Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AP0508

    Programm biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ulterjuri ta' Politika Marittima Integrata ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta' Novembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jiġi stabbilit Programm biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata (COM(2010)0494 – C7-0292/2010 – 2010/0257(COD))
    P7_TC1-COD(2010)0257 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis- 17 ta' Novembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Rgolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata
    ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

    ĠU C 153E, 31.5.2013, p. 274–275 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 153/274


    Il-Ħamis 17 ta’ Novembru 2011
    Programm biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ulterjuri ta' Politika Marittima Integrata ***I

    P7_TA(2011)0508

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Novembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jiġi stabbilit Programm biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata (COM(2010)0494 – C7-0292/2010 – 2010/0257(COD))

    2013/C 153 E/42

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0494),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2), l-Artikoli 74 u 77(2), l-Artikoli 91(1) u 100(2), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 175, l-Artikolu 188, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 194(2) u l-Artikolu 195(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0292/2010),

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-16 ta’ Frar 2011 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Regjuni tas-27 ta' Jannar 2011 (2),

    wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-6 ta' Ottubru 2011, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Sajd, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0163/2011),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Japprova l-istqarrija konġunta mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni annessa ma' din ir-risoluzzjoni;

    3.

    Japprova l-istqarrija konġunta mill-Parlament u l-Kunsill annessa ma' din ir-risoluzzjoni;

    4.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    5.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 107, 6.4.2011, p. 64.

    (2)  ĠU C 104, 2.4.2011, p. 47.


    Il-Ħamis 17 ta’ Novembru 2011
    P7_TC1-COD(2010)0257

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Novembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Rgolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1255/2011).


    Il-Ħamis 17 ta’ Novembru 2011
    ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

    Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumissjoni

    Skont l-Artikolu 9, il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm biex jappoġġja l-iżvilupp ulterjuri tal-IMP għall-2011-13 hu ta' EUR 40 000 000. Dan il-pakkett għandu jkun magħmul minn EUR 23 140 000 meħuda mill-baġit tal-2011 mingħajr ma jintuża l-marġni disponibbli tal-Intestatura 2 tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali, ammont ta' EUR 16 660 000, inkluż l-allokazzjoni għal għajnuna teknika, imdaħħla fl-abbozz tal-baġit u aċċettata mill-Kunsill matul il-qari minnu tal-baġit tal-2012 u ammont ulterjuri ta' EUR 200 000 għal għajnuna teknika li għandu jiddaħħal fil-baġit tal-2013.

    Għal dan l-għan, il-baġit tal-2011 ikollu bżonn jiġi emendat biex tinħoloq in-nomenklatura meħtieġa u jiddaħħlu l-approprjazzjonijiet fir-riżerva. Il-baġits adottati għall-2012 u l-2013 ikun jeħtieġ li jinkludu l-ammonti rilevanti għal dawk is-snin.

    Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill

    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jeskludux il-possibilità li jipprovdu għal atti ddelegati fil-Programmi futuri 'l hinn mill-2013 abbażi ta' proposti relevanti tal-Kummissjoni.


    Top