This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010PC0578
Proposal for a DECISION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on the mobilisation of the EU Solidarity Fund
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE
/* KUMM/2010/0578 finali */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE /* KUMM/2010/0578 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 13.10.2010 KUMM(2010) 578 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE (imressqa mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006[1] jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ mekkaniżmu ta’ flessibilità, fil-limitu massimu annwali ta' EUR 1 biljun, minbarra l-intestaturi relevanti tal-qafas finanzjarju. Il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità għall-Fond huma ppreżentati fid-dettall fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002[2]. Abbażi tal-applikazzjoni għall-assistenza mill-Fond mill-Portugall u minn Franza relatata mat-tiġrif u l-għargħar fil-gżira ta' Madeira (il-Portugall) u il-maltempata Xynthia (Franza) fi Frar 2010, l-estimi totali tal-ħsara kkaġunata huma kif ġej: (f’EUR) | Ħsara diretta | Limitu minimu | Ammont ibbażat fuq 2.5 % | Ammont ibbażat Fuq 6% | Ammont totali tal- għajnuna proposta | Il-Portugall – L-għargħar fil-Madeira 2010 | 1 080 000 000 | 958 406 000 | 23 960 150 | 7 295 640 | 31 255 790 | Franza – Il-maltempata Xynthia 2010 | 1 425 430 000 | 3 466 573 000 | 35 635 750 | - | 35 635 750 | Total | 66 891 540 | Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni[3],[4], u meta titqies l-għotja massima possibbli mill-Fond flimkien mal-possibilità ta' riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt l-intestatura li tirrikjedi nefqa addizzjonali, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għal ammont totali ta' EUR 66 891 540, li għandu jkun allokat taħt l-intestatura 3b tal-qafas finanzjarju. Bil-preżentazzjoni ta' din il-proposta sabiex jiġi mobilizzat il-Fond, il-Kummissjoni qiegħda tagħti bidu għall-proċedura ssimplifikata tat-trilogu, kif mitlub mill-Punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex jinkiseb il-ftehim taż-żewġ dirgħajn tal-Awtorità tal-Baġit dwar il-ħtieġa li jiġi użat il-Fond u l-ammont meħtieġ. Il-Kummissjoni tistieden lil kull driegħ tal-awtorità baġitarja biex jinforma lill-ieħor u lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tiegħu. Fil-każ li jkun hemm nuqqas ta' ftehim minn waħda miż-żewġ dirgħajn tal-Awtorità tal-Baġit, għandha tissejjaħ laqgħa formali tat-trilogu. Il-Kummissjoni se tippreżenta abbozz ta’ baġit emendatorju (ABE) sabiex jiddaħħlu fil-baġit tal-2010 approprjazzjonijiet speċifiċi għall-impenji u għall-ħlasijiet kif mitlub mill-Punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda[5], u b'mod partikolari l-punt 26 tiegħu, Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea[6], Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[7], Billi: (1) L-Unjoni Ewropea ħolqot il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-"Fond") sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milquta minn diżastri. (2) Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu annwali ta’ EUR 1 biljun. (3) Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista’ jiġi mobilizzat. (4) Il-Portugall ressaq applikazzjoni biex il-Fond jiġi mobilizzat, fir-rigward ta' diżastru kkaġunat minn tiġrif u għargħar fil-gżira ta' Madeira. (5) Franza ressqet applikazzjoni biex il-Fond jiġi mobilizzat, fir-rigward ta' diżastru kkaġunat mill-maltempata Xynthia. IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jkun mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 66 891 540 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1 [2] ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3 [3] Komunikazzjoni lill-Kummissjoni SEC(2010)1147 dwar applikazzjoni biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea ppreżentata mill-Portugall. [4] Komunikazzjoni lill-Kummissjoni SEC(2010)1149 dwar applikazzjoni biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea ppreżentata minn Franza. [5] ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1. [6] ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3. [7] ĠU C […], […], p. […].