This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010DC0384
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL The TSE Road map 2 A Strategy paper on Transmissible Spongiform Encephalopathies for 2010-2015
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL It-Tieni Pjan Direzzjonali dwar it-TSE Karta ta' strateġija dwar l-Enċefalopatiji Sponġiformi Trasmissibbli għall-2010-2015
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL It-Tieni Pjan Direzzjonali dwar it-TSE Karta ta' strateġija dwar l-Enċefalopatiji Sponġiformi Trasmissibbli għall-2010-2015
/* KUMM/2010/0384 finali */
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL It-Tieni Pjan Direzzjonali dwar it-TSE Karta ta' strateġija dwar l-Enċefalopatiji Sponġiformi Trasmissibbli għall-2010-2015 /* KUMM/2010/0384 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 16.7.2010 KUMM(2010)384 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL It-Tieni Pjan Direzzjonali dwar it-TSEKarta ta' strateġija dwar l-Enċefalopatiji Sponġiformi Trasmissibbli għall-2010-2015 SEG(2010)899 KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL It-Tieni Pjan Direzzjonali dwar it-TSEKarta ta' strateġija dwar l-Enċefalopatiji Sponġiformi Trasmissibbli għall-2010-2015 WERREJ 1. Introduzzjoni 4 2. Azzjonijiet previsti għall-perjodu 2010 – 2015 5 2.1 . Reviżjoni oħra tal-lista/l-età massima għall-Materjali b'Riskju Speċifiku (SRM) 5 2.1.1. Leġiżlazzjoni attwali 5 2.1.2. Għażliet politiċi futuri 5 2.2. Reviżjoni oħra tal-projbizzjoni tal-għalf 5 2.2.1. Leġiżlazzjoni attwali 6 2.2.2. Riċerka li għadha għaddejja 7 2.2.3. Tneħħija gradwali possibbli tal-projbizzjoni tal-għalf 7 2.3. Reviżjoni oħra tas-sorveljanza tal-BSE 8 2.3.1. Leġiżlazzjoni attwali 8 2.3.2. Għażliet politiċi futuri 9 2.4. Reviżjoni oħra tal-miżuri biex tinqered l-iscrapie 9 2.4.1. Leġiżlazzjoni attwali 10 2.4.2. Riċerka li saret fil-passat u li għadha għaddejja 10 2.4.3. Għażliet politiċi futuri 10 2.5. Qtil (culling) ta’ koorti tal-ifrat 11 2.5.1. Leġiżlazzjoni attwali 11 2.5.2. Għażliet politiċi futuri 11 2.6. Testijiet rapidi ante-mortem u post-mortem 11 2.6.1. Leġiżlazzjoni attwali 11 2.6.2. Attivitajiet li qed isiru għall-iżvilupp ta' testijiet fil-laboratorji 12 2.6.3. Għażla politika futura 12 3. Xenarji alternattivi f'każ li t-tendenza pożittiva ma timxix bl-istess ritmu fl-istati membri kollha. 13 4. Konklużjoni 14 INTRODUZZJONI L-ewwel Pjan Direzzjonali dwar it-TSE[1] [2] ipprovda idea ħafifa ta' tibdiliet futuri possibbli fil-miżuri tal-UE fir-rigward tat-TSE fuq medda ta' żmien qasira, medja u twila, filwaqt li ta l-ogħla prijorità lis-sikurezza tal-ikel u l-protezzjoni tal-konsumaturi. Il-maġġoranza tal-azzjonijiet previsti għal medda ta' żmien qasira u medja fl-ewwel Pjan Direzzjonali dwar it-TSE intlaħqu u wieħed għadu jista' josserva t-tendenza pożittiva li diġà kien hemm waqt l-epidemija tal-Enċefalopatija Sponġiforma tal-Ifrat (BSE) fl-2005. Fl-istess waqt, jidher li l-impatt tal-BSE fuq is-saħħa tal-bniedem huwa iktar limitat milli kien maħsub inizjalment. Din il-Komunikazzjoni hija kkumplimentata minn Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (CSWD), fejn l-Annessi msemmija fil-Komunikazzjoni jistgħu jinstabu u li inter alia jinkludi ħarsa ġenerali lejn il-kisbiet tal-ewwel pjan direzzjonali dwar it-TSE tul il-perjodu 2005-2009. L-għan għas-snin li ġejjin huwa li titkompla r-reviżjoni tal-miżuri filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' sikurezza fl-ikel. L-emendi għar-regoli dwar it-TSE isiru u se jkomplu jsiru skont approċċ pass pass sostnut minn bażi xjentifika soda. F'dan ir-rigward, il-parir xjentifiku mogħti mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Ikel (EFSA) għandu jkompli jilgħab rwol kruċjali fil-kunsiderazzjoni ta' għażliet ta' politiki futuri. Huwa wkoll ta' importanza kbira li titkompla r-riċerka f'dawk l-oqsma fejn hemm nuqqas ta' informazzjoni jew fejn jeżistu lakuni li ma jippermettux li jittieħdu deċiżjonijiet determinati. L-għan ta' din il-Komunikazzjoni huwa li tagħti ħarsa lejn emendi futuri possibbli li jippermettu reviżjoni tal-miżuri tikkonformahom mas-sitwazzjoni fejn l-UE tkun finalment fl-aħħar stadju fl-eradikazzjoni tal-BSE fost il-popolazzjoni tagħha tal-qobla. Madankollu, għandha tiġi żgurata viġilanza biex jibqa' jsir monitoraġġ tas-sitwazzjoni f'każ li potenzjalment terġa' titfaċċa mill-ġdid l-BSE jew li jitfaċċa aġent ġdid tat-TSE fil-popolazzjoni tal-qobla. Din ir-reviżjoni primarjament għandha tkun immexxija minn pariri xjentifiċi u kwistjonijiet tekniċi relatati mal-kontroll u l-infurzar tal-miżuri l-ġodda. AZZJONIJIET PREVISTI GħALL-PERJODU 2010 – 2015 Reviżjoni oħra tal-lista/l-età massima għall-Materjali b'Riskju Speċifiku (SRM) Għan strateġiku: Li jiġi żgurat u miżmum il-livell attwali ta’ protezzjoni tal-konsumatur billi tkompli tingħata l-assigurazzjoni li l-materjali b'riskju speċifiku (SRM) jitneħħew b'mod sikur, filwaqt li xorta tiġi mmodifikata l-lista/l-età abbażi ta’ opinjonijiet xjentifiċi ġodda li qed jevolvu. Leġiżlazzjoni attwali Materjali b'Riskju Speċifiku (SRM) huma l-organi kkunsidrati li jġorru l-infettività tal-BSE f'annimal affettwat mill-BSE. Fl-UE, it-tneħħija tal-SRM ktajjen alimentari u tal-għalf ilha obbligatorja mis-sena 2000. It-tneħħija tal-SRM hija l-iktar miżura importanti għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika. Il-lista ta' SRM hija stabbilita fuq bażi ta' għarfien xjentifiku u livell għoli ta' prekawzjoni. Fost ir-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-SRM hemm projbizzjoni tal-użu ta’ ċerti prodotti għall-produzzjoni ta’ prodotti derivati maħsuba għall-użu fl-ikel jew fl-għalf bħax-xaħam tal-annimali, il-ġelatina l-kollaġen, u l-fosfat tad-dikalċju. Għażliet politiċi futuri Kwalunkwe emenda tal-lista attwali ta’ SRM għandha tkun ibbażata fuq għarfien xjentifiku li attwalment qed jevolvi filwaqt li jibqa' jinżamm il-livell għoli attwali ta’ protezzjoni tal-konsumatur fi ħdan l-Unjoni Ewopea. Madankollu, il-lista ta' SRM li għandha titneħħa mill-ktajjen alimentari u tal-għalf għandha tikkunsidra wkoll is-sitwazzjoni epidemjoloġika skont id-dejta miġbura mis-sorveljanza tal-BSE. Attwalment l-EFSA qed twettaq evalwazzjoni mill-ġdid tar-rilevanza tal-lista ta' SRM fir-rigward ta' annimali żgħar li jixtarru u l-opinjoni finali għandha tkun disponibbli sal-aħħar tal-2010. Peress li, madankollu, huwa impossibbli li tiġi kkunsidrata l-eliminazzjoni għalkollox tar-riskju bħala għan realistiku għal kwalunkwe deċiżjoni dwar l-immaniġġjar tar-riskju, il-pariri xjentifiċi għandhom jimmiraw għal approċċ kwantitattiv jew semikwantitattiv b'kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni epidemjoloġika favorevoli fir-rigward tal-BSE fl-Unjoni Ewropea. Għandu jitfittex li jsir l-allinjament tal-lista ta' SRM tal-UE mal-istandards internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) (partikolarment għall-intestini tal-ifrat) jekk ikun appoġġjat minn pariri xjentifiċi sodi bbażati fuq evalwazzjonijiet tar-riskji. L-obbligu attwali għall-Istati Membri li jibbenefikaw minn stejtus ta' riskju negleġibbli skont il-Kodiċi tal-OIE[3] li jneħħu l-SRM mill-katina alimentari u tal-għalf jista' jiġi rivedut jekk numru li jiżdied ta' Stati Membri jilħaq l-istejtus negleġibbli li għalih ma ġiet stabbilita l-ebda lista ta' SRM. Reviżjoni oħra tal-projbizzjoni tal-għalf Għan strateġiku: Li jiġu riveduti ċerti miżuri tal-projbizzjoni attwali totali fuq l-għalf meta jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet Leġiżlazzjoni attwali F'Lulju tal-1994 ġiet introdotta projbizzjoni fuq l-għoti ta' laħam tal-mammiferi u għadam mitħun (MBM) lill-qobla, in-nagħaġ u l-mogħoż. Sabiex jiġi kkontrollat ir-riskju ta' preżenza ta' materjal projbit fl-għalf tal-annimali li jixtarru permezz ta' kontaminazzjoni trasversali, din it-tneħħija parzjali ġiet estiża għal sospensjoni totali mifruxa mal-UE tal-użu ta' proteini li ġejjin mill-annimali proċessati (PAP) fl-għalf għal kull annimal mrobbi għall-produzzjoni tal-ikel fl-1 ta' Jannar 2001, b'xi eċċezzjonijiet bħall-użu tal-għalf mill-ħut mitħun għall-annimali li ma jixtarrux. Kwalunkwe preżenza ta' kostitwenti projbiti li joriġinaw mill-annimali fl-għalf tikser il-projbizzjoni tal-għalf peress li l-leġiżlazzjoni ma tipprevedi l-ebda tolleranza. It-tabella t'hawn taħt turi d-dispożizzjonijiet attwali tal-projbizzjoni tal-għalf: Annimali li jitrabbew fl-irziezet u li ma għandhomx fer | Pets u annimali bil-fer | Annimali li Jixtarru | Annimali li ma Jixtarrux (barra l-ħut) | Ħut | Proteini mill-annimali pproċessati barra l-għalf mid-demm imnixxef u l-ħut mitħun | MA | MA | MA | A | Għalf mid-demm imnixxef minn annimali li jixtarru | MA | MA | MA | A | Prodotti tad-demm minn annimali li jixtarru | MA | MA | MA | A | Ġelatina minn annimali li jixtarru | MA | MA | MA | A | Proteini idrolizzati barra minn dawk derivati minn annimali li ma jixtarrux jew mill-ġlud tal-annimali li jixtarru | MA | MA | MA | A | Għalf mid-demm imnixxef minn annimali li jixtarru | MA | MA | A | A | Għalf mill-ħut mitħun | MA[4] | A | A | A | Prodotti tad-demm minn annimali li ma jixtarrux | MA | A | A | A | Fosfat tad-dikalċju u t-trikalċju li joriġina mill-annimali | MA | A | A | A | Proteini idrolizzati minn annimali li ma jixtarrux jew mill-ġlud ta' annimali li jixtarru | A | A | A | A | Ġelatina mill-annimali li ma jixtarrux | A | A | A | A | Bajd, prodotti mill-bajd, ħalib, prodotti mill-ħalib, kolostru | A | A | A | A | Proteini mill-annimali barra minn dawk li ssemmew hawn fuq | MA | A | A | A | A = awtorizzati MA = mhux awtorizzati Riċerka li għadha għaddejja Bħala parti mill-programm ta' ħidma annwali tiegħu, il-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità għall-proteini mill-annimali (CRL-AP) fl-għalf investiga kemm hu effettiv il-metodu mikroskopiku fir-rigward tad-determinazzjoni kwantitattiva tal-kostitwenti mill-annimali fl-għalf (biex jiġi stmat l-ammont totali ta' proteini mill-annimali fl-għalf li huwa meħtieġ għall-introduzzjoni ta' kwalunkwe livell ta' tolleranza fl-għalf). Ir-riżultati preliminari ta' din il-valutazzjoni wrew li l-metodu attwali mhux affidabbli għal skopijiet ta' kwantifikazzjoni. Barra minn hekk, is-CRL-AP qed jinvestiga l-prestazzjoni ta' metodi dijanjostiċi differenti ġodda li jistgħu jidentifikaw l-ispeċi (annimal li jixtarr, qażquż jew tajra tal-irziezet) tat-traċċi ta' MBM li jinstabu fl-għalf. Tabilħaqq, it-trattament obbligatorju tal-proteini mill-mammiferi fit-temperatura ta' 133°C, 3 Bars għal 20 minuta jirriżulta fi frak żgħir ħafna ta' proteini tal-annimali li huwa diffiċli li jiġi misjub bil-metodi ta’ analiżi attwali. Ir-riżultati ta' dan l-istudju għandhom ikunu disponibbli fit-tieni nofs tal-2010. Tneħħija gradwali possibbli tal-projbizzjoni tal-għalf Il-punt tat-tluq fir-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet attwali dwar il-projbizzjoni tal-għalf għandu jkun ibbażat fuq ir-riskju iżda fl-istess waqt għandu jqis l-għodod ta' kontroll implimentati għall-valutazzjoni (jiġifieri d-disponibbiltà ta' test affidabbli biex jiġu identifikati l-ispeċi tat-traċċi tal-MBM). - Livell ta' tolleranza għall-PAP fl-għalf għall-annimali mrobbija fl-irziezet Biex jiġi applikat approċċ ibbażat fuq ir-riskju f'każ li jinstab PAP projbit, jista' jiġi stabbilit ċertu livell ta' tolleranza. F'Diċembru tal-2009, il-Kummissjoni talbet lill-EFSA biex tipprovdi evalwazzjoni tar-riskju kwantitattiva u aġġornata dwar ir-riskju marbut ma' ammonti żgħar ta' proteini mill-annimali pproċessati fl-għalf. L-opinjoni tal-EFSA hija mistennija sal-aħħar tal-2010. Skont il-konklużjonijiet tal-EFSA, introduzzjoni ta' livell ta' tolleranza fir-rigward ta' preżenza żgħira ħafna ta' PAP fl-għalf tista' tiġi proposta mingħajr ma tipperikola l-miżuri ta' eradikazzjoni attwali. - It-tneħħija ta' dispożizzjonijiet tal-projbizzjoni tal-għalf għall-bhejjem li ma jixtarrux (qżieqeż, tjur tal-irziezet, ħut) Attwalment, il-PAP projbiti għal skopijiet ta' għalf jintużaw prinċiparjament biex jipproduċu l-fertilizzanti, il-kompost jew il-karburant għax-xogħlijiet fis-siment. Madankollu, il-PAP jistgħu jkunu sors ta' proteini għal annimali li ma jixtarrux u li jitrabbew fl-irziezet u li jeħtieġ li jingħataw proteini ta' kwalita għolja. Meta wieħed jikkunsidra li r-riskju ta' trasmissjoni tal-BSE mill-annimali li ma jixtarrux għal dawk li jixtarru huwa tassew improbabbli, tneħħija tal-projbizzjoni fuq l-użu tal-PAP minn annimali li ma jixtarrux fl-għalf għall-annimali li ma jixtarrux tista' tiġi kkunsidrata, iżda mingħajr ma titneħħa l-projbizzjoni eżistenti fuq ir-reċiklaġġ bejn l-ispeċi (pereżempju, MBM li ġej mit-tjur tal-irziezet jista' jingħata biss lill-qżieqeż u l-MBM li ġej mill-qżieqeż lit-tjur tal-irziezet). Barra minn hekk l-introduzzjoni mill-ġdid tal-PAP fl-għalf tal-annimali li ma jixtarrux tista' tippermetti lill-UE tnaqqas id-dipendenza fuq sorsi oħra ta' proteini. Tali miżura, madankollu, kienet tkun aċċettabbli biss jekk tekniki analitiċi validati għad-determinazzjoni tal-oriġini tal-ispeċi tal-PAP ikunu disponibbli. Barra minn hekk, meta tikkunsidra l-limitazzjoni inerenti fi kwalunkwe metodu ta' kontroll, it-tqassim korrett tal-PAP minn speċi differenti se jkun parti importanti minn kwalunkwe reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tal-projbizzjoni attwali fuq l-għalf.. Il-valorizzazzjoni tal-PAP għal skopijiet ta' għalf se jkollha titqabbel mal-investimenti meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tat-tqassim. Reviżjoni oħra tas-sorveljanza tal-BSE Għan strateġiku: Li tkompli tiġi adattata s-sistema ta' monitoraġġ tal-BSE fl-ifrat b'immirar aħjar tal-attività ta' sorveljanza filwaqt li tinżamm il-kapaċità li tiġi mmonitorjata l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u li tiġi evalwata l-effettività tal-miżuri protettivi fis-seħħ. Leġiżlazzjoni attwali L-għan tas-sorveljanza huwa li tiġi mmonitorjata u evalwata l-effettività tal-miżuri ta' kontroll meħuda bħal pereżempju l-projbizzjoni tal-għalf u t-tneħħija tal-SRM permezz ta' segwitu tal-evoluzzjoni tal-prevalenza tal-BSE tul is-snin. Skont il-laġiżlazzjoni dwar it-TSE, kull Stat Membru għandu jwettaq programm ta' monitoraġġ kull sena għall-BSE inkluża proċedura ta' skrining bl-użi ta' testijiet rapidi approvati għal dak il-għan. Dan il-programm għandu jkopri bħala minimu l-ifrat kollha li għandom iktar minn 30 xahar u li normalment jinqatlu għall-konsum mill-bniedem (annimali b'saħħithom li jinqatlu) u l-ifrat kollha li għandom iktar minn 24 xahar li mietu/inqatlu jew li ntbagħtu għall-qatla b'emerġenza (annimali ta' riskju). Madankollu Stat Membru li jista' juri, skont kriterji epidemjoloġiċi, titjib fis-sitwazzjoni tal-BSE fit-territorju tiegħu jista' jibgħat applikazzjoni lill-Kummissjoni bil-għan li jiġi awtorizzat biex jirrevedi l-programm ta' monitoraġġ tiegħu. Mill-2009, 17-il Stat Membru[5] ġew awtorizzati biex jirrevedu l-programmi ta' monitoraġġ tagħhom u biex jgħollu l-età massima għall-ittestjar għal 48 xahar grazzi għas-sitwazzjoni epidemjoloġika favorevoli tagħhom u wara opinjonijiet pożittivi maħruġa mill-EFSA. Din iż-zieda fl-età massima tal-ittestjar wasslet għal tnaqqis ta' madwar 30 % min-numru ta' testijiet li jsiru annwalment fl-UE fl-2009 meta mqabbla mal-2008 (Tabella 1 fl-Anness III tas-CSWD) filwaqt li nżammet l-istess kapaċità biex jingħata għarfien affidabbli tal-prevalenza u l-evoluzzjoni tal-BSE fl-Istati Membri. L-istess tnaqqis jista' jiġi osservat għall-kost assoċjat mas-sejbien ta' każ wieħed ta' BSE fil-biċċerija (dan naqas minn € 14,15 Miljun fl-2008 għal € 10,1 Miljun fl-2009, ara t-Tabella 3 fl-Anness III tas-CSWD). Għażliet politiċi futuri Skont ir-riżultati tal-programmi ta' monitoraġġ li għaddejjin bħalissa, reviżjoni oħra tal-programmi ta' monitoraġġ tal-BSE jistgħu jkunu previsti għall-Istati Membri li jimxu f'konformita mal-kriterji epidemjoloġiċi. Tali miżuri jistgħu jinkludu: - it-tkomplija taż-żieda gradwali fl-età massima għall-ittestjar tal-annimali b'saħħithom kollha li jinqatlu u annimali ta' riskju; - l-ittestjar ta' għadd li jitqies bħala kampjun statistiku ta' frat li jkunu qabżu ċerta età f'kull sottopopolazzjoni (annimali b'saħħithom li jinqatlu u annimali ta' riskju); - l-ittestjar tal-ifrat f'kull sottopopolazzjoni skont id-data tat-twelid tagħhom u l-implimentazzjoni effettiva tal-projbizzjoni tal-għalf. Kull għażla futura għandha tippermetti s-sejbien kontinwu ta' żieda fl-epidemija tal-BSE jew meta jitfaċċaw tipi ġodda tat-TSE. B'mod partikolari, peress li każijiet ta' BSE atipiċi tul l-aħħar snin instabu f'annimali li jkollhom iktar minn tmien snin fl-UE, kwalunkwe reviżjoni tas-sorveljanza tal-BSE m'għandhiex ixxekkel is-sejbien ta' dawn il-każijiet. Barra minn hekk, minħabba s-suq uniku u l-moviment ħieles tal-ifrat bejn l-Istati Membri, l-aspetti prattiċi fir-rigward ta' kontroll m'għandhomx jintesew u kwalunkwe sistema ġdida li tiġi implimentata għandha tkun waħda li tiġi mmaniġġjata faċilment. Finalment, f'nofs it-terminu, ir-reviżjoni tas-sorveljanza tal-BSE m'għandhiex twaqqaf lill-Istati Membri milli jżommu l-istejtus tagħhom skont l-OIE fir-rigward tar-riskju tal-BSE. Reviżjoni oħra tal-miżuri biex tinqered l-iscrapie Għan strateġiku: L-adattament tal-miżuri ta' eradikazzjoni attwali f'merħliet ta' nagħaġ u mogħoż infettati bit-TSE, biex jinġiebu f'konformità mal-għarfien xjentifiku l-iktar reċenti u biex jiġu żviluppati għodod sostenibbli biex jikkontrollaw it-TSE f'merħliet ta' annimali żgħar li jixtarru fl-UE. Leġiżlazzjoni attwali Id-dispożizzjonijiet attwali għall-eradikazzjoni tat-TSE f'merħliet tan-nagħaġ huma bbażati fuq kumbinazzjoni ta' għodod differenti (qtil (culling) toatli jew selettiv ta' annimali suxxettibbli f'merħliet infettati, programmi tat-trobbija għall-għażla għal reżistenza għat-TSE f'merħliet ta' mertu ġenetiku għoli, l-istokkjar mill-ġdid b'annimali reżistenti u sorveljanza msaħħa f'merħliet infettati). Għall-merħliet tal-mogħoż, il-qtil (culling) totali huwa l-unika għażla applikabbli jekk jinstabu każijiet tal-iscrapie klassika. Madankollu, hemm miżuri speċjali fis-seħħ għal każijiet ta' scrapie atipika biex titqies il-firxa limitata tagħhom ta' infezzjoni f'merħla: l-annimali huma eżentati mill-qtil (culling) iżda għandhom jiġu sottomessi għal sorveljanza tat-TSE intensifikata tul sentejn ta' trobbija mingħajr il-possibbiltà li jitneħħew mill-merħla tagħhom. Riċerka li saret fil-passat u li għadha għaddejja Fil-mogħoż, b'mod differenti min-nagħaġ, m'hemmx reżistenza ġenetika jew suxxettibbiltà għat-TSE li hija identifikata b'mod ċar. Fl-2008, ir-riżultati finali ta' studju bi prova ffinanzjat mill-UE, li sar f'Ċipru u li kien immirat lejn l-identifikazzjoni tal-effett ta' ċerti ġeni fuq ir-reżistenza/is-suxxettibbiltà għall-iscrapie fil-mogħoż jidher li indikaw li xi ġeni jistgħu jiġu assoċjati mar-reżistenza/suxxettibbiltà għall-iscrapie klassika fil-mogħoż f'Ċipru. Fid-dawl tal-importanza għal politika ta' eradikazzjoni tal-UE fil-popolazzjoni tal-mogħoż, ġew allokati fondi tal-UE għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' protokoll għal studji addizzjonali biex jissupplixxu s-sejbiet inizjali tal-istudju bi prova Ċiprijott. Dan il-protokoll, li ġie ffinalizzat f'Settembru tal-2009, jimmira li jiġbor dejta biex jinkiseb iktar għarfien dwar ir-reżistenza ġenetika għall-iscrapie fil-mogħoż. L-ewwel riżultati għandhom ikunu disponibbli fl-2011. Barra minn hekk, evalwazzjoni xjentifika li saret mill-EFSA flimkien maċ-Ċentru Ewropew gaħll-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) ta' kull assoċjazzjoni possibbli bejn it-TSE fl-annimali u l-bniedem għadha għaddejja u r-riżultati ta' dan ix-xogħol jistgħu jkunu ta' interess kbir fir-rigward tal-potenzjal żoonotiku tat-TSE f'annimali żgħar li jixtarru. Għażliet politiċi futuri Il-kumplessità kbira tat-TSE f'annimali żgħar li jixtarru (prinċipalment minħabba l-eżistenza ta' tipi differenti ta' prions), l-inċertezzi kurrenti fir-rigward tal-potenzjal żoonotiku tagħhom u d-diversità kbira ta' fatturi li jinfluwenzaw it-trasmissjoni u ż-żamma tal-iscrapie fi ħdan u bejn il-merħliet, jagħmlu neċessarju t-tkomplija ta' riflessjoni fuq l-azzjonijiet legiżlattivi futuri li għandhom jittieħdu biex tiġi kkontrollata t-TSE f'merħliet ta' annimali żgħar li jixtarru fl-UE. Jistgħu jiġu kkunsidrati dawn l-azzjonijiet li ġejjin: - l-istabbiliment ta' kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni ta' merħliet ta' annimali żgħar li jixtarru fir-rigward tat-TSE ibbażati fuq testijiet rapidi u fuq linji gwida tal-OIE biex tiġi evitata l-firxa bi żvista tal-iscrapie permezz ta' annimali prekliniċi infettati; - l-adattament addizzjonali ta' miżuri għall-iscrapie atipika jekk dejta xjentifika tikkonferma li dan it-tip ta' scrapie ma jitteħidx; - l-isfruttament tar-reżistenza ġenetika fil-mogħoż jekk riċerka ulterjuri tindika r-reżistenza ġenetika ta' ċerti ġenotipi fil-popolazzjoni tal-mogħoż; - ikompli jiġi nkoraġġut il-kontroll ġenetiku tal-iscrapie fin-nagħaġ permezz ta' programmi tat-trobbija (filwaqt li jiġi evitat it-tgħammir konġenitali jew l-ispostament ġenetiku) peress li jidher li dawn il-programmi huma effettivi fil-kontroll tal-marda. F'kull każ, ir-riżultati ta' riċerka futura u pariri xjentifiċi li jikkonċernaw it-TSE f'annimali żgħar li jixtarru se jkunu l-elementi prinċipali li jinfluwenzaw l-għażliet politiċi futuri. Qtil (culling) ta’ koorti tal-ifrat Għan strateġiku: Ir-reviżjoni tal-politika dwar il-qtil (culling) f'merħliet infettati bil-BSE. Leġiżlazzjoni attwali Fil-każ li jiġi kkonfermat każ ta' BSE f'azjenda, ir-regoli attwali jipprevedu l-qtil u l-qerda għalkollox tal-ifrat li jkunu parti mill-"koorta" tal-każ tal-BSE (jiġifieri frat li jitwieldu fl-istess merħla li fiha jkun ġie rrappurtat il-każ fi żmien 12-il xahar qabel jew wara d-data tat-twelid tal-każ u li jista' jkun li kkunsmaw l-istess għalf bħall-każ). B'deroga, huwa possibbli li l-Istati Membri jitħallew jipposponu l-qtil u l-qerda għalkollox tal-annimali tal-koorti għal tmiem il-ħajja produttiva tagħhom. S'issa l-Ġermanja biss applikat għal din id-deroga u ngħatat l-awtorizzazzjoni biex tużaha fl-2007. Barra minn hekk, fejn il-każ ta' BSE ikun femminili, il-wild tiegħu li jitwieled fi żmien sentejn qabel, jew wara, il-bidu kliniku tal-marda għandu jinqered. Għażliet politiċi futuri Peress li n-numru ta' annimali infettati misjuba fost l-annimali tal-koorta fl-UE issa huwa baxx ħafna (2 fl-2008, 0 fl-2009), alternattiva proposta tista' tkun li jitwaqqaf il-qtil (culling) sistematiku tal-koorti u li jiġi awtorizzat il-qtil ta' dawn l-annimali għall-konsum mill-bniedem sakemm l-annimali jiġu ttestjati u ma jinstabux infettati qabel jidħlu fil-katina alimentari. Testijiet rapidi ante-mortem u post-mortem Għan strateġiku: Li jkompli jiġi promoss l-iżvilupp tal-aqwa testijiet rapidi disponibbli għas-sejbien tat-TSE. Leġiżlazzjoni attwali It-testijiet rapidi li huma elenkati fil-leġizlazzjoni dwar it-TSE biss jistgħu jintużaw għall-monitoraġġ tat-TSE fl-UE. Qabel ikunu jista' jiġi elenkat, kwalunkwe test rapidu għandu jiġi vvalutat bir-reqqa fir-rigward tal-prestazzjoni analitika tiegħu u għandu jingħata rakkomandazzjoni pożittiva lill-Kummissjoni mill-EFSA. Attivitajiet li qed isiru għall-iżvilupp ta' testijiet fil-laboratorji Il-Kummissjoni Ewropea lestiet l-ewwel valutazzjoni tat-testijiet dijanjostiċi rapidi għall-BSE fost il-qobla fl-1999. Sussegwentement twettqu valutazzjonijiet addizzjonali ta' testijiet dijanjostiċi rapidi għat-TSE fl-annimali li jixtarru. Fl-2007, il-Kummissjoni, konxja li xogħol ta' żvilupp fuq testijiet oħra kien kompla, iddeċidiet li tniedi sejħa miftuħa ġdida għal partijiet interessati li jkopru t-testijiet ante u post-mortem għas-sejbien tat-TSE f'annimali kbar li jixtarru (qobla) u dawk żgħar (nagħaġ u mogħoż). Din is-sejħa tnediet għal perjodu ta' ħames snin u l-għanijiet tagħha huma li jiġu identifikati testijiet ġodda u li jintgħażlu dawk li huma adattati biex jiġu inklużi fi programm ta' valutazzjoni skont prtokolli xjentifiċi tal-EFSA. Is-sejħa tippermetti lill-manifatturi tat-testijiet li diġà jkollhom testijiet fi stadju avvanzat biex japplikaw sabiex it-test tagħhom jiġi vvalutat għal kemm hu adattat biex jintuża fi programmi ta' sorveljanza tat-TSE fl-UE. Għażla politika futura L-għażla li jiġu ttestjati annimali ħajjin jekk testijiet ant-mortem validati jsiru disponibbli tista' tkun prevista. L-utilità ta' din l-għażla għall-kontroll tal-BSE fl-ifrat illum il-ġurnata hija limitata. Din l-għażla, madankollu, tista' tkun ta' għajnuna kbira għaċ-ċertifikazzjoni tal-merħliet f'merħliet ta' annimali żgħar li jixtarru. XENARJI ALTERNATTIVI F'KAż LI T-TENDENZA POżITTIVA MA TIMXIX BL-ISTESS RITMU FL-ISTATI MEMBRI KOLLHA. Il-livell ta' protezzjoni tal-konsumaturi għandu jkun l-istess madwar l-UE. Iżda din is-sitwazzjoni epidemjoloġika bejn l-Istati Membri differenti tiġġustifika s-sitwazzjoni li, fejn ċerti Stati Membri jkunu eleġibbli għal iktar emendi, oħrajn ma jkunux. L-implimentazzjoni u l-prattiki prattiċi għaldaqstant se jisfurzaw l-adozzjoni ta' ċerti emendi limitati għal ċerti Stati Membri. L-emenda tas-sistema ta' sorveljanza tal-BSE kienet eżempju, fejn 17-il Stat Membru biss tħallew jemendaw il-programm ta' monitoraġġ tal-BSE. Anke jekk l-indikaturi konnessi mal-prevalenza tal-BSE fl-ifrat jissuġġerixxu li żieda futura ta' każijiet ta' BSE hija improbabbli, għandhom jiġu previsti xenarji alternattivi jekk it-tnaqqis fil-każijiet ta' BSE mhux jkunx ikkonfermat fl-Istati Membri kollha. F'dak il-każ, miżuri iktar stretti rigward it-tneħħija tal-SRM jistgħu jiġu previsti għal dawk l-Istati Membri bi tnaqqis iktar baxx fil-każijiet ta' BSE. Bħala miżura finali, embargo temporanju jista' jkun previst li jippermetti li s-sitwazzjoni fl-Istat Membru individwali tiġi indirizzata mingħajr ma jiġu ppenalizzati l-Istati Membri l-oħra fejn it-tendenza negattiva ma tkunx konfermata. KONKLUżJONI Ir-reviżjoni tal-miżuri relatati mat-TSE għandha tkun ibbażata fuq evalwazzjoni xierqa tar-riskji possibbli għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u għandha, b'kunsiderazzjoni għall-evidenza u l-innovazzjoni xjentifiċi, iżżomm jew, jekk ikun iġġustifikat xjentifikament, izzid il-livell ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali. Minkejja dan, huwa impossibbli li titqies l-eliminazzjoni sħiħa ta’ riskju bħala għan realistiku għal kwalunkwe deċiżjoni dwar l-immaniġġjar tar-riskju fi kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sikurezza tal-ikel, fejn il-kost u l-benefiċċji ta' miżuri għat-tnaqqis tar-riskji jridu jintiżnu bir-reqqa sabiex jiżguraw il-proporzjonalità tal-miżura. Huwa r-rwol u r-responsabbiltà tal-amministratur tar-riskju li jiddeċiedi dwar il-livell aċċettabbli ta’ riskju, filwaqt li jqis l-elementi kollha preżenti fl-evalwazzjoni xjentifika tar-riskju. Peress li kwalunkwe emenda se jkollha tiġi sostnuta minn evidenza xjentifika solida. huwa wkoll ta' importanza kbira li titkompla r-riċerka f'dawk l-oqsma fejn hemm nuqqas ta' informazzjoni jew fejn jeżistu lakuni li ma jippermettux li jittieħdu deċiżjonijiet determinati. Barra minn hekk, l-esperjenza tul iż-żewġ deċennji li għaddew uriet li l-BSE ntużat b'mod abbużiv għal gwadanji protezzjonisti, partikolarment minn pajjiżi terzi. Qafas internazzjonali sod u kredibbli huwa għalhekk ta' importanza ewlenija biex jiġi żgurat li l-kummerċ ikun jista' jsir taħt kundizzjonijiet sikuri u ġusti. L-UE għandha tkun minn ta' quddiem fost il-korpi li jistabbilixxu standards internazzjonali fil-promozzjoni ta' standards u politiki Ewropej, u għandha tikkonforma l-leġiżlazzjoni tagħha mal-istandards internazzjonali kemm jista' jkun possibbli. Fl-istabbiliment tal-istrateġiji futuri tagħna huwa importanti wkoll li ma jiġix injorat theddid ieħor gaħs-saħħa tal-annimali u tal-pubbliku li tfaċċa reċentement, bħas- Salmonella u r-reżistenza antimikrobjali. Il-miżien tal-evidenza dejjem iktar qed ixaqleb lejn il-ħtieġa li jiġu prijoritizzati aħjar azzjonijiet fir-rigward tal-mard li jista' jkollu impatt ikbar mit-TSE fuq is-saħħa pubblika u biex konsegwentement jiġu stabbiliti fondi tal-UE. Minħabba t-tendenzi inkoraġġanti relattivi għall-BSE, jixraq li ssir reviżjoni bir-reqqa tal-opportunitajiet biex isir enfasi fuq dawn it-theddidiet l-oħra. [1] EST =Enċefalopatija Sponġiforma Trasmissibbli (ara d-definizzjoni fl-Anness I mas-CSWD). [2] COM(2005) 322 FINALI tal-15 ta’ Lulju 2005. [3] http://www.oie.int/eng/normes/mcode/en_chapitre_1.11.6.htm [4] Sostituti tal-ħalib li jkollhom il-ħut mitħun u li jkunu maħsuba biss għal annimali li jixtarru mhux miftuma huma awtorizzati. [5] Il-Belġju, Ċipru, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Ġreċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, l-Awstrija, is-Slovenja, il-Finlandja, l-Isvezja, ir-Renju Unit.