This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010XC1027(03)
Information communicated by Member States regarding State aid granted under Commission Regulation (EC) No 1857/2006 on the application of Articles 87 and 88 of the Treaty to State aid to small and medium-sized enterprises active in the production of agricultural products and amending Regulation (EC) No 70/2001
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
ĠU C 290, 27.10.2010, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/11 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
2010/C 290/05
Għajnuna Nru: XA 138/10
Stati Membri: Il-Belġju
Reġjun: Vlaanderen
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Communicatiemiddelen voor de korte keten — de kortste link naar de consument, najaar 2010
Bażi legali: Subsidiebesluit voor het project „Communicatiemiddelen voor de korte keten — de kortste link naar de consument” van Bioforum Vlaanderen vzw (zie bijlage).
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 0,025 miljun
Intensità massima tal-għajnuna: L-intensità massima tal-għajnuna hija ta’ 93,81 % tan-nefqa ppruvata tal-proġett tal-għajnuna mressaq. L-ispejjeż ġenerali mhumiex eliġibbli għas-sussidju.
Data tal-implimentazzjoni: L-għajnuna mhix se tingħata qabel ma l-Ministru jkun iffirma d-digriet dwar is-sussidju u qabel ma jkunu stabbiliti r-riżorsi fil-baġit (għal nofs Awwissu sa Settembru tal-2010) u mhix se tidħol fis-seħħ qabel ma l-miżura tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2010.
Għan tal-għajnuna: L-għajnuna se tingħata lil Bioforum fil-Ħarifa tal-2010 sabiex tkun appoġġata l-katina tal-kummerċjalizzazzjoni għall-biedja organika u għall-ikel organiku li jkollha inqas livelli. Minn banda, il-ħwienet li fihom il-bdiewa jbiegħu l-prodotti friski u lokali tagħhom direttament lill-konsumaturi u dawk li jarmaw fis-suq se jiġu appoġġati permezz ta’ materjali (bħal bnadar, sinjali, tikketti li jitwaħħlu fuq il-karozzi u tili) sabiex ikunu jidhru iktar. Min-naħa l-oħra, se jitkattar l-għarfien dwar il-biedja organika permezz tal-ktejjeb imsejjaħ “Vergeten biogroenten” (“Ħaxix organiku li ntesa”) li se toħroġ l-assoċjazzjoni Velt, li se jitqassam fost dawk li jieħdu sehem fis-suq li jkollu inqas livelli, li, min-naħa tagħhom, jistgħu jgħadduh bħala rigal lill-klijenti tagħhom.
Il-miżura tal-għajnuna taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-għajnuna tista’ tkopri 100 % tal-infiq li ġej:
L-Artikolu 15(2)(c): għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza mogħtija minn partijiet terzi;
L-Artikolu 15(2)(e): għajnuna għal informazzjoni fattwali dwar is-sistemi ta’ kwalità li japplikaw għall-prodotti minn pajjiżi oħrajn, dwar il-prodotti ġeneriċi u dwar il-benefiċċji ta’ nutriment tal-prodotti ġeneriċi u suġġerimenti għall-użu tagħhom;
L-Artikolu 15(2)(f): għajnuna għal pubblikazzjonijiet bħal katalgi jew siti tal-internet li jippreżentaw informazzjoni fattwali dwar il-produtturi li ġejjin minn ċertu reġjun jew dwar il-produtturi li jipproduċu ċertu prodott, dejjem jekk l-informazzjoni u l-preżentazzjoni jkunu newtrali u l-produtturi kollha kkonċernati jkollhom opportunitajiet indaqs għar-rappreżentanza fil-pubblikazzjoni. L-għajnuna se tingħata biss għal attivitajiet u għal materjal informattiv li ma jkun fihom ebda referenza għall-oriġini tal-prodott.
Il-proġett ma jipprovdix għajnuna għar-reklamar.
Se jitħarsu l-paragrafi kollha tal-Artikolu 15.
Settur jew setturi benefiċjarji: Il-biedja organika.
L-għajnuna se tingħata biss lill-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju.
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Departement Landbouw en Visserij |
Afdeling Duurzame Landbouwontwikkeling |
Koning Albert II laan 35, bus 40 |
1030 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz tal-Internet: http://lv.vlaanderen.be/nlapps/docs/default.asp?id=1629
Informazzjoni oħra: —
Jules VAN LIEFFERINGE
Is-Segretarju Ġenerali
Għajnuna Nru: XA 139/10
Stati Membri: Il-Belġju
Reġjun: Vlaanderen
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Facultatieve subsidie aan KVLV vzw
Bażi legali: Ministerieel Besluit houdende de toekenning van een facultatieve subsidie aan KVLV vzw.
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 25 000
Intensità massima tal-għajnuna: 100 %.
Data tal-implimentazzjoni: Mill-1 ta’ Ottubru 2010
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2010
Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006).
Settur jew setturi benefiċjarji: Id-diviżjoni nru 1 – Il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’ u tal-annimali, il-kaċċa u s-servizzi relatati ma’dawn l-attivitajiet.
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Vlaamse overheid — Departement Landbouw en Visserij |
Koning Albert II laan 35, bus 40 |
1030 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz tal-Internet: http://lv.vlaanderen.be/nlapps/docs/default.asp?id=1724
Informazzjoni oħra: Il-bażi legali mehmuża bħalissa qed tiġi abbozzata.