Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0310

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill ta' [...] dwar l-applikazzjoni obbligatorja tar-Regolamenti Nri 1, 3, 4, 6, 7, 8, 10, 11, 12, 13, 13 H, 14, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 23, 25, 26, 28, 31, 34, 37, 38, 39, 43, 44, 46, 48, 55, 58, 61, 66, 67, 73, 77, 79, 80, 87, 89, 90, 91, 93, 94, 95, 97, 98, 99, 102, 105, 107, 110, 112, 116, 118, 121, 122, 123 u 125 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti għall-approvazzjoni tat-tip vetturi, tal-karrijiet u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati intiżi għalhekk

/* KUMM/2010/0310 finali - NLE 2010/0169 */

52010PC0310

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill ta' [...] dwar l-applikazzjoni obbligatorja tar-Regolamenti Nri 1, 3, 4, 6, 7, 8, 10, 11, 12, 13, 13 H, 14, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 23, 25, 26, 28, 31, 34, 37, 38, 39, 43, 44, 46, 48, 55, 58, 61, 66, 67, 73, 77, 79, 80, 87, 89, 90, 91, 93, 94, 95, 97, 98, 99, 102, 105, 107, 110, 112, 116, 118, 121, 122, 123 u 125 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti għall-approvazzjoni tat-tip vetturi, tal-karrijiet u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati intiżi għalhekk /* KUMM/2010/0310 finali - NLE 2010/0169 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 15.6.2010

KUMM(2010)310 finali

2010/0169 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' [...]

dwar l-applikazzjoni obbligatorja tar-Regolamenti Nri 1, 3, 4, 6, 7, 8, 10, 11, 12, 13, 13 H, 14, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 23, 25, 26, 28, 31, 34, 37, 38, 39, 43, 44, 46, 48, 55, 58, 61, 66, 67, 73, 77, 79, 80, 87, 89, 90, 91, 93, 94, 95, 97, 98, 99, 102, 105, 107, 110, 112, 116, 118, 121, 122, 123 u 125 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti għall-approvazzjoni tat-tip vetturi, tal-karrijiet u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati intiżi għalhekk

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

dwar l-applikazzjoni obbligatorja tar-Regolamenti Nri 1, 3, 4, 6, 7, 8, 10, 11, 12, 13, 13 H, 14, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 23, 25, 26, 28, 31, 34, 37, 38, 39, 43, 44, 46, 48, 55, 58, 61, 66, 67, 73, 77, 79, 80, 87, 89, 90, 91, 93, 94, 95, 97, 98, 99, 102, 105, 107, 110, 112, 116, 118, 121, 122, 123 u 125 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi, tal-karrijiet u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati intiżi għalhekk

1. Kuntest tal-proposta

Il-Komunità aderit mar-Regolamenti UNECE Nri 1, 3, 4, 6, 7, 8, 10, 11, 12, 13, 13 H, 14, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 23, 25, 26, 28, 31, 34, 37, 38, 39, 43, 44, 46, 48, 55, 58, 61, 66, 67, 73, 77, 79, 80, 87, 89, 90, 91, 93, 94, 95, 97, 98, 99, 102, 105, 107, 110, 112, 116, 118, 121, 122, 123 u 125 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi, tal-karrijiet u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati intiżi għalhekk. Id-Direttiva 2007/46/KE tipprovdi l-possibilità li tapplika r-Regolamenti UNECE għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip ta' vettura tal-KE fuq bażi obbligatorja. Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 iħassar id-Direttivi li jikkonċernaw l-approvazjzoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur, il-karrijiet tagħhom u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati intiżi għalhekk. Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dawk id-Direttivi għandhom jinbidlu, fejn hu xieraq, b'referenzi għar-Regolamenti korrispodenti tal-UNECE. Huwa xeiraq li tinkorpora r-Regolamenti tal-UNECE Nri 1, 3, 4, 6, 7, 8, 10, 11, 12, 13, 13 H, 14, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 23, 25, 26, 28, 31, 34, 37, 38, 39, 43, 44, 46, 48, 55, 58, 61, 66, 67, 73, 77, 79, 80, 87, 89, 90, 91, 93, 94, 95, 97, 98, 99, 102, 105, 107, 110, 112, 116, 118, 121, 122, 123 u 125 fis-sistema ta' approvazzjoni għall-vetturi bil-mutur u għalhekk u għalhekk biex jingħaqdu mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Komunità wara d-dati tal-implimentazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009. Skont l-Artikolu 4 (2) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 l-approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolamenti tal-UNECE li saru obbligatorji għandhom jitqiesu bħala approvazzjoni tat-tip tal-KE skont dak ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu. |

2. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u stima tal-impatt |

Mhux applikabbli |

3. Elementi legali tal-proposta Approvazzjonijiet tat-tip maħruġin skont ir-Regolamenti tal-UNECE se jkunu kkunsidrati bħala approvazzjonijiet tat-tip tal-KE biex b'hekk tkun evitata d-duplikazzjoni mhux biss fir-rekwiżiti tekniċi iżda wkoll fil-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni u l-amministrazzjoni għall-benefiċċju kemm tal-industrija kif ukoll tal-awtoritajiet nazzjonali. Barra minn hekk, l-approvazzjoni tat-tip li hija direttament ibbażata fuq standards maqbula internazzjonalment se jtejbu l-aċċess tas-suq ta' pajjiżi terzi, b'mod partikolari dawk li huma partijiet kontraenti għall-ftehim tal-1958 tal-UNECE u b'hekk tissaħħaħ l-kompetittività tal-industrija. Il-bażi legali tal-proposta hu l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom. 4. Implikazzjoni baġitarja Il-proposta m’għandhiex implikazzjonijiet fuq il-baġit tal-UE. 5. Informazzjoni addizzjonali L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jkun estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. |

2010/0169 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' [...]

dwar l-applikazzjoni obbligatorja tar-Regolamenti Nri 1, 3, 4, 6, 7, 8, 10, 11, 12, 13, 13 H, 14, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 23, 25, 26, 28, 31, 34, 37, 38, 39, 43, 44, 46, 48, 55, 58, 61, 66, 67, 73, 77, 79, 80, 87, 89, 90, 91, 93, 94, 95, 97, 98, 99, 102, 105, 107, 110, 112, 116, 118, 121, 122, 123 u 125 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti għall-approvazzjoni tat-tip vetturi, tal-karrijiet u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati intiżi għalhekk

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (“UN/ECE”) li tikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu ffittjati ma' u/jew ikunu wżati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet (“Ftehim Rivedut tal-1958”)[1].

Wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”)[2], u b’mod partikolari l-Artikolu 34 (2) tagħha,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[4],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[5],

Billi:

1. Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE, il-Komunità aderit mar-Regolamenti tal-UNECE Nri 1, 3, 4, 6, 7, 8, 10, 11, 12, 13, 14, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 23, 25, 26, 28, 31, 34, 37, 38, 39, 43, 44, 46, 48, 58, 66, 73, 77, 79, 80, 87, 89, 90, 91, 93, 97, 98, 99 u 102.

2. Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/710/KE, il-Komunità aderit mar-Regolament 67 tal-UNECE[6].

3. Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/505/KE, il-Komunità aderit mar-Regolament 105 tal-UNECE[7].

4. Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/395/KE, il-Komunità aderit mar-Regolament 13 H tal-UNECE[8].

5. Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/614/KE, il-Komunità aderit mar-Regolamenti 94 u 95 tal-UNECE[9].

6. Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/364/KE, il-Komunità aderit mar-Regolament 123 tal-UNECE[10].

7. Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/444/KE, il-Komunità aderit mar-Regolament 55 tal-UNECE[11].

8. Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/874/KE, il-Komunità aderit mar-Regolament 107 tal-UNECE[12].

9. Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/159/KE, il-Komunità aderit mar-Regolament 125 tal-UNECE[13].

10. Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/433/KE, il-Komunità aderit mar-Regolament 61 tal-UNECE[14].

11. Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2000, il-Komunità aderit mar-Regolament 110 tal-UNECE.

12. Bid-Deċiżjoni tas-7 ta' Novembru 2000, il-Komunità aderit mar-Regolament 112 tal-UNECE.

13. Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004, il-Komunità aderit mar-Regolament 116 tal-UNECE.

14. Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004, il-Komunità aderit mar-Regolament 118 tal-UNECE.

15. Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2005, il-Komunità aderit mar-Regolament 121 tal-UNECE.

16. Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2005, il-Komunità aderit mar-Regolament 122 tal-UNECE.

17. Id-Direttiva 2007/46/KE tipprovdi l-possibilità li tapplika r-Regolamenti tal-UNECE għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip ta' vettura tal-KE fuq bażi obbligatorja.

18. Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jħassar id-Direttivi li jikkonċernaw l-approvazjzoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom. Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dawk id-Direttivi għandhom jinbidlu, fejn hu xieraq, b'referenzi għar-Regolamenti korrispodenti tal-UNECE.

19. Huwa xieraq li tinkorpora r-Regolamenti tal-UNECE Nri 11, 3, 4, 6, 7, 8, 10, 11, 12, 13, 13 H, 14, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 23, 25, 26, 28, 31, 34, 37, 38, 39, 43, 44, 46, 48, 55, 58, 61, 66, 67, 73, 77, 79, 80, 87, 89, 90, 91, 93, 94, 95, 97, 98, 99, 102, 105, 107, 110, 112, 116, 118, 121, 122, 123 u 125 fis-sistema ta' approvazzjoni għall-vetturi bil-mutur u għalhekk biex jiżdidu mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Komunità wara d-dati tal-implimentazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009.

20. Skont l-Artikolu 4 (2) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 l-approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolamenti tal-UNECE li sar obbligatorji għandha titqies bħala approvazzjoni tat-tip tal-KE skont dak ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

21. B'effett mill-1 ta' Novembru 2012, ir-Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti elenkati fl-Anness I għandhom ikunu applikati fuq bażi obbligatorja għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE tat-tipi l-ġodda, il-karrijiet u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom.

22. B'effett mill-1 ta' Novembru 2014, ir-Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti elenkati fl-Anness I għandhom ikunu applikati fuq bażi obbligatorja għall-iskop tar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz tal-vetturi l-ġodda u l-karrijiet tagħhom u l-bejgħ u d-dħul fis-servizz tas-sistemi l-ġodda, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom.

23. B'effett mill-1 ta' Novembru 2011, ir-Regolament 13 H, is-suppliment 9 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti[15], inklużi r-rekwiżiti stabbiliti fl-Annes 9 tiegħu, għandu japplika fuq bażi obbligatorja għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE tat-tipi l-ġodda tal-vetturi tal-kategoriji M1.

24. B'effett mill-1 ta' Novembru 2011, ir-Regolament 13 H, is-suppliment 9 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, inklużi r-rekwiżiti stabbiliti fl-Annes 9 tiegħu, għandu japplika fuq bażi obbligatorja għall-iskop tar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u ddħul fis-servizz tal-vetturi l-ġodda tal-kategoriji M1.

25. B'effett mill-1 ta' Novembru 2011, ir-Regolament 13, is-suppliment 3 tas-serje tal-emendi 11[16], inklużi r-rekwiżiti dwar il-funzjoni kontra l-qlib u l-kontroll direttiv stabbiliti fl-Anness 21 tiegħu, jew ir-Regolament 13 H, is-suppliment 9 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, inklużi r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness 9, għandu japplika fuq bażi obbligatorja għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE tat-tipi l-ġodda tal-vetturi tal-kategoriji N1.

26. B'effett mill-1 ta' Novembru 2014, ir-Regolament 13, is-suppliment 3 tas-serje tal-emendi 11, inklużi r-rekwiżiti dwar il-funzjoni kontra l-qlib u l-kontroll direttiv stabbiliti fl-Anness 21 tiegħu, jew ir-Regolament 13 H, is-suppliment 9 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, inklużi r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness 9, għandu japplika fuq bażi obbligatorja għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE tat-tipi l-ġodda tal-vetturi tal-kategoriji N1.

27. Wara d-dati tal-implimentazzjoni stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness V tar-Regolament 661/2009, ir-Regolament 13, is-suppliment 3 tas-serje tal-emendi 11 tal-Kummisjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti għandu japplika fuq bażi obbligatorja għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE tat-tipi l-ġodda tal-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4 minħabba li għandu x'jaqsmu mas-sistemi tal-kontroll tal-istabbiltà elettronika tagħhom.

28. Wara d-dati tal-implimentazzjoni stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness V tar-Regolament 661/2009, ir-Regolament 13, is-suppliment 3 tas-serje tal-emendi 11 tal-Kummisjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti għandu japplika fuq bażi obbligatorja għall-iskop tar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz tal-vetturi l-ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4 minħabba li għandu x'jaqsmu mas-sistemi tal-kontroll tal-istabbiltà elettronika tagħhom.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Ghall-Kunsill

Il-President

ANNESS I Lista ta' Regolamenti tal-UNECE li l-applikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

L-Artikolu 1 paragrafi 1 u 2 ta' din id-Deċiżjoni huma mingħajr ħsara għad-dati tal-applikazzjoni sabbiliti fir-Regolamenti UNECE. Il-lista t'hawn taħt fiha referenzi tal-aħħar emendi tar-Regolamenti tal-UNECE Meta dawn l-emendi jistabbilixxu dati tal-implimentazzjoni aktar tard minn dawk stabbiliti fil-Paragrafi 1 u 2, il-verżjonijiet preċedenti ta' dawn ir-Regolamenti tal-UNECE għandhom japplikaw fil-perjodu tranżitorju bejn id-dati stabbiliti fil-Paragrafi 1 u 2 u d-dati tal-implimentazzjoni u d-dati tal-implimentazjzoni stabbiliti fir-Regolamenti tal-UNECE.

In-Numru tar-Regolament | Suġġett | L-aħħar emenda mill-UNECE | Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-aħħar emenda | Ir-referenza tal-ĠU |

1 | Fanali ta' quddiem li jitfgħu raġġ għaddieni asimetriku u/jew raġġ tas-sewqan mgħammar b'bozoz bil-filament R2 u/jew HS1 | Serje ta' emendi 02 | 08.09.2001 |

3 | Mezzi ta’ retrorifletturi għal vetturi li jaħdmu bl-enerġija | Is-Suppliment 11 mas-serje ta' emendi 02 | 24.10.2009 |

4 | Illuminazzjoni tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara tal-vetturi misjuqa bl-enerġija u l-karrijiet tagħhom | Is-Suppliment 14 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament | 15.10.2008 | ĠU L 31, 31.01.2009, p. 35 |

6 | Indikaturi tad-direzzjoni għal vetturi misjuqa bl-enerġija u l-karrijiet tagħhom | Is-Suppliment 19 mas-serje ta' emendi 01 | 19.08.2010 |

7 | Il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), il-fanali tal-waqfien, il-fanali li jimmarkaw ix-xifer ta’ barra tal-vetturi misjuqa bl-enerġija u l-karrijiet tagħhom. | Is-Suppliment 16 mas-serje ta' emendi 02 | 19.08.2010 |

8 | Fanali ta' quddiem tal-vetturi bil-mutur (H1, H2, H3, HB3, HB4, H7, H8, H9, HIR1, HIR2 u/jew H11) | Serje ta' emendi 05 Ir-Rettifika 1 fir-Reviżjoni 4, | 08.09.2001 12.03.2003 |

10 | Il-kompatibilità elettromanjetika | Serje ta' emendi 03 | 11.07.2008 | ĠU L 116, 08.05.2010, p. 1 |

11 | Lukketti tal-bibien u komponenti ta’ ritenzjoni tal-bibien | Is-Suppliment 2 mas-serje ta' emendi 03 | 17.03.2010 | ĠU L 120, 13.05.2010, p. 1 |

12 | Protezzjoni tas-sewwieq kontra l-mekkaniżmu tal-istering fl-eventwalità ta' impatt | Is-Suppliment 3 mas-serje ta' emendi 03 Ir-Rettifika 3 fir-Reviżjoni 3, | 23.03.2000 | ĠU L 165, 26.06.2008, p. 11 |

13 | L-ibbrejkjar fuq vetturi tal-kategoriji M, N u O | Is-Suppliment 5 mas-serje ta' emendi 10 | 15.10.2008 |

13-H | L-ibbrejkjar tal-karozzi tal-passiġġieri | Is-Suppliment 9 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament | 17.03.2010 |

14 | Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sigurtà - sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX u ankraġġi top tether ISOFIX | Is-Suppliment 1 mas-serje ta' emendi 07 | 19.08.2010 |

16 | Ċinturini tas-sigurtà, sistemi ta' trażżin, sistemi ta’ trażżin tat-tfal u sistemi tat-trażżin tat-tfal tat-tip ISOFIX | Serje ta' emendi 06 Ir-Rettifika 1 fir-Reviżjoni 6, | 22.07.2009 |

17 | Sedili, ankraġġi tagħhom u kwalunkwe trażżin tar-ras | Serje ta' emendi 08 | 22.07.2009 |

18 | Protezzjoni tal-vetturi bil-mutur kontra użu mhux awtorizzat | Is-Suppliment 2 mas-serje ta' emendi 03 | 15.10.2008 | ĠU L 120, 13.05.2010, p. 29 |

19 | Il-fanali taċ-ċpar ta' quddiem tal-vetturi misjuqa bl-enerġija | Is-Suppliment 2 mas-serje ta' emendi 03 | 19.08.2010 |

20 | Fanali ta' quddiem li jitfgħu raġġ asimetriku għaddieni jew raġġ tas-sewqan jew it-tnejn mgħammar b'bozoz tal-halogen (H4) | Serje ta' emendi 03 | 09.09.2001 |

21 | Aċċessorji ta’ ġewwa | Is-Suppliment 3 mas-serje ta' emendi 01 | 31.01.2003 | ĠU L 188, 16.07.2008, p. 32 |

23 | Dwal tar-rivers għall-vetturi li jaħdmu bl-enerġija u l-karrijiet tagħhom | Is-Suppliment 15 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament | 15.10.2008 |

25 | Trażżin tar-ras (headrests) sew jekk inkorporat fis-sedili tal-vettura u anki jekk le | Serje ta' emendi 04 Ir-Rettifika 1 mar-Reviżjoni 4, | 15.01.1997 12.11.2008 |

26 | Partijiet esterni li jisporġu ’l barra | Is-Suppliment 1 mas-serje ta' emendi 03 | 11.06.2007 |

28 | Tagħmir u sinjali ta' twissija li jinstemgħu | Is-Suppliment 3 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament | 28.12.2000 |

31 | Fanali ta' quddiem ta' dawl issiġġillat ta' vetturi li jaħdmu bl-enerġija (SB) li jitfgħu raġġ għaddieni asimetriku Ewropew jew raġġ tas-sewqan jew it-tnejn | Is-Suppliment 7 mas-serje ta' emendi 02 | 15.10.2008 |

34 | Prevenzjoni tar-riskji min-nirien | Is-Suppliment 3 mas-serje ta’ emendi 02 | 24.10.09 |

37 | Bozoz tal-filament għal użu f’unitajiet tal-fanali approvati għall-vetturi li jaħdmu bl-enerġija u l-karrijiet tagħhom | Is-Suppliment 34 mas-serje ta' emendi 03 | 19.08.2010 |

38 | Il-fanali taċ-ċpar ta' wara tal-vetturi li jaħdmu bl-enerġija u l-karrijiet tagħhom | Is-Suppliment 14 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Ir-Rettifika 1 fis-suppliment 12, | 15.10.2008 10.03.2009 |

39 | Tagħmir tal-ispidometru inkluża l-installazzjoni tiegħu | Is-Suppliment 5 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament | 07.12.2002 | ĠU L 120, 13.05.2010, p. 40 |

43 | Materjali tal-ħġieġ tas-sikurezza | Is-Suppliment 12 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament | 24.10.2009 |

44 | Tagħmir tat-trażżin għall-passiġġieri tfal ta' vetturi li jaħdmu bl-enerġija (“sistema ta' trażżin tat-tfal”) | Ir-Rettifika 3 fir-Reviżjoni 2, | 11.11.2009 |

46 | Tagħmir għall-vista indiretta u l-installazzjoni tiegħu | Is-Suppliment 4 mas-serje ta’ emendi 02 Rettifika 1 fis-Suppliment 4 tas-serje 02 | 22.07.2009 11.11.2009 |

48 | Installazzjoni ta' dwal u ta' tagħmir għas-sinjalar bid-dwal tal-vetturi bil-mutur | Is-Suppliment 4 mas-serje ta’ emendi 10 | 19.08.2010 |

55 | Komponenti tal-igganċjar mekkaniku ta' kombinazzjonijiet ta' vetturi | Is-Suppliment 1 mas-serje ta' emendi 01 | 17.03.2010 |

58 | Tagħmir protettiv underrun (RUPDs) ta' wara u l-installazzjoni tiegħu, Protezzjoni tal-underrun ta' wara (RUP) | Serje ta’ emendi 02 | 11.07.2008 | ĠU L 232, 26.06.2008, p. 13 |

61 | Vetturi kummerċjali fir-rigward tal-partijiet esterni tagħhom li jisporġu ’l barra quddiem il-panew ta wara tal-kabina | Is-Suppliment 1 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament | 10.10.2006 |

66 | Is-saħħa tas-soprastruttura ta' vetturi kbar tal-passiġġieri | Serje ta’ emendi 02 | 19.08.2010 |

67 | Vetturi bil-mutur li jużaw LPG | Is-Suppliment 9 mas-serje ta' emendi 01 | 19.08.2010 |

73 | Protezzjoni laterali tal-oġġetti tal-vetturi | Is-Suppliment 1 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament | 10.11.2007 | ĠU L 120, 13.05.2010, p. 49 |

77 | Bozoz tal-ipparkjar għall-vetturi li jinsaqu bl-enerġija | Is-Suppliment 12 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament | 15.10.2008 |

79 | Tagħmir għall-istering | Is-Suppliment 3 mas-serje ta' emendi 01 | 04.04.2005 | ĠU L 137, 27.05.2008, p. 25 |

80 | Sedili ta' vetturi kbwar tal-passiġġieri | Is-Suppliment 3 mas-serje ta' emendi 01 Rettifika 1 għas-serje ta emendi 01 | 18.06.2007 12.11.2008 |

87 | Il-fanali li jinxtegħlu l-ħin kollu | Is-Suppliment 14 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Ir-Rettifika 1 fir-Reviżjoni 2, | 24.10.2009 11.11.2009 |

89 | Il-limitazzjoni tal-veloċità tal-vetturi | Rettifika 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament | 12.03.2008 |

90 | Assemblaġġ tal-linji tal-brejk tat-tibdil u linji tal-brejk tad-drum għall-vetturi li jaħdmu bl-enerġija u l-karrijiet tagħhom | Is-Suppliment 11 mas-serje ta' emendi 01 | 24.10.2009 |

91 | Il-fanali li jimmarkaw il-ġnub għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom | Is-Suppliment 11 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament | 15.10.2008 |

93 | Tagħmir ta’ protezzjoni tal-underrun ta’ quddiem (FUPDs) u l-istallazzjoni tiegħu, protezzjoni tal-underrun ta’ quddiem (FUP) | Il-verżjoni oriġinali tar-Regolament | 27.02.1994 |

94 | Protezzjoni tal-passiġġieri f’każ ta’ ħabta frontali | Is-Suppliment 3 mas-serje ta' emendi 01 Rettifika 2 għas-serje 01 ta' emendi, Ir-Rettifika 1 fir-Reviżjoni 1, | 02.02.2007 14.11.2007 24.06.2009 |

95 | Protezzjoni tal-passiġġieri f’każ ta’ ħabta laterali | Is-Suppliment 1 mas-serje ta’ emendi 02 Rettifika 1 fis-Suppliment 1 tas-serje 02 | 12.08.2004 14.11.2007 | ĠU L 313, 30.11.2008, p. 1 |

97 | Sistemi ta' Allarm tal-Vettura (VAS) | Is-Suppliment 5 mas-serje ta' emendi 01 | 18.06.2007 | ĠU L 351, 30.12.2008, p. 1 |

98 | Fanali ta' quddiem ta' vetturi bil-mutur b'fontijiet ta' dawl bi skarikar tal-gass | Is-Suppliment 13 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament | 19.08.2010 |

99 | Fontijiet ta' dawl bi skarikar tal-gass għall-użu f'unitajiet ta' fanali bi skarikar ta' gass approvati għal vetturi li jaħdmu bl-enerġija | Is-Suppliment 5 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament | 19.08.2010 |

102 | Tagħmir ta' gganċjar mill-qrib (CCD); l-iffittjar ta’ tip approvat ta’ CCD | Il-verżjoni oriġinali tar-Regolament | 13.12.1996 | ĠU L 351, 30.12.2008, p. 44 |

105 | Vetturi għat-trasport ta' oġġetti perikolużi | Is-Suppliment 1 mas-serje ta’ emendi 10 | 22.07.2009 |

107 | Il-vetturi M2 u M3: | Serje ta’ emendi 03 | 19.08.2010 |

110 | Komponenti speċifiċi għas-CNG | Is-Suppliment 9 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament | 19.08.2010 |

112 | Il-fanali ta' quddiem ta' vetturi bil-mutur li jitfgħu raġġ għaddieni assimetriku jew raġġ tas-sewqan jew it-tnejn u mgħammrin b'bozoz tal-filament u/jew moduli tal-LED | Is-Suppliment 12 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament | 19.08.2010 |

116 | Protezzjoni tal-vetturi bil-mutur kontra użu mhux awtorizzat | Is-Suppliment 2 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament | 15.10.2008 |

118 | X'jiġri waqt il-ħruq ta' materjali użati fil-kostruzzjoni ta' ġewwa ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur. | Il-verżjoni oriġinali tar-Regolament | 06.04.2005 |

121 | Lokalizzazzjoni u identifikazzjoni tal-kontrolli manwali, sinjalaturi u indikaturi | Is-Suppliment 3 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Ir-Rettifika 1 fis-Suppliment 1, Rettifika 5 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament | 24.10.2009 11.11.2009 11.11.2009 |

122 | Sistema ta' tisħin tal-vettur tal-kategoriji M, N u O | Is-Suppliment 1 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament | 22.07.2009 |

123 | Sistemi adattivi tad-dawl ta' quddiem (AFS) għal vetturi bil-mutur | Is-Suppliment 4 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament | 19.08.2010 |

125 | Kamp viżiv min-naħa ta’ quddiem | Is-Suppliment 2 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament | 19.08.2010 |

[1] ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

[2] ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

[3] ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

[4] ĠU C , , p. .

[5] ĠU C , , p. .

[6] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Novembru 2000 dwar l-adeżjoni mill-Komunità Ewropea għall-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Regomanet Ewropew Nru 67 dwar l-approvazzjoni ta’ tagħmir speċjali għall-vetturi bil-mutur li jaħdmu bil-gass likwifikat minn żejt mhux maħdum, ĠU L 290, 17.11.2000, p. 29.

[7] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2001 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa Nru 105 tal-Ġnus Magħquda dwar l-approvazzjoni ta' vettruri maħsuba għat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq mal-karatteristiċi speċifiċi tal-kostruzzjoni tagħhom, ĠU L 183, 6.7.2001, p. 33.

[8] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2001 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mar-Regolament Nru 13-H tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni ta' komponent ta' karrozzi tal-passiġġieri fir-rigward tal-ibbrejkjar tagħhom, ĠU L 139, 23.5.2001, p. 14.

[9] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar l-adeżjoni tal-Komunità mar-Regolament Nru 94 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-approvazzjoni ta’ vetturi għal dak li hu l-ħarsien tal-okkupanti fil-każ ta’ ħabta minn quddiem u r-Regolament Nru 95 dwar disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-approvazzjoni ta’ vetturi għal dak li hu l-ħarsien tal-okkupanti fil-każ ta’ ħabta mill-ġenb, ĠU L 217, 22.8.2005, p. 1.

[10] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2006 dwar il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward tal-approvazzjoni ta' sistemi adattivi tad-dawl ta' quddiem (AFS) għall-vetturi bil-magna, ĠU L 135, 23.5.2006, 12.

[11] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2006 dwar l-adeżjoni tal-Komunità għar-Regolament Nru 55 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' komponenti ta' igganċjar mekkaniċi ta' taħlit ta' vetturi , ĠU L 181, 4.7.2006, p. 53.

[12] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar l-adeżjoni tal-Komunità mar-Regolament Nru 107 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom, ĠU L 337, 5.12.2006, p. 45.

[13] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2007 dwar il-pożizzjoni tal-Komunità rigward l-abbozz ta’ Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-kamp viżiv ‘il quddiem tas-sewwieq tal-vettura, ĠU L 69, 9.3.2007, p. 37.

[14] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Mejju 2009 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mar-Regolament Nru 61 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni ta’ vetturi kummerċjali fir-rigward tal-isporġenzi esterni tagħhom ’il quddiem mill-pannell posterjuri tal-kabina, ĠU L 144, 9.6.2009, p. 24.

[15] ĠU L

[16] ĠU L

Top