This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009PC0421
Opinion of the Commission pursuant to Article 251(2), third subparagraph, point (c) of the EC Treaty, on the European Parliament's amendments to the Council's Common Position regarding the Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council amending Directives 2002/22/EC on universal service and users’ rights relating to electronic communications networks and services and 2002/58/EC concerning the processing of personal data and the protection of privacy in the electronic communications sector and Regulation (EC) No 2006/2004 on cooperation between national authorities responsible for the enforcement of consumer protection laws amending the proposal of the Commission pursuant to Article 250 (2) of the EC Treaty
Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward il-Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi jemenda l-proposta taL-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE
Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward il-Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi jemenda l-proposta taL-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE
/* KUMM/2009/0421 finali - COD 2007/0248 */
Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward il-Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi jemenda l-proposta taL-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE /* KUMM/2009/0421 finali - COD 2007/0248 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 29.7.2009 KUMM(2009) 421 finali 2007/0248 (COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi JEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE 2007/0248 (COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi 1. L-ISFOND Proċedura Il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha għal Direttiva COM(2007) 698 – 2007/0248 (COD) (Id-Direttiva tad-Drittijiet taċ-Ċittadin) fit-13 ta’ Novembru 2007, u ressqitha lill-Parlament u lill-Kunsill fil-15 ta’ Novembru 2007 għall-adozzjoni tagħha permezz tal-proċedura ta’ kodeċiżjoni skont l-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta l-opinjoni tiegħu fid-29 ta' Mejju 2008. Il-Kumitat tar-Reġjuni adotta l-opinjoni tiegħu fid-19 ta’ Ġunju 2008. Fis-6 ta’ Novembru 2008, il-Kummissjoni adottat il-proposta emendata[1] tagħha skont l-Artikolu 250 tat-Trattat tal-KE, bl-inklużjoni, bis-sħiħ jew parzjalment, ta' ħafna mill-emendi vvotati mill-Parlament Ewropew fl-ewwel qari tiegħu fl-24 ta’ Settembru 2008. Il-Kunsill, skont l-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE, adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu dwar il-proposta fis-16 ta' Frar 2009[2]. Il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tagħha dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fis-17 ta' Frar 2009[3]. Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari fit-6 ta' Mejju 2009. 2. GħAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li jadatta l-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, fir-rigward tad-Direttiva dwar is-Servizz Universali[4] u d-Direttiva dwar il-Privattezza u l-Komunikazzjonijiet Elettroniċi[5], sabiex jissaħħu ċerti drittijiet tal-konsumatur u tal-utent, kif ukoll sabiex il-komunikazzjonijiet elettroniċi jsiru affidabbli, sikuri u ta’ min joqgħod fuqhom, filwaqt li jiġi żgurat li jkunu fornuti b'livell għoli ta’ protezzjoni tal-privattezza u tad-dejta personali tal-individwi. 3. KUMMENTI TAL-KUMMISSJONI 3.1. Ġenerali Fis-Sessjoni Plenarja tiegħu tas-6 ta’ Mejju 2009, il-Parlament Ewropew adotta għadd ta’ emendi, innegozjati mal-Kunsill, għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-adozzjoni tal-proposta fit-tieni qari. Dawn l-emendi jikkonċernaw essenzjalment: - L-adattament tas-servizz universali għall-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq, inkluż billi l-Istati Membri jkunu permessi jaġġornaw l-obbligi ta' servizz universali għas-servizzi broadband; - Aċċess imsaħħaħ għall-komunikazzjonijiet elettroniċi għal persuni b'diżabbiltà, partikularment permezz tal-inklużjoni ta’ tagħmir terminali fil-kuntest tad-Direttiva; aktar aċċess għas-servizzi, b'għażla usa', għall-persuni b'diżabbiltà; it-tisħiħ tad-dritt għas-servizzi tal-emerġenza fl-UE; - Kundizzjonijiet kuntrattwali aħjar, u aktar tagħrif għall-konsumaturi dwar is-servizzi, bi tqabbil aktar faċli tal-prezzijiet u aktar setgħat għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fir-rigward tal-informazzjoni dwar it-tariffi għall-konsumaturi. - Tagħrif għall-utenti dwar l-aktar użi komuni tas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għal attivitajiet illegali jew biex jixxandar kontenut ta’ ħsara; - Dispożizzjonijiet imsaħħa dwar l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza, inkluż fost l-oħrajn it-tisħiħ tal-obbligu li tingħadda lill-awtoritajiet tal-emerġenzi l-informazzjoni dwar fejn jinsab min iċempel; ħidma biex iċ-ċittadini jkollhom aktar għarfien tan-numru '112'; u l-introduzzjoni ta’ setgħat ta’ komitoloġija għall-Kummissjoni dwar l-aċċess għas-servizzi '112'; - L-iffaċilitar tal-aċċess taċ-ċittadini għas-servizzi 116, u setgħat ta’ komitoloġija għall-Kummissjoni biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tas-sensiela ta’ numri 116; - L-iffaċilitar tal-qlib ta' fornitur, inkluż limitu ta' żmien għall-attivazzjoni ta' numru wara t-trasferiment tiegħu; it-tisħiħ tas-setgħat tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jimmonitorjaw u jinfurzaw it-trasferiment; il-ħolqien ta’ setgħat ta’ komitoloġija għall-modernizzazzjoni tal-obbligi ta’ trasferiment; - It-tisħiħ tal-obbligu li l-Istati Membri jirrevedu l-'obbligi ta’ ridiffużjoni'; - L-immodernizzar u l-aġġornar tal-leġiżlazzjoni skont l-iżviluppi tat-teknoloġija u tas-suq; l-issemplifikar tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (eż. it-tħassir ta' obbligi skaduti, eċċ.); - Miżuri li għandhom jittieħdu mill-fornituri sabiex jissalvagwardaw is-sigurtà tas-servizzi tagħhom; - L-obbligu li l-fornituri tas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jinnotifikaw dwar il-ksur ta’ sigurtà li jolqot dejta persunali lill-awtoritajiet u (f'ċerti każijiet) lill-abbonati jew lill-individwi kkonċernati; l-introduzzjoni ta' setgħat ta' komitoloġija għall-Kummissjoni dwar il-modalitajiet tan-notifiki dwar il-ksur; - Dispożizzjonijiet imsaħħa għall-protezzjoni kontra l-ispyware u t-tqegħid ta' cookies fuq l-apparati tal-utenti. Il-Kummissjoni taċċetta l-emendi tal-Parlament Ewropew billi tqis li jaqblu mal-għan globali u mal-karatteristiċi ġenerali tal-proposta. 3.2. Proposti emendati Skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-Proposta tagħha skont l-emendi vvotati mill-Parlament Ewropew fis-sessjoni plenarju tiegħu tas-6 ta’ Mejju 2009. [1] COM(2008)723 finali. [2] ĠU C 103E, 5.5.2009, p. 40. [3] COM(2009) 78 finali. [4] Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51). [5] Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).