Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011BP0500

    Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2011/004 EL/ALDI Hellas /Il-Greċja Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 16 ta' Novembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/004 EL/ALDI Hellas mill-Greċja) (COM(2011)0580 – C7-0255/2011 – 2011/2200(BUD))
    ANNESS

    ĠU C 153E, 31.5.2013, p. 197–199 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 153/197


    L-Erbgħa 16 ta’ Novembru 2011
    Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2011/004 EL/ALDI Hellas /Il-Greċja

    P7_TA(2011)0500

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/004 EL/ALDI Hellas mill-Greċja) (COM(2011)0580 – C7-0255/2011 – 2011/2200(BUD))

    2013/C 153 E/39

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0580 – C7-0255/2011),

    wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament dwar il-FEG),

    wara li kkunsidra l-proċedura tat-trilogu kif prevista fil-punt 28 tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006,

    wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0378/2011),

    A.

    billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jipprovdu appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin u biex jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,

    B.

    billi l-ambitu tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

    C.

    billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u b’mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEG,

    D.

    billi l-Greċja talbet l-għajnuna fir-rigward tal-każ li jikkonċerna s-642 sensja, f'żewġ impriżi fis-settur tal-konsumatur ("supermarket u fornitur") li joperaw fir-reġjuni tal-Maċedonja Ċentrali u l-Attika fejn kienu jinsabu l-biċċa l-kbira tal-ħwienet ALDI. Ingħataw ukoll għadd iżgħar ta' sensji f'reġjuni Griegi oħra, bħal-Lvant tal-Maċedonja-Trakja, il-Punent tal-Maċedonja, l-Epirus, il-Punent tal-Greċja, Sterea Ellada u l-Peloponnese. Mis-642 sensja, 554 seħħew matul il-perjodu ta' referenza, u 88 seħħew qablu, iżda huma eliġibbli għall-għajnuna skont l-Artiolu 3a(b) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Is-642 ħaddiem kollha li tilfu xogħolhom se jingħatw l-għajnuna mill-FEG,

    E.

    billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEG,

    1.

    Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza f'dan is-sens il-proċedura mtejba li ddaħħlet fis-seħħ mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni tal-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mmobilizzat il- FEG; jittama li jsir aktar titjib fil-proċedura fil-qafas tar-rieżamijiet imminenti tal-FEG u li jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibilità tal- FEG;

    2.

    Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja b’riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-FEG biex il-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari l-ħaddiema l-aktar vulnerabbli u l-anqas ikkwalifikati;

    3.

    Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali li ngħataw is-sensja; barra minn hekk jenfasizza li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri attivi għas-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjiegi fit-tul; itenni li għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturazzjoni ta’ kumpaniji jew setturi; jiddeplora l-fatt li l-FEG jista’ jipprovdi inċentiv għall-kumpaniji biex jissostitwixxu l-forza tax-xogħol kuntrattwali tagħhom b’waħda aktar flessibbli u fuq perjodu qasir ta' żmien;

    4.

    Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-kompatibbiltà u l-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta’ din id-data anki fir-rapporti annwali tagħha;

    5.

    Jilqa' l-fatt li wara talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit 2011 juri approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta' EUR 47 608 950 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG nħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu stess u li għalhekk jistħoqqlu allokazzjoni ddedikata, li tevita trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, li hija xi ħaġa li tista' tkun ta' ħsara għall-ilħuq tad-diversi objettivi tal-politiki;

    6.

    Jilqa’ t-tisħiħ previst tal-linja baġitarja tal-FEG 04.05.01. b’EUR 50 000 000 permezz tal-Baġit Emendatorju Nru 3/2011, li se jintuża biex ikopri l-ammont meħtieġ għal din l-applikazzjoni;

    7.

    Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

    8.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

    9.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    (1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    (2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


    L-Erbgħa 16 ta’ Novembru 2011
    ANNESS

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/004 EL/ALDI mill-Greċja)

    (It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/771/UE.)


    Top