This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010DC0287
Communication from the Commission to the Council and the European Parliament - Establishment of an EU delegation to the UN in Geneva
Komunikazzjoni mill-Kummissjonilill-Kunsillu lill-Parlament ewropewl-istabbiliment ta' delegazzjoni tal-ue għan-nu f'ġinevra
Komunikazzjoni mill-Kummissjonilill-Kunsillu lill-Parlament ewropewl-istabbiliment ta' delegazzjoni tal-ue għan-nu f'ġinevra
/* KUMM/2010/0287 finali */
[pic] | Il-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 26.5.2010 KUMM(2010) 287 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW L-ISTABBILIMENT TA' DELEGAZZJONI TAL-UE GĦAN-NU F'ĠINEVRA KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW L-ISTABBILIMENT TA' DELEGAZZJONI TAL-UE GĦAN-NU F'ĠINEVRA 1. INTRODUZZJONI Sa mill-1 ta' Diċembru 2009, il-jum tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, id-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni saru d-Delegazzjonijiet tal-UE. Huma ser ikunu parti mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Viċi President tal-Kummissjoni (HR/VP), Catherine Ashton. F'Ottubru 2009 il-Kunsill Ewropew adotta Rapport mill-Presidenza dwar is-SEAE (Dok 14930/09) li speċifika fost affarijiet oħra l-ħtieġa biex minnufih jiġu adattati dawk id-Delegazzjonijiet tal-UE fejn il-ħtiġijiet, f'termini ta' koordinazzjoni u effiċjenza tal-azzjoni esterna, huma ta' importanza vitali għal raġunijiet politiċi kif ukoll ta' operat. Dan japplika b'mod partikolari għall-ħames Delegazzjonijiet tal-UE għall-Organizzazzjonijiet Internazzjonali, fejn il-Delegazzjoni f'Ġinevra tkun waħda minnhom. Il-kwistjoni tad-Delegazzjonijiet tal-UE hi indirizzata wkoll fil-proposta tal-HR tal-25 ta' Marzu 2010 għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u t-tħaddim tas-SEAE (Dok 8029/10). Fis-26 ta' April il-Kunsill (Għall-Affarijiet Ġenerali) laħaq orjentament politiku dwar l-elementi essenzjali tad-Deċiżjoni futura. In-negozjati ser ikomplu, billi jinkludu fil-kuntest tal-proposti tal-Kummissjoni dwar ir-Regolament tal-Persunal u tar-Regolament Finanzjarju. F'dan il-kuntest, għandu jiġi nnotat li fil-fehma tal-istabbiliment tas-SEAE – fejn il-persunal tiegħu ser ikollu nies mill-Kummissjoni, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u s-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri – il-Kummissjoni bdiet il-proċedura ta' selezzjoni tal-2010, fost kandidati mit-tliet sorsi kollha ta' persunal, sabiex taħtar Kapijiet tad-Delegazzjonijiet. Ladarba l-Kunsill ikun ħa deċiżjoni dwar s-SEAE, hu maħsub ukoll li l-Uffiċċju ta' Kollegament tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill f'Ġinevra se jingħaqad mad-Delegazzjon tal-UE. F'dan l-isfond din il-Komunikazzjoni tindirizza l-kwistjoni tal-qsim tad-Delegazzjoni tal-UE f'Ġinevra sabiex tippermetti lill-UE biex tadotta r-responsabbiltajiet il-ġodda fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti (NU). Il-qsim innifsu ser isir bl-użu ta' riżorsi eżistenti taħt il-kundizzjonijiet ta' bħalissa, mingħajr ħsara għal rinforz addizzjonali, wara l-istabbiliment tas-SEAE, biex id-Delegazzjoni għan-NU tkun tista' tassumi r-responsabbiltajiet miżjuda tagħha. 2. RAĠUNIJIET BIEX TINĦOLOQ IT-TIENI DELEGAZZJONI TAL-UE F'ĠINEVRA 1. Firxa wiesgħa ta' ħidmiet Il-mandat ta' bħalissa tad-Delegazzjoni jkopri l-ħidma diplomatika relatata mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), minn naħa, u t-18-il organizzazzjoni tan-NU u korpi relatati u aġenziji speċjalizzati oħra[1] ibbażati f'Ġinevra, minn oħra. Id-Delegazzjoni għandha żewġ taqsimiet ta' politika, waħda għad-WTO u kwistjonijiet ekonomiċi u kummerċjali relatati, u l-oħra għall-affarijiet tan-NU, kif ukoll taqsima komuni għal kwistjonijiet amministrattivi. Ir-responsabbiltajiet tad-Delegazzjoni fejn jidħlu n-negozjati tad-WTO huma sostanzjali, peress li l-kompetenza esklussiva tal-Unjoni għall-kummerċ barrani, is-sħubija tagħha mad-WTO, ir-rwol tal-Kummissjoni bħala n-negozjatur uniku għall-UE u mhux inqas il-piż tal-UE bħala l-akbar blokk kummerċjali tad-dinja. Għaldaqstant hu bla dubju li għall-UE hi ta' prijorità ewlenija li jiġi żgurat li r-rappreżentanza tagħna jkollha importanza xierqa. Ir-rwol tal-UE fil-qafas tan-NU, u l-kontribuzzjoni li l-UE qed tagħti għall-politiki u l-programmi tan-NU huma konsiderevoli wkoll, u l-kontribuzzjoni tad-Delegazzjoni għall-ħidma ta' ħafna mill-korpi tal-NU baqgħat tikber. Rigward dan l-għan ewlieni tad-Delegazzjoni hu li tgħin biex issaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u s-sistema tan-NU, li tiżgura li l-politiki u l-kompetenzi tal-UE jiġu espressi fin-NU, u li ttejjeb il-koerenza fuq il-livell internazzjonali. Id-Delegazzjoni teħtieġ li żżid il-parteċipazzjoni fil-firxa sħiħa tal-attivitajiet tan-NU f'Ġinevra, u li tipprovdi rappurtar u assistenza, fejn it-tnejn li huma jkunu sħaħ u rapidi, lil Brussell, speċjalment fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, għajnuna umanitarja, asil u migrazzjoni, saħħa, xogħol u proprjetà intelletwali, diżam u kopertura tan-numru dejjem jikber ta' sessjonijiet regolari u speċjali. Il-kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-UE f'Ġinevra hi aspett kruċjali tal-ħidma tad-Delegazzjoni, u waħda li qed tingħata sforzi konsiderevoli. Barra minn hekk, id-Delegazzjoni għandha l-ħidma li tippromwovi l-viżibbiltà u l-għarfien tar-rwol u l-politiki tal-UE permezz tal-kuntatti, l-attivitajiet informattivi u n-netwerking tagħha ma' missjonijiet diplomatiċi oħra u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, korpi u aġenziji bbażati f'Ġinevra. Barra minn hekk, Ġinevra tirċievi numru għoli ta' missjonijiet minn Brussell, inklużi ħafna Kummissarji. Għalhekk, il-Kap/Deputat Kap tad-Delegazzjoni jrid jorganizza, jappoġġa, jakkumpanja skont il-bżonn, u jassisti fir-rappurtar dwar missjonijiet mill-Kummissjoni jew, jekk mitlub, minn istituzzjonijiet oħra tal-UE. Waħda mill-isfidi ewlenin għad-Delegazzjoni dejjem kienet għall-Kap u d-Deputat Kap tad-Delegazzjoni biex isib il-bilanċ ġust bejn l-attivitajiet tad-WTO u tan-NU, peress li d-WTO teħtieġ kważi l-attenzjoni sħiħa taż-żewġ karigi, filwaqt li l-ħidma tan-NU qiegħda l-ħin kollu żżid fl-importanza tagħha. Diġà fl-1994, is-Servizz ta' Spezzjoni tal-Kummissjoni kien għamel rakkomandazzjoni għall-ħolqien ta' żewġ karigi separati għal Deputat Kap tad-Delegazzjoni, waħda li tkopri d-WTO u oħra li tkopri n-NU. L-ispezzjoni l-aktar reċenti tal-2008 enfasizzat ukoll fuq l-ammont li qed dejjem jikber tal-ħidma tan-NU u tal-ħtieġa parallela li jkun hemm ambaxxatur separat tan-NU. Pereżempju, issa hemm l-istess għadd ta' laqgħat ta' koordinazzjoni dwar kwistjonijiet tan-NU u dwar kwistjonijiet tad-WTO . Ġie nnotat wkoll in-nuqqas ta' sodisfazzjoni mal-istatus u preżenza ta' livell baxx tal-UE fil-kuntest tan-NU. 2. Sfidi ġodda Peress li t-Trattat ta' Lisbona hu fis-seħħ, id-Delegazzjoni f'Ġinevra se tibda tieħu ħsieb il-ħidmiet ta' Presidenza lokali f'termini ta' koordinazzjoni u rappreżentanza lokali tal-Unjoni. Dan għadu mhux il-każ hekk kif id-Delegazzjoni m'għandhiex biżżejjed persunal biex tagħmel dan. Sadattant id-Delegazzjoni, l-Ambaxxata Spanjola u l-Ambaxxati ta' Stati Membri oħra ikkonkludew arranġamenti pragmatiċi ta' ħidma. L-istess japplika għad-Delegazzjonijiet l-oħra tal-UE għal organizzazzjonijiet internazzjonali. Fil-ġejjieni, ser ikun hemm ammont ħafna akbar ta' ħidma għall-Kap tad-Delegazzjoni biex jikkoordina l-pożizzjoni tal-UE f'fora differenti tan-NU. Dan mill-inqas jinkludi l-ħtieġa għall-preżenza fiżika tal-Kap tad-Delegazzjoni fil-laqgħat differenti ta' koordinazzjoni tal-UE fil-livell tal-Kap tad-Delegazzjoni. Fl-istess ħin, il-"parti tan-NU" tad-Delegazzjoni se teħtieġ li tħaffef il-pass fir-rwol il-ġdid tagħha ta' sostituzzjoni tal-presidenza b'rotazzjoni rigward ir-rappreżentanza tal-UE fin-NU, tiżgura koordinazzjoni interna, u timxi mir-rwol ta' analiżi u rappurtar għal rwol aktar proattiv li jwettaq ukoll azzjoni politika. Din l-evoluzzjoni hi marbuta aktar mal-ħidma fin-NU u mal-aġenziji l-oħra milli għad-WTO fejn id-Delegazzjoni għandha rwol li ilu stabbilit u anka aktar sostantiv, kif deskrit hawn fuq. Il-proċess tad-WTO jdur l-aktar mal-Ambaxxaturi, b'negozjati li ċerti drabi jsiru biss fost numru limitat ta' Kapijiet tal-Missjoni li jinsabu f'Ġinevra, inkluż il-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE, iżda mhux l-Istati Membri. F'laqgħat oħra, li jkollhom inqas restrizzjonijiet, tad-WTO, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE jew id-Deputat Kap tal-UE jitkellmu f'isem l-UE. Minħabba l-kompetenza esklussiva tal-Unjoni, hu importanti li l-Ambaxxatur tad-WTO għall-UE jibqa' tal-ogħla livell u ekwivalenti għall-kontropartijiet tiegħu hekk kif ta' kuljum għandu jżomm kuntatti tajba u effettivi ma' pajjiżi terzi akkreditati mad-WTO, u d-Direttur Ġenerali tad-WTO, u jikkoordina b'mod effettiv mal-Istati Membri tal-UE. L-Ambaxxatur tad-WTO għall-UE jrid ikompl jiżgura wkoll li l-parteċipazzjoni tad-Delegazzjoni, fejn awtorizzata, fin-negozjati u laqgħat kollha tad-WTO u jirrappreżenta l-UE f'ċerimonji uffiċjali u funzjonijiet diplomatiċi f'Ġinevra marbuta ma' din il-funzjoni. Dan jinkludi l-preżenza tal-Ambaxxatur f'Laqgħat Uffiċjali Għolja, involviment attiv f'każi ta' Soluzzjoni ta' Tilwim u s-sehem tiegħu ukoll bħala negozjatur fil-ħafna ċirkustanzi meta r-rappreżentanza minn Brussell fuq il-livell xieraq ma tkunx dejjem possibbli Għandu jiġi nnutat li minħabba l-ħidma sostanzjali fid-WTO u kif ukoll fin-NU, parteċipanti globali oħra, bħall-Istati Uniti, iċ-Ċina, il-Kanada; l-Indja, l-Awstralja u l-Brażil, għandhom it-tendenza wkoll li jkollhom żewġ ambaxxaturi u bosta drabi żewġ missjonijiet separati, waħda għall-kwistjonijiet tad-WTO u oħra għal dawk tan-NU. Bħala konklużjoni, hu ċar li Kap wieħed tad-Delegazzjoni bħalissa, u fil-ġejjieni ħafna inqas, ma jistax iwettaq ir-responsabbiltajiet il-ġodda kollha maħluqa bl-espansjoni tal-ħidma tan-NU u tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona, u li minħabba n-natura differenti ħafna tal-ħidmiet – id-WTO minn naħa, NU et al. minn naħa oħra – id-Delegazzjoni tal-UE f'Ġinevra għandha tinbidel f'żewġ Delegazzjonijiet separati, b'żewġ Ambaxxaturi, wieħed għan-NU u l-ieħor għad-WTO. Din id-diviżjoni f'żewġ Delegazzjonijiet għandha tiġi implimentata bil-mezzi u kapaċitajiet eżistenti. Iż-żewġ Delegazzjonijiet għandhom jikkondividu l-istess bini u taqsima amministrattiva, sabiex jużaw sinerġiji bl-akbar mezz effettiv. L-organizzazzjoni interna finali ta' dawn iż-żewġ missjonijiet għandha tiġi speċifikata ladabra l-Uffiċċju ta' Kollegament tas-Segretarjat tal-Kunsill ikun ingħaqad mad-Delegazzjoni tal-UE. 3. IR-RIŻORSI UMANI U TAL-BAĠIT Il-proposta għandha tibqa' b'numru kostanti ta' karigi. Il-kariga tat-tieni Kap tad-Delegazzjoni se tinħoloq billi tintuża l-kariga eżistenti tad-Deputat Kap tad-Delegazzjoni, fejn il-pubblikazzjoni tagħha, fir-rotazzjoni tal-2010, se titħassar. Din il-kariga se jogħlilha l-grad u se tiġi ppubblikata mill-ġdid fuq livell ogħla. Hu l-ħsieb li, meta jipperemettu r-riżorsi tal-baġit, il-karigi tad-Deputat Kap tad-Delegazzjoni se jinħolqu fiż-żewġ Delegazzjonijiet. Dan jista' jkun possibbli fil-qafas tal-ħolqien tas-SEAE u meta d-Delegazzjoni tal-UE u l-Uffiċċju ta' Kollegament tas-Segretarjat tal-Kunsill isiru ħaġa waħda. Sadattant, in-numru tal-persunal tad-Delegazzjoni tal-UE se jibqa' kostanti. Dan, flimkien mal-fatt li t-Taqsima Amministrattiva eżistenti se tibqa' komuni għaż-żewġ Delegazzjonijiet, se tillimita għall-minimu kwalunkwe spejjeż żejda assoċjati mal-eżistenza ta' tieni Kap tad-Delegazzjoni, biex tiġi koperta bir-riżorsi eżistenti. MT DIKJARAZZJONI FINANZJARJA SIMPLIFIKATA 1 Titolu tal-abbozz ta' deċiżjoni : Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew: L-ISTABBILIMENT TA' DELEGAZZJONI TAL-UE GĦAN-NU F'ĠINEVRA 2 Il-Qasam/L-Oqsma tal-Politika u l-Attività/Attivitajiet ABB kkonċernata/i: L-Oqsma ta’ Politika: Relazzjonijiet Esterni, Kummerċ, Żvilupp, Tkabbir L-Attività: Servizz Estern - Nefqa amministrattiva tad-delegazzjonijiet 3 Bażi legali: ( Awtonomija amministrattiva ( Oħra (speċifika) :____________________ 4 Deskrizzjoni u ġustifikazzjonijiet: Qed jiġi propost li d-Delegazzjoni ta' bħalissa tinqasam f'żewġ entitajiet separati, waħda li titratta affarijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u l-oħra affarijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (NU). Dan hu meħtieġ wara ż-żieda fl-ammont ta' ħidma tad-Delegazzjoni wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u b'mod partikolari minħabba l-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tiġi rrappreżentata fid-WTO u kif ukoll fin-NU fuq livell xieraq. M'għadux possibblili li Kap wieħed tad-Delegazzjoni jirnexxielu jwettaq din il-ħidma. Għalhekk, il-kariga ta' bħalissa ta' Deputat Kap tad-Delegazzjoni se togħla fil-grad minn AD13 għal AD14/15. Apparti din il-bidla mhux ser ikun hemm il-ħtieġa ta' riżorsi addizzjonali hekk kif iż-żewġ delegazzjonijiet se jikkondividu l-istess bini u taqsimiet amministrattivi. Il-kariga ta' segretarju għall-Kap il-ġdid tad-Delegazzjoni se tiġi koperta permezz ta' tqassim mill-ġdid tar-riżorsi eżistenti. 5 Impatt finanzjarju stmat u tul ta' żmien: 5.1 Il-perjodu tal-applikazzjoni: ( Deċiżjoni b'perjodu limitat ( Deċiżjoni fis-seħħ mill-[ SSSS] sal- [SSSS] ( Impatt finanzjarju mill-[ SSSS] sal- [SSSS] ( Deċiżjoni b'limitu mhux definit fis-seħħ mill- 2010 5.2 Stima tal-impatt tal-baġit: L-abbozz tad-deċiżjoni tinvolvi: ( tfaddil ( spejjeż addizzjonali (jekk dan hu hekk, speċifika l-intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali kkonċernat): L-ispejjeż addizzjonali, li huma negliġibbli, se jiġu ffinanzjati mir-riżorsi eżistenti tas-Servizz Estern taħt l-Intestatura 5. 5.3 Il-kontribuzzjonijiet tal-parti terza għall-iffinanzjar tal-abbozz tad-deċiżjoni: XEJN 5.4 Spjegazzjoni taċ-ċifri: L-ispejjeż addizzjonali li qed jiżdiedu, abbażi ċ-ċifri tal-baġit 2010, jikkonċernaw: L-ispiża marġinali tas-salarji bejn AD13 u AD 15 – stima ta' EUR 5,000 fix-xahar L-ispiża marġinali ta' residenza uffiċjali meta mqabbla ma' abitazzjoni standard: EUR 29,200 fis-sena Spejjeż addizzjonali tar-rappreżentanza: EUR 20,000 fis-sena L-akkwist ta' karozza uffiċjali: EUR 30,000 fl-2010 u spejjeż kurrenti ta' EUR 2,400 fis-sena. Dawn l-ispejjeż ġew ikkalkulati għal 6 xhur fl-2010 u 12-il xahar fl-2011 et seq. Il-karozza għandha tinbidel wara r-raba' sena. L-akkwist tal-għamara għar-residenza fl-2010: EUR 43.000 6 Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali ta' bħalissa: ( Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti. ( Il-proposta se tkun tinvolvi pprogrammazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali. ( Il-proposta teħtieġ l-użu tal-istrument ta' flessibbiltà jew tar-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[2]. 7 L-impatt tat-tfaddil jew spejjeż addizzjonali għall-allokazzjoni tar-riżorsi: ( Ir-riżorsi se jinkisbu permezz ta' rijallokazzjoni interna fid-dipartiment ( Ir-riżorsi li diġà huma allokati lid-dipartiment(i) konċernat(i) ( Ir-riżorsi li se jintalbu fil-proċedura tal-APS/PDB li jmiss Ir-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa ser ikunu koperti bl-allokazzjoni li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi taħt il-proċedura annwali ta' allokazzjoni fid-dawl tal-limitazzjonijiet eżistenti tal-baġit. ANNESS: STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU (tfaddil jew spejjeż addizzjonali) GĦALL- APPROPRAZZJONIJIET TA' NATURA AMMINISTRATTIVA JEW GĦAR-RIŻORSI UMANI. EFT=Ekwivalenti għal Full-Time XX huwa l-qasam ta' politika jew titlu kkonċernat miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Karigi fil-pjan ta' twaqqif (persunal uffiċjali u/jew temporanju) | n | n+1 | n+2 | n+3 | n+4 | n+5 | n+6 u wara | Intestatura 5 | Kwartieri Ġenerali | XX 01 02 11 01 – Spejjeż tal-missjonijiet u għad-divertiment | XX 01 02 11 02 - Laqgħat u Konferenzi | XX 01 02 11 03 - Kumitati | XX 01 02 11 04 - Studji u konsultazzjonijiet | XX 01 02 11 05 - Sistemi ta' Tagħrif | XX 01 02 11 06 – Taħriġ addizzjonali | XX 01 03 01 03 – Tagħmir u għamara | XX 01 03 01 04 – Servizzi u nefqa oħra għall-operat | Linji oħra tal-baġit (speċifika fejn ikun meħtieġ) | Delegazzjonijiet | XX 01 02 12 01 – Spejjeż tal-missjonijiet, konferenzi u għad-divertiment | 0,010 | 0,020 | 0,020 | 0,020 | 0,020 | 0,020 | 0,020 | 0,130 | XX 01 02 12 02 – Taħriġ addizzjonali ta' uffiċjali | XX 01 03 02 01 - Spejjeż ta’ akkwist u ta’ kiri u spejjeż konnessi | 0,015 | 0,029 | 0,029 | 0,029 | 0,029 | 0,029 | 0,029 | 0,189 | XX 01 03 02 02 - Tagħmir, għamara, provvisti u servizzi | 0,074 | 0,002 | 0,002 | 0,002 | 0,032 | 0,002 | 0,002 | 0,116 | Total Parzjali -Intestatura 5: | 0,099 | 0,051 | 0,051 | 0,051 | 0,081 | 0,051 | 0,051 | 0,435 | Barra mill-Intestatura 5: | XX 01 04 yy – Nefqa fuq assistenza teknika u amministrattiva (barra l-persunal estern) mill-approprazzjonijiet tal-operat (dawk li kienu linji 'BA') | - Kwartieri Ġenerali | - Delegazzjonijiet | XX 01 05 03 – Nefqa amministrattiva oħra – riċerka indiretta | XX 10 01 05 03 – Nefqa amministrattiva oħra – riċerka diretta | Linji oħra tal-baġit (speċifika fejn ikun meħtieġ) | Total Parzjali – Barra mill-Intestatura 5: | IS-SOMMA FINALI | 0,099 | 0,051 | 0,051 | 0,051 | 0,081 | 0,051 | 0,051 | 0,435 | [1] HRC, UNCTAD, UNHCR, ITC, ECE, ILO, WHO, WIPO, ITU, WSIS, UPU, WMO, IOM, CoD, BTWC, CCW, APMBT, UNGA l-Ewwel Kumitat [2] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.