Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010BP0453

    Mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE: Portugall - għargħar; Franza - Xynthia (maltempata) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0578 – C7-0323/2010 – 2010/2237(BUD))
    ANNESS

    ĠU C 169E, 15.6.2012, p. 145–146 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 169/145


    It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
    Mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE: Portugall - għargħar; Franza - Xynthia (maltempata)

    P7_TA(2010)0453

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0578 – C7-0323/2010 – 2010/2237(BUD))

    2012/C 169 E/22

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0578 – C7-0323/2010),

    wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1), u b'mod partikulari l-punt 26,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea (2),

    wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta’ konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008 dwar il-Fond ta’ Solidarjetà,

    wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0335/2010),

    1.

    Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    (1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    (2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


    It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
    ANNESS

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-xxx

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1), u b'mod partikulari l-punt 26 tiegħu,

    wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2),

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) biex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milquta minn diżastri.

    (2)

    Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sa' livell massimu annwali ta’ EUR 1 biljun.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li bihom il-fond jista' jkun immobilizzat.

    (4)

    Il-Portugall ressaq applikazzjoni biex il-Fond jiġi mmobilizzat, rigward diżastru kkaġunat minn valangi u għargħar fil-gżira ta’ Madeira.

    (5)

    Franza ressqet applikazzjoni biex il-Fond jiġi mmobilizzat, rigward diżastru kkaġunat mill-maltempata “Xynthia”,

    ADDOTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 66 891 540 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    Għall-Kunsill

    Il-President


    (1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    (2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


    Top