Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52010AP0162

    Il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)(emenda tad-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI) * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta’ Mejju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (COM(2010)0015 – C7-0040/2010 – 2010/0006(NLE)

    ĠU C 161E, 31.5.2011, p. 172–177 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 161/172


    It-Tlieta 18 ta’ Mejju 2010
    Il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)(emenda tad-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI) *

    P7_TA(2010)0162

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (COM(2010)0015 – C7-0040/2010 – 2010/0006(NLE)

    2011/C 161 E/28

    (Konsultazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM (2010)0015),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0040/2010),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7–0127/2010),

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

    2.

    Minkejja l-fatt li l-Kunsill qed jittratta s-SIS 1+RE bħala pjan ta’ kontinġenza fil-każ ta’ falliment tas-SIS II, il-Parlament Ewropew, bħala koleġiżlatur dwar l-istabbiliment tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (Regolament (KE) Nru 1987/2006 (1) u bħala awtorità baġitarja, jirriserva d-dritt tiegħu li jżomm fir-riserva l-fondi li jridu jiġu allokati għall-iżvilupp tas-SIS II fil-baġit annwali tal-2011, sabiex jiżgura li jsiru skrutinju parlamentari sħiħ u superviżjoni kompleta tal-proċess;

    3.

    Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 293(2) tat-TFUE;

    4.

    Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    5.

    Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

    6.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

    TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

    EMENDA

    Emenda 1

    Proposta għal regolament – att li jemenda

    Premessa 3

    (3)

    Il-prekundizzjonijiet għall-migrazzjoni mhumiex se jiġu ssodisfati sat-30 ta’ Ġunju 2010. Sabiex l-SIS II tkun tista' ssir operattiva kif mitlub mir-Regolament (KE) 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, ir-Regolament (KE) Nru 1104/2008 u d-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI għandhom għalhekk ikomplu japplikaw sakemm tkun tlestiet il-migrazzjoni.

    (3)

    Il-prekundizzjonijiet għall-migrazzjoni mhumiex se jiġu ssodisfati sat-30 ta’ Ġunju 2010. Sabiex l-SIS II tkun tista' ssir operattiva kif mitlub mir-Regolament (KE) 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, ir-Regolament (KE) Nru 1104/2008 u d-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI għandhom għalhekk ikomplu japplikaw sakemm tkun tlestiet il-migrazzjoni. Fil-każ li l-proġett attwali SIS II ifalli, wara t-testijiet, għandha titfassal soluzzjoni teknika alternattiva u l-implikazzjonijiet finanzjarji sħaħ tagħha għandhom jiġu żvelati lill-partijiet kollha kkonċernati.

    Emenda 2

    Proposta għal regolament - att li jemenda

    Premessa 4

    (4)

    Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikomplu jikkoperaw mill-qrib matul il-passi kollha tal-migrazzjoni sabiex il-proċess ikun jista' jitlesta. Għandu jitwaqqaf grupp ta’ esperti sabiex iwieżen l-istruttura organizzattiva preżenti.

    (4)

    Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikomplu jikkoperaw mill-qrib matul il-passi kollha tal-migrazzjoni sabiex il-proċess ikun jista' jitlesta. Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-SIS II ta’ bejn is-26 u s-27 ta’ Frar 2009 u ta’ bejn l-4 u l-5 ta’ Ġunju 2009, ġie stabbilit korp informali li jikkonsisti f'esperti mill-Istati Membri u msejjaħ Bord Globali tal-Ġestjoni tal-Programm sabiex itejjeb il-koperazzjoni u jipprovdi appoġġ dirett mill-Istati Membri għall-SIS II Ċentrali. Għalhekk għandu jitwaqqaf b'mod formali, skont dan ir-Regolament, grupp ta’ esperti , imsejjaħ il-Bord Globali tal-Ġestjoni tal-Programm (GPMB), sabiex iwieżen l-istruttura organizzattiva preżenti. Biex jiġu żgurati l-effiċjenza u l-effikaċja mil-lat tal-ispejjeż, il-membri tal-GPMB għandhom jinħatru fuq bażi permanenti u n-numru tagħhom għandu jkun limitat.

    Emenda 3

    Proposta għal regolament - att li jemenda

    Premessa 6

    (6)

    Pjan tekniku ta’ kontinġenza għall-kisba tal-funzjonalitajiet tal-SIS II għandu jkun previst. Id-deskrizzjoni tal-komponenti tekniċi tal-arkitettura tal-migrazzjoni għaldaqstant għandha tiġi adattata sabiex tagħmel possibbli soluzzjoni teknika oħra dwar l-iżvilupp tal-SIS II Ċentrali.

    (6)

    Huwa neċessarju li jiġi adattat il-qafas legali biex tkun tista' ssir il-migrazzjoni għal soluzzjoni teknika alternattiva possibbli jekk it-testijiet juru li l-SIS II ma tistax tkun implimentata b'suċċess. Id-deskrizzjoni tal-komponenti tekniċi tal-arkitettura tal-migrazzjoni għandha tiġi adattata sabiex tagħmel possibbli soluzzjoni teknika oħra dwar l-iżvilupp tal-SIS II Ċentrali. Kwalunkwe soluzzjoni teknika alternattiva għandha tkun ibbażata fuq l-aħjar teknoloġija disponibbli u għandha tkun effikaċi mil-lat tal-ispejjeż u tiġi implimentata skont skeda preċiża u raġonevoli. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta fi żmien xieraq valutazzjoni baġitarja bir-reqqa tal-ispejjeż assoċjati ma’ din is-soluzzjoni teknika alternattiva. Għandu jingħad b'mod ċar li l-qafas legali stabbilit mid-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI japplika għal kull soluzzjoni, irrispettivament min-natura teknika tagħha.

    Emenda 4

    Proposta għal regolament - att li jemenda

    Premessa 16 a (ġdida)

     

    (16a)

    Billi l-Parlament Ewropew huwa responsabbli, bħala koleġiżlatur, għat-twaqqif, l-operazzjoni u l-użu tal-SIS II kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1987/2006, u billi l-migrazzjoni hija ffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni, li għalih il-Parlament Ewropew huwa wkoll koresponsabbli, il-Parlament Ewropew għandu jkun integrat fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-migrazzjoni. Għandha tkun rikjesta opinjoni favorevoli mill-Parlament Ewropew, fuq il-bażi ta’ informazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tat-test, qabel ma tidħol fis-seħħ Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen ġdida.

    Emenda 5

    Proposta għal regolament - att li jemenda

    Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI

    Artikolu 1 – paragrafu 1

     

    (-1)

    L-Artikolu 1(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “1.   Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS I+), stabbilita skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, għandha tiġi sostitwita b'sistema ġdida, is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen II (SIS II) jew kwalunkwe soluzzjoni teknika alternattiva li tkun ibbażata fuq l-aqwa teknoloġija disponibbli u tkun raġonevoli f'termini ta’ skedi ta’ żmien ċari għall-implimentazzjoni tagħha u ta’ effikaċja mil-lat tal-ispejjeż. L-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema l-ġdida huma rregolati bid-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI.”

    Emenda 6

    Proposta għal regolament - att li jemenda

    Artikolu 1 – punt -1 a (ġdid)

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI

    Artikolu 1 - paragrafu 1 a (ġdid)

     

    (-1a)

    Fl-Artikolu 1, qed jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “1a.     Jekk il-proġett attwali tas-SIS II ma jitkompliex u tiġi implimentata soluzzjoni teknika alternattiva, ir-referenzi għas-SIS II f'din id-Deċiżjoni għandhom jinqraw bħala referenzi għal dik is-soluzzjoni teknika alternattiva.”

    Emenda 7

    Proposta għal regolament - att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 3

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI

    Artikolu 11 – paragrafu 2

    2.   L-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ għandhom jemigraw mill-N.SIS għall-N.SIS II billi jużaw l-arkitettura temporanju għall-migrazzjoni, bl-appoġġ ta’ Franza u tal-Kummissjoni.

    2.   L-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ għandhom jemigraw mill-N.SIS għall-N.SIS II billi jużaw l-arkitettura temporanja għall-migrazzjoni, bl-appoġġ ta’ Franza u tal-Kummissjoni , mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011. Jekk tiġi implimentata soluzzjoni teknika alternattiva kif imsemmi fl-Artikolu 11(5a), dik id-data tista' titbiddel skont il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 17(2).

    Emenda 8

    Proposta għal regolament - att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid)

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI

    Artikolu 11 - paragrafu 5

     

    (3a)

    L-Artikolu 11(5) qed jinbidel b'dan li ġej:

    “5.    Il-konverżjoni prevista fil-proċess ta’ migrazzjoni għandha titwettaq wara l-validazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(7), u wara li l-Parlament ikun ta opinjoni favorevoli fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar ir-riżultati tat-testijiet mogħtija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 71(4) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI.”

    Emenda 9

    Proposta għal regolament - att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 3 b (ġdid)

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI

    Artikolu 11 – paragrafu 5 a (ġdid)

     

    (3b)

    Fl-Artikolu 11, qed jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “5a.     L-iżvilupp tal-SIS II jista' jinkiseb bl-implimentazzjoni ta’ soluzzjoni teknika alternattiva.”

    Emenda 10

    Proposta għal regolament – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 3c (ġdid)

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI

    Artikolu 14 – paragrafu 5 a (ġdid)

     

    (3c)

    Fl-Artikolu 14, qed jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “5a.     Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u timplimenta pakkett b'miżuri addizzjonali sabiex ma jitħalla ebda ħruġ tal-informazzjoni tad-data personali mill-bażi tad-data u biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali matul il-perjodu kollu tal-ittestjar u l-migrazzjoni mill-SIS I għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II).”

    Emenda 11

    Proposta għal regolament - att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 4

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI

    Artikolu 17a – paragrafu 1

    1.   Bla ħsara għar-responsabbiltajiet u l-attivitajiet rispettivi tal-Kummissjoni, Franza, u l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-SIS 1+, grupp ta’ esperti tekniċi, imsejjaħ il-“Bord Globali tal-Ġestjoni tal-Programm” (minn hawn 'il quddiem il-“GPMB”), huwa b'dan imwaqqaf. Il-GPMB għandu jipprovdi forum għall-koordinazzjoni tal-proġetti ċentrali u nazzjonali tal-SIS II.

    1.   Bla ħsara għar-responsabbiltajiet u l-attivitajiet rispettivi tal-Kummissjoni, Franza, u l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-SIS 1+, grupp ta’ esperti tekniċi, imsejjaħ il-“Bord Globali tal-Ġestjoni tal-Programm” (minn hawn 'il quddiem il-“GPMB”), huwa b'dan imwaqqaf. Il-GPMB għandu jipprovdi forum għall-iżvilupp tal-SIS II Ċentrali. Dan għandu jiffaċilita l-konsistenza u jipprovdi koordinazzjoni tal-proġetti ċentrali u nazzjonali tal-SIS II.

    Emenda 12

    Proposta għal regolament - att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 4

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI

    Artikolu 17a – paragrafu 2

    2.   Il-GPMB għandu jikkonsisti minn massimu ta’ 10 esperti . Massimu ta’ tmien esperti u numru ugwali ta’ sostituti għandhom jiġu nnominati mill-Istati Membri li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill. Żewġ esperti u żewġ sostituti għandhom jiġu nnominati mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali responsabbli tal-Kummissjoni minn fost l-uffiċjali tal-Kummissjoni. L-uffiċjali l-oħra tal-Kummissjoni li jkollhom interess fil-proċeduri jistgħu jattendu l-laqgħat tal-GPMB.

    2.   Il-GPMB għandu jikkonsisti minn massimu ta’ 10 membri, li għandhom ikunu kkwalifikati biex jikkontribwixxu b'mod attiv għall-iżvilupp tal-SIS II u li għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari . Massimu ta’ tmien membri u numru ugwali ta’ sostituti għandhom jiġu nnominati mill-Istati Membri li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill. Massimu ta’ żewġ membri u żewġ sostituti għandhom jiġu nnominati mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali responsabbli tal-Kummissjoni minn fost l-uffiċjali tal-Kummissjoni. Membri interessati jew persunal rilevanti tal-Parlament Ewropew, esperti mill-Istati Membri u uffiċjali tal-Kummissjoni involuti direttament fl-iżvilupp tal-proġetti tal-SIS II jistgħu jattendu l-laqgħat tal-GPMB bil-kundizzjoni li l-ispejjeż involuti jitħallsu mill-amministrazzjoni jew l-istituzzjoni rispettiva tagħhom. Il-GPMB jista' jistieden esperti oħrajn biex jipparteċipaw fil-laqgħat tal-GPMB kif definit fit-termini ta’ referenza, bil-kundizzjoni li l-ispejjeż involuti jitħallsu mill-amministrazzjoni, l-istituzzjoni jew il-kumpanija rispettiva tagħhom.

    Emenda 13

    Proposta għal regolament – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 4

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI

    Artikolu 17 a – paragrafu 5

    5.   Il-GPMB għandu jistabbilixxi t-termini ta’ referenza tiegħu stess. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ wara li tingħata opinjoni favorevoli mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali responsabbli tal-Kummissjoni.

    5.   Il-GPMB għandu jistabbilixxi t-termini ta’ referenza tiegħu stess. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ wara li tingħata opinjoni favorevoli mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali responsabbli tal-Kummissjoni. It-termini ta’ referenza tal-GPMB għandhom jinkludu rekwiżit li jiġu ppubblikati rapporti regolari u li dawn ir-rapporti jkunu disponibbli għall-Parlament Ewropew sabiex ikun żgurat li jkun hemm skrutinju u sorveljanza parlamentari sħaħ.

    Emenda 14

    Proposta għal regolament – att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 4

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI

    Artikolu 17 a – paragrafu 6

    6.   Bla ħsara għall-Artikolu 15(2), l-ispejjeż amministrattivi u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-GPMB għandhom jinġarru mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, safejn dawn ma jkunux irrimborsati minn sorsi oħra. Fir-rigward tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-esperti fil-GPMB nnominati mill-Istati Membri li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill u esperti mistiedna skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu li jirriżultaw f'konnessjoni mal-ħidma tal-GPMB, ir-“Regoli dwar ir-rimbors tal-ispejjeż li jsiru minn persuni minn barra l-Kummissjoni mistiedna sabiex jattendu laqgħat f'kapaċità ta’ esperti” tal-Kummissjoni għandhom japplikaw.

    6.   Bla ħsara għall-Artikolu 15(2), l-ispejjeż amministrattivi u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-GPMB għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, safejn dawn ma jkunux irrimborsati minn sorsi oħra. Fir-rigward tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-esperti fil-GPMB nnominati mill-Istati Membri li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill u esperti mistiedna skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu li jirriżultaw f'konnessjoni mal-ħidma tal-GPMB, ir-“Regoli dwar ir-rimbors tal-ispejjeż li jsiru minn persuni minn barra l-Kummissjoni mistiedna sabiex jattendu laqgħat f'kapaċità ta’ esperti” tal-Kummissjoni għandhom japplikaw. L-approprjazzjonijiet neċessarji sabiex jiġu koperti l-ispejjeż li jirriżultaw mil-laqgħat tal-GPMB se jiġu mill-approprjazzjonijiet li bħalissa huma previsti fl-Ipprogrammar Finanzjarju 2010-2013 għas-Sistema tal-Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II).

    Emenda 15

    Proposta għal regolament - att li jemenda

    Artikolu 1 – punt 5

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI

    Artikolu 19

    Din għandha tiskadi fid-data li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi skont l-Artikolu 71(2) tad-Deċiżjoni Nru 533/2007/ĠAI.

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din għandha tiskadi fid-data li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi skont l-Artikolu 71(2) tad-Deċiżjoni Nru 2007/533/ĠAI, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013 .


    (1)  Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4).


    Fuq