This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010PC0200
Proposal for a Council Decision concerning the conclusion of the Agreement between the European Union and Georgia on the readmission of persons residing without authorisation
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni
/* KUMM/2010/0200 finali - NLE 2010/0108 */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni /* KUMM/2010/0200 finali - NLE 2010/0108 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 5.5.2010 KUMM(2010)200 finali 2010/0108 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI I. Qafas Politiku u Legali Wara l-kunflitt ta’ Awwissu 2008 fil-Ġeorġja, il-Kunsill Straordinarju Ewropew li sar fi Brussell fl-1 ta’ Settembru 2008 iddeċieda "li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-Ġeorġja, inkluż il-miżuri għall-faċilitazzjoni tal-viża". Skont l-approċċ għall-iżvilupp tal-politika tal-UE dwar il-prinċipju tal-faċilitazzjoni tal-viża tal-COREPER ta’ Diċembru 2005, ftehim dwar il-faċilitazzjoni tal-viża ma jkunx konkluż jekk ma jkunx fis-seħħ ftehim dwar ir-riammissjonijiet. Fis-27 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Interni formalment awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim dwar ir-riammissjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Ġeorġja. Fi Frar 2009, il-Kummissjoni għaddiet abbozz lill-awtoritajiet tal-Ġeorġja u fit-2 ta’ April 2009 setgħet issir fi Brussell l-ewwel sensiela ta’ negozjati formali. Seħħew żewġ sensiliet ta’ negozjati formali ulterjuri, l-aħħar waħda fi Brussell fl-24 u fil-25 ta’ Awwissu 2009. Wara proċess ta’ konsultazzjoni u approvazzjoni miż-żewġ naħat kif ukoll iktar kjarifiki ta’ xi punti addizzjonali, it-test miftiehem ġie inizjalat fil-25 ta’ Novembru 2009 fi Brussell mill-Kap Negozjatur taż-żewġ Partijiet. L-Istati Membri ġew mgħarrfa u kkonsultati b’mod regolari fl-istadji kollha (informali u formali) tan-negozjati dwar ir-riammissjoni. Min-naħa tal-Unjoni, il-bażi legali għall-Ftehim hija l-Artikolu 79(3), flimkien mal-Artikolu 218 TFUE. Il-proposta mehmuża tikkostitwixxi l-istrumenti legali għall-konklużjoni tal-ftehim ta’ riammissjoni: Il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kkwalifikata. Il-kunsens tal-Parlament Ewropew ser ikun meħtieġ għall-konklużjoni tal-Ftehim, skont l-Artikolu 218(6)(a) tat-TFUE. Id-deċiżjoni proposta dwar il-konklużjoni tistabbilixxi l-arranġamenti neċessarji interni għall-applikazzjoni prattika tal-Ftehim. B’mod partikolari tispeċifika li l-Kummissjoni, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri, tirrappreżenta lill-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt għar-Riammissjoni mwaqqaf bl-Artikolu 18 tal-Ftehim. Skont l-Artikolu 18(5), il-Kumitat għar-Riammissjoni għandu jadotta r-regoli proċedurali tiegħu. Bħalma huwa l-każ għall-ftehimiet l-oħrajn dwar ir-riammissjoni li sa issa ġew konklużi mill-Unjoni, il-pożizzjoni tal-Unjoni f’dan ir-rigward għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill. Fir-rigward ta’ deċiżjonijiet oħra li għandhom jittieħdu mill-Kumitat Konġunt, il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tiġi stabbilita skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Trattat. II. Riżultat tan-Negozjati Il-Kummissjoni tikkonsidra li l-għanijiet iffissati mill-Kunsill fid-direttivi tiegħu dwar in-negozjar intlaħqu u li l-abbozz tal-Ftehim dwar ir-Riammissjoni huwa aċċettabbli għall-Unjoni. Il-kontenut finali tiegħu jista’ jiġi mqassar kif ġej: - Il-Ftehim hu maqsum f’8 taqsimiet b’total ta’ 24 artikolu. Fih ukoll 6 annessi, li jiffurmaw parti integrali minnu, u 4 dikjarazzjonijiet konġunti. - L-obbligi ta’ riammissjoni stipulati fil-Ftehim (mill-Artikolu 2 sa 5) huma abbozzati b’mod kompletament reċiproku, u jinkludu persuni tan-Nazzjonalità tagħhom stess (l-Artikoli 2 u 4) kif ukoll persuni b'nazzjonalità ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr stat (l-Artikoli 3 u 5). - L-obbligu li pajjiż jerġa’ jammetti lil persuni ta’ nazzjonalità tiegħu jinkludu wkoll dawk li qabel kellhom in-nazzjonalità tiegħu u li jkunu rrinunzjaw, tilfu d-dritt jew ikunu ġew imċaħħda min-nazzjonalità tagħhom mingħajr ma jiksbu nazzjonalità ta’ Stat ieħor. - L-obbligu ta’ riammissjoni fir-rigward ta’ persuni ta’ nazzjonalità tal-pajjiż stess ikopri wkoll lill-membri tal-familja (jiġifieri l-konjuġi u l-ulied mhux miżżewġa li għadhom minorenni) minkejja n-nazzjonalità tagħhom u li ma għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Istat li jagħmel it-talba. - L-obbligu li jkunu riammessi persuni b'nazzjonalità ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr stat (l-Artikoli 3 u 5) huwa konness mal-prerekwiżiti li ġejjin: (a) il-persuna kkonċernata jkollha, fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għar-riammissjoni, viża valida jew permess ta’ residenza maħruġa mill-Istat mitlub jew (b) il-persuna kkonċernata tkun daħlet illegalment fit-territorju tal-Istat li jagħmel it-talba direttament mit-territorju tal-Istat Mitlub. Minn dawn l-obbligi huma eżentati l-persuni fi tranżitu bl-ajru u l-persuni kollha li lilhom l-Istat li jagħmel it-talba ħareġ viża jew permess ta’ residenza qabel jew wara ma jkunu daħlu fit-territorju tiegħu. - Kemm għall-persuni ta’ nazzjonalità tagħha kif ukoll għal persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuni mingħajr stat, fil-każ ta’ skadenza ta’ żmien definit, il-Ġeorġja taċċetta l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-UE għall-iskopijiet ta’ tkeċċija (l-Artikoli 2(5) u 3(3)). - It-Taqsima III tal-Ftehim (l-Artikoli 6 sa 12 flimkien mal-Annessi 1 sa 5) fiha d-dispożizzjonijiet tekniċi meħtieġa dwar il-proċedura tar-riammissjoni (applikazzjoni għar-riammissjoni, mezzi ta’ provi, limiti taż-żmien, modalitajiet tat-trasferiment u metodi tat-trasport) u 'riammissjoni bi żball' (l-Artikolu 12). Ammont ta' flessibilità proċedurali huwa pprovdut mill-fatt li l-ebda applikazzjoni għal riammissjoni ma ser tkun meħtieġa f’każijiet fejn il-presuna li għandha tkun riammessa jkollha dokument għall-ivvjaġġar jew karta tal-identità validi (l-Artikolu 6(2)). - Fl-Artikolu 6(3) tiegħu, il-ftehim jispjega l-hekk imsejħa proċedura aċċelerata, li kienet maqbula għall-persuni li jinqabdu fir-"reġjun mal-fruntiera", jiġifieri f’żona li testendi sa 5 kilometri mit-territorji ta’ portijiet marittimi inkluż żoni doganali u ajruporti internazzjonali tal-Istati Membri u tal-Ġeorġja. Skont il-proċedura aċċellerata, l-applikazzjonijiet għar-riammissjoni għandhom jiġu sottomessi fi żmien jumejn, u r-risposti għandhom joħorġu fi żmien jumejn lavorattivi, filwaqt li skont il-proċedura normali t-terminu għar-risposti huwa ta’ 12-il jum tal-kalendarju. - Il-Ftehim fih taqsima dwar operazzjonijiet ta’ tranżitu (l-Artikoli 13 u 14 flimkien mal-anness 6). - L-Artikoli 15, 16 u 17 fihom ir-regoli meħtieġa dwar il-kosti, il-protezzjoni tad-dejta u r-rabta ma’ obbligi oħra Internazzjonali. - Il-Kumitat Konġunt għar-Riammissjoni ser ikun kompost, u ser ikollu x-xogħlijiet u l-poteri, kif stabbiliti fl-Artikolu 18. - Biex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, l-Artikolu 19 joħloq il-possibbiltà għall-Ġeorġja u l-Istati Membri individwali li jikkonkludu Protokolli bilaterali ta’ implimentazzjoni. Ir-relazzjoni bejn il-Protokolli bilaterali tal-implimentazzjoni u dan il-Ftehim hi ċċarata bl-Artikolu 20. - Id-dispożizzjonijiet finali (Art. 21 sa 24) jinkludu r-regoli meħtieġa dwar id-dħul fis-seħħ, it-terminu ta’ żmien, l-emendi possibbli, it-tmiem u l-istatus legali tal-annessi tal-ftehim. - Is-sitwazzjoni speċifika tad-Danimarka hi riflessa fil-preambolu, l-Artikolu 1(d), l-Artikolu 21(2) u f’dikjarazzjoni konġunta mehmuża mal-Ftehim. L-assoċjazzjoni mill-qrib tan-Norveġja, l-Islanda u l-Isvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen hija riflessa bl-istess mod f’dikjarazzjoni konġunta mal-Ftehim. III. KONKLUŻJONIJIET Fid-dawl tar-riżultati msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill - japprova, wara li jkun irċieva l-kunsens tal-Parlament Ewropew, il-Ftehim anness bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni . 2010/0108 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL ta’ [ ... ] dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 79(3), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), tiegħu, Wara li kkunsidra il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea, Wara li kkunsidra l-proposti tal-Parlament Ewropew[1], Billi: (1) Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/XXX ta’ [...][2], il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni kien iffirmat mill-Kummissjoni fil-[ ], soġġett għal konklużjoni tiegħu f’data aktar ’il quddiem. (2) Dan il-Ftehim għandu jkun konkluż. (3) Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt għar-Riammissjoni li jista’ jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura. Huwa xieraq li tiġi kkontemplata proċedura simplifikata għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni f’dan il-każ. (4) Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. (5) Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr ħsara għall-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi, l-Irlanda mhix tieħu parti fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. (6) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta magħha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni hija hawnhekk konkluża. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna awtorizzata biex tipproċedi, f’isem l-Unjoni Ewropea, għan-notifika stabbilita fl-Artikolu 23(2) tal-Ftehim, sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni Ewropea biex tintrabat bil-Ftehim. Artikolu 3 Il-Kummissjoni, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għar-Riammissjoni mwaqqaf bl-Artikolu 18 tal-Ftehim. Artikolu 4 Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt għar-Riammissjoni dwar l-adozzjoni tar-regoli tal-proċedura tiegħu kif meħtieġ mill-Artikolu 18 (5) tal-Ftehim ser tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-adozzjoni tagħha. Għandha tiġi ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tkun pubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Magħmul fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President […] ANNESS FTEHIM bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni IL-PARTIJIET KONTRAENTI L-GĦOLJIN, L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni”, u Il-ĠEORĠJA, DETERMINATI li jsaħħu l-koperazzjoni tagħhom sabiex jikkumbattu l-immigrazzjoni illegali b’mod iktar effettiv, JIXTIEQU li jistabbilixxu, permezz ta’ dan il-Ftehim u fuq bażi ta' reċiproċità, proċeduri rapidi u effettivi għall-identifikazzjoni u r-ritorn sikur u ordinat ta’ persuni li ma jissodisfawx, jew li ma għadhomx jissodisfaw, il-kundizzjonijiet ta’ dħul, preżenza jew residenza fit-territorji tal-Ġeorġja jew wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u biex jiffaċilitaw it-tranżitu ta’ dawn il-persuni bi spirtu ta’ koperazzjoni, JENFASIZZAW li dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr ħsara għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Unjoni, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja li jirriżultaw mil-Liġi Internazzjonali u, b’mod partikolari, mill-Konvenzjoni Ewropea tal-4 ta’ Novembru 1950 għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fundamentali u l-Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati kif emendata mill-Protokoll tal-31 ta’ Jannar 1967, JIKKUNSIDRAW li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, li jaqa’ taħt l-iskop tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda, sakemm ma jagħżlux li jipparteċipaw skont il-Protokoll fuq il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tad-Danimarka fir-Rigward taż-Żona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja fl-Anness mat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, JIKKUNSIDRAW li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, li jaqa’ taħt l-iskop tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikawx għar-Renju tad-Danimarka, skont il-Protokoll fuq il-pożizzjoni tad-Danimarka fl-Anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim: (a) 'Partijiet Kontraenti' għandha tfisser il-Ġeorġja u l-Unjoni; (b) 'Persuna b’nazzjonalità tal-Ġeorġja' għandha tfisser kwalunkwe persuna li jkollha n-nazzjonalità tar-Repubblika tal-Ġeorġja; (c) 'Persuna b’nazzjonalità ta’ Stat Membru' għandha tfisser kull persuna li għandha n-nazzjonalità, kif definita għall-għanijiet tal-Unjoni, ta’ Stat Membru; (d) 'Stat Membru' għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit, l-Irlanda, u r-Renju tad-Danimarka; (e) 'Persuna b’nazzjonalità ta’ pajjiż terz' tfisser kwalunkwe persuna li għandha nazzjonalità li mhux tal-Ġeorġja jew ta’ wieħed mill-Istati Membri; (f) (f) 'Persuna mingħajr stat' tfisser kwalunkwe persuna li ma għandhiex nazzjonalità tal-ebda stat; (g) 'Permess ta' residenza' għandha tfisser permess uffiċjali ta’ kwalunkwe tip maħruġ mill-Ġeorġja jew minn wieħed mill-Istati Membri li jintitola lill-persuna li toqgħod fit-territorju tagħha jew tiegħu. Dan ma jinkludiex permessi temporanji biex il-persuna tibqa’ fit-territorju tal-istati msemmija in konnessjoni mal-ipproċessar ta’ applikazzjoni ta’ ażil jew applikazzjoni għall-permess ta' residenza; (h) 'Viża' għandha tfisser awtorizzazzjoni maħruġa jew deċiżjoni meħuda mill-Ġeorġja jew minn wieħed mill-Istati Membri li hija meħtieġa għad-dħul, jew għat-tranżitu, fit-territorju tagħha/tiegħu. Dan ma għandux jinkludi l-kategorija speċifika tal-viża ta’ tranżitu fl-ajruport; (i) 'Pajjiż li jagħmel it-talba' għandu jfisser l-Istat (il-Ġeorġja jew wieħed mill-Istati Membri) li ssottometta applikazzjoni għar-riammissjoni skont l-Artikolu 7 jew applikazzjoni ta’ tranżitu skont l-Artikolu 14 ta’ dan il-Ftehim; (j) 'L-Istat Mitlub’ għandha tfisser l-Istat (il-Ġeorġja jew wieħed mill-Istati Membri) indirizzat b’talba għar-riammissjoni skont l-Artikolu 7 jew talba għal tranżitu skont l-Artikolu 14 ta’ dan il-Ftehim; (k) 'L-Awtorità Kompetenti' għandha tfisser kull awtorità nazzjonali tal-Ġeorġja jew ta' wieħed mill-Istati Membri li għandha l-inkarigu li timplimenta dan il-Ftehim skont l-Artikolu 19 (1) (a) tiegħu; (l) 'Tranżitu' għandha tfisser il-passaġġ ta’ persuna b'nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat mit-territorju tal-Istat Mitlub meta jkun qed jivvjaġġa mill-Istat li jagħmel it-Talba għall-pajjiż tad-destinazzjoni; (m) 'Reġjun mal-fruntiera' għandha tfisser żona li testendi sa 5 kilometri mit-territorji ta’ portijiet marittimi inkluż żoni doganali u ajruporti internazzjonali tal-Istati Membri u tal-Ġeorġja TAQSIMA I OBBLIGAZZJONIJIET TA’ RIAMMISSJONI MILL-ĠEORġJA Artikolu 2 Riammissjoni ta' persuni ta’ nazzjonalità proprja 1. Il-Ġeorġja għandha tirriammetti, wara applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr formalitajiet ulterjuri minbarra dawk provduti f’dan l-Ftehim, kull persuna li ma tissodisfax jew ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet fis-seħħ tad-dħul, preżenza jew residenza fit-territorju tal-Istat Membru li jagħmel it-talba sakemm huwa stabbilit jew jista’ jiġi preżunt b’mod validu fuq bażi ta’ provi prima facie li jkunu ġew provduti, li għandha n-nazzjonalità tal-Ġeorġja. 2. Il-Ġeorġja għandha wkoll tirriammetti: - ulied minorenni mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-post tat-twelid jew tan-nazzjonalità tagħhom, kemm-il darba ma għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Istat Membru li jkun għamel it-Talba jew għandhom permess ta’ residenza validu maħruġ minn Stat Membru ieħor, - konjuġi tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, li għandhom nazzjonalità oħra, kemm-il darba għandhom id-dritt li jidħlu u joqogħdu jew li jirċievu d-dritt li jidħlu u joqgħodu fit-territorju tal-Ġeorġja, kemm-il darba ma għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Istat Membru li jkun għamel it-talba jew għandhom permess ta’ residenza validu maħruġ minn Stat Membru ieħor. 3. Il-Ġeorġja għandha tirriammetti wkoll persuni li jkunu ġew imċaħħda, jew li jkunu tilfu d-dritt jew irrinunzjaw għan-nazzjonalità tal-Ġeorġja sa minn meta daħlu fit-territorju ta’ Stat Membru, sakemm dawn il-persuni ma jkunux ġew tal-inqas imwiegħda n-naturalizzazzjoni minn dak l-Istat Membru. 4. Wara li l-Ġeorġja tkun tat tweġiba pożittiva għall-aplikazzjoni ta’ riammissjoni, il-missjoni diplomatika kompetenti jew l-uffiċċju konsulari tal-Ġeorġja għandhom, irrispettivament mir-rieda tal-persuna li tkun riammessa, immedjatament u fi żmien tlett ijiem lavorattivi, joħorġu d-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tal-persuna li għandha tiġi riammessa, b’validità ta’ 90 ġurnata. Jekk fi żmien tlett ijiem lavorattivi l-Ġeorġja ma tkunx ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar, hija titqies li tkun aċċettat l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-UE għall-iskopijiet ta’ tkeċċija[3]. 5. Jekk, għal xi raġunijiet ta’ dritt jew ta’ fatt, il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi trasferita fi żmien il-perjodu ta’ validità tad-dokument tal-ivvjaġġar inizjalment maħruġ, il-missjoni diplomatika kompetenti jew l-uffiċċju konsulari tal-Ġeorġja għandhom, fi żmien tlett ijiem lavorattivi, jestendi il-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar jew, fejn meħtieġ, joħorġu dokument tal-ivvjaġġar ġdid bl-istess tul ta’ żmien bħala perjodu ta’ validità. Jekk fi żmien tlett ijiem lavorattivi l-Ġeorġja ma tkunx ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar ġdid jew estendiet il-validità tiegħu, hija titqies li tkun aċċettat l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-UE għall-iskopijiet ta’ tkeċċija[4]. Artikolu 3 Riammissjoni ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr stat 1. Il-Ġeorġja għandha tirriammetti, wara applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr ebda formalità oħra ħlief dawk provduti f’dan il-Ftehim, il-persuni kollha ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuni mingħajr stat li ma jissodisfawx, jew ma għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju tal-Istat Membru li jagħmel it-talba kemm-il darba ma jiġix ippruvat, jew jista’ jiġi preżunt b’mod validu fuq il-bażi ta’ provi prima facie provduti, li dawn il-persuni (a) ikollhom, fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għar-riammissjoni, viża valida jew permess tar-residenza maħruġa mill-Ġeorġja; jew (b) daħlu illegalment u direttament fit-territorju tal-Istati Membri wara li jkunu qagħdu fit-territorju tal-Ġeorġja jew għaddew minnu. 2. L-obbligazzjoni tar-riammissjoni fil-paragrafu 1 ma għandiex tapplika jekk: (a) il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat kienet biss fi tranżitu bl-ajru mill-Ajruport Internazzjonali tal-Ġeorġja; jew (b) l-Istat li jagħmel it-talba jkun ħareġ lill-persuni b'nazzjonalità ta' pajjiż terz jew lill-persuna mingħajr stat viża jew permess ta’ residenza qabel jew wara d-dħul fit-territorju tiegħu sakemm - dik il-persuna ma jkollhiex viża jew permess ta’ residenza, maħruġa mill-Ġeorġja, b’perjodu itwal ta’ validità; - il-viża jew il-permess ta’ residenza maħruġ mill-Istat Membru li jagħmel it-talba ikun inkiseb bl-użu ta’ dokumenti foloz jew falsifikati, jew permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz, jew - dik il-persuna tonqos milli tosserva xi kundizzjoni annessa mal-viża. (c) l-Istat mitlub ikun keċċa lill-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat lejn l-Istat ta' Oriġini tagħha jew lejn Stat Terz. 3. Wara li l-Ġeorġja tkun tat risposta pożittiva għall-applikazzjoni għar-riammissjoni, immedjatament u mhux iktar tard minn tlett ijiem lavorattivi hija tipprovdi lill-persuna li r-riammissjoni tagħha ġiet aċċettata dokument għall-ivvjaġġar għal skopijiet ta' tkeċċija. Jekk fi żmien tlett ijiem lavorattivi l-Ġeorġja ma tkunx ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar hija titqies li tkun aċċettat l-użu tad-dokument standard tal-ivvjaġġar tal-UE għall-iskopijiet ta’ tkeċċija. TAQSIMA II OBBLIGAZZJONIJIET TA’ RIAMMISSJONI TAL-UNJONI Artikolu 4 Riammissjoni ta' persuni ta’ nazzjonalità proprja 1. Stat Membru għandu jirriammetti, wara applikazzjoni mill-Ġeorġja u mingħajr formalitajiet ulterjuri ħlief dawk provduti f’dan l-Ftehim, kull persuna li ma tissodisfax jew ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet fis-seħħ tad-dħul, preżenza jew residenza fit-territorju tal-Ġeorġja sakemm ikun pruvat jew jista’ jiġi preżunt b’mod validu fuq bażi ta’ provi prima facie li jkunu ġew provduti, li għandha n-nazzjonalità ta’ dak l-Istat Membru. 2. Stat Membru għandu wkoll jirriammetti: - ulied minorenni mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-post tat-twelid jew ta’ nazzjonalità tagħhom, kemm-il darba ma għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fil-Ġeorġja; - konjuġi, li għandhom nazzjonalità oħra, tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, kemm-il darba għandhom id-dritt li jidħlu u joqogħdu jew li jirċievu d-dritt li jidħlu u joqgħodu fit-territorju tal-Istat Membru Mitlub, kemm-il darba ma għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fil-Ġeorġja; 3. Stat Membru għandu jilqa’ mill-ġdid ukoll persuni li jkunu ġew imċaħħda, jew li jkunu rrinunzjaw għan-nazzjonalità ta’ Stat Membru sa minn meta jkunu daħlu fit-territorju tal-Ġeorġja, sakemm dawn il-persuni ma jkunux ġew tal-inqas imwiegħda n-naturalizzazzjoni mill-Ġeorġja. 4. Wara li l-Istat Membru Mitlub ikun ta tweġiba pożittiva għall-aplikazzjoni ta’ riammissjoni, il-missjoni diplomatika kompetenti jew l-uffiċċju konsulari ta’ dak l-Istat Membru għandhom, irrispettivament mir-rieda tal-persuna li tkun riammessa, immedjatament u fi żmien tlett ijiem lavorattivi, joħorġu d-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tal-persuna li għandha tiġi riammessa, b’validità ta’ 90 ġurnata. Jekk fi żmien tlett ijiem lavorattivi l-Istat Membru Mitlub ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar, huwa jitqies li jkun aċċetta l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-Ġeorġja għall-iskopijiet ta’ tkeċċija. 5. Jekk, għal xi raġunijiet ta’ dritt jew ta’ fatt, il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi trasferita fi żmien il-perjodu ta’ validità tad-dokument tal-ivvjaġġar inizjalment maħruġ, il-Missjoni Diplomatika kompetenti jew l-Uffiċċju Konsulari tal-Istat Membru Mitlub għandha/għandu, fi żmien tlett ijiem lavorattivi, jestendi il-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar jew, fejn meħtieġ, joħroġ dokument tal-ivvjaġġar ġdid bl-istess tul ta’ żmien bħala perjodu ta’ validità. Jekk fi żmien tlett ijiem lavorattivi l-Istat Membru Mitlub ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar ġdid jew estenda l-validità tiegħu, huwa jitqies li jkun aċċetta l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-Ġeorġja għall-iskopijiet ta’ tkeċċija. Artikolu 5 Riammissjoni ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr stat 1. Stat Membru għandu jirriammetti, wara applikazzjoni mill-Ġeorġja u mingħajr formalitajiet ulterjuri minbarra dawk provduti f’dan l-Ftehim, kull persuna ta’ nazzjonalita ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li ma tissodisfax jew ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet fis-seħħ tad-dħul, preżenza jew residenza fit-territorju tal-Ġeorġja kemm-il darba huwa stabbilit jew jista’ jiġi preżunt b’mod validu fuq bażi ta’ provi prima facie li jkunu ġew provduti, li dawn il-persuni (a) ikollhom, fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għar-riammissjoni, viża valida jew permess tar-residenza maħruġa mill-Istat Mitlub; jew (b) ikunu daħlu illegalment fit-territorju tal-Ġeorġja wara li jkunu waqfu fit-territorju tal-Istat Membru Mitlub jew għaddew minnu. 2. L-obbligazzjoni tar-riammissjoni fil-paragrafu 1 ma għandiex tapplika jekk: (a) il-persuna b'nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat kien biss fi tranżitu bl-ajru minn ajruport Internazzjonali tal-Istat Membru mitlub; jew (b) il-Ġeorġja ħarġet viża jew permess ta' residenza lill-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat qabel jew wara d-dħul fit-territorju tagħha, kemm-il darba - dik il-persuna ma għandhiex fil-pussess tagħha viża jew permess ta' residenza, maħruġa mill-IIstat Membru Mitlub, li għandha perjodu itwal ta’ validità; jew - il-viża jew il-permess ta’ residenza maħruġa mill-Ġeorġja ma jkunux inkisbu bl-użu ta’ dokumenti foloz jew falsifikati, jew permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz, jew - dik il-persuna tonqos milli tosserva xi kundizzjoni annessa mal-viża. (c) l-Istat mitlub keċċa il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat lejn l-Istat ta' Oriġini tagħha jew lejn Stat Terz. 3. L-obbligu tar-riammissjoni fil-paragrafu 1 huwa għall-Istat Membru li ħareġ viża jew permess ta' residenza. Jekk żewġ Stati Membri jew aktar ikunu ħarġu viża jew permess ta' residenza, l-obbligu tar-riammissjoni fil-paragrafu 1 jaqa’ fuq l-Istat Membru li ħareġ id-dokument b’perjodu ta’ validità itwal jew, jekk wieħed jew bosta jkunu diġà skadew, id-dokument li għadu validu. Jekk id-dokumenti kollha jkunu diġà skadew, l-obbligu tar-riammissjoni fil-paragrafu 1 ikun fuq l-Istat Membru li jkun ħareġ id-dokument bl-iżjed data ta' iskadenza riċenti. Jekk ma jistgħux jiġu ppreżentati dawk id-dokumenti, l-obbligu tar-riammissjoni fil-paragrafu 1 jaqa’ fuq l-Istat Membru tal-aħħar ħruġ. 4. Wara li l-Istat Membru Mitlub jagħti risposta pożittiva għall-applikazzjoni għar-riammissjoni, immedjatament u mhux iktar tard minn tlett ijiem lavorattivi huwa jipprovdi lill-persuna li r-riammissjoni tagħha ġiet aċċettata dokument għall-ivvjaġġar għall-iskopijiet ta' tkeċċija. Jekk fi żmien tlett ijiem lavorattivi l-Istat Membru ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar ġdid, huwa jitqies li jkun aċċetta l-użu tad-dokument standard tal-ivvjaġġar tal-Ġeorġja għall-iskopijiet ta’ tkeċċija. TAQSIMA III PROċEDURA TA’ RIAMMISSJONI Artikolu 6 Prinċipji 1. Soġġett għall-paragrafu 2, kwalunkwe trasferiment ta’ persuna li għandha tkun riammessa fuq il-bażi ta’ wieħed mill-obbligi li jinsabu fl-Artikoli 2 sa 5 għandha teħtieġ is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għar-riammissjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Mitlub. 2. Jek il-persuna li għandha tkun riammessa jkollha dokument għall-ivvjaġġar validu jew karta tal-identità it-trasferment ta’ tali persuna jista’ jsir mingħajr ma l-Istat li jagħmel it-talba jkollu jissottometti applikazzjoni għar-riammissjoni jew komunikazzjoni bil-miktub, kif imsemmi fl-Artikolu 11(1), lill-awtorità kompetenti tal-Istat Mitlub. 3. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, jekk persuna tinstab fir-reġjun tal-fruntiera (inklużi ajruporti) tal-Istat li jagħmel it-Talba wara li tkun qasmet illegalment il-fruntiera direttament mit-territorju tal-Istat Mitlub, l-Istat li jagħmel it-Talba jista’ jissottometti talba għar-riammissjoni fi żmien jumejn minn meta tinstab din il-persuna (proċedura aċċellerata). Artikolu 7 Applikazzjoni għar-riammissjoni 1. Sa fejn hu possibbli, kull applikazzjoni għar-riammissjoni għandu jkun fiha din l-informazzjoni li ġejja: id-dettalji tal-persuna li għandha tiġi riammessa (pereżempju l-ismijiet, il-kunjomijiet, id-data tat-twelid u – fejn possibbli – il-post tat-twelid, u l-aħħar post ta’ residenza mogħtija) u, fejn applikabbli, id-dettalji tat-tfal minuri mhux miżżewġa u/jew tal-konjugi; 1. fil-każ ta’ persuni ta’ nazzjonalità proprja, indikazzjoni tal-mezzi li bihom prova jew evidenza prima facie tan-nazzjonalità ser tkun ipprovduta; 2. fil-każ ta’ persuna b’nazzjonalità ta’ pajjiż terz u ta’ persuni migħajr stat, indikazzjoni tal-mezzi li bihom l-provi jew l-evidenza prima facie tal-kundizzjonijiet għar-riammissjoni ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat u d-dħul u r-residenza illegali ser tiġi pprovduta’ 3. ritratt tal-persuna li għandha tkun riammessa; 4. marki tas-swaba’; 2. Sa fejn hu possibbli, l-applikazzjoni għar-riammissjoni għandu jkollha wkoll l-informazzjoni li ġejja: 5. dikjarazzjoni li tindika li l-persuna li għandha tkun trasferita jista’ jkollha bżonn għajnuna jew kura, sakemm il-persuna kkonċernata tkun tat il-kunsens espliċitu tagħha għal din l-istqarrija; 6. kull miżura oħra ta’ protezzjoni jew sigurtà, jew informazzjoni dwar is-saħħa tal-persuna, li tista’ tkun meħtieġa fil-każ individwali ta’ trasferiment. 3. Formola komuni li għandha tintuża fl-applikazzjonijiet ta’ riammissjoni hija mehmuża bħala l-Anness 5 ta’ dan il-Ftehim. 4. Aplikazzjoni għar-riammissjoni tista' tkun sottomessa bi kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni, mhux esklużi mezzi elettroniċi. Artikolu 8 Mezzi ta’ evidenza dwar in-nazzjonalità 1. Il-prova dwar in-nazzjonalità skont l-Artikolu 2 (1) u l-Artikolu 4 (1) tista’ b’mod partikolari tiġi pprovduta permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 1 ta’ dan il-Ftehim, inkluż dokumenti li l-validità tagħhom tkun skadiet b’massimu ta’ 6 xhur. Jekk tali dokumenti jkunu ppreżentati, l-Istati Membri u l-Ġeorġja għandhom jirrikonoxxu b’mod reċiproku n-nazzjonalità mingħajr ħtieġa ta’ investigazzjoni ulterjuri. Il-prova ta’ nazzjonalità ma tistax tiġi pprovduta permezz ta’ dokumenti foloz. 2. Prova prima facie tan-nazzjonalità skont l-Arikolu 2(1) u l-Artikolu 4(1) tista’ ssir partikolarment permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 2 ta’ dan il-Ftehim, anke jekk il-perjodu ta’ validità tagħhom ikun skada. Jekk tali dokumenti jkunu ppreżentati, l-Istati Membri u l-Ġeorġja għandhom iqisu li n-nazzjonalità ġiet stabbilita, kemm-il darba ma jkunux jistgħu jippruvaw mod ieħor. Prova prima facie tan-nazzjonalità ma tistax issir permezz ta’ dokumenti foloz. 3. Jekk l-ebda wieħed mid-dokumenti elenkati fl-Annessi 1 jew 2 ma jkun jista’ jiġi ppreżentat, jew jekk ikunu insuffiċjenti, ir-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari kompetenti tal-Istat Mitlub għandhom, fuq talba mill-Istat li jagħmel it-talba li hu inkluż fl-applikazzjoni għar-riammissjoni, jagħmlu l-arranġamenti biex jintervistaw lill-persuna li ser tkun riammessa mingħajr dewmien żejjed, u mhux aktar tard minn erbagħt ijiem lavorattivi mid-data li fiha tkun irċevuta l-applikazzjoni għar-riammissjoni, sabiex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tagħha. Il-proċedura għal dawn l-intervisti tista’ tkun stabbilita fil-Protokolli ta’ implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 19 ta’ dan il-Ftehim. Artikolu 9 Mezzi ta’ provi dwar persuni b'nazzjonalità ta' pajjiż terz u persuni mingħajr stat 1. Il-prova dwar il-kundizzjonijiet ta' riammissjoni ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat skont l-Artikolu 3 (1) u l-Artikolu 5 (1) għandha tingħata b’mod partikolari permezz tal-evidenza elenkata fl-Anness 3 ta’ dan il-Ftehim; ma tistax tiġi pprovduta permezz ta’ dokumenti foloz. Kull prova bħal din għandha tkun rikonoxxuta b’mod reċiproku mill-Istati Membri u mill-Ġeorġja mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar verifika. 2. Il-prova prima facie dwar il-kundizzjonijiet ta' riammissjoni ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat skont l-Artikolu 3 (1) u l-Artikolu 5 (1) għandha tingħata b’mod partikolari permezz tal-evidenza elenkata fl-Anness 4 ta’ dan il-Ftehim; ma tistax tiġi pprovduta permezz ta’ dokumenti foloz. Fejn hija ppreżentata din l-evidenza prima facie , l-Istati Membri u l-Ġeorġja għandhom iqisu li l-kundizzjonijiet ġew stabbiliti, kemm-il darba ma jkunux jistgħu jipprovaw mod ieħor. 3. L-illegalità tad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza għandha tkun stabbilita permezz ta’ dokumenti tal-vjaġġ tal-persuna kkonċernata li fihom hija nieqsa l-viża neċessarja jew l-permess ta' residenza għat-territorju tal-Istat li jagħmel it-talba. Dikjarazzjoni mill-Istat li jagħmel it-Talba li l-persuna kkonċernata nstabet mingħajr id-dokumenti tal-ivvjaġġar, il-viża jew il-permess ta’ residenza meħtieġa għandha wkoll tkun ta’ prova prima facie tad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza illegali. Artikolu 10 Limiti ta’ żmien 1. L-applikazzjoni għar-riammissjoni għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Mitlub fi żmien massimu ta’ sitt xhur minn meta l-awtorità kompetenti tal-Istat li jagħmel it-Talba ssir taf li persuna ta' nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat ma tissodisfax, jew ma għadhhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza. Fejn hemm ostakoli legali jew fattwali għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni fil-ħin, il-limitu ta' żmien għandu, fuq talba tal-Istat li jagħmel it-talba, jiġi estiż iżda biss sakemm jieqfu jeżistu l-ostakoli. 2. Għandha tingħata tweġiba bil-miktub għall-applikazzjoni għar-riammissjoni - fi żmien jumejn lavorattivi jekk l-applikazzjoni tkun saret taħt il-proċedura aċċellerata (l-Artikolu 6(3)); - fi żmien 12-il jum kalendarju fil-każijiet l-oħrajn kollha. Dan il-limitu taż-żmien jibda jgħodd mid-data tal-irċevuta tat-talba għar-riammissjoni. Jekk ma jkunx hemm tweġiba f’dan it-terminu ta’ żmien, it-trasferiment jitqies li jkun ġie miftiehem. 3. Għandhom jingħataw ir-raġunijiet bil-miktub għal rifjut ta’ talba għar-riammissjoni. 4. Wara li jkun ingħata l-qbil jew, fejn xieraq, wara li jiskadi t-terminu stabbilit fil-paragrafu 2, il-persuna kkonċernata għanda tiġi ttrasferita fi żmien tliet xhur. Fuq talba tal-Istat li jagħmel it-talba, dan it-terminu jista’ jiġi estiż biż-żmien li hemm bżonn biex jiġu indirizzati l-ostakoli legali jew prattiċi. Artikolu 11 Modalitajiet tat-trasferiment u mezzi ta’ trasport 1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 6(2), qabel ma jirritornaw persuna, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat li jagħmel it-Talba għandhom javżaw lill-awtoritajiet tal-Istat Mitlub tal-inqas tlett ijiem lavorattivi minn qabel dwar id-data ta' trasferiment, il-punt ta' dħul, skorti possibbli u informazzjoni oħra relevanti għat-trasferiment. 2. It-trasportazzjoni tista’ jsir bl-ajru jew bl-art. Ir-ritorn bl-ajru ma għandux ikun limitat għall-użu tat-trasportaturi bl-ajru nazzjonali tal-Ġerorġja jew l-Istati Membri u jista’ jsir bl-użu ta’ titjiriet skedati jew, fil-każ ta’ persuna li għandha n-nazzjonalità tal-Istat Mitlub, b’titjiriet mikrija. Fil-każ ta’ ritorn bl-iskorta, dawn l-iskorti ma għandhomx ikunu limitati għal persuni awtorizzati tal-Istat li jagħmel it-talba, sakemm ikunu persuni awtorizzati mill-Ġeorġja jew minn kwalunkwe Stat Membru. Artikolu 12 Riammissjoni bi żball L-Istat li jagħmel it-Talba għandu jieħu lura kwalunkwe persuna riammessa mill-Istat Mitlub jekk jiġi stabbilit fi żmien sitt xhur, u fil-każ ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuni mingħajr stat fi żmien12-il xahar, wara t-trasferiment tal-persuna kkonċernata, li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim ma humiex sodisfatti. F’dawn il-każijiet id-dispożizzjonijiet proċedurali ta’ dan il-Ftehim għandhom jgħoddu mutatis mutandis u għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-identità u n-nazzjonalità attwali tal-persuna li ser tittieħed lura. TAQSIMA IV OPERAZZJONIJIET TA’ TRANżITU Artikolu 13 Prinċipji 1. L-Istati Membri u l-Ġeorġja għandhom jillimitaw it-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat għall-każijiet fejn dawn il-persuni ma jistgħux jintbagħtu lura direttament lejn l-Istat ta’ destinazzjoni. 2. Il-Ġeorġja għandha tippermetti t-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jekk Stat Membru jitlob dan, u Stat Membru għandu jippermetti t-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jekk il-Ġeorġja titlob dan, jekk ikunu assigurati l-vjaġġ lejn id-destinazzjoni li jgħaddi minn Stati ta’ tranżitu oħrajn possibbli u r-riammissjoni mill-Istat ta’ destinazzjoni. 3. It-tranżitu jista’ jiġi rifjutat mill-Ġeorġja jew minn Stat Membru: 7. jekk il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat hija f’riskju li tkun soġġetta għat-tortura jew trattament jew kastig inuman jew degradanti jew il-piena tal-mewt jew persekuzzjoni minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f’xi grupp soċjali partikolari jew konvinzjoni politika tagħha fl-Istat ta’ destinazzjoni jew Stat ieħor ta’ tranżitu; jew 8. jekk il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat ikunu soġġetti għal sanzjonijiet kriminali fl-Istat Mitlub jew f’xi Stat ieħor ta’ tranżitu; jew 9. minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika, sigurtà domestika, ordni pubblika jew interessi oħra nazzjonali tal-Istat Mitlub. 4. Il-Ġeorġja jew Stat Membru tista’ tirrevoka kull awtorizzazzjoni maħruġa jekk iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 3 jirriżultaw jew jiġu fid-deher aktar tard li jkunu ta’ xkiel fl-operazzjoni ta’ tranżitu, jew jekk l-ivvjaġġar minn Stati ta’ tranżitu li jista’ jkun hemm jew ir-riammissjoni mill-Istat ta’ destinazzjoni ma jkunx/tkunx aktar assigurat/a. F’dan il-każ, l-Istat li jagħmel it-talba għandu jieħu lura lill-persuna li għandha in-nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat, kif meħtieġ u mingħajr dewmien. Artikolu 14 Proċedura ta' tranżitu 1. Applikazzjoni għall-operazzjonijiet ta’ tranżitu għandha tkun sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Mitlub bil-miktub u għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja: (a) it-tip ta’ tranżitu (bl-ajru jew l-art), Stati oħra possibbli ta’ tranżitu u d-destinazzjoni finali ppjanata; (b) id-dettalji tal-persuna kkonċernata (pereżempju l-isem, il-kunjom, kunjom xbubitha, l-ismijiet l-oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, id-data tat-twelid is-sess u – fejn possibbli – il-post tat-twelid, in-nazzjonalità, il-lingwa, it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar); (c) fejn hu maħsub li ser ikun il-punt tad-dħul, il-ħin tat-trasferiment u l-użu possibbli tal-iskorti; (d) dikjarazzjoni li fil-fehma tal-Istat li jagħmel it-Talba, il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 13(2) huma sodisfatti, u li ebda raġuni għal ċaħda skont l-Artikolu 13(3) ma hi magħrufa. Formola komuni li għandha tintuża fl-applikazzjonijiet ta’ tranżitu hija mehmuża mal-Anness 6 ta’ dan il-Ftehim. 2. Fi żmien ħamest ijiem tal-kalendarju l-Istat Mitlub għandu jinforma bil-miktub lill-Istat li jagħmel it-talba dwar l-ilqugħ, jikkonferma l-punt tad-dħul u l-ħin ippjanat tal-ilqugħ, jew jinfurmah dwar ir-rifjut tal-ilqugħ u r-raġunijiet għal dan ir-rifjut. 3. Jekk l-operazzjoni ta’ tranżitu ssir bl-ajru, il-persuna li tkun ser tkun riammessa u l-iskorti possibbli jkunu eżentati milli jkollhom viża ta’ tranżitu tal-ajruport. 4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Mitlub għandhom, wara konsultazzjonijiet reċiproċi, jgħinu fl-operazzjonijiet ta’ tranżitu, b’mod partikolari permezz ta’ sorveljanza tal-persuni kkonċernati u l-għoti ta’ amenitajiet xierqa għal dak l-iskop. 5. It-tranżitu tal-persuni għandu jsir fi żmien 30 ġurnata mill-irċevuta tal-kunsens dwar it-talba. TAQSIMA V. KOSTI Artikolu 15 Il-kosti tat-trasport u tat-tranżitu Bla ħsara għad-dritt tal-awtoritajiet kompetenti li jiġbru lura il-kosti marbuta mar-riammissjoni mingħand il-persuna li ser tiddaħħal lura jew partijiet terzi, il-kosti kollha tat-trasport marbuta mar-riammissjoni u t-tranżitu sal-fruntiera tal-Istat tad-destinazzjoni finali, għandhom jitħallsu mill-Istat li jagħmel it-talba. TAQSIMA VI. KLAWSOLA TAL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA U TAN-NUQQAS TA’ EFFETT Artikolu 16 Protezzjoni tad-Dejta Il-komunikazzjoni ta’ dejta personali għandha sseħħ biss jekk komunikazzjoni bħal din hija meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ġeorġja jew Stat Membru skont il-każ. L-ipproċessar u t-trattament ta’ dejta personali f’każ partikolari għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet domestiċi tal-Ġeorġja u, fejn il-kontrollur ikun awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, għad-dispożizzjonijet tad-Direttiva 95/46/KE u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru adottata skont din id-Direttiva. Addizzjonalment japplikaw ukoll il-prinċipji li ġejjin: (a) id-dejta personali għandha tiġi proċessata b’mod ġust u legali; (b) id-dejta personali għandha tinġabar għall-iskop speċifikat, espliċitu u leġittimu tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u ma tiġix ipproċessata aktar mill-awtorità li tikkomunikaha jew mill-awtorità li tirċeviha b’mod mhux kompatibbli ma’ dan l-iskop; (ċ) id-dejta personali għandha tkun adegwata, relevanti u mhux eċċessiva b’relazzjoni mal-għan li għalih tinġabar u/jew tkun ipproċessata aktar; b’mod partikolari, id-dejta personali kkomunikata tista’ tkun biss dwar dan li ġej: - id-dettalji tal-persuna li ser tiġi ttrasferita (eż. ismijiet, kunjomijiet, xi ismijiet preċedenti, l-ismijiet l-oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, is-sess, l-istat ċivili, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità kurrenti u preċedenti); - il-passaport, il-karta tal-identità jew il-liċenzja tas-sewqan (in-numru, il-perjodu ta’ validità, id-data tal-ħruġ, l-awtorità tal-ħruġ, il-post tal-ħruġ), - il-postijiet ta’ waqfien temporanju u itinerarji, - informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi identifikata l-persuna li tkun ser tiġi trasferita jew biex jiġu eżaminati r-rekwiżiti għar-riammissjoni skont dan il-Ftehim; (d) id-dejta personali għandha tkun eżatta u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata; (e) id-dejta personali għandha tinżamm b’mod li jippermetti l-identifikazzjoni tas-soġġetti tad-dejta għal mhux iktar mill-perjodu neċessarju għall-iskop li għalih inġabret id-dejta jew li kompliet tiġi proċessata; (f) kemm l-awtorità li tikkomunika d-dejta personali kif ukoll l-awtorità li tirċeviha għandhom jieħdu kull pass raġonevoli biex jiżguraw kif xieraq ir-retifika, it-tħassir jew l-imblukkar tad-dejta personali fejn l-ipproċessar tagħha ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, b’mod partikolari għaliex dik id-dejta mhix adegwata, rilevanti, preċiża jew għaliex hija eċċessiva fir-rigward tal-iskop tal-ipproċessar. Dan jinkludi n-notifika ta’ kwalunkwe retifika, tħassir jew imblukkar għall-Parti l-oħra; (g) fuq talba, l-awtorità li tirċievi għandha tinforma lill-awtorità komunikanti dwar l-użu tad-dejta komunikata u r-riżultati miksuba minn dan; (h) id-dejta personali tista’ tkun komunikata biss lill-awtoritajiet kompetenti. Komunikazzjoni ulterjuri lil entitajiet oħrajn teħtieġ kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti komunikanti; (i) l-awtorità kompetenti komunikanti u l-awtorità kompetenti li tirċieviha huma obbligati li jirreġistraw bil-miktub il-komunikazzjoni u l-wasla tad-dejta personali. Artikolu 17 Klawsola ta’ nuqqas ta’ effett 1. Dan il-ftehim għandu jkun mingħajr ħsara għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-Ġeorġja li jirriżultaw mil-Liġi Internazzjonali u, b’mod partikolari: - mill-Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati kif emendata bil-Protokoll tal-31 ta’ Jannar 1967 dwar l-Istat tar-Refuġjati, - mill-konvenzjonijiet internazzjonali li jiddeterminaw l-Istat responsabbli li jeżamina l-applikazzjonijiet għall-ażil li jkunu ġew sottomessi, - mill-Konvenzjoni Ewropea tal-4 ta’ Novembru 1950 dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u l-Protokolli tagħha, - mill-Konvenzjoni tal-10 ta’ Diċembru 1984 kontra t-Tortura u t-Trattament jew Kastig ieħor Kiefer, Inuman jew Degradanti, - mill-konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-estradizzjoni u t-tranżitu, - mill-konvenzjonijiet u ftheimiet internazzjonali multilaterali li fihom ir-regoli dwar ir-riammissjoni ta' persuni ta' nazzjonalità barranija, bħall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali tas-7 ta’ Diċembru 1944. 2. Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jrażżan ir-ritorn ta’ persuna taħt arranġamenti oħrajn formali jew informali. TAQSIMA VII. IMPLIMENTAZZJONI U APPLIKAZZJONI Artikolu 18 Kumitat konġunt għar-riammissjoni 1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprovdu għajnuna reċiproka fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Għal dan il-għan, huma għandhom jaħtru Kumitat Konġunt għar-Riammissjoni (minn issa ’l quddiem indikat bħala “l-Kumitat”) li ser ikollu, b’mod partikolari, il-kompitu (a) li jissorvelja l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim; (b) li jiddeċiedi dwar l-arranġamenti neċessarji għall-applikazzjoni b’mod uniformi ta’ dan il-Ftehim; (c) li jkollu skambju regolari ta’ informazzjoni dwar il-Protokolli ta’ implimentazzjoni mfassla mill-Istati Membri individwali u mill-Ġeorġja skont l-Artikolu 19; (d) li jagħmel rakkomandazzjonijiet għal emendi għal dan il-Ftehim u l-annessi tiegħu. 2. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat għandhom jorbtu lill-Partijiet Kontraenti. 3. Il-kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u l-Ġeorġja; 4. Il-Kumitat għandu jiltaqa’ meta meħtieġ fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti. 5. Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta’ proċedura. Artikolu 19 Protokolli ta' Implimentazzjoni 1. Fuq talba ta’ Stat Membru jew tal-Ġeorġja, il-Ġeorġja u Stat Membru għandhom iħejju Protokoll ta’ implimentazzjoni li għandu, inter alia , ikopri r-regoli dwar: (a) il-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti, il-punti fejn tinqasam il-fruntiera u l-iskambju ta’ punti ta’ kuntatt; (b) il-kundizzjonijiet ta’ ritorni skortati, inkluż it-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat li jkollhom skorta magħhom; (c) mezzi u dokumenti minbarra dawk elenkati fl-Annessi 1 sa 4 ta’ dan il-ftehim; (d) il-modalitajiet għar-riammissjoni bi proċedura aċċelerata; (e) il-proċedura għall-intervisti. 2. Il-Protokolli ta’ Implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jidħlu fis-seħħ biss wara li jiġi notifikat il-Kumitat għar-riammissjoni imsemmi fl-Artikolu 18. 3. Il-Ġeorġja taqbel li kwalunkwe dispożizzjoni ta’ Protokoll ta’ implimentazzjoni magħmul ma’ Stat Membru partikolari għandha tiġi applikata wkoll fir-relazzjonijiet tagħha ma’ kwalunkwe Stat Membru ieħor fuq talba minn dan tal-aħħar. Artikolu 20 Relazzjoni ma’ arranġamenti bilaterali dwar ir-riammissjoni jew arranġamenti tal-Istati Membri Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom ikollhom preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta’ kull ftehim jew arranġament bilaterali dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni li jkun ġie jew jista’ jiġi konkluż, skont l-Artikolu 19, bejn Stati Membri individwali u l-Ġeorġja, u dan safejn id-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar ikunu inkompatibbli ma’ dawk ta’ dan il-Ftehim. TAQSIMA VIII. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI Artikolu 21 Applikazzjoni territorjali 1. Soġġett għall-paragrafu 2, dan il-ftehim għandu japplika fit-territorju li fih huma applikabbli t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-territorju tal-Ġeorġja. 2. Dan il-Ftehim ma għandux japplika għat-territorju tar-Renju Unit, l-Irlanda u r-Renju tad-Danimarka. Artikolu 22 Emendi għall-Ftehim Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat u supplimentat bil-kunsens reċiproku tal-Partijiet Kontraenti. L-emendi u ż-żidiet għandhom jiġu abbozzati fil-forma ta’ protokolli separati, li għandhom jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim, u jidħlu fis-seħħ skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 23 ta’ dan il-Ftehim. Artikolu 23 Id-dħul fis-seħħ, it-tul taż-żmien u t-terminazzjoni 1. Dan il-Ftehim għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom. 2. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data ta’ meta l-aħħar Parti Kontraenti tkunu nnotifikat lill-oħra li l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu jkunu ġew konklużi. 3. Dan il-Ftehim huwa konkluż għal żmien illimitat. 4. Kull Parti Kontraenti tista' tiddenunzja dan il-Ftehim billi tinnotifika lill-Parti Kontraenti l-oħra b’mod uffiċjali. Dan il-Ftehim ma għandux jibqa’ japplika sitt xhur wara d-data ta' tali notifika. Artikolu 24 Annessi L-Annessi 1 sa 6 għandhom jifformaw parti integrali ta’ dan il-Ftehim. Magħmul fi … fil-… jum ta’ … fis-sena … b'duplikat bil-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, l-Isvediż u l-Ġeorġjan, b’kull test ikun ugwalment awtentiku. Għall-Unjoni Ewropea (…) | Għall-Ġeorġja (…) | ANNESS 1 LISTA KOMUNI TA’ DOKUMENTI LI L-PREŻENTAZZJONI TAGĦHOM TITQIES PROVA TA’ ĊITTADINANZA (ARTIKOLI 2 (1), 4 (1) U 8 (1)) - passaporti ta’ kull tip (passaporti nazzjonali, passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz, passaporti kollettivi u passaporti surrogati inklużi l-passaporti tat-tfal), - karti tal-identità (inklużi dawk temporanji u dawk provviżorji), - ċertifikati taċ-ċittadinanza u dokumenti oħrajn uffiċjali li jsemmu jew li jindikaw iċ-ċittadinanza b’mod ċar. ANNESS 2 LISTA KOMUNI TA’ DOKUMENTI LI L-PREŻENTAZZJONI TAGĦHOM TITQIES PROVA PRIMA FACIE TA’ NAZZJONALITÀ (ARTIKOLI 2 (1), 4 (1) U 8 (2)) Fejn l-Istat Mitlub huwa xi wieħed mill-Istati Membri jew il-Ġeorġja: - Dokumenti elenkati fl-Anness 1 li l-validità tagħhom skadiet b’iktar minn 6 xhur, - fotokopji ta’ kwalunkwe dokument imniżżel fl-Annes 1 ta’ dan il-Ftehim, - liċenzji tas-sewqan jew fotokopji tagħhom, - ċertifikati tat-twelid jew fotokopji tagħhom, - karti tal-identità tal-kumpanniji jew fotokopji tagħhom, - dikjarazzjonijiet ta’ xhieda, - prospetti magħmula mill-persuna kkonċernata u l-lingwa mitkellma minnu jew minnha, anke permezz ta’ riżultat ta’ test uffiċjali, - kwalunkwe dokument ieħor li jista’ jgħin biex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata. - kotba tas-servizzi u karti tal-identità militari, - kotba tar-reġistrazzjoni tal-baħħara u karti tas-servizz ta’ kaptani; - Laisser-passer maħruġ mill-Istat Mitlub. Fejn l-Istat Mitlub huwa l-Ġeorġja: - il-konferma tal-identità b’riżultat ta' tfittxija magħmula fis-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża[5], - fil-każ ta' Stati Membri li ma jużawx is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża, identifikazzjoni pożittiva stabbilita mir-rekords ta' dawk l-Istati Membri dwar l-applikazzjoni għall-viża ANNESS 3 LISTA KOMUNI TA’ DOKUMENTI LI JITQIESU PROVA TAL-KUNDIZZJONIJIET GĦAR-RIAMMISSJONI TA’ PERSUNI TA’ NAZZJONALITÀ TA’ PAJJIŻ TERZ JEW PERSUNI MINGĦAJR STAT (ARTIKOLI 3 (1), 5 (1) U 9 (1)) - viża jew permess ta’ residenza maħruġ mill-Istat Mitlub, - timbri tad-dħul/tluq jew endorsjar simili fid-dokument tal-ivvjaġġar tal-persuna kkonċernata jew evidenza oħra tad-dħul/ħruġ (eż. dik fotografika), ANNESS 4 LISTA KOMUNI TA’ DOKUMENTI LI JITQIESU PROVA PRIMA FACIE TAL-KUNDIZZJONIJIET GĦAR-RIAMMISSJONI TA’ PERSUNI TA’ NAZZJONALITÀ TA’ PAJJIŻI TERZI JEW PERSUNI MINGĦAJR STAT (ARTIKOLI 3 (1), 5 (1) U 9 (2)) - deskrizzjoni maħruġa mill-awtoritajiet relevanti tal-Istat li jagħmel it-talba, tal-post u ċ-ċirkostanzi li l-persuna kkonċernata tkun ġiet interċettata fihom wara li tkun daħlet fit-territorju ta’ dak l-Istat; - informazzjoni dwar l-identità u/jew żjara ta’ persuna li tkun ġiet provduta minn organizzazzjoni Internazzjonali (eż. UNHCR); - rapporti/konferma ta’ informazzjoni minn membri tal-familja, sħab fil-vjaġġ, eċċ.; - dikjarazzjoni tal-persuna kkonċernata. - informazzjoni li turi li l-persuna kkonċernata użat is-servizzi ta’ messaġġier jew aġenzija tal-ivvjaġġar; - -dikjarazzjonijiet uffiċjali magħmula, partikolarment, mill-impjegati tal-awtorità tal-fruntieri u xhieda oħrajn li jistgħu jixhdu li l-persuna kkonċernata qasmet il-fruntiera; - dikjarazzjoni uffiċjali tal-persuna kkonċernata fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi; - dokumenti bl-isem, ċertifikati u kontijiet ta’ kwalunkwe tip (pereżempju kontijiet tal-lukandi, karti tal-appuntament għat-tobba/dentisti, karti ta’ dħul għal istituzzjonijiet pubbliċi/privati, ftehimiet tal-kiri tal-karozzi, irċevuti tal-karti tal-kreditu, eċċ.) li juru b’mod ċar li l-persuna kkonċernata qagħdet fit-territorju tal-Istat mitlub, - biljetti bl-isem u/jew listi tal-passiġġiera ta’ passaġġi bl-ajru, bil-ferrovija, bil-kowċ jew bil-baħar li juru l-preżenza u l-itinerarju tal-persuna kkonċernata fit-territorju tal-Istat Mitlub. ANNESS 5 [pic] | [Emblema tar-Repubblika tal-Ġeorġja] | ..............................................................………… ................................................................……….… | .................................................................…….. (Post u data) | (It-titolu tal-awtorità li tagħmel it-talba) | Referenza: .............................................…………… Lil ................................................................……….… | ................................................................……….… ................................................................………… (It-titolu tal-awtorità mitluba) | PROĊEDURA AĊĊELERATA (L-Artikolu 6 il-paragrafu 3) TALBA GĦALL-INTERVISTÀ (L-Artikolu 8 (3)) APPLIKAZZJONI GĦAR-RIAMMISSJONI skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim ta' bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar r-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni A. DETTALJI PERSONALI Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom): ...........................................................……………………………… 2. Kunjom ta’ xebba: ...........................................................……………………………… 3. Data u post tat-twelid: ...........................................................……………………………… | Ritratt | 4. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur tal-għajnejn, marki distintivi eċċ.): …………………………………………………………………………………………...................…………………. 5. Magħruf/a wkoll bħala (ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li magħruf/a bihom jew psewdonimi): ...........................................................................................................................………..................………………. 6. Nazzjonalità u lingwa: ...........................................................................................................................………...................……………… 7. Stat ċivili: ( Miżżewweġ/Miżżewġa( ġuvni/xebba ( iddivorzjat/a ( armel/armla Jekk miżżewweġ/miżżewġa : isem il-konjuġi … Ismijiet u etajiet tat-tfal (jekk hemm) ........................................................................................... ........................................................................................... ………………………....………………….......................... .......................................................................................... 8. L-aħħar indirizz fl-Istat li jagħmel it-talba: ............................................................................................................................………....................………… DETTALJI PERSONALI TAL-KONJUġI (JEKK APPLIKABBLI) 1. Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom): ...................................................................................................................................... 2. Kunjom ta’ xebba: ……………………………………...........................................................……………………………… 3. Data u post tat-twelid: …………………………............................................................……………………………… 4. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur tal-għajnejn, marki distintivi eċċ.): …………………………………………………………………………………………...................…………………. 5. Magħruf/a wkoll bħala (ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li magħruf/a bihom jew psewdonimi): ...........................................................................................................................………..................………………. 6. Nazzjonalità u lingwa: ...........................................................................................................................………...................……………… DETTALJI PERSONALI TAL-ULIED (JEKK APPLIKABBLI) 1. Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom): ...................................................................................................................................... 2. Data u post tat-twelid: …………………………............................................................……………………………… 3. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur tal-għajnejn, marki distintivi eċċ.): …………………………………………………………………………………………...................…………………. 4. Nazzjonalità u lingwa: ...........................................................................................................................………...................……………… D. ĊIRKOSTANZI SPEċJALI DWAR IT-TRASFERIMENT 1. Stat ta’ saħħa (eż. referenza possibbli għall-kura medika; isem Latin ta’ mard li jittieħed): ............................................................................................................................................……………………… 2. Indikazzjoni ta’ persuna partikolarment perikoluża (eż. suspettata b'offiża gravi; imġiba aggressiva): ............................................................................................................................................……………………… MEZZI TA’ PROVI MEHMUżA 1. .................................................................………… (Nru tal-Passaport) | ......................................................................………… (data u post tal-ħruġ) | ..................................................................………… (awtorità li ħarġitu) | ......................................................................……….. (data tal-iskadenza) | 2. .................................................................………… (Nru. tal-Karta tal-Identità) | ......................................................................………… (data u post tal-ħruġ) | ..................................................................………… (awtorità li ħarġitu) | ......................................................................………… (data tal-iskadenza) | 3. .................................................................………… (Nru tal-liċenzja tas-sewqan) | ......................................................................………... (data u post tal-ħruġ) | ..................................................................………… (awtorità li ħarġitu) | ......................................................................………… (data tal-iskadenza) | 4. .................................................................………… (Nru.ta’ dokument ieħor uffiċjali) | ......................................................................………… (data u post tal-ħruġ) | ..................................................................………… (awtorità li ħarġitu) | ......................................................................………… (data tal-iskadenza) | F. OSSERVAZZJONIJIET ....................................................................................................................................................................…………… ....................................................................................................................................................................…………… ……………………………………………………………………………………………………………………………... ................................................... (Firma) (siġill / timbru) ANNESS 6 [pic] | [Emblema tar-Repubblika tal-Ġeorġja] | ..............................................................………… ................................................................……….. | .................................................................……… (Post u data) | (It-titolu tal-awtorità li tagħmel it-talba) | Referenzi ................................................................………… Lil ................................................................…………. | ................................................................………… ................................................................………… (It-titolu tal-awtorità mitluba) | APPLIKAZZJONI TA’ TRANŻITU Skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta’........... bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar r-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni A. DETTALJI PERSONALI 1. Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom): ............................................................. 2. Kunjom ta’ xebba: ............................................................. 3. Data u post tat-twelid: ............................................................. | Ritratt | 4. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur tal-għajnejn, marki distintivi eċċ.): ……………………………………………………………………………………………. 5. Magħruf/a wkoll bħala (ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li magħruf/a bihom jew psewdonimi): .......................................................................................................……………….…… 6. Nazzjonalità u lingwa: ...........................................................................................................………………….. 7. Tip u numru tad-dokument tal-ivvjaġġar: .............................................................................................................................………… B. OPERAZZJONI TA’ TRANżITU 1. Tip ta’ tranżitu ( bl-ajru | ( bl-art | 2. Stat tad-destinazzjoni finali …………………………………………………………………………………. 3. Stati oħrajn fejn possibbilment hemm tranżitu ……………………………………………………………………………………… 4. Post tal-qsim tal-fruntieri propost, data, ħin tat-trasferiment u skorti possibbli …………………………………………………………………………………………… …………………………………………………………………………………………… …………………………………………………………………………………………… 5. Ammissjoni garantita fi kwalunkwe Stat ieħor ta’ tranżitu u fl-Istat tad-destinazzjoni finali (L-Artikolu 13 il-paragrafu 2) ( iva | ( le | 6. Għarfien ta' kwalunkwe raġuni biex ikun rifjutat it-tranżitu (l-Artikolu 13 il-paragrafu 3) ( iva | ( le | C. OSSERVAZZJONIJIET ...........................................................................................................................……………. ..........................................................................................................................……………. ..........................................................................................................................…………….. .................................................................................………………………….…………….. ................................................... (Firma) (siġill / timbru) Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikoli 3(1) u 5(1) Il-Partijiet jaqblu li persuna tkun 'dieħla direttament' mit-territorju tal-Ġeorġja skont it-tifsira ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jekk tali persuna waslet fit-territorju tal-Istat Membru mingħajr ma daħlet f’pajjiż terz waqt li tkun ġejja, jew, fejn l-Istat Mitlub ikun wieħed mill-Istati Membri, waslet fit-territorju tal-Ġeorġja, mingħajr ma daħlet f’pajjiż terz waqt li tkun ġejja. Waqfiet ta’ tranżitu bl-ajru ma jitqisux bħala dħul. Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna d-Danimarka Il-Partijiet Kontraenti jinnutaw li dan il-Ftehim ma jgħoddx għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka u lanqas għall-persuni ta’ nazzjonalità tar-Renju tad-Danimarka. F’tali ċirkostanzi huwa xieraq li l-Ġeorġja u d-Danimarka jikkonkludu ftehim ta’ riammissjoni fl-istess termini ta’ dan il-Ftehim. Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Iżlanda u n-Norveġja Il-Partijiet Kontraenti jinnutaw ir-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja u l-Islanda, b’mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehim tat-18 ta’ Mejju 1999 dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen. F’tali ċirkostanzi hu xieraq li l-Ġeorġja tikkonkludi l-ftehim dwar ir-riammissjoni mal-Iżlanda u n-Norveġja fuq l-istess patti ta’ dan il-Ftehim. Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Isvizzera Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera, partikolarment bis-saħħa tal-Ftehim dwar l-assoċjazzjoni tal-Isvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2008. F’tali ċirkostanzi hu xieraq li l-Ġeorġja tikkonkludi ftehim dwar ir-riammissjoni mal-Isvizzera fuq l-istess patti ta’ dan il-Ftehim. [1] ĠU C […], […], p. […]. [2] ĠU C […], […], p. […]. [3] Skont il-formola stabbilita fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-UE tat-30 ta’ Novembru 1994. [4] Ibid. [5] Regolament (KE) Nru. 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal soġġorn qasir (regolament VIS), ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60;