This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009PC0045
Proposal for a Council Decision correcting Directive 2008/73/EC simplifying procedures of listing and publishing information in the veterinary and zootechnical fields and amending Directives 64/432/EEC, 77/504/EEC, 88/407/EEC, 88/661/EEC, 89/361/EEC, 89/556/EEC, 90/426/EEC, 90/427/EEC, 90/428/EEC, 90/429/EEC, 90/539/EEC, 91/68/EEC, 91/496/EEC, 92/35/EEC, 92/65/EEC, 92/66/EEC, 92/119/EEC, 94/28/EC, 2000/75/EC, Decision 2000/258/EC and Directives 2001/89/EC, 2002/60/EC and 2005/94/EC
Proposta għad- deċiżjoni tal-Kunsill li tikkoreġi d-direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE li tissimplifika l-proċeduri tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 77/504/KEE, 88/407/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 89/556/KEE, 90/426/KEE, 90/427/KEE, 90/428/KEE, 90/429/KEE, 90/539/KEE, 91/68/KEE, 91/496/KEE, 92/35/KEE, 92/65/KEE, 92/66/KEE, 92/119/KEE, 94/28/KE, 2000/75/KE, id-Deċiżjoni 2000/258/KE u d-Direttivi 2001/89/KE, 2002/60/KE, u 2005/94/KE
Proposta għad- deċiżjoni tal-Kunsill li tikkoreġi d-direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE li tissimplifika l-proċeduri tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 77/504/KEE, 88/407/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 89/556/KEE, 90/426/KEE, 90/427/KEE, 90/428/KEE, 90/429/KEE, 90/539/KEE, 91/68/KEE, 91/496/KEE, 92/35/KEE, 92/65/KEE, 92/66/KEE, 92/119/KEE, 94/28/KE, 2000/75/KE, id-Deċiżjoni 2000/258/KE u d-Direttivi 2001/89/KE, 2002/60/KE, u 2005/94/KE
/* KUMM/2009/0045 finali - CNS 2009/0016 */
Proposta għad- deċiżjoni tal-Kunsill li tikkoreġi d-direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE li tissimplifika l-proċeduri tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 77/504/KEE, 88/407/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 89/556/KEE, 90/426/KEE, 90/427/KEE, 90/428/KEE, 90/429/KEE, 90/539/KEE, 91/68/KEE, 91/496/KEE, 92/35/KEE, 92/65/KEE, 92/66/KEE, 92/119/KEE, 94/28/KE, 2000/75/KE, id-Deċiżjoni 2000/258/KE u d-Direttivi 2001/89/KE, 2002/60/KE, u 2005/94/KE /* KUMM/2009/0045 finali - CNS 2009/0016 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 10.2.2009 KUMM(2009) 45 finali 2009/0016 (CNS) Proposta għad- DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tikkoreġi d-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE li tissimplifika l-proċeduri tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 77/504/KEE, 88/407/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 89/556/KEE, 90/426/KEE, 90/427/KEE, 90/428/KEE, 90/429/KEE, 90/539/KEE, 91/68/KEE, 91/496/KEE, 92/35/KEE, 92/65/KEE, 92/66/KEE, 92/119/KEE, 94/28/KE, 2000/75/KE, id-Deċiżjoni 2000/258/KE u d-Direttivi 2001/89/KE, 2002/60/KE, u 2005/94/KE MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE temenda numru tal-atti tal-Kunsill biex tipprovdi għal, inter alia , regoli uniformi tal-publikazzjoni ta’ listi ta’ laboratorji ta’ referenza nazzjonali approvati uffiċjalment mill-Istati Membri għal testijiet dijanjositiċi tal-mard tal-annimali u listi ta’ stabbilimenti jew awtoritajiet approvati uffiċjalment għall-kummerċ ġewwa l-Komunità jew importazzjonijiet fil-Komunit fl-oqsma veterinarji u żootekniċi. Id-Direttiva 2008/73/KE daħlet fis-seħħ fit-3 ta’ Settembru 2008. Id-Direttiva 2008/73/KE tipprovdi li l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi magħha sal-1 ta’ Jannar 2010. Madankollu, dik id-Direttiva ma tipprovdix għall-Istati Membri biex japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn dik id-data. Għas-saħħa taċ-ċertezza legali u sabiex tkun żgurata data uniformi tal-applikazzjonijiet ta’ dawk il-miżuri fl-Istati Membri kollha, l-Istati Membri għandhom japplikaw dawk il-miżuri minn dik id-data. Peress li l-miżuri għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2010, id-Direttiva 2008/73/KE għandha tapplika wkoll b’mod uniformi minn dik id-data fl-Istati Membri kollha. Madankollu, ċerti emendi introdotti mid-Direttiva 2008/73/KE li ma jeħtieġux traspożizzjoni mill-Istati Membri ma’għandhomx jiġu affettwati b’din id-Deċiżjoni. Dawk l-emendi jikkonċernaw rispettivament l-adozzjoni ta’ miżuri speċifici dwar is-saħħa tal-annimali skont il-proċedura stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[1] u tikkoreġi referenza skaduta. Sabiex ikun żgurat li tranżizzjoni mingħajr xkiel għall-proċeduri ssimplifikati ġodda tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi, għandu jkun pprovdut li dispożizzjonijiet tranżitorji jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE. Għaldaqstant id-Direttiva 2008/73/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ. 2009/0016 (CNS) Proposta għad- DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tikkoreġi d-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE li tissimplifika l-proċeduri tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 77/504/KEE, 88/407/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 89/556/KEE, 90/426/KEE, 90/427/KEE, 90/428/KEE, 90/429/KEE, 90/539/KEE, 91/68/KEE, 91/496/KEE, 92/35/KEE, 92/65/KEE, 92/66/KEE, 92/119/KEE, 94/28/KE, 2000/75/KE, id-Deċiżjoni 2000/258/KE u d-Direttivi 2001/89/KE, 2002/60/KE, u 2005/94/KE IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2], Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew[3], Billi: (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE[4] emendat total ta’ 23 att tal-Kunsill biex tipprovdi, inter alia , għal proċeduri ssimplifikati tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żooteknici. (2) Id-Direttiva 2008/73/KE daħlet fis-seħħ fit-3 ta’ Settembru 2008. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ dik id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2010. Madankollu, dik id-Direttiva ma pprovdietx li l-Istati Membri kellhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn dik id-data. (3) Għas-saħħa taċ-ċertezza legali, id-Direttiva 2008/73/KE għandha tiġi kkoreġuta biex jiġi żgurat li l-emendi magħmula fid-diversi atti tal-Kunsill minn dik id-Direttiva, sabiex jipprovdu għal dawk il-proċeduri ssimplifikati, huma applikati b’mod uniformi mill-Istati Membri mill-1 ta’ Jannar 2010. Għaldaqstant id-Direttiva 2008/73/KE għandha tiġi kkoreġuta biex tapplika wkoll minn dik id-data. Għalhekk, dik id-Direttiva għandha tiġi kkoreġuta wkoll sabiex tipprovdi li l-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn dik id-data. (4) Madankollu, ċerti emendi oħra magħmula mid-Direttiva 2008/73/KE fid-Direttivi tal-Kunsill 64/432/KE[5] u 90/426/KEE[6] ma jikkonċernawx il-proċeduri ssimplifikati u għaldaqstant ma jeħtieġux data tal-applikazzjoni differita mill-Istati Membri tal-1 ta’ Jannar 2010. Dawk l-emendi jikkonċernaw rispettivament l-adozzjoni ta’ miżuri speċifici dwar is-saħħa tal-annimali skont il-proċedura stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[7] u tikkoreġi referenza skaduta. (5) Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr xkiel għall-proċeduri ssimplifikati ġodda tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma verterinarji u żootekniċi, għandu jkun pprovdut li dispożizzjonijiet tranżitorji jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE. (6) Biex tiġi żgurata ċertezza legali u kontinwità din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-3 ta’ Settembru 2008, id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2008/73/KE. (7) Għaldaqstant id-Direttiva 2008/73/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ. ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Direttiva 2008/73/KE hija kkoreġuta kif ġej: (1) Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 20 għandu jitħassar. (2) Jiddaħħlu l-Artikoli 23a u 23b li ġejjin: "Artikolu 23a Dispożizzjonijiet tranżitorji Dispożizzjonijiet tranżitorji jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23b(2). Artikolu 23b Il-proċedura tal-kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali mwaqqaf mill-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. 2. Fejn hemm riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun għal tliet xhur." (3) L-Artikolu 24(1) għandu jinbidel b’li ġej: "1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2010. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2010. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza.” (4) L-Artikolu 25 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 25 Dħul fis-seħħ u applikabbiltà Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Din għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1(1) u (5) u Artikoli 7, 23a u 23b." Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-3 ta’ Settembru 2008. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, Ghall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. [2] ĠU C […], […], p. […]. [3] ĠU C […], […], p. […]. [4] ĠU L 219, 14.8.2008, p. 40. [5] ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. [6] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42. [7] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.