This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009DC0334
Report from the Commission to the European Parliament and to the Council on the application of Regulation (EC) No 882/2004 of the European Parliament and of the Council of 29 April 2004 on official controls performed to ensure the verification of compliance with feed and food law, animal health and welfare rules
Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali
Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali
/* KUMM/2009/0334 finali */
Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali /* KUMM/2009/0334 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 8.7.2009 KUMM(2009) 334 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali WERREJ 1. Sinteżi eżekuttiva 3 2. L-AMBITU TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 882/2004 4 2.1. Leġiżlazzjoni settorjali dwar kontrolli uffiċjali: residwi ta' mediċini veterinarji u ta' pestiċidi 4 2.2. Saħħa tal-Pjanti 6 3. IL-QAGĦDA ATTWALI TAL-IMPLIMENTAZZJONI 6 3.1. Linji Gwida tal-Kummissjoni 6 3.2. Pjanijiet Multiannwali Nazzjonali ta' Kontroll (MANCPs) u rapporti annwali 7 3.3. Verifiki Ġenerali 7 3.4. Kontrolli uffiċjali fuq għalf u ikel importati 7 3.5. L-Artikolu 23 dwar l-approvazzjoni ta' verifiki qabel l-esportazzjoni 9 3.6. Taħriġ Aħjar għal Ikel Aktar Sikur 10 3.7. Laboratorji ta’ Referenza Komunitarji (CRLs) 11 3.8. Aġġornamenti tekniċi 11 4. ĦLASIJIET 12 4.1. Il-Kuntest 12 4.2. L-Ambitu tal-valutazzjoni 12 4.3. Konklużjonijiet ewlenin li jirriżultaw mill-istudju 13 4.4. Xenarji għal bidla 13 1. SINTEżI EżEKUTTIVA L-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali[1] (ir-"Regolament Uffiċjali dwar il-Kontrolli", minn hawn 'il quddiem: l-"OCR" jeħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, b'mod partikolari biex tiġi analizzata l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-Regolament. Dan ir-rapport għandu jitratta l-kwistjonijiet li ġejjin: "(a) il-valutazzjoni mill-ġdid tal-ambitu, fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u tal-benessri tal-annimali; (b) l-assigurazzjoni li setturi oħra jikkontribwixxu għall-iffinanzjar ta' kontrolli uffiċjali billi tiġi estiża l-lista ta' attivitajiet imsemmija fl-Anness IV, taqsima A u fl-Anness V, taqsima A u jiġi meqjus b'mod partikolari l-impatt tal-leġisżazzjoni Komunitarja dwar l-iġjene fl-għalf u fl-ikel wara li tiġi adottata; (c) l-iffissar ta' rati minimi aġġornati għal ħlasijiet imsemmija fl-Anness IV, taqsima B u fl-Anness V, sezzjoni B, filwaqt li jiġu meqjusa b'mod partikari l-fatturi ta' riskju". Fir-rigward tal-ambitu tar-Regolament, f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa tal-annimali u l-benessri tal-annimali, l-esperjenza miksuba ma tagħtix lok għal analiżi tal-ambitu tar-Regolament kif definit fil-preżent fl-Artikolu 1. Min-naħa l-oħra, diskussjonijiet li għadhom għaddejjin fid-dawl tal-modernizzazzjoni u s-simplifikazzjoni taż-żewġ setturi sinifikanti jistgħu jgħinu jikkjarifikaw ir-relazzjoni bejn il-qafas ġenerali stabbilit bir-Regolament u l-leġiżlazzjoni settorjali eżistenti. B'mod partikolari dan hu l-każ fir-rigward tal-attivitajiet ta' analiżi li għaddejjin bħalissa imwettqa bħala segwitu għall-Istrateġija dwar is-Saħħa tal-Annimali (2007-2013)[2], li għandhom l-għan li, fost l-oħrajn, jistabbilixxu qafas regolatorju waħdieni għas-saħħa tal-annimali ("Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali"), u dawk l-attivitajiet li se jirriżultaw mill-analiżi tal-acquis eżistenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti (Strateġija dwar is-Saħħa tal-Pjanti) li se ssir dalwaqt. Minbarra dan, għandha tingħata konsiderazzjoni għall-bżonn li jiġi żgurat li dispożizzjonijiet settorjali Komunitarji eżistenti li japplikaw għall-kontroll tal-attivitajiet f'oqsma speċifiċi (per eżempju, dwar residwi ta' mediċini veterinarji u ta' pestiċidi) jkunu konsistenti mal-prinċipji u r-rekwiżiti tar-Regolament. Taqsima 2 tar-rapport titratta din il-kwistjoni. Taqsima 3 ta' dan ir-rapport tagħti rendikont tal-azzjonijiet ewlenin u tal-inizjattivi żviluppati fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tagħti ħarsa lejn l-esperjenza miksuba mill-1 ta' Jannar 2006. L-Istati Membri qed jiksbu progressivament esperjenza prattika fil-preparazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' kontroll Multi-annwali tagħhom (MANCPs), li qed jintużaw ukoll mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO) fil-qafas tal-missjonijiet regolari tiegħu ta' Verifiki Ġenerali. Rapporti Nazzjonali Annwali huma wkoll karatteristika importanti tal-qafas il-ġdid għall-kontrolli uffiċjali stabbilit mill-OCR għalkemm l-esperjenza b'dawn it-tip ta' rapporti hija wisq limitata biex tippermetti li ssir analiżi fil-fond f'dan l-istadju jew li jkun hemm xi konklużjoni għalissa. L-Artikolu 65 jeħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-kwistjoni ta' ħlasijiet miġbura għall-iffinanzjar ta' kontrolli uffiċjali ("ħlasijiet għall-ispezzjoni"). It- Taqsima 4 ta' dan ir-rapport tagħti rendikont tal-qagħda attwali ta' diskussjonijiet u riflessjonijiet dwar din il-kwistjoni pjuttost kumplessa, abbażi tar-riżultati ta' studju riċenti li sar mill-Kummissjoni minn evalwatur estern. L-istudju inkwistjoni jipprovdi lill-Kummissjoni b'perspettiva siewja ta' kif qed titħaddem is-sistema ta' ħlasijiet fil-preżent, jidentifika xi nuqqasijiet fil-qafas leġiżlattiv li fil-preżent japplika għall-ħlasijiet għall-ispezzjoni u fl-implimentazzjoni tiegħu mill-Istati Membri u jiddiskuti l-possibbiltà li jkun hemm bżonn li ssir analiżi ta' xi wħud mill-karatteristiċi ta' dak il-qafas. Skont l-istudju, jistgħu jiġu kkunsidrati numru ta' alternattivi possibbli għall-bidla, biex jippermettu lill-Istati Membri jiżguraw ruħhom li l-għan stipulat fl-Artikolu 26 tal-OCR jiġi attwat, skont liema " L-Istati Membri għandhom jiżguraw ruħhom li riżorsi finanzjarji xierqa jkunu disponibbli biex jipprovdu l-persunal neċessarju u riżorsi oħra għal kontrolli uffiċjali". Għal-liema jissuġġerixxi xenarji li jista' jkun hemm fil-futur, li jvarjaw minn armonizzazzjoni kompleta tal-karatteristiċi tas-sistema ta' ħlasijiet għal aktar flessibilità għall-Istati Membri fl-implimentazzjoni tas-sistema, filwaqt li jiżguraw ruħhom li jkun hemm trasparenza u ċarezza fil-mod ta' kif titħaddem is-sistema madwar l-Istati Membri. Hija meħtieġa aktar analiżi fuq il-kwistjonijiet li semma dan l-istudju, inkluż diskussjoni pubblika ma' msieħba dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni li saret, u evalwazzjoni tal-impatt tal-alternattivi disponibbli għal bidla. Il-Kummissjoni beħsiebha tagħti bidu għal din l-evalwazzjoni tal-impatt matul l-2009. 2. L-AMBITU TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 882/2004 2.1. Leġiżlazzjoni settorjali dwar kontrolli uffiċjali: residwi ta' mediċini veterinarji u ta' pestiċidi Għalkemm kontrolli uffiċjali jinkludu wkoll kontrolli fuq residwi ta' mediċini veterinarji u ta' pestiċidi, l-OCR jirreferi għan-neċessità li l-aktar regoli speċifiċi li jeżistu fil-qasam tal-għalf u tal-ikel u tas-saħħa tal-annimali jibqgħu fis-seħħ, u jistipula li b'mod partikolari għandha tinżamm id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE dwar miżuri biex jimmonitorjaw ċerti sustanzi u r-residwi tagħhom[3] u d-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE tal-24 ta' Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi ta' pestiċida ġo u fuq iċ-ċereali[4], li sussegwentament ġiet irrevokata mir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali[5] u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE. Id-Direttiva 96/23/KE teħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw pjanijiet nazzjonali għall-kontroll tar-residwu li jkunu ppreżentati annwalment lill-Kummissjoni flimkien mar-riżultati tal-implimentazzjoni tas-sena preċedenti u l-azzjonijiet meħuda bħala segwitu għar-riżultati li ma jkunux konformi. Tistabbilixxi wkoll in-numru minimu ta' kampjuni li se jkunu analizzati għal kull prodott tal-ikel skont il-produzzjoni nazzjonali mingħajr ma jiġu meqjusa elementi oħra li jista' jkollhom impatt fuq l-evalwazzjoni ta' riskju (eż. prattiki ta' trobbija, prodotti mediċinali awtorizzati, eċċ). Barra minn residwi ta' mediċini veterinarji u pestiċidi, l-Annessi I u II għad-Direttiva 96/23/KE jinkludu wkoll kontaminanti ambjentali[6] fost il-grupp ta' sustanzi li għandhom ikunu kkontrollati fil-qafas ta' pjanijiet għall-kontroll ta' residwu. Kien diġa' ġie ppubblikat Dokument ta' Riflessjoni fl-2003 li nieda proċess wiesgħa ta' konsultazzjoni dwar l-aspetti tekniċi tad-Direttiva[7]. Matul dan il-proċess l-imsieħba esprimew interess kbir f'analiżi ta' din id-Direttiva u fil-kjarifika tal-linja ta’ demarkazzjoni bejn kontrolli ta' mediċini veterinarji u kontaminanti in ġenerali sabiex tiġi żgurata konformità mal-OCR. Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 dwar il-pestiċidi fih għadd ta' artikoli li għandhom x'jaqsmu b'mod dirett ma' kontrolli (l-Artikoli 26-30), li għandhom l-għan li jivverifikaw b'mod każwali konformità mal-livelli massimi ta' residwi (MRLs) f'livell Komunitarju, ikkumplimentati minn miri ta' kontroll fil-livell tal-Istati Membri. Ir-Regolament (l-Artikoli 31-32) fih ukoll rekwiżiti għal rappurtaġġ annwali. Xi ftit differenzi fl-approċċ meħud bejn ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 u d-dispożizzjonijiet tal-OCR huma r-riżultat ta' negozjati interistituzzjonali li saru fl-istess żmien b'mod separat u li wasslu għall-adozzjoni taż-żewġ atti. Bil-ħsieb tal-għan li jkun hemm regolament aħjar, għandha tingħata konsiderazzjoni lill-possibbiltà li permezz tal-bdil leġiżlattiv neċessarju jkun hemm integrazzjoni tar-regoli li fil-preżent japplikaw għal kontrolli uffiċjali fuq pestiċidi, kontaminanti u residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-ikel mal-qafas tal-OCR, sabiex il-qafas leġiżlattiv komprensiv jiġi irrazjonalizzat u ssimplikat filwaqt li jagħti lok għall-flessibilità neċessarja sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni taż-żewġ setturi fil-MANCPs tal-Istati Membri. 2.2. Saħħa tal-Pjanti Fis-settur dwar is-Saħħa tal-Pjanti, id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità[8] tistabbilixxi regoli dwar kontroll settorjali. Kontrolli uffiċjali f'dak il-qasam għaldaqstant m'humiex irregolati mill-OCR għajr għad-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-iffissar ta', u rappurtaġġ annwali fuq, MANCPs u għall-ispezzjonijiet Komunitarji fi ħdan l-Istati Membru u pajjiżi terzi (l-Artikoli 41 sa 46). Bħala parti minn eżerċizzju aktar ġenerali li għandu l-għan li jivvaluta l-acquis eżistenti fil-qasam tas-Saħħa tal-Pjanta[9], għandha tingħata konsiderazzjoni lill-bżonn li d-dispożizzjonijiet ikunu konformi ma' kontrolli uffiċjali tad-Direttiva 2000/29/KE u dawk tal-OCR. 3. IL-QAGĦDA ATTWALI TAL-IMPLIMENTAZZJONI 3.1. Linji Gwida tal-Kummissjoni L-OCR tintroduċi numru ta' obligazzjonijiet ġodda għall-Istati Membri dwar l-ippjanar, l-ivverifikar u r-rappurtaġġ tal-attivitajiet ta' kontroll uffiċjali tagħhom. Il-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 43 tal-OCR ħejjiet linji gwida biex tgħin lill-Istati Membri jilħqu dawn ir-rekwiżiti. Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ġejjin kienu adottati għal dan l-iskop: - Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/677/KE tad-29 ta' Settembru 2006 li tistabbilixxi linji ta' gwida li jistipulaw il-kriterji għat-twettiq tal-verifiki skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kontrolli uffiċjali mwettqa sabiex jivverifikaw konformità mal-liġi tal-għalf u tal-ikel, mas-saħħa tal-annimali u l-benessri tal-annimali[10]. - Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/363/KE tal-21 ta' Mejju 2007 dwar linji ta' gwida li jgħinu lill-Istati Membri jħejju l-pjan waħdieni integrat multi-annwali nazzjonali ta’ kontroll previst fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[11]. - Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/654/KE tal-24 ta' Lulju 2008 dwar linji ta' gwida li jgħinu lill-Istati Membri jħejju r-rapport annwali dwar il-pjan waħdieni integrat multiannwali nazzjonali ta' kontroll previst fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12]. Il-Kummissjoni torganizza regolarment gruppi ta' ħidma biex tkompli tiżviluppa l-implimentazzjoni tal-linji gwida u biex tipprovdi għajnuna lill-Istati Membri fil-preparazzjoni tagħhom tal-MANCPs, rapporti u verifiki. 3.2. Pjanijiet Multiannwali Nazzjonali ta' Kontroll (MANCPs) u rapporti annwali Skont l-Artikoli 41 u 42 tal-OCR, l-Istati Membri huma meħtieġa jippreparaw u jimplimentaw pjan multi-annwali nazzjonali ta' kontroll (MANCP) sa mhux aktar mill-1 ta' Jannar 2007 u jipprovdu lill-Kummissjoni b'kopja aġġornata meta mitluba jagħmlu dan. L-Istati Membri kollha pprovdew lill-Kummissjoni bil-MANCPs tagħhom u qed ikunu valutati fil-qafas tal-Verifiki Ġenerali tal-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO) (ara l-kapitolu 3.3). Skont l-Artikolu 44, sena wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-MANCPs, u sussegwentament kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport li jindika kull emenda tal-MANCPs, ir-riżultati tal-kontrolli u tal-verifiki, it-tip u n-numru ta' każijiet li ma kkonformawx u l-azzjonijiet meħuda biex jiġi żgurat li jkun hemm operazzjoni u nfurzar effettiv. Sa issa, il-Kummissjoni rċeviet ir-rapporti annwali ta' 26 Stat Membru (il-Portugall għadu ma ppreżentax rapport annwali peress li l-ewwel MANCP ma kienx imqiegħed f'postu sal-2008 minħabba ristrutturar fis-servizzi ta' kontroll tiegħu u għaldaqstant l-ewwel rapport se jiġi magħmul fiċ-ċiklu ta' rapporti għall-2009. 3.3. Verifiki Ġenerali L-Artikolu 45 tal-OCR jeħtieġ li l-esperti tal-Kummissjoni jwettqu verifiki ġenerali u speċifiċi fl-Istati Membri biex jivverifikaw li qed isiru kontrolli uffiċjali fl-Istati Membri b'konformità mal-MANCPs u mal-liġi Komunitarja. L-FVO tal-Kummissjoni jagħmel il-verifiki ġenerali tal-Istati Membri fuq ċiklu ta' tliet snin. Fl-2007 ġew imwettqa verifiki ġenerali fl-Awstrija u fl-Olanda u fl-2008 f'sitt Stati Membri oħra (l-Ġermanja, l-Estonja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Islovakkja u Spanja). Disa' Stati Membri se jkunu soġġetti għal Verifika Ġenerali fl-2009 (il-Belġju, Cipru, il-Finlandja, il-Greċja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Portugall, is-Slovenja u r-Renju Unit). L-għaxar Stati Membri l-oħra se jiġu vverifikati fl-2010. Qed jiġu ppubblikati r-rapporti finali ta' wara l-Verifika Ġenerali u jistgħu jinsabu fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/food/fvo/ir_search_en.cfm 3.4. Kontrolli uffiċjali fuq għalf u ikel importati Għandhom jitwettqu kontrolli uffiċjali kemm fuq ikel, għalf u annimali prodotti mill-Komunità u anki fuq dawk importati biex tkun ivverifikata l-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel u mar-regoli dwar il-benessri tal-annimali u s-saħħa tal-annimali. Id-dispożizzjonijiet stipulati f'Titolu II, Kapitolu V u Titolu VI, Kapitolu II tal-OCR joħolqu l-qafas u l-proċeduri ġenerali li japplikaw għal kontrolli uffiċjali fuq għalf u ikel importati fit-territorju tal-Komunità minn pajjiżi terzi. It-Titolu II, Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 fih regoli uniformi li japplikaw għal: ( azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti wara li jkunu saru kontrolli uffiċjali fuq importazzjoni ta' għalf u ikel, bħal per eżempju, fil-każ ta' suspett jew ta' nuqqas ta' konformità li tkun ġiet stabbilita (l-Artikoli 18 sa 22); ( approvazzjoni ta' spezzjonijiet qabel l-esportazzjoni mwettqa minn pajjiżi terzi bil-ħsieb li jnaqqsu l-frekwenza tal-kontrolli fuq l-affarijiet importati (l-Artikolu 23); ( kooperazzjoni meħtieġa bejn awtoritajiet kompetenti fis-sanità u servizzi tad-dwana għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali (l-Artikolu 24). L-Artikolu 25 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni, permezz tal-proċedura stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (proċedura tal-Komitoloġija)[13], biex tadotta l-miżuri neċessarji biex tiżgura ruħha li jkun hemm implimentazzjoni uniformi tal-kontrolli uffiċjali fuq għalf u ikel importati. L-OCR tirrikonoxxi l-ispeċifitajiet ta' kontrolli li għandhom jitwettqu fuq għalf u ikel li joriġina mill-annimali (l-Artikolu 14) għal kuntrarju tal-għalf u l-ikel li ma joriġinax mill-annimali (l-Artikoli 15 sa 17). Fir-rigward ta' dan tal-ewwel, ir-Regolament jirrikonoxxi l-validità tal-qafas eżistenti ta' proċeduri armonizzati ta' importazzjoni stabbilit mid-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE[14] u mwettaq min-netwerk tal-Postijiet ta’ Spezzjoni fuq il-Fruntiera stabbilita madwar il-fruntieri esterni tal-Komunità. Ir-Regolament jeħtieġ li l-awtorità kompetenti maħtura skont id-Direttiva 97/78/KE twettaq ukoll kontrolli biex tivverifika konformità ma' aspetti tal-liġi dwar l-għalf u l-ikel li m'humiex koperti b'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni, bħala parti mill-Istrateġija l-ġdida tagħha dwar is-Saħħa tal-Annimali (2007 - 2013), fil-preżent qegħda tirrevedi l-kontrolli veterinarji tagħha fuq importazzjonijiet biex tkun tista' tipprovdi approċċ ibbażat aktar fuq riskju għal spezzjonijiet tal-fruntieri. L-analiżi se tindirizza x'inhu l-aħjar mod sabiex tiġi żgurata twissija kmieni u żvelar fil-pront ta' riskji minn prodotti li ġejjin mill-annimali biex jkunu jistgħu jiġu applikati miżuri ta' importazzjoni biex jiżguraw il-kontinwazzjoni ta' livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tan-nies u tal-annimali fi ħdan l-UE. Kuntrarju ta' x'jiġri fil-preżent għall-għalf u l-ikel li joriġina mill-annimali, għalf u ikel li ma joriġinax mill-annimali m'humiex soġġetti għal kontrolli sistematiċi u armonizzati tal-UE fil-fruntieri qabel ma jiġu importati fil-Komunità (bl-eċċezzjoni ta' dawk il-prodotti għal liema diġa' hemm miżuri ta' emerġenza bbażati fuq l-Artikolu 53 (1) tar-Regolament KE Nru 178/2002[15]). Skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 15 tal-OCR għandu jkun hemm kontrolli fuq għalf u ikel li ma joriġinawx mill-annimali li huma importati f'post xieraq, inkluż il-punt tad-dħul fil-Komunità, il-punt ta' rilaxx għal ċirkulazzjoni ħielsa, imħażen, il-postijiet tal-operatur tan-negozji tal-importazzjoni tal-għalf u tal-ikel jew punti oħra tal-katina tal-għalf u tal-ikel. L-Istati Membri jiddeċiedu, abbażi tal-evalwazzjoni tar-riskju, l-aktar frekwenza xierqa u l-modalitajiet ta' kontrolli uffiċjali li għandu jkun hemm fuq prodotti importati. Devjazzjoni mir-regoli ġenerali hija msemmija f'paragrafu 5 tal-istess Artikolu 15, li jistipula li għandha ssir lista tal-għalf u tal-ikel li ma joriġinawx mill-annimali li, abbażi ta' riskju li hu magħruf jew li qed ifeġġ, għandha tkun soġġetta għal livell miżjud ta' kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul fil-Komunità. Fl-x.x.2009 [għandha tiġi aġġornata qabel il-publikazzjoni] ġie adottat abbozz ta' Regolament li għandhu l-għan li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali u tali lista għall-ewwel darba. Ir-regoli ta' hawn fuq huma kkumplimentati b'dawk tat-Titolu VI, Kapitoli I u II tal-OCR li jistabbilixxu l-proċeduri minn liema l-Kummissjoni tiġbor tagħrif rilevanti fir-rigward il-livell ta' konformità tas-sistemi ta' pajjiżi terzi mal-istandards Komunitarji għall-għalf u l-ikel (Artikoli 46 u 47), u tiddeċiedi liema, jekk dawn jeżistu, kondizzjonijiet speċifiċi ta' importazzjoni għandhom jiġu imposti fuq għalf u ikel li huma permessi jidħlu fil-Komunità (l-Artikolu 48). Informazzjoni rilevanti tinġabar ukoll permezz tal-missjonijiet tal-FVO f'pajjiżi terzi (l-Artikolu 46) u permezz ta' kwestjonarji ta' qabel il-missjoni mibgħuta qabel dawn il-missjonijiet imsemmija li jipprovdu b'mod partikolari tagħrif dwar l-organizazzjoni tal-pajjiż u l-ġestjoni ta' kontrolli sanitarji. Sakemm il-kundizzjonijiet u proċeduri dettaljati għall-importazzjoni m'humiex diġa' stipulati mil-leġiżlazzjoni Komunitarja, (b'mod partikolari mir-Regolament (KE) Nru 854/2004[16]), kundizzjonijiet speċifiċi ta' importazzjoni jistgħu jiġu stabbiliti skont il-proċedura tal-Komitoloġija. Dawn jistgħu jinkludu l-iffissar ta' lista ta' pajjiżi terzi minn fejn jistgħu jiġu importati prodotti speċifiċi fil-Komunità, l-iffissar ta' mudelli ta' ċertifikati li jkunu mal-kunsinni u/jew kundizzjonijiet oħra speċjali ta' importazzjoni li jiddependi fuq it-tip ta' prodott jew annimal u r-riskji possibbli assoċjati (l-Artikolu 48). Ir-Regoli li japplikaw għall-konklużjoni ta' ftehimijiet ekwivalenti ma' pajjiżi terzi huma stipulati fl-Artikolu 49. Dawn il-ftehimijiet jistgħu jirrikonoxxu li miżuri li pajjiżi terzi japplikaw f'oqsma speċifiċi joffru garanziji ekwivalenti għal dawk applikati fil-Komunità, sakemm pajjiżi terzi ifornu prova oġġettiva f'dan ir-rispett. 3.5. L-Artikolu 23 dwar l-approvazzjoni ta' verifiki qabel l-esportazzjoni L-Artikolu 23 tal-OCR jagħti l-possibbiltà lill-Kummissjoni biex tapprova, b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 62 (3) tar-Regolament, verifiki speċifiċi qabel l-esportazzjoni mwettqa minn pajjiż terz qabel ma prodott (għalf u ikel) jiġi esportat lejn il-Komunità. Bħala konsegwenza tal-approvazzjoni ta verifiki qabel l-esportazzjoni, il-frekwenza ta' kontrolli fuq għalf jew ikel għall-importazzjoni tista' tonqos. L-approvazzjoni ta' verifiki qabel l-esportazzjoni għal pajjiż terz tista' tingħata bil-kundizzjoni li - verifika Komunitarja wriet li għalf jew ikel esportat lill-Komunità jissodisfa r-rekwiżiti Komunitarji jew rekwiżiti ekwivalenti - verifiki qabel l-esportazzjoni mwettqa fil-pajjiż terz huma effettivi u effiċjenti biżżejjed biex jistgħu jieħdu post jew jippermettu t-tnaqqis tal-verifiki fuq dokumentazzjoni, fuq identità u dawk fiżiċi li jsiru abbażi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Fi kliem ieħor, verifiki qabel l-esportazzjoni li huma approvati jiggarantixxu li qed isiru kontrolli b'konformità mar-rekwiżiti rilevanti stipulati fil-liġi Komunitarja. L-approvazzjoni ta' verifiki qabel l-esportazzjoni abbażi tal-Artikolu 23 tal-OCR ma jaffetwax id-dritt tal-awtorità kompetenti tal-Istati Membri li tagħmel kontrolli uffiċjali fuq għalf u ikel importat. Minkejja dan, l-eżistenza ta' skema approvata għal verifiki qabel l-esportazzjoni għandha tkun ikkunsidrata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri meta jiġu biex jiddeċiedu l-frekwenza ta' verifiki fiżiċi li għandhom jitwettqu fuq l-ikel u l-għalf. Tali frekwenza hija ddeterminata abbażi tar-riskji assoċjati mat-tipi differenti ta' għalf u ikel, il-garanziji offruti mill-pajjiż terz li jesporta, il-kontrolli li jitwettqu mill-operatur ta' negozju tal-għalf jew tal-ikel li jimporta l-prodott, l-istorja ta' konformità mar-rekwiżiti tal-pajjiż terz għall-prodott ikkonċernat u l-iffissar tal-oriġini u tal-operaturi ta' negozju tal-ikel u tal-għalf li jimportaw jew jesportaw il-prodott. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/47/KE tal-20 ta' Diċembru 2007 li tapprova l-verifiki qabel l-esportazzjoni li twettqu mill-Istati Uniti tal-Amerika fuq karawett u prodotti li ġejjin minnu fir-rigward tal-preżenza tal-aflatossini[17] hija l-unika Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tat approvazzjoni għal skema bħal din s'issa. 3.6. Taħriġ Aħjar għal Ikel Aktar Sikur L-Artikolu 51 tal-OCR jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex torganizza taħriġ kemm għall-persunal tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u anki ta' pajjiżi terzi li jieħdu sehem fil-liġi dwar l-ikel u l-għalf, is-saħħa tal-annimali, il-benessri tal-annimali u r-regoli dwar is-saħħa tal-pjanti. B'konformità ma' dan l-artikolu, il-Kummissjoni niedet inizjattiva ta' Taħriġ Aħjar għal Ikel aktar Sikur, li issa qegħda fit-tielet sena ta' attività. Ir-riżultati tat-tieni sena kienu ppubblikati fir-rapport annwali tal-inizjattiva:http://ec.europa.eu/food/training_strategy/annual_report2007/index_en.htm. Fl-aħħar tal-2008, kważi 7,500 parteċipant ibbenefikaw direttament minn dan it-taħriġ ipprovdut fi ħdan l-inizjattiva, minn liema 52 % ġew minn Stati Membri, 13 % minn Pajjiżi Kandidati, Pajjiżi Kandidati Potenzjali., pajjiżi ta' l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles u pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u 35 % minn pajjiżi terzi oħra. Il-livelli ta' partiċipazzjoni għandhom jiżdiedu fis-snin li ġejjin, biex jilħqu medja ta' 6,000 partiċipant kull sena. F'Settembru 2006, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar Taħriġ Aħjar għal Ikel aktar Sikur[18], fejn l-ambitu u l-għan tal-inizjattiva u tal-istrateġija tagħha għal żvilupp fil-futur huma spjegati. B'konformità mal-konklużjonijiet tal-Komunikazzjoni u mar-riżultati ta' analiżi spiża/benefiċċju li twettqet minn konsulent indipendenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiddelega xogħlijiet ta' implimentazzjoni tal-programm lill-"Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi"[19]. 3.7. Laboratorji ta’ Referenza Komunitarji (CRLs) L-Anness VII mal-OCR stabbilixxa lista konsolidata ta' laboratorji Komunitarji ta' riferenza (CRLs) għall-għalf u l-ikel u s-saħħa tal-annimali, li tinkludi laboratorji li ġew maħtura qabel minn diversi atti settorjali u CRLs ġodda f'oqsma li m'humiex diġa' koperti. Minn Lulju 2005. il-Kummissjoni niedet tlett sejħiet għall-għażla u l-ħatra ta' CRLs ġodda. Dan ippermetta ż-żieda mal-lista fl-Anness VII tal-CRLs il-ġodda li ġejjin: - CRLs ġodda fis-setturi ta': marda tal-ilsien u d-dwiefer, Bruċellożi, Listeria monocytogenes, Istafilokokki Coagulażi-pożittivi, Escherichia coli inkluża dik li tipproduċi l-Verotoxigenic E.coli (VTEC), Campylobacter, parassiti ( b'mod partikolari Trichinella, Echinococcus, Anisakis), reżistenza antimikrobjali, proteini ta’ l-annimali pproċessati u għalf, residwi tal-pestiċidi, mikotossini fl-ikel u l-għalf, dijossini u PCBs u Idrokarboni Polikicliċi Aromatiċi (PAHs)[20]. - CRL għal mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel[21]. - CRLs għal mard tal-krustaċji, l-idrofobija u t-tuberkolożi tal-ifrat, li jistipula responsabbilitajiet u ħidmiet supplimentari għal CRL għal idrofobija u t-tuberkolożi tal-ifrat[22] 3.8. Aġġornamenti tekniċi L-istandard EN ISO/IEC 17020 jieħu post EN 45004 Skont l-Artikolu 5 tal-OCR l-awtorità kompetenti tista' tiddelega ħidmiet speċifiċi li għandhom x'jaqsmu ma' kontrolli uffiċjali lil korp ta' kontroll wieħed jew aktar skont ċerti rekwiżiti. Dawn il-korpi ta' kontroll għandhom jaħdmu u jkunu b'konformità mal-Istandards Ewropej, b'mod partikolari mal-istandard EN dwar «Kriterja ġenerali għall-operazzjoni ta' tipi varji ta' korpi li jwettqu l-ispezzjoni». L-istandards EN 45004 ta' qabel ġew mibdula bl-EN ISO/IEC 17020. L-OCR għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. Il-Kummissjoni qegħda tipprepara emenda fil-preżent, li għandha tiġi adottata bi proċedura ta' komitoloġija, tal-OCR biex tirrifletti l-bidliet fl-istandards tal-ISO. L-istandard EN ISO/IEC 17011 jieħu post EN 45002 u EN 45003 Skont l-Artikolu 12 (1-2) tal-OCR, l-awtorità kompetenti taħtar laboratorji li jistgħu jagħmlu analiżi tal-kampjuni meħuda matul kontrolli uffiċjali u dawn il-laboratorji kellhom jiġu akkreditati b'konformità ma' ċerti Standards Ewropej. L-EN 45002 preċedenti dwar " Kriterji Ġenerali għall-valutazzjoni ta' laboratorji għall-ittestjar " u EN 45003 dwar " Kalibrazzjoni u sistema ta' akkreditazzjoni għal-laboratorji tal-ittestjar - Rekwiżiti ġenerali għall-operazzjoni u l-għarfien " ġew mibdula bl-istess EN ISO/IEC 17011 dwar " Rekwiżiti ġenerali għall-korpi ta' akkreditazzjoni li jakkreditaw korpi ta' valutazzjoni tal-konformità ", u l-OCR ġiet emendata skont dan[23]. 4. ĦLASIJIET 4.1. Il-Kuntest L-Artikolu 65 tal-OCR jeħtieġ li r-Rapport preżenti jagħti attenzjoni speċjali lill-kwistjoni ta' ħlasijiet miġbura għall-iffinanzjar ta' kontrolli uffiċjali ("ħlasijiet għall-ispezzjoni"). Sabiex tkun tista' tirrapporta fuq din il-kwistjoni kumplessa, il-Kummissjoni talbet għal valutazzjoni esterna bil-għan li tipprovdi għarfien aħjar tal-iffunzjonar tas-sistemi ta' ħlasijiet għall-ispezzjoni kif implimentati fil-preżent mill-Istati Membri abbażi tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-OCR (l-Artikoli 26 sa 29). Il-valutazzjoni ("l-istudju") kienet imwettqa minn kuntrattur fil-perjodu ta' April-Novembru 2008 permezz ta' stħarriġ indirizzat lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kollha, analiżi fil-fond (analiżi ta' każijiet) fir-rigward ta' sitt Stati Membri li jirrapreżentaw varjetà ta' reġimi ta' ħlasijiet, intervisti ma' esperti ewlenin u imsieħba fil-livell tal-UE, analiżi estensiva ta' litteratura eżistenti u analiżi ta' dejta (inkluż rapporti ta' FVO rilevanti u leġiżlazzjoni nazzjonali). Ir-riżultati tal-istudju kienu finalizzati u saru disponibbli għall-Kummissjoni fi Frar 2009. 4.2. L-Ambitu tal-valutazzjoni L-għanijiet tal-istudju kienu doppji: (a) biex jivvaluta s-sitwazzjoni preżenti fir-rigward tal-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet eżistenti fuq ħlasijiet, b'mod partikolari l-mod ta' kif is-sistema topera fil-prattika; (b) biex jevalwa l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' medda ta' alternattivi politiċi (fir-rigward tal-ambitu tar-regoli attwali u l-mekkaniżmu li jistabbilixxi l-ħlas). Il-valutaturi kienu mitluba wkoll biex jidentifikaw s-saħħiet u d-dgħjufija ewlenin tas-sistema fil-preżent, kif ukoll problemi u nuqqasijiet ewlenin li għandhom jiġu indirizzati fil-futur. Huma ħarsu b'mod partikolari lejn kif l-Artikoli 26 sa 29 tal-OCR huma implimentati fil-preżent u kif is-sistema ta' ħlas, kif inhi applikata fil-preżent, tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-OCR. 4.3. Konklużjonijiet ewlenin li jirriżultaw mill-istudju L-istudju stabbilixxa li hemm grad sinifikanti ta' varjazzjoni fl-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta' iffinanzjar tal-OCR mill-Istati Membri u nuqqas sinifikanti ta' ċarezza u trasparenza tas-sistemi varji nazzjonali ta' ħlas kif implimentati fil-preżent. Bħala riżultat ta' dan, tqabbil dirett tal-livelli ta' ħlasijiet attwali madwar l-UE (u bejn is-setturi) hija estremament diffiċli. Ir-riżultati tal-istudju jissuġġerixxu li, minħabba d-definizzjoni wiesgħa ta' kategoriji ta' spiża fl-Anness VI mar-Regolament u n-nuqqas irrappurtat ta' trasparenza tal-metodi ta' kalkolazzjoni, mhux daqstant ċar jekk ħlasijiet ibbażati fuq l-ispiża verament jirriflettux l-ispejjeż attwali li jkunu saru mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-prestazzjoni tal-ispezzjonijiet li għalihom ikunu qed jinġabru l-ħlasijiet. F'termini aktar ġenerali, l-istudju investiga jekk l-għan ewlieni tas-sistema għall-ħlasijiet għall-ispezzjoni kienx f'postu fil-mument meta sar, jiġifieri jiżgura ruħu li l-Istati Membri għandhom riżorsi finanzjarji biżżejjed biex iwettqu kontrolli uffiċċjali (l-Artikolu 26 tar-Regolament). L-istudju jissuġġerixxi li l-għan ewlieni għadu ma ntlaħaqx kompletament fil-preżent għall-UE kollha. 4.4. Xenarji għal bidla Abbażi tas-sejbiet irrappurtati, l-istudju jevalwa l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' medda ta' alternattivi politiċi u jqabbel alternattivi possibbli mar-regoli fil-preżent. Bħala ipoteżi ta' ħidma, l-istudju jikkunsidra iż-żewġ xenarji estremi li ġejjin: - "sussidjarjetà sħiħa", li tkun timplika r-revoka ta' ħafna mil-limitazzjonijiet stabbiliti fil-qafas legal eżistenti, fir-rigward b'mod partikolari tal-kalkolazzjoni tal-ħlasijiet u l-ambitu tal-ħlasijiet mandatorji; l-Istati Membri jkunu ħielsa biex jiddeċiedu fuq l-aħjar mod ta' kif jiffinanzjaw is-servizzi tagħhom ta' kontrolli uffiċjali; - "armonizzazzjoni sħiħa", bi ħlasijiet stabbiliti fl-istess livell madwar l-Unjoni Ewropea kollha u għas-setturi kollha kkonċernati (identifikati mil-leġiżlazzjoni Komunitarja). L-istudju imbagħad jevalwa l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' xenarji intermedjarji, li jirriżultaw miż-żieda ta' elementi ta' mitigazzjoni mal-aktar żewġ alternattivi radikali. L-analiżi issir b'mod partikolari meta wieħed iqis kif il-komponenti ewlenin ta' qafas leġiżlattiv fuq ħlasijiet ta' spezzjoni jkunu kkaratterizzati fuq skala minn "sussidjarjetà sħiħa" għal "armonizzazzjoni sħiħa". Tali komponenti ewlenin huma b'mod partikolari: ( natura mandatorja/mhux mandatorja tal-ħlas ( livell armonizzat/mhux armonizzat tar-rati ta' ħlas ( metodu ta' kalkolu ta' ħlas armonizzat/mhux armonizzat ( tnaqqis fil-ħlas u penali għal nuqqas ta' konformità armonizzat /mhux armonizzat ( lista' ta' attivitajiet koperti mill-ħlasijiet (ambitu tas-sistema). Tingħata konsiderazzjoni wkoll għall-possibbiltà li tinżamm is-sistema kif inhi imma b'xi ftit titjib biex jindirizzaw, sa kemm hu possibbli, in-nuqqasijiet irrappurtati. Il-Kummissjoni issa se twettaq Evalwazzjoni tal-Impatt biex tivvaluta l-alternattivi disponibbli u l-bżonn biex tipprepara proposta leġiżlattiva. Din se tinkludi konsultazzjoni ta' msieħba u partijiet oħra interessati. Dettalji kompluti tar-riżultati tal-istudju dwar ħlasijiet huma ppubblikati fl-indirizz li ġej: [biex timtela].[pic][pic][pic][pic][pic][pic] [1] ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. [2] Strateġija ġdida dwar is-Saħħa tal-Annimali għall-Unjoni Ewropea (2007-2013) fejn “Il-prevenzjoni hija aqwa mill-kura”. Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni COM 539 (2007) finali. [3] ĠU L 125, 23.5.2006, p. 10. [4] ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. [5] ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1. [6] Ir-Regolament (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-kontaminanti fl-ikel jiddefinixxi kontaminant bħala kwalunkwe sustanza li hi miżjuda mal-ikel mhux b'mod intenzjonali li hi preżenti f'dan it-tali ikel bħala riżultat tal-produzzjoni (inklużi l-operazzjonijiet imwettqa fl-agrikoltura tal-uċuħ tar-raba’, trobbija tal-annimali u mediċina veterinarja), tal-manifattura, tal-ipproċessar, tal-preparazzjoni, tat-trattament, tal-ippakkjar, tal-imballaġġ, tat-trasport jew ta' żamm ta’ tali ikel, jew bħala riżultat ta' kontaminazzjoni ambjentali. Monitoraġġ ta' kontaminanti oħra għajr dawk inklużi fl-annessi mad-Direttiva 96/23/KE huwa organizzat fil-qafas tal-leġislazzjoni dwar kontaminanti. [7] Bħala riżultat ta' dan ir-Regolament (KE) Nru 2377/90 ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru xxx/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Proċeduri Komunitarji għall-iffissar ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali (COD 2007/0064). [8] ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1 . [9] Il-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-acquis dwar is-saħħa tal-pjanti fil-preżent u biex tikkunsidra tibdil possibbli fih, u sussegwentament biex tippreżenta proposta għal strateġija Komunitarja dwar is-saħħa tal-pjanti. Il-Kummissjoni niedet il-valutazzjoni, u għandu jinbeda studju sa nofs l-2009. [10] ĠU L 278, 10.10.2006, p. 15. [11] ĠU L 138, 30.5.2007, p. 24. [12] ĠU L 214, 9.8.2008, p. 56. [13] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni, ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23 . [14] Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l- organizzazzjoni ta' verifiki veterinarji fuq prodotti deħlin fil-Komunità minn pajjiżi terzi - ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. [15] Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel, ĠU L 31, 1.2.2002, p 1 . [16] Ir-Regolament (KE) Nruº854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29ºta’ºAprilº2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman – ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206 ikkoreġut u ppubblikat mill-ġdid fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. [17] ĠU L 11, 15.1.2008, p. 12. [18] COM (2006) 519, 20.09.2006, disponibbli onlajn f': http://ec.europa.eu/food/training/communication_final_report_en.pdf [19] Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/544/KE tal-20 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2004/858/KE sabiex tbiddel "L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm ta' Saħħa Pubblika" f’ "L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi", ĠU L 173, 3.7.2008, p. 27. [20] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2006 tal-23 ta' Mejju 2006. ĠU L 136, 24.5.2006, p. 3. [21] ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 tat-28 ta’ Frar 2008. ĠU L 56, 29.2.2008, p. 4. [22] ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2008 tat-28 ta’ Lulju 2008. ĠU L 201, 30.7.2008, p. 29. [23] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1029/2008 tal-20 ta' Ottubru 2008 jemenda r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jaġġorna riferenza għal ċerti standards Ewropej. ĠU L 278, 21.10 . 2008, p. 6 .