Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010AP0463

    Estensjoni tal-ambitu tad-Direttiva 2003/109/KE għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/109/KE biex testendi l-ambitu tal-applikazzjoni għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali (COM(2007)0298 – C6-0196/2007 – 2007/0112(COD))
    P7_TC1-COD(2007)0112 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl- 14 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE biex testendi l-ambitu tal-applikazzjoni għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali

    ĠU C 169E, 15.6.2012, p. 172–173 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 169/172


    It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
    Estensjoni tal-ambitu tad-Direttiva 2003/109/KE għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali ***I

    P7_TA(2010)0463

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/109/KE biex testendi l-ambitu tal-applikazzjoni għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali (COM(2007)0298 – C6-0196/2007 – 2007/0112(COD))

    2012/C 169 E/32

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0298),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 63(3) u (4) tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0196/2007),

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-23 ta’ April 2008 (1),

    wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill intitolata “Il-konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3), 79(2)(a) u (b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta’ Novembru 2010, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0347/2010),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwestjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 259E, 29.10.2009, p. 126.


    It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
    P7_TC1-COD(2007)0112

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE biex testendi l-ambitu tal-applikazzjoni għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2011/51/UE).


    Top