF/2009/004 | BE | Oost-West Vlaanderen |

EGF/2009/005 | BE | Limburg |

EGF/2010/009 | ES | Valencia |

Oġġetti ta' lbies (NACE: Manifattura ta' oġġetti ta' lbies, diviżjoni 14) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2007/008 | MT | Tessuti |

EGF/2009/018 | LT | Oġġetti ta' lbies |

EGF/2010/003 | ES | Galicia |

EGF/2010/014 | SI | Mura |

L-industrija tal-istampar (NACE: L-Istampar u r-Riproduzzjoni ta’ Midja Rrekordjata, diviżjoni 18) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2009/026 | NL | Noord Holland u Utrecht |

EGF/2009/027 | NL | Noord Brabant u Zuid Holland |

EGF/2009/028 | NL | Limburg |

EGF/2009/029 | NL | Gelderland u Overijssel |

EGF/2009/030 | NL | Drenthe |

EGF/2010/027 | NL | N Brabant Div 18 |

EGF/2010/028 | NL | Overijssel Div 18 |

EGF/2010/029 | NL | Z Holland/Utrecht Div 18 |

EGF/2010/030 | NL | N Holland/Flevoland Div 18 |

Makkinarju u tagħmir (NACE: Manifattura ta' makkinarju u tagħmir n.e.c., diviżjoni 28) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2009/015 | DK | Danfoss Group |

EGF/2009/031 | DK | Linak |

EGF/2010/001 | DK | Nordjylland |

EGF/2010/006 | PL | H.Cegielski-Poznań |

EGF/2010/013 | PL | Podkarpackie |

EGF/2010/017 | DK | Midtjylland machinery |

EGF/2010/018 | DE | Heidelberger Druckmaschinen |

EGF/2010/022 | DK | LM Glasfiber |

Tagħmir elettroniku (NACE: Manifattura ta' prodotti tal-kompjuter, elettronċi u ottiċi, diviżjoni 26) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2009/023 | PT | Qimonda |

EGF/2010/008 | AT | AT&S |

EGF/2010/011 | NL | NXP Semiconductors |

Telefowns ċellulari (NACE: Manifattura ta' prodotti tal-kompjuter, elettronċi u ottiċi, diviżjoni 26) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2007/003 | DE | BenQ |

EGF/2007/004 | FI | Perlos |

EGF/2009/002 | DE | Nokia |

Kostruzzjoni tal-bini (NACE: Kostruzzjoni tal-bini, diviżjoni 41) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2009/011 | NL | Heijmans |

EGF/2009/017 | LT | Kostruzzjoni |

EGF/2010/019 | IE | Kostruzzjoni 41 |

Attivitajiet speċjalizzati ta' kostruzzjoni (NACE: Attivitajiet speċjalizzati ta' kostruzzjoni, diviżjoni 43) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2010/020 | IE | Kostruzzjoni 43 |

Attivitajiet arkitettoniċi u ta' inġinerija (NACE: Attivitajiet arkitettoniċi u ta' inġinerija (NACE: ittestjar u analiżi tekniċi, diviżjoni 71) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2010/021 | IE | Kostruzzjoni 71 |

Metalli bażiċi (NACE: Manifattura ta’ metalli bażiċi, diviżjoni 24) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2009/022 | BG | Kremikovtsi AD (mhux eliġibbli) |

EGF/2010/007 | AT | Steiermark-Niederoesterreich |

Tagħmir domestiku ( NACE: Manifattura tat-tagħmir elettriku, diviżjoni 27) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2009/006 | IT | Gruppo Merloni |

EGF/2009/010 | LT | AB Snaige |

Kummerċ bl-imnut (NACE: Kummerċ bl-imnut, ħlief vetturi bil-mutur u muturi, diviżjoni 47) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2010/010 | CZ | Unilever |

EGF/2010/016 | ES | Aragon |

Kompjuters (NACE: Manifattura ta' prodotti tal-kompjuter, elettronċi u ottiċi, diviżjoni 26) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2009/008 | IE | Dell |

Kummerċ bl-ingrossa (NACE: Kummerċ bl-ingrossa, diviżjoni 46) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2010/012 | NL | Noord Holland ICT |

Manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru (NACE: Tiswija u installazzjoni ta' makkinarju u tagħmir, diviżjoni 33) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2009/021 | IE | SR Technics |

Stampar (NACE: Attivitajiet ta' stampar, diviżjoni 58) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2009/024 | NL | Noord Holland and Zuid Holland |

Għamara (NACE: Manifattura tal-għamara, diviżjoni 31) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2009/016 | LT | Għamara |

Ħġieġ tal-kristall (NACE: Manifattura ta' prodotti oħra minerali mhux metalliċi, diviżjoni 23) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2009/012 | IE | Waterford Crystal |

Ġebel/Irħam (NACE: Manifattura ta' prodotti oħra minerali mhux metalliċi, diviżjoni 23) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2010/005 | ES | Valencia |

Affarijiet taċ-ċeramika (NACE: Manifattura ta' prodotti oħra minerali mhux metalliċi, diviżjoni 23) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2009/014 | ES | Valencia |

Karpenterija u xogħol fl-injam (NACE: Manifattura tal-injam u prodotti tal-injam u s-sufra, minbarra għamara, diviżjoni 16) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2009/020 | ES | Castilla La Mancha |

Servizzi finanzjarji (NACE: Attivitajiet ta' servizzi finanzjarji, minbarra l-fondi tal-assigurazzjoni u l-pensjoni, diviżjoni 64) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2010/024 | NL | ABN Amrobank |

Bini tal-vapuri (NACE: Manifattura ta' tagħmir ieħor tat-trasport, diviżjoni 30) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2010/025 | DK | Odense Steel Shipyard |

Manifattura taż-żraben (NACE: Manifattura tal-ġilda u prodotti relatati, diviżjoni 15) |

Nru | SM | Każ |

EGF/2010/026 | PT | Rohde |

*) l-erba' każijiet li ġejjin ġew irtirati mill-Istati Membri (mill-31/12/2010) u mhumiex inklużi fil-lista jew fl-istatistika: |

EGF/2007/002 | FR | Renault |

EGF/2007/009 | ES | Delphi |

EGF/2009/003 | AT | Magna Steyr |

EGF/2009/025 | NL | Noord Brabant |

[1] Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1, kif ġie kkoreġut mill-ĠU L 48, 22.02.2008, p. 82, għal-lingwi kollha u ĠU L 202, 31.7.2008, p. 74, għall-Ingliż biss.

[2] Ir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ĠU L 167, 29.06.2009, p. 26).

[3] Makkinarju u tagħmir (6), Awtomotiv (5), l-Industrija tal-istampar (4), Tagħmir elettroniku (2), Kummerċ bl-imnut (2), Oġġetti ta' lbies (2), Tessuti (1), Kostruzzjoni tal-bini (1), Attivitajiet speċjalizzati ta' kostruzzjoni (1), Attivitajiet arkitettoniċi u ta' inġinerija (1), Servizzi finanzjarji (1), Bini tal-vapuri (1), il-Manifattura taż-żraben (1), Ġebel/irħam (1), Kummerċ bl-ingrossa (1), Metalli bażiċi (1).

[4] It-tliet każijiet ta' kostruzzjonijiet mill-Irlanda (EGF/2010/019, 020, 021) ma ġewx ikkunsidrati peress li l-analiżi ma ngħatatx qabel fl-2011.

[5] 2009ESFN451 Stichting Opleidings- en ontwikkelingsfonds voor semiconductor productiebedrijven.

[6] 2008ESFN226 (perjodu tal-proġett mill-1.4.2009 sal-31.3.2010) u 2008ESFB295 (perjodu tal-proġett mill-1.11.2009 sal-31.10.2010).

[7] Inkluż "taħriġ għall-iktar impjegabbiltà" u "tħejjija għall-proċeduri għall-valutazzjoni u l-għoti tal-kwalifiki vokazzjonali nazzjonali".

[8] SEC (2010) 993 finali tat-30.8.2010.

[9] Din it-tabella ġiet ikkumpilata mill-Kummissjoni abbażi tal-miżuri implimentati mill-Istati Membri skont ir-rapporti finali tagħhom. Il-kategoriji tal-miżuri huma bbażati fuq il-metodoloġija tal-Eurostat deskritta fil-Bażi ta' dejta tal-politika tas-suq tax-xogħol — Metodoloġija — Reviżjoni ta' Ġunju 2006, iżda ma jikkorrespondux totalment għaliha. Xi wħud mill-miżuri kofinanzjati, bħall-għotjiet waqt it-tfittxija għal xogħol, l-għotjiet għat-taħriġ, l-għotjiet għall-għajxien waqt miżura attiva tas-suq tax-xogħol, ma jaqgħu fl-ebda kategorija tal-Eurostat.

[10] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

[11] ĠU L 154, 19.6.2010, p.27.

[12] Għal analiżi iktar dettaljata, ara l-Anness 1.

Top