Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC1215(04)

    Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    ĠU C 303, 15.12.2009, p. 23–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 303/23


    Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    2009/C 303/10

    Għajnuna Nru: XA 33/09

    Stat Membru: L-Italja

    Reġjun: Trentino – Alto Adige – Provincia autonoma di Bolzano

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Investimenti per il miglioramento delle malghe e dei pascoli

    Bażi Legali: Legge provinciale del 21 ottobre 1996 n. 21;

    Delibera della giunta provinciale n. 2365 del 7 luglio 2008.

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: L-ammont annwali totali allokat fil-baġit huwa ta’ EUR 3 000 000

    Intensità massima tal-għajnuna: L-għajnuna mogħtija tkun ta' 50 % tal-ispejjeż eliġibbli. L-investimenti ma jinvolvux żieda fil-kapaċità produttiva tal-istess mergħa Alpina. In-nefqa minima eliġibbli hija ta' EUR 10 000 għal kull proġett eliġibbli.

    Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31.12.2013

    Għan tal-għajnuna: “Għajnuniet għall-investimenti skont l-Artikolu 4 tar-Regolament 1857/2006”. Jekk jogħġbok kun af li l-għajnuniet li ġejjin huma esklużi minn din in-notifika:

    l-għajnuniet favur impjanti għall-produzzjoni tal-ġobon (li għalihom tintalab eżenzjoni skont ir-Regolament(KE) Nru 800/2008);

    għajnuniet għal xogħol ta' manutenzjoni tal-mergħat u uċuħ tar-raba' (dawn l-għajnuniet jigu nnotifikati skont l-Artikolu 88(3) tat-trattat);

    għajnuniet marbutin mar-“regolamenti tal-bosk – mergħa” (in-natura ta' dawn l-attivitajiet hija deskritta aħjar skont notifika fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 88(3) tat-trattat);

    għajnuniet marbutin ma' “interventi, miżuri, xogħol, azzjonijiet xierqa sabiex jinżamm bilanc idroġeoloġiku fit-territorji muntanjużi” (in-natura ta' dawn l-attivitajiet hija deskritta aħjar skont notifika fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 88(3) tat-trattat);

    għajnuniet għall-bini ta' toroq fil-foresti (għal dan it-tip ta' interventi tressqet talba għal eżenzjoni skont ir-Regolament(KE) Nru 800/2008);

    Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur agrikolu kollu

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Provincia autonoma di Bolzano

    Ripartizione Foreste

    Ufficio Economia Montana

    Via Brennero 6

    39100 Bolzano BZ

    ITALIA

    E-mail: Economia.montana@provincia.bz.it

    Indirizz tal- Internet: http://www.provincia.bz.it/foreste/sussidi/sussidi.asp

    Informazzjoni oħra: Il-bażi legali provinċjali ġiet adattata u kompluta skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Jekk jogħġbok kun af li qed tiġi rtirata mill-bażi legali provinċjali kull referenza għal manutenzjoni ordinarja u straordinarja.

    Għajnuna Nru: XA 177/09

    Stat Membru: Spanja

    Reġjun: Comunitat Valenciana

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Centro de Calidad Avícola y Alimentación Animal de la C.V. (CECAV).

    Bażi legali: Resolución de la Consellera de Agricultura Pesca y Alimentación, que concede la subvención basada en la línea nominativa descrita en la ley 17/2008 de presupuestos de la Generalitat.

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 16 000 matul l-2009.

    Intensità massima tal-għajnuna: 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

    Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

    Tul ta’ żmien tal-għajnuna individwali: Matul is-sena 2009.

    Għan tal-għajnuna: L-għoti ta' servizzi lit-trobbija tat-tjur u lill-organizzazzjonijiet tagħhom, għall-kontroll tal-kwalità u tas-saħħa tat-tjur.

    L-ispejjeż eliġibbli għall-għajnuna jaqblu ma' dawk stabbiliti fir-Regolament 1857/2006, fl-Artikolu 10 tiegħu, dwar il-kontrolli tas-saħħa u t-testijiet. L-għajnuna tingħata mingħajr ħlas dirett ta’ flus, fil-forma ta’ servizzi sussidjati. Huma koperti wkoll l-ispejjeż imnissla mill-awtokontrolli li jsiru skont il-Plan sanitario avícola (Pjan tas-saħħa tat-tjur) stabbilit fir-Real Decreto 328/2003, de 14 de marzo, por el que se establece y regula el Plan Sanitario Avícola.

    Settur jew setturi benefiċjarji: Is-sidien ta’ azjendi għat-trobbija tat-tjur fil-Comunitat Valenciana u l-organizzazzjonijiet tagħhom.

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación

    Amadeo de Saboya, 2

    46010 Valencia

    ESPAÑA

    Indirizz tal- Internet: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/cecav09.pdf

    Informazzjoni oħra: —

    Għajnuna Nru: XA 230/09

    Stat Membru: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    Reġjun: —

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Richtlinien des Bundesministeriums für Ernährung, Landwirtschaft und Verbraucherschutz (BMELV) und des Bundesministeriums für Umwelt, Naturschutz und Reaktorsicherheit (BMU) für ein Bundesprogramm zur Steigerung der Energieeffizienz in der Landwirtschaft und im Gartenbau

    Bażi legali: Gesetz über die Feststellung des Bundeshaushaltsplans für das Haushaltsjahr 2009 (Haushaltsgesetz 2009) vom 21. Dezember 2008 (BGBl. I S. 2899) in Verbindung mit den Richtlinien des Bundesministeriums für Ernährung, Landwirtschaft und Verbraucherschutz (BMELV) und des Bundesministeriums für Umwelt, Naturschutz und Reaktorsicherheit (BMU) für ein Bundesprogramm zur Steigerung der Energieeffizienz in der Landwirtschaft und im Gartenbau

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 7 miljun

    Intensità massima tal-għajnuna: Massimu ta’ 40 %. EUR 400 000 fi żmien tliet snin kalendarji

    Data tal-implimentazzjoni: Mill-għada tal-pubblikazzjoni tal-linji gwida msemmijin hawn fuq fil-Gazzetta Federali. Il-linji gwida tressqu għall-pubblikazzjoni fil-Gazzetta Federali. Se jiġu ppubblikati mhux qabel l-għaxar jum tax-xogħol minn meta l-Kummissjoni tibgħat in-notifika tan-numru tal-għajnuna.

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2012

    Għan tal-għajnuna: Għajnuna biex tiżdied l-effiċjenza tal-enerġija tal-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju fl-oqsma tal-agrikultura u tal-ortikultura (l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006).

    Settur jew setturi benefiċjarji: L-agrikultura u l-ortikultura

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung

    Deichmanns Aue 29

    53179 Bonn

    DEUTSCHLAND

    Indirizz tal- Internet: http://www.bmelv.de/SharedDocs/Downloads/EU/BuProgrEnergieeffizienz

    Informazzjoni oħra: —

    Għajnuna Nru: XA 231/09

    Stat Membru: L-Italja

    Reġjun: Veneto

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Progetti formativi rivolti a favore delle imprese attive nella produzione di prodotti agricoli

    Bażi legali: L.R. n. 10 del 30 gennaio 1990«Ordinamento del sistema della formazione professionale e organizzazione delle politiche regionali del lavoro»;

    DGR n. 2467 del 4 agosto 2009.

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont impenjat. EUR 1 300 000,00

    Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

    Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali.

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Il-31 ta’ Diċembru 2012

    Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

    l-għajnuniet huma maħsuba għat-twettiq ta' azzjonijiet ta' taħriġ kontinwu ta' diversi tipi:

    azzjonijiet bil-għan li jwasslu għall-awtorizzazzjoni tal-akkwist u l-użu ta' prodotti fitosanitarji;

    azzjonijiet bil-għan li jinkisbu liċenzji tas-snajja' jew ċertfikati ta' kwalifika, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ u li għalihom il-komponent tat-taħriġ u tal-aġġornament għandu valur ewlieni

    azzjonijiet ta' aġġornament jew perfezzjonament tematiku;

    Azzjonijiet maħsuba għall-ksib ta' “ħila professjonali” xierqa skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja u/jew iċ-ċertifikazzjoni ta' D.Lgs.99/2004 (Imprenditore agricolo professionale).

    Settur jew setturi benefiċjarji: Agrikoltura, forestrija u sajd

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Regione del Veneto

    Palazzo Balbi

    Dorsoduro 3901

    30123 Venezia VE

    ITALIA

    Tel. +39 412795030

    Fax +39 412795085

    E-mail: dir.formazione@regione.veneto.it

    Indirizz tal- Internet: http://www.regione.veneto.it/Servizi+alla+Persona/Formazione+e+Lavoro/ModulisticaREG.htm#primario

    Informazzjoni oħra: Għat-tagħrif:

    Direzione Regionale Formazione

    Via Allegri 29

    30174 Venezia Mestre VE

    ITALIA

    Tel. +39 412795029 / 412795030

    Fax +39 412795085

    E-mail: dir.formazione@regione.veneto.it


    Top