This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010PC0118
Proposal for a COUNCIL DECISION on the conclusion of a voluntary partnership agreement between the European Union and the Republic of the Congo on forest law enforcement, governance and trade in timber and derived products to the European Union (FLEGT)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar ta' ftehim volontarju dwar sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, governanza u kummerċ tal-injam u l-prodotti magħmulin minnu fl-Unjoni Ewropea (FLEGT)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar ta' ftehim volontarju dwar sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, governanza u kummerċ tal-injam u l-prodotti magħmulin minnu fl-Unjoni Ewropea (FLEGT)
/* KUMM/2010/0118 finali */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar ta' ftehim volontarju dwar sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, governanza u kummerċ tal-injam u l-prodotti magħmulin minnu fl-Unjoni Ewropea (FLEGT)
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 30.3.2010 KUMM(2010)118 finali 2010/0062 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar ta' ftehim volontarju dwar sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, governanza u kummerċ tal-injam u l-prodotti magħmulin minnu fl-Unjoni Ewropea (FLEGT) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Infurzar tal-Liġi għall-Foresti, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT)[1], approvat mill-Kunsill fl-2003[2], jipproponi sensiela ta’ miżuri li jinkludu sostenn għall-pajjiżi li jipproduċu l-injam, kollaborazzjoni multilaterali biex jikkumbattu l-kummerċ tal-injam illegali, is-sostenn għall-inizjatttivi tas-settur privat, kif ukoll miżuri li jfixklu l-investiment f’attivitajiet li jinkoraġġixxu l-qtugħ illegali tas-siġar. Il-bażi fundamentali ta' dan il-Pjan ta’ Azzjoni hija l-istabbiliment tal-isħubiji FLEGT bejn l-Unjoni u l-pajjiżi li jipproduċu l-injam, immirati biex iwaqqfu l-qtugħ illegali tas-siġar Fl-2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2173/2005[3], li jistabbilixxi skema ta’ liċensjar u mekkaniżmu li jivverifika l-legaliltà tal-importazzjonijiet tal-injam fl-Unjoni. F’Diċembru 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehimiet ta’ sħubija ma’ pajjiżi li jipproduċu l-injam sabiex jiġi implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Infurzar tal-Liġi għall-Foresti, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT) u, b’mod partikolari biex jiġi inkoraġġit il-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-injam legali vverifikat li ġej minn tali pajjiżi imsieħba[4]. Il-ftehim mal-Kongo huwa t-tieni ftehim ta' dan it-tip li għandu jiġi nnegozjat bejn pajjiż produttur u l-Unjoni, wara ftehim mal-Gana. Il-Kummissjoni bdiet dawn in-negozjati mal-Kongo f’Ġunju tal-2008. In-negozjati saru matul għaxar xhur u involvew erba’ sessjonijiet wiċċ imb wiċċ u erbatax-il laqgħa ta’ ħidma teknika permezz ta’ konferenza bil-vidjo. Tul in-negozjati, l-Kummissjoni ġiet assistita f’din il-ħidma minn diversi Stati Membri. Il-Kummissjoni dejjem żammet lill-Kunsill aġġornat dwar il-progress tan-negozjati permezz ta’ rapporti regolari lill-grupp ta’ ħidma dwar il-Foresti, kif ukoll lill-Kapijiet tal-Missjoni tal-UE u lir-rappreżentanti tal-UE bbażati l-Kongo. Wara kull laqgħa ta’ negozjati, il-partijiet żammew laqgħat pubbliċi ta’ aġġornament biex il-partijiet interessati jinżammu infurmati bil-progress li jkun sar waqt it-taħdidiet. Barra minn hekk, il-Kongo adotta approċċ parteċipatorju billi involva s-soċjetà ċivili u s-settur privat fl-abbozzar tal-ftehim. Il-ftehim jindirrizza l-elementi kollha li hemm fid-direttivi ta’ nnegozjar tal-Kunsill. B’mod partikolari, il-Ftehim jistabbilixxi l-qafas, l-istituzzjonijiet u s-sistemi tal-iskema ta’ liċenzjar tal-FLEGT. Huwa jippreżenta l-kontrolli fuq il-kumpaniji ta’ forniment, il-qafas tal-konformità legali u r-rekwiżiti fil-qasam tal-verifika indipendenti tas-sistema. Dawn il-punti huma stipulati f’annessi mal-ftehim u jipprovdu deskrizzjoni ddettaljata tal-istrutturi li se jirfdu l-iżgurar tal-legalità li tista’ tinkiseb bil-ħruġ ta’ liċenzja FLEGT. Il-Kongo żviluppa l-leġiżlazzjoni applikabbli tiegħu permezz ta’ konsultazzjoni estensiva mal-partijiet interessati. Din id-definizzjoni tinkludi l-liġijiet u r-regolamenti dwar l-għoti ta’ drittijiet biex jinqatgħu is-siġar u r-reġistrazzjoni tal-impriżi, il-ġestjoni tal-foresti, il-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u l-ambjent, it-tassazzjoni, l-obbligi soċjali bħall-involviment tal-komunitajiet lokali, il-popolazzjoni indiġena u s-soċjetà ċivili, obbligi oħra li ġew stipulati fil-leġiżlazzjoni li tikkonċerna t-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni tal-injam, u rekwiżiti dwar l-esportazzjoni. Il-ftehim imur lil hinn mill-kopertura limitata tal-prodott proposta fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005 dwar l-iskema FLEGT u jkopri l-prodotti tal-injam kollha li ġew esportati. Għalhekk, il-Kongo huwa impenjat li jistabbilixxi sistema li se tiżgura lill-Unjoni li l-prodotti kollha ġejjin mill-foresti tal-Kongo huma prodotti legalment u b’hekk tikkontribwixxi b’mod pożittiv u sostenibbli għat-tkattir tal-Kongo. Il-ftehim japprevedi l-kontroll tal-importazzjonijiet fuq il-fruntieri tal-Unjoni, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2173/2005 dwar l-iskema FLEGT u r-Regolament (KE) Nru 1024/2008 li jistipula miżuri ddettaljati għall-implimentazzjoni tiegħu. Il-ftehim jinkludi deskrizzjoni tal-liċenzja FLEGT tal-Kongo, li tuża l-format preskritt fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Il-ftehim jistabbilixxi mekkaniżmu għal djalogu u kooperazzjoni mal-Unjoni fejn tidħol l-iskema FLEGT, li jissejjaħ il-Kumitat Konġunt għall-Impimentazzjoni tal-Ftehim. Hu jistabbilixxi wkoll prinċipji dwar il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, is-salvagwardji soċjali u t-trasparenza, kif ukoll il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim. Il-Ftehim jistabbilixxi limitu ta’ żmien u l-proċeduri għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim u l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ liċenzjar. Peress li l-Kongo se jaġġorna u jfassal mill-ġdid is-sistema regolatorja u tal-ġestjoni tal-informazzjoni tiegħu, jintroduċi kontrolli aktar komprensivi fuq il-kumpaniji ta’ formiment, u jistabbilixxi verifika indipendenti tal-konformità legali, se jkollu bżonn minn sentejn sa tliet snin biex jiżviluppa u jeżamina s-sistemi l-ġodda u biex jibni l-kapaċità fis-settur pubbliku , tass-soċjetà ċivili u dak privat, għall-ħidmiet previsti. L-iskema għall-għoti tal-liċenzji FLEGT hi mistennija li tkun operattiva bis-sħiħ sa nofs l-2011. L-iskema għall-għoti tal-liċenzji se tiġi evalwata fir-rigward tal-kriterji stipulati fil-ftehim qabel ma l-UE se tibda’ taċċetta l-liċenzji FLEGT. 2010/0062 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar ta' ftehim volontarju dwar sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, governanza u kummerċ tal-injam u l-prodotti magħmulin minnu fl-Unjoni Ewropea (FLEGT) IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l- l-ewwel subparagrafi tal-Artikolu 207(3) u (4), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew[5], Billi: (1) F’Mejju 2003, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Infurzar tal-Liġi għall-Foresti, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT)[6] li talbet għall-miżuri biex jiġi indirizzat il-qtugħ illegali tas-siġar permezz ta’ żvilupp ta’ ftehim volontarju dwar sħubija ma’ pajjiżi li jipproduċu l-injam. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar dan il-Pjan ta' Azzjoni ġew adottati f’Ottubru tal-2003[7] u l-Parlament għadda riżoluzzjoni f’Lulju tal-2005[8]. (2) Skont id-deċiżjoni tal-Kunsill 2010/XXX ta' […][9], il-ftehim volontarju dwar sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, governanza u kummerċ tal-injam u l-prodotti magħmulin minnu fl-Unjoni Ewropea (FLEGT) ġie ffirmat mill-Kummissjoni fil-[…], soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data ulterjuri. (3) Dan il-ftehim għandu jkun konkluż, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, governanza u kummerċ tal-injam u l-prodotti magħmulin minnu fl-Unjoni Ewropea (FLEGT) huwa konkluż minn din id-deċiżjoni. It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa f'isem l-Unjoni Ewropea, li tagħmel notifika skont l-Artikolu 28 tal-Ftehim, sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni Ewropea li tintrabat. Artikolu 3 L-Unjoni Ewropea għandha tiġi rrappreżentata minn rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-kumitat konġunt ta’ implimentazzjoni tal-ftehim stabbilit skont l-Artikolu 19 tiegħu. L-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw bħala membri tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-laqgħat tal-kumitat konġunt ta' implimentazzjoni tal-ftehim. Artikolu 4 Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Annessi tal-ftehim fuq il-bażi tal-Artikolu 26 ta' dan il-Ftehim, il-Kummissjoni hija awtorizzata, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005, biex tapprova kwalunkwe emenda f'isem l-Unjoni Ewropea. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi pubblikata f' Il-Ġurnal tal-Unjoni Ewropea . Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] COM(2003) 251. [2] ĠU C 268, 7.11.2003 [3] ĠU L 347, 30.12.2005. [4] Dokument ristrett tal-Kunsill Nru 15102/05. [5] ĠU C […], […], p. […]. [6] COM(2003) 251. [7] ĠU C 268, 7.11.2003. [8] ĠU C157E, 6.07.2006, p482 [9] ĠU L […], […] p […]