This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009PC0229
Proposal for a Decision of the Council and the representatives of the Governments of the Member States of the European Union, meeting within the Council on the conclusion of the of the Air Transport Agreement between the United States of America, for the one part, the European Community and its Member States, for the second part, Iceland, for the third part, and the Kingdom of Norway, for the fourth part; and on the conclusion of the Ancillary Agreement between the European Community and its Member States, of the first part, Iceland, on the second part, and the Kingdom of Norway, of the third part, regarding the application of the Air Transport Agreement between the United States of America, of the first part; the European Community and its Member States, of the second part; Iceland, of the third part; and the Kingdom of Norway, of the fourth part
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti; kif ukoll dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Anċillari bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti; il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti; l-Iżlanda, bħala t-tielet parti; u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti; kif ukoll dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Anċillari bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti; il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti; l-Iżlanda, bħala t-tielet parti; u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti
/* KUMM/2009/0229 finali - CNS 2009/0066 */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti; kif ukoll dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Anċillari bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti; il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti; l-Iżlanda, bħala t-tielet parti; u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti /* KUMM/2009/0229 finali - CNS 2009/0066 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 15.5.2009 KUMM(2009) 229 finali 2009/0066 (CNS) Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti; kif ukoll dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Anċillari bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti; il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti; l-Iżlanda, bħala t-tielet parti; u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Il-kuntest tal-proposta | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika (l-Istati Uniti), min-naħa l-oħra, li kien iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007 (“il-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru”), daħal fis-seħħ fit-30 ta’ Marzu 2008. L-Artikolu 18(5) tal-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru jikkonferma l-għan taż-żewġ partijiet li “jkabbru kemm jista' jkun il-benefiċċji għall-konsumaturi, il-linji tal-ajru, ix-xogħol, u l-komunitajiet fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku billi jestendu dan il-Ftehim sabiex jinkludi pajjiżi terzi”. L-Artikolu 18(5) tal-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru jitlob ukoll lill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 18(1) tal-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru biex “jiżviluppa proposta dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri li se jkunu meħtieġa sabiex terzi persuni jkollhom aċċess għal dan il-Ftehim”. Fl-2007, in-Norveġja u l-Iżlanda talbu b’mod formali li jissieħbu fil-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru. F'konformità mal-Artikolu 18(5) tal-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru, fil-laqgħa tiegħu tas-26 ta’ Frar 2009, il-Kumitat Konġunt żviluppa proposta sabiex l-Iżlanda u n-Norveġja jkunu jistgħu jissieħbu fil-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru, li hija magħmula minn “Ftehim fil-forma ta' ittra ta’ akkumpanjament” bejn erba’ partijiet u Ftehim anċillari għall-arranġamenti interni bejn il-Komunità, in-Norveġja u l-Iżlanda. Minħabba li n-Norveġja u l-Iżlanda jiffurmaw parti integrali miż-Żona Komuni Ewropea tal-Avjazzjoni, dawn il-Ftehimiet se jiżguraw qafas regolatorju konsistenti għat-titjiriet bejn l-Istati Uniti u s-suq uniku tal-avjazzjoni fl-UE – inkluż l-Iżlanda u n-Norveġja. Dan se joħloq benefiċċji kummerċjali għal-linji tal-ajru u għall-konsumaturi fl-UE u se jiżgura, b’mod partikulari, li l-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru jkun konsistenti mal-politika komuni Skandinava dwar it-trasport bl-ajru. Fl-istess waqt, il-proposta tiżgura li tinżamm in-natura bilaterali tal-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru. L-Iżlanda u n-Norveġja se jimpenjaw irwieħhom favur in-negozjati dwar Ftehim tat-tieni stadju mal-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru. | Il-kuntest ġenerali Il-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru neħħa x-xkiel kummerċjali kollu għat-titjiriet bejn kwalunkwe punt fl-UE u kwalunkwe punt fl-Istati Uniti. Barra minn hekk, l-Istati Uniti tat l-hekk imsejħa drittijiet tas-seba’ libertà lit-trasportaturi bl-ajru tal-UE sabiex dawn jaħdmu bejn l-Istati Uniti u pajjiżi li mhumiex fl-UE iżda li jiffurmaw parti miż-Żona Komuni Ewropea tal-Avjazzjoni (l-ECAA), bħan-Norveġja u l-Iżlanda. Madanakollu, l-ECAA m’għandha l-ebda dimensjoni esterna. B’hekk, bħalissa t-trasportaturi bl-ajru tal-UE ma għandhomx id-dritt li jħaddmu titjiriet bejn in-Norveġja u l-Iżlanda u terzi pajjiżi. Bl-istess mod, dal-ħin, it-trasportaturi bl-ajru Norveġiżi u Iżlandiżi ma għandhomx id-dritt li jħaddmu titjiriet bejn l-UE u l-Istati Uniti. Il-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru ħoloq kundizzjonijiet uniformi għall-aċċess għas-suq għat-trasportaturi bl-ajru kollha tal-Komunità, u stabbilixxa arranġamenti ġodda għall-kooperazzjoni regolatorja bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti f’oqsma li huma essenzjali għat-tħaddim bla periklu, siguri u effiċjenti tas-servizzi tal-ajru trans-Atlantiċi. In-Norveġja u l-Iżlanda adottaw l-acquis communautaire kollu li għandu x’jaqsam mal-politika tal-avjazzjoni. Għalhekk, li wieħed jinkludi ż-żewġ pajjiżi fl-ambitu tal-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru se jizgura li t-trasportaturi bl-ajru kollha Ewropej li jkunu qed japplikaw l-acquis communautaire jagħtu servizzi tal-ajru trans-Atlantiċi f’qafas armonizzat. L-adeżjoni tal-Iżlanda u tan-Norveġja fil-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru tista’ sservi ta’ preċedent għall-adeżjoni tagħhom fi ftehimiet oħrajn tal-Komunità fil-qasam tal-avjazzjoni (per eżempju fil-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni mal-Marokk). | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim fil-forma ta' ittra ta’ akkumpanjament iwessgħu, mutatis mutandis, l-ambitu tal-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru għan-Norveġja u għall-Iżlanda. Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Anċillari jissejsu fuq id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ April 2007 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-Trasport bl-Ajru (2007/339/KE). | Konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħrajn tal-Unjoni L-għan tat-twessigħ tal-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru għal terzi pajjiżi huwa previst b’mod espliċitu fil-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru. Il-Ftehim fil-forma ta’ ittra ta’ akkumpanjament se jistabbilixxi l-ħolqa meħtieġa bejn il-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru u l-Ftehim dwar iż-Żona Komuni Ewropea tal-Avjazzjoni. Mhux se joħloq dimensjoni esterna għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. Huwa konsistenti mal-politika ġenerali tal-UE f’dak li għandu x’jaqsam mal-Iżlanda u man-Norveġja. | 2. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt | Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati | Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu L-adeżjoni tal-Iżlanda u tan-Norveġja fil-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru ġiet diskussa f’diversi laqgħat tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru u f’laqgħat tekniċi mhux formali mal-Istati Membri. Dawn il-laqgħat kollha tħejjew waqt il-laqgħat tal-Forum Konsultattiv tal-Industrija mar-rappreżentanti tat-trasportaturi bl-ajru, tal-ajruporti u tal-għaqdiet tal-ħaddiema. | Sommarju tat-tweġibiet u ta’ kif tqiesu Il-kwistjoni tal-adeżjoni tal-Iżlanda u tan-Norveġja fil-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru ġiet diskussa f’erba’ laqgħat tal-Forum Konsultattiv tal-Industrija, li fihom ġew diskussi fid-dettall l-elementi kollha tal-approċċ. Il-kummenti kollha tal-Istati Membri u tal-partijiet interessati tqiesu kif xieraq meta kienet qed titħejja l-pożizzjoni tal-Komunità għal-laqgħa tal-Kumitat Konġunt tas-26 ta’ Frar 2009. | Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert | Ma kien hemm bżonn l-ebda għarfien espert estern. | Il-valutazzjoni tal-impatt Il-Ftehim iwessa’ l-ambitu tal-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru għall-Iżlanda u għan-Norveġja. Dan se jagħti l-opportunità lit-trasportaturi bl-ajru tal-UE li jużaw id-drittijiet mogħtija mill-Istati Uniti sa mit-30 ta’ Marżu 2008 biex iħaddmu titjiriet tal-passiġġieri bejn l-Istati Uniti u l-Iżlanda jew in-Norveġja. | 3. L-elementi ġuridiċi tal-proposta | Sommarju tal-azzjoni proposta Il-proposta hija magħmula minn żewġ elementi: - Il-“Ftehim fil-forma ta' ittra ta’ akkumpanjament” bejn erba' partijiet li jwessa’, mutatis mutandis, l-ambitu tal-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru għall-erba’ partijiet. - Il-Ftehim Anċillari li jiżgura li tinżamm in-natura bilaterali tal-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru. Fil-Kumitat Konġunt, in-Norveġja u l-Iżlanda se jkunu rrappreżentati mill-Kummissjoni fl-oqsma kollha li mhumiex fil-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri. Il-Ftehim jistabbilixxi regoli għall-iskambju tat-tagħrif, għas-sehem fit-tieni stadju tan-negozjati, u għar-rappreżentazzjoni fil-proċeduri tal-arbitraġġ. | Il-bażi ġuridika L-Artikolu 80(2), flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu. | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika safejn il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. | L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri għar-raġuni li ġejja: | Il-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru stabbilixxa arranġamenti ġodda fuq il-livell Komunitarju li jirregolaw l-għoti ta' servizzi bl-ajru trans-Atlantiċi li ħadu post l-arranġamenti li kien hemm qabel li kienu magħmula mill-Istati Membri individwali. L-adeżjoni ta’ terzi pajjiżi fil-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru tista’ tinkiseb biss fil-livell Komunitarju. | Għaldaqstant il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni/raġunijiet li ġejjin: | Il-proposta mhijiex se teffettwa l-qafas regolatorju fi ħdan iż-Żona Komuni Ewropea tal-Avjazzjoni. Il-proposta mhix se tibdel il-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru. Il-proposta hija llimitata għall-iżgurar tal-konsistenza bejn is-suq komuni tal-avjazzjoni fl-Ewropa u l-qafas regolatorju għat-titjiriet trans-Atlantiċi stabbiliti mill-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru. Il-proposta ma toħloq l-ebda obbligu ġdid għall-awtoritajiet tal-avjazzjoni tal-UE jew għall-industrija tal-UE. Hija toħloq drittijiet ġodda għat-trasportaturi bl-ajru tal-UE u tiżgura li l-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru jkun konsistenti bis-sħiħ mal-politika komuni Skandinava dwar it-trasport bl-ajru. L-għażla tal-istrumenti | Mezzi oħra ma jkunux xierqa għar-raġunijiet li ġejjin: Il-Ftehim fil-forma ta’ ittra ta’ akkumpanjament bejn erba’ partijiet u l-Ftehim anċillari huma l-iktar strumenti effettivi sabiex ikunu żgurati kemm it-twessigħ sħiħ tal-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru għall-Iżlanda u għan-Norveġja kif ukoll in-natura bilaterali tal-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru. Ftehim multilaterali li jieħu post il-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasport bl-ajru jċekken lill-UE għal parti waħda minn Ftehim bejn erba' partijiet filwaqt li l-Ftehimiet proposti jżommu r-relazzjoni bilaterali bejn l-Istati Uniti, minn naħa waħda, u l-Ewropa, min-naħa l-oħra. Ftehimiet bilaterali paralleli bejn (1) l-Iżlanda u l-Istati Uniti, (2) in-Norveġja u l-Istati Uniti, (3) l-Iżlanda u l-Komunità Ewropea u (4) in-Norveġja u l-Komunità Ewropea kieku jżidu l-kumplessità bla bżonn u ma jiżgurawx il-konsistenza sħiħa tal-qafas regolatorju għat-titjiriet trans-Atlantiċi. | 4. L-implikazzjonijiet fuq il-baġit | Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit Komunitarju. | 2009/0066 (CNS) Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti; kif ukoll dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Anċillari bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti; il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti; l-Iżlanda, bħala t-tielet parti; u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 80(2), flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, Billi: (1) F’isem il-Komunità u l-Istati Membri, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim dwar it-trasport bl-ajru mal-Istati Uniti tal-Amerika, mal-Iżlanda, u mar-Renju tan-Norveġja (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) u Ftehim Anċillari mal-Iżlanda u mar-Renju tan-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Anċillari”); (2) Il-Ftehim ġie ffirmat nhar il-….; (3) Il-Ftehim Anċillari ġie ffirmat nhar il-…; (3) Il-Ftehim u l-Ftehim Anċillari għandhom ikunu approvati mill-Komunità u mill-Istati Membri; IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 (L-approvazzjoni) 1. Il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) b’dan qed jiġi approvat f’isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-deċiżjoni. 2. Il-Ftehim Anċillari bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti; il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti; l-Iżlanda, bħala t-tielet parti; u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Anċillari”) b’dan qed jiġi approvat f’isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-deċiżjoni. 3. Hekk kif itemm il-proċeduri interni tiegħu għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, kull Stat Membru għandu jibgħat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill in-noti diplomatiċi li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 6 tal-Ftehim u fl-Artikolu 9 tal-Ftehim Anċillari. 4. Il-President tal-Kunsill b'dan huwa awtorizzat jaħtar il-persuna li għandha s-setgħa twassal in-noti diplomatiċi li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 6 tal-Ftehim lill-Istati Uniti tal-Amerika, lill-Iżlanda u lir-Renju tan-Norveġja. 5. Il-President tal-Kunsill b'dan huwa awtorizzat jaħtar il-persuna li għandha s-setgħa twassal in-noti diplomatiċi li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 6 tal-Ftehim u fl-Artikolu 9 tal-Ftehim Anċillari lill-Iżlanda u lir-Renju tan-Norveġja f'isem il-Komunità u l-Istati Membri. Artikolu 2 (It-tmiem) 1. Deċiżjoni biex jintemm il-Ftehim u biex dan jiġi mgħarraf lill-Istati Uniti tal-Amerika, lill-Iżlanda u lir-Renju tan-Norveġja skont l-Artikolu 3 tal-Ftehim, u deċiżjoni biex ikun irtirat dan l-avviż, għandha tittieħed mill-Kunsill, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri, b’mod unanimu u fuq il-bażi ta’ proposta min-naħa tal-Kummissjoni. 2. Deċiżjoni biex jintemm il-Ftehim Anċillari u biex dan jiġi mgħarraf lill-Iżlanda u lir-Renju tan-Norveġja skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim Anċillari, u deċiżjoni biex ikun irtirat dan l-avviż, għandha tittieħed mill-Kunsill, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri, b’mod unanimu u fuq il-bażi ta’ proposta min-naħa tal-Kummissjoni. Magħmul fi Brussell, il-[...] Għall-Kunsill Il-President […] Anness 1 FTEHIM DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU L-Istati Uniti tal-Amerika (minn hawn ’il quddiem imsejħin “l-Istati Uniti”), bħala l-ewwel parti; kif ukoll Il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti; l-Iżlanda, bħala t-tielet parti; kif ukoll Ir-Renju tan-Norveġja (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "in-Norveġja”), bħala r-raba’ parti; Xewqana li jippromwovu sistema tal-avjazzjoni internazzjonali msejsa fuq il-kompetizzjoni bejn il-linji tal-ajru fis-suq bl-inqas indħil u regolamentazzjoni min-naħa tal-gvern possibbli; Xewqana li jiffaċilitaw l-espansjoni tal-opportunitajiet tat-trasport internazzjonali bl-ajru, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ netwerks tat-trasport bl-ajru sabiex jaqdu l-ħtiġijiet tal-passiġġieri u tat-trasportaturi tal-merkanzija għal servizzi konvenjenti tat-trasport bl-ajru; Xewqana li joħolqu l-possibbiltà għal-linji tal-ajru li joffru prezzijiet u servizzi kompetittivi fi swieq miftuħa lill-pubbliku li jivvjaġġa u lil dak li jittrasporta l-merkanzija; Xewqana li s-setturi kollha tal-industrija tat-trasport bl-ajru, inklużi l-ħaddiema tal-linji tal-ajru, jibbenefikaw minn ftehim liberalizzat; Xewqana li jiżguraw l-ogħla livell ta’ sikurezza u ta’ sigurtà fit-trasport internazzjonali bl-ajru u li jaffermaw mill-ġdid it-tħassib serju tagħhom dwar atti u theddid kontra s-sigurtà tal-inġenji tal-ajru, li jipperikolaw is-sikurezza tal-persuni jew tal-proprjetà, jolqtu ħażin it-tħaddim tat-trasport bl-ajru, u jnaqqsu l-fiduċja tal-pubbliku fis-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili; Filwaqt li jinnutaw il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, li nfetħet għall-firem f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944; Filwaqt li jagħrfu li s-sussidji governattivi jistgħu jolqtu ħażin il-kompetizzjoni bejn il-linji tal-ajru u jistgħu jipperikolaw l-għanijiet bażiċi ta’ dan il-Ftehim; Filwaqt li jsostnu l-importanza tal-ħarsien tal-ambjent fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-politika dwar l-avjazzjoni internazzjonali; Filwaqt li jinnutaw l-importanza li jitħarsu l-konsumaturi, inklużi l-protezzjonijiet mogħtija permezz tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli tat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, magħmula f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999; Filwaqt li beħsiebhom jibnu fuq il-qafas ta’ ftehimiet eżistenti bil-għan li jiftħu l-aċċess għas-swieq u li jkabbru kemm jista’ jkun il-benefiċċji għall-konsumaturi, għal-linji tal-ajru, għall-ħaddiema, u għall-komunitajiet fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku; Filwaqt li jagħrfu l-importanza li jtejbu l-aċċess tal-linji tal-ajru tagħhom għas-swieq globali kapitali sabiex tissaħħaħ il-kompetizzjoni u jiġu promossi l-għanijiet ta' dan il-Ftehim; Filwaqt li beħsiebhom jistabbilixxu preċedent ta’ sinifikat globali biex jippromwovu l-benefiċċji tal-liberalizzazzjoni f’dan is-settur ekonomiku kruċjali; Ftehmu kif ġej: Artikolu 1 Tifsira “Parti” tfisser l-Istati Uniti, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Iżlanda jew in-Norveġja. Artikolu 2 L-applikazzjoni tal-Annessi I u II Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru ffirmat mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u mill-Istati Uniti tal-Amerika nhar il-25 u t-30 ta’ April 2007 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru”), mehmuż fl-Anness I, għandhom japplikaw għall-Partijiet kollha ta’ dan il-Ftehim, suġġetti għall-Anness II. Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru għandhom japplikaw għall-Iżlanda u għan-Norveġja daqslikieku kienu Stati Membri tal-Komunità Ewropea, hekk li l-Iżlanda u n-Norveġja għandu jkollhom id-drittijiet u l-obbligi kollha tal-Istati Membri taħt dak il-ftehim. L-Annessi I u II jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim. Artikolu 3 It-tmiem 1. Kemm l-Istati Uniti kif ukoll il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jgħarrfu lit-tliet Partijiet l-oħra, bil-miktub, permezz ta’ mezzi diplomatiċi, dwar id-deċiżjoni tagħhom li jtemmu dan il-Ftehim jew li jtemmu l-applikazzjoni provviżorja tiegħu skont l-Artikolu 5. Fl-istess ħin, kopja ta’ dan l-avviż għandha tintbagħat lill-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali. Dan il-Ftehim, jew l-applikazzjoni provviżorja tiegħu, għandhom jintemmu f’nofsillejl skont il-GMT fi tmiem l-istaġun tat-traffiku li jkun għaddej tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (l-IATA) sena wara d-data tal-avviż bil-miktub, sakemm dan l-avviż ma jkunx irtirat qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu bi qbil bejn il-Partijiet kollha. 2. Kemm l-Iżlanda kif ukoll in-Norveġja jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jgħarrfu lill-Partijiet l-oħra, bil-miktub, permezz ta’ mezzi diplomatiċi, dwar id-deċiżjoni tagħhom li jirtiraw minn dan il-Ftehim jew li jtemmu l-applikazzjoni provviżorja tiegħu skont l-Artikolu 5. Fl-istess ħin, kopja ta’ dan l-avviż għandha tintbagħat lill-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali. It-tali rtirar jew waqfien tal-applikazzjoni provviżorja għandhom jidħlu fis-seħħ f’nofsillejl, skont il-GMT, fi tmiem l-istaġun tat-traffiku li jkun għaddej tal-IATA sena wara d-data tal-avviż bil-miktub, sakemm dan l-avviż ma jkunx irtirat qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu bi qbil bejn il-Parti li tkun qed tagħmel l-avviż bil-miktub, l-Istati Uniti u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha. 3. Kemm l-Istati Uniti kif ukoll il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jgħarrfu lill-Iżlanda jew lin-Norveġja, bil-miktub, permezz ta’ mezzi diplomatiċi, dwar id-deċiżjoni tagħhom li jtemmu dan il-Ftehim jew li jtemmu l-applikazzjoni provviżorja tiegħu f’dak li għandu x'jaqsam mal-Iżlanda u man-Norveġja. Fl-istess ħin, kopji ta’ dan l-avviż għandhom jintbagħtu liż-żewġ Partijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim u lill-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali. It-tali rtirar jew waqfien tal-applikazzjoni provviżorja f’dak li għandu x’jaqsam mal-Iżlanda u man-Norveġja għandhom jidħlu fis-seħħ f’nofsillejl, skont il-GMT, fi tmiem l-istaġun tat-traffiku li jkun għaddej tal-IATA sena wara d-data tal-avviż bil-miktub, sakemm dan l-avviż ma jkunx irtirat qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu bi qbil bejn l-Istati Uniti, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-Parti li tkun qed tirċievi l-avviż. 4. Għall-għanijiet tan-noti diplomatiċi maħsubin minn dan l-Artikolu, noti diplomatiċi mingħand il-Komunità Ewropea jew l-Istati Membri tagħha jew lilha jew lilhom għandhom jitwasslu lill-Komunità Ewropea jew mingħandha skont il-każ. 5. Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan l-Artikolu, jekk il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru jintemm, dan il-Ftehim għandu jintemm fl-istess ħin. Artikolu 4 Ir-reġistrazzjoni mal-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali Dan il-Ftehim u l-emendi kollha tiegħu għandhom ikunu rreġistrati mal-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali. Artikolu 5 L-applikazzjoni provviżorja Sakemm dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ skont l-Artikolu 6, għandu jiġi applikat b’mod provviżorju sa mill-ewwel ġurnata tax-xahar ta' wara d-data meta tintbagħat l-aħħar nota li biha kull Parti tgħarraf lill-Partijiet l-oħra li tkun lestiet kwalunkwe proċedura li tkun meħtieġa sabiex dan il-Ftehim ikun applikat b'mod provviżorju. Jekk il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru jintemm skont l-Artikolu 23 tiegħu jew jekk ma jibqax jiġi applikat b'mod provviżorju skont l-Artikolu 25 ta’ dak il-Ftehim, l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Ftehim għandha tintemm fl-istess ħin. Artikolu 6 Id-dħul fis-seħħ Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li tkun l-iktar tard minn dawn li ġejjin: (1) id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru u (2) xahar wara d-data tal-aħħar nota fl-iskambju ta’ noti diplomatiċi bejn il-Partijiet li jikkonfermaw li jkunu tlestew il-proċeduri kollha meħtieġa biex dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ. Għall-għanijiet ta’ dan l-iskambju tan-noti diplomatiċi, noti diplomatiċi mingħand il-Komunità Ewropea jew l-Istati Membri tagħha jew lilha jew lilhom għandhom jitwasslu lill-Komunità Ewropea jew mingħandha skont il-każ. In-nota jew in-noti diplomatiċi mill-Komunità Ewropea u mill-Istati Membri tagħha għandhom jinkludu ċerti komunikazzjonijiet minn kull Stat Membru li jikkonfermaw li jkunu tlestew il-proċeduri kollha tagħhom meħtieġa sabiex dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ. B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji t’hawn taħt, li huma awtorizzati kif xieraq, iffirmaw dan il-Ftehim. MAGĦMUL fi ……….f’dan il- ………. jum ta’ ……………., f’erba’ kopji. Għall-Istati Uniti tal-Amerika: [Għal kull wieħed mill-Istati Membri tal-UE:] Għall-Komunità Ewropea: Għall-Iżlanda: Għar-Renju tan-Norveġja: Anness I FTEHIM DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU [ ĠU L 134/4, 25.5.2007 ] Anness II Dispożizzjonijiet speċifiċi f’dak li għandu x’jaqsam mal-Iżlanda u man-Norveġja Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru, mibdulin kif ġej, għandhom japplikaw għall-Partijiet kollha ta’ dan il-Ftehim. Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru għandhom japplikaw għall-Iżlanda u għan-Norveġja daqslikieku kienu Stati Membri tal-Komunità Ewropea, hekk li l-Iżlanda u n-Norveġja għandu jkollhom id-drittijiet u l-obbligi kollha tal-Istati Membri taħt dak il-Ftehim: 1. L-Artikolu 1(9) tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru għandu jinqara kif ġej: “Territorju” jfisser, għall-Istati Uniti, iż-żoni tal-art (iż-żoni kontinentali u l-gżejjer), l-ilmijiet interni u l-ibħra territorjali taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tagħha, u, għall-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iż-żoni tal-art (iż-żoni kontinentali u l-gżejjer), l-ilmijiet interni u l-ibħra territorjali fejn japplika l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u skont il-kundizzjonijiet imniżżlin f’dak il-ftehim u fi kwalunkwe strument li ġie warajh, ħlief għaż-żoni tal-art u l-ilmijiet interni taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein; l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għall-ajruport ta' Ġibiltà hija mifhuma li hi mingħajr ħsara għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit fir-rigward tat-tilwima dwar is-sovranità tat-territorju fejn jinstab l-ajruport, u għas-sospensjoni li għadha fis-seħħ tal-Ajruport ta' Ġibiltà minn miżuri tal-avjazzjoni tal-Komunità Ewropea eżistenti sa mit-18 ta’ Settembru 2006 bejn l-Istati Membri, skont id-dikjarazzjoni Ministerjali dwar l-Ajruport ta' Ġibiltà miftehma f'Kordoba fit-18 ta’ Settembru 2006; kif ukoll 2. L-Artikolu 23 sa 26 ma għandhomx japplikaw għall-Iżlanda u n-Norveġja. 3. Dan li ġej għandu jiżdied mat-Taqsima 1 tal-Anness 1: w. L-Iżlanda: Il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru, ffirmat f’Washington fl-14 ta’ Ġunju 1995; emendat fl-1 ta’ Marzu 2002 permezz ta’ skambju ta’ noti; emendat fl-14 ta’ Awwissu 2006 u fid-9 ta’ Marzu 2007 permezz ta’ skambju ta’ noti. x. Ir-Renju tan-Norveġja: Il-Ftehim dwar is-servizzi tat-trasport bl-ajru, li sar permezz ta’ skambju ta' noti f’Washington fis-6 ta’ Ottubru 1945; emendat fis-6 ta’ Awwissu 1954 permezz ta’ skambju ta’ noti; emendat fis-16 ta’ Ġunju 1995 permezz ta’ skambju ta’ noti. 4. It-test tat-Taqsima 2 tal-Anness 1 għandu jinqara kif ġej: Minkejja t-Taqsima 1 ta' dan l-Anness, għaż-żoni li mhumiex inklużi fit-tifsira ta’ “territorju” mogħtija fl-Artikolu 1 ta' dan il-Ftehim, il-ftehimiet fil-paragrafi (e) (bejn id-Danimarka u l-Istati Uniti), (g) (bejn Franza u l-Istati Uniti), (v) (bejn ir-Renju Unit u l-Istati Uniti), u (x) (bejn in-Norveġja u l-Istati Uniti) ta' dik it-Taqsima għandhom ikomplu japplikaw skont it-termini tagħhom. 5. It-test tat-Taqsima 3 tal-Anness 1 għandu jinqara kif ġej: Minkejja l-Artikolu 3 ta’ dan il-Ftehim, il-linji tal-ajru tal-Istati Uniti ma għandhomx ikollhom id-dritt li jipprovdu servizzi li jġorru biss merkanzija, li mhumiex parti minn servizz li jaqdi lill-Istati Uniti, għal jew minn punti fl-Istati Membri, ħlief għal jew minn punti fir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika Slovakka, l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja. 6. Dan li ġej għandu jiżdied fi tmiem l-Artikolu 3 tal-Anness 2: Għall-Iżlanda u għan-Norveġja, dan jinkludi, iżda mhuwiex limitat għal, l-Artikoli 53, 54, u 57 tal-Ftehim dwar iż-Zona Ekonomika Ewropea u r-Regolamenti li jimplimentawhom skont il-Ftehim imsemmi, kif ukoll għal kwalunkwe emenda tagħhom. Anness 2 FTEHIM ANĊILLARI bejn Ir-Renju tan-Norveġja, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, kif ukoll Il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, ir-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, u l-Iżlanda, bħala r-raba’ parti Billi: (1) F’isem il-Komunità u l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea nnegozjat Ftehim dwar it-trasport bl-ajru mal-Istati Uniti tal-Amerika skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati. (2) Il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Istati Uniti tal-Amerika (il-“Ftehim dwar it-trasport bl-ajru”) kien inizjalat fit-2 ta’ Marzu 2007, ġie ffirmat min-naħa Ewropea fi Brussell fil-25 ta’ April 2007 u min-naħa tal-Istati Uniti f’Washington fit-30 ta’ April 2007 u beda japplika b’mod provviżorju fit-30 ta’ Marzu 2008. (3) L-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “in-Norveġja”), bħala membri integrati għal kollox fis-Suq tal-Avjazzjoni Ewropew permezz tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, saru parti mill-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru permezz ta’ Ftehim tal-istess data (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), li jinkludi l-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru bħala l-Anness I. (4) Jeħtieġ li jkunu stabbiliti arranġamenti proċedurali sabiex ikun deċiż, jekk ikun il-każ, kif għandhom ikunu sospiżi d-drittijiet skont l-Artikolu 21(3) tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru. (5) Barra minn hekk, jeħtieġ li jkunu stabbiliti arranġamenti proċedurali sabiex in-Norveġja u l-Iżlanda jieħdu sehem fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 18 tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru u fil-proċeduri tal-arbitraġġ li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru, li jiżguraw il-kooperazzjoni, l-iskambju tat-tagħrif u l-konsultazzjoni meħtieġa qabel il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt, kif ukoll sabiex ikunu implimentati ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim, inklużi dawk dwar is-sigurtà, is-sikurezza, l-għoti u r-revoka tad-drittijiet tat-traffiku u l-appoġġ min-naħa tal-gvern, QED JIĠI MIFTIEHEM KIF ĠEJ: Artikolu 1 Notifika F’każ li l-Komunità u l-Istati Membri tagħha jiddeċiedu li jtemmu l-Ftehim skont l-Artikolu 3 tal-Ftehim jew li ma jkomplux japplikawh b’mod provviżorju, jewinkella li jirtiraw avviżi dwar dan, il-Kummissjoni għandha tgħarraf mill-ewwel lill-Iżlanda u lin-Norveġja dwar dan, qabel ma tgħarraf lill-Istati Uniti tal-Amerika permezz ta’ mezzi diplomatiċi. Bl-istess mod, in-Norveġja u/jew l-Iżlanda għandhom jgħarrfu mill-ewwel lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni ta’ dan it-tip. Artikolu 2 In-negozjati tat-tieni stadju u s-sospensjoni tad-drittijiet tat-traffiku 1. Il-Kummissjoni għandha twettaq in-negozjati tat-tieni stadju msemmija fl-Artikolu 21(1) tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha. Sabiex in-Norveġja u l-Iżlanda jibqgħu msieħba fil-Ftehim rivedut dwar it-trasport bl-ajru wkoll wara t-tieni stadju tan-negozjati, huma għandhom jieħdu sehem fin-negozjati bħala osservaturi, u għal dak il-għan għandhom ikunu inklużi fix-xogħol ta’ tħejjija tal-Komunità Ewropea bħal kwalunkwe Stat Membru tal-Komunità. 2. Jekk ma jkun intlaħaq l-ebda ftehim tat-tieni stadju sa tnax-il xahar mill-bidu tar-reviżjoni li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 21(3) tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru, bħal kwalunkwe Stat Membru tal-Komunità u fi żmien il-ħmistax-il ġurnata ta' wara, in-Norveġja u l-Iżlanda jistgħu jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar liema drittijiet tat-traffiku li għandhom x’jaqsmu mat-territorju tagħhom, jekk ikun hemm, jixtiequ jissospendu. Dawn id-drittijiet tat-traffiku ma jistgħux jinkludu xi dritt speċifikat fil-ftehimiet imsemmija fl-Anness I tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru. 3. Abbażi tal-avviżi li jkunu waslulha mingħand l-Istati Membri, in-Norveġja u/jew l-Iżlanda, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista tad-drittijiet tat-traffiku li għandhom jiġu sospiżi u għandha tgħaddiha lill-Kunsill. Il-President tal-Kunsill, huwa u jaġixxi f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, in-Norveġja u l-Iżlanda, għandu mbagħad jgħarraf lill-Istati Uniti tal-Amerika dwar is-sospensjoni tad-drittijiet tat-traffiku inklużi fil-lista skont l-Artikolu 21(3) tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru. L-Istati Membri kkonċernati, in-Norveġja u/jew l-Iżlanda għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex dawn id-drittijiet ikunu sospiżi sa mill-ewwel jum tal-istaġun tat-traffiku tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (l-IATA) li jkun jibda mhux anqas minn tnax-il xahar wara d-data li fiha jintbagħat l-avviż dwar is-sospensjoni. 4. Minkejja l-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kunsill, huwa u jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta min-naħa tal-Kummissjoni, jista' jiddeċiedi li ma jibgħatx avviż dwar is-sospensjoni jew li jirtirah sussegwentement. Artikolu 3 Il-Kumitat Konġunt 1. Il-Komunità, l-Istati Membri tagħha, in-Norveġja u l-Iżlanda għandhom ikunu rrappreżentati fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 18 tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri, tan-Norveġja u tal-Iżlanda. 2. Fil-Kumitat Konġunt, il-pożizzjoni tal-Komunità, tal-Istati Membri, tan-Norveġja u tal-Iżlanda għandha titressaq mill-Kummissjoni, ħlief f'oqsma li, fi ħdan l-UE, jaqgħu fi ħdan il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri, f'liema każijiet hija għandha titressaq mill-Istati Membri, mill-Iżlanda u/jew min-Norveġja, kif ikun xieraq. 3. Il-pożizzjoni li għandhom jieħdu n-Norveġja u l-Iżlanda fil-Kumitat Konġunt f'dak li għandu x'jaqsam ma’ kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan l-Artikoli 14 jew 20 tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru jew ma’ kwistjonijiet li ma jeħtiġux li tiġi adottata deċiżjoni li jkollha effetti legali għandha tiġi adottata min-Norveġja u mill-Iżlanda bi qbil mal-Kummissjoni. 4. Għal deċiżjonijiet oħra tal-Kumitat Konġunt dwar kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan regolamenti u direttivi li huma inkorporati fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, il-pożizzjoni li għandhom jieħdu l-Komunità, l-Istati Membri tagħha, in-Norveġja u l-Iżlanda għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni bi qbil man-Norveġja u mal-Iżlanda. 5. Għal deċiżjonijiet oħra tal-Kumitat Konġunt dwar kwistjonijiet li ma jaqgħux fi ħdan regolamenti u direttivi li huma inkorporati fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, il-pożizzjoni li għandhom jieħdu r-Renju tan-Norveġja u l-Iżlanda għandhom jiġu adottati min-Norveġja u mill-Iżlanda bi qbil mal-Kummissjoni. 6. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri adegwati sabiex ikun żgurat li n-Norveġja u l-Iżlanda jieħdu sehem bis-sħiħ fi kwalunkwe laqgħat ta' koordinazzjoni, konsultazzjoni jew tat-tiswir tad-deċiżjonijiet mal-Istati Membri tagħha, u sabiex ikun żgurat li dawn ikollhom aċċess għat-tagħrif rilevanti bi tħejjija għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt li jkunu se jsiru. Artikolu 4 L-arbitraġġ 1. Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Komunità, lill-Istati Membri tagħha u lin-Norveġja u lill-Iżlanda fil-proċeduri tal-arbitraġġ skont l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru. 2. Il-Kummissjoni għandha, kif ikun xieraq, tieħu miżuri sabiex tiżgura li n-Norveġja u l-Iżlanda jkunu involuti fit-tħejjija u fil-koordinazzjoni tal-proċeduri tal-arbitraġġ. 3. Jekk il-Kunsill jiddeċiedi li jissospendi benefiċċji skont l-Artikolu 19(7) tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru, in-Norveġja u l-Iżlanda għandhom jiġu mgħarrfa b’din id-deċiżjoni. Bl-istess mod, in-Norveġja u/jew l-Iżlanda għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni li jkunu ħadu ta’ dan it-tip. 4. Kwalunkwe azzjoni xierqa oħra li għandha tittieħed skont l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru dwar kwistjonijiet li, fi ħdan l-UE jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Komunità, għandha tiġi deċiża mill-Kummissjoni, megħjuna minn Kumitat Speċjali magħmul mir-rappreżentanti tal-Istati Membri maħtura mill-Kunsill u mir-rappreżentanti tan-Norveġja u tal-Iżlanda. Artikolu 5 L-iskambju tat-tagħrif 1. In-Norveġja u l-Iżlanda għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni li jirrifjutaw, jirrevokaw, jissospendu jew jillimitaw l-awtorizzazzjonijiet ta’ linja tal-ajru tal-Istati Uniti tal-Amerika li jkunu adottaw skont l-Artikoli 4 jew 5 tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru. Bl-istess mod, il-Kummissjoni għandha tgħarraf minnufih lin-Norveġja u lill-Iżlanda dwar kwalunkwe deċiżjoni ta’ dan it-tip li jkunu ħadu l-Istati Membri. 2. In-Norveġja u l-Iżlanda għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe talba jew avviż li jkunu għamlu jew li jkun waslilhom skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru. Bl-istess mod, il-Kummissjoni għandha tgħarraf minnufih lin-Norveġja u lill-Iżlanda dwar kwalunkwe talba jew avviż ta’ dan it-tip li jkunu għamlu l-Istati Membri jew li jkun waslilhom. 3. In-Norveġja u l-Iżlanda għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe talba jew avviż li jkunu għamlu jew li jkun waslilhom skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru. Bl-istess mod, il-Kummissjoni għandha tgħarraf minnufih lin-Norveġja u lill-Iżlanda dwar kwalunkwe talba jew avviż ta’ dan it-tip li jkunu għamlu l-Istati Membri jew li jkun waslilhom. Artikolu 6 Is-sussidji u l-appoġġ mill-gvern 1. Jekk in-Norveġja jew l-Iżlanda jkunu jaħsbu li sussidju jew appoġġ li jkun qed jitqies jew li jkun qed jingħata minn entità governattiva fit-territorju tal-Istati Uniti tal-Amerika jkun se jkollu l-effetti kompetittivi negattivi msemmija fl-Artikolu 14(2) tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru, għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni. Jekk Stat Membru jkun ġibed l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar kwistjoni simili, il-Kummissjoni għandha, bl-istess mod, tiġbed l-attenzjoni tan-Norveġja u tal-Iżlanda dwar din il-kwistjoni. 2. Il-Kummissjoni, in-Norveġja u l-Iżlanda jistgħu jkellmu lil din l-entità jew jitolbu li jkun hemm laqgħa tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 18 tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru. 3. Il-Kummissjoni, in-Norveġja u l-Iżlanda għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih meta jiġu kkuntattjati mill-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu 14(3) tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru. Artikolu 7 It-tmiem 1. Kwalunkwe Parti tista’, fi kwalunkwe ħin, tgħarraf lill-Partijiet l-oħra, bil-miktub, permezz ta’ mezzi diplomatiċi, dwar id-deċiżjoni tagħha li ttemm dan il-Ftehim Anċillari jew l-applikazzjoni provviżorja tiegħu. Dan il-Ftehim Anċillari għandu jintemm jew m’għandux jibqa’ japplika b’mod provviżorju f’nofsillejl skont il-GMT sitt xhur wara l-jum tal-avviż bil-miktub dwar it-tmiem jew dwar in-nuqqas ta’ tkomplija tal-applikazzjoni provviżorja, sakemm dan l-avviż ma jkunx irtirat qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu bi qbil bejn il-Partijiet. 2. Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan l-Artikolu, jekk il-Ftehim jintemm jew ma jibqax ikun applikat b’mod provviżorju, dan il-Ftehim Anċillari għandu jintemm jew ma jibqax japplika b’mod provviżorju fl-istess ħin. Artikolu 8 L-applikazzjoni provviżorja Sakemm dan il-Ftehim Anċillari jidħol fis-seħħ skont l-Artikolu 9, il-Partijiet għandhom jiftehmu, skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom, biex japplikawh b’mod provviżorju sa mid-data li tkun l-iktar tard mid-data ta’ meta jkun iffirmat dan il-Ftehim Anċillari u d-data tal-applikazzjoni provviżorja speċifikata fl-Artikolu 5 tal-Ftehim. Artikolu 9 Id-dħul fis-seħħ Dan il-Ftehim Anċillari għandu jidħol fis-seħħ jew (a) xahar wara d-data tal-aktar nota tard fl-iskambju ta’ noti diplomatiċi bejn il-Partijiet li jikkonfermaw li jkunu tlestew il-proċeduri kollha meħtieġa biex dan il-Ftehim Anċillari jidħol fis-seħħ, jew (b) fid-data tad-dħul fis-seħħ jew tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim, skont liema minnhom jiġi l-aħħar. B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji t’hawn taħt, li huma awtorizzati kif xieraq għal dan il-għan, iffirmaw dan il-Ftehim Anċillari. MAGĦMUL fi tliet kopji fi ………., f’dan il- ………. jum ta’ ……………., bl-Ingliż. Għar-Renju tan-Norveġja: Għall-Iżlanda: Għall-Komunità Ewropea: