This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008XC0620(03)
Information communicated by Member States regarding State aid granted under Commission Regulation (EC) No 1857/2006 on the application of Articles 87 and 88 of the EC Treaty to State aid to small and medium-sized enterprises active in the production of agricultural products and amending Regulation (EC) No 70/2001
Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

ĠU C 155, 20.6.2008, p. 25–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 155/25 |
Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
(2008/C 155/05)
Numru XA: XA 273/07
Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Reġjun: Območje občine Rače-Fram
Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Dodeljevanje državnih pomoči za programe razvoja kmetijstva in podeželja v občini Rače-Fram
Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči, pomoči de minimis in izvajanju drugih ukrepov razvoja kmetijstva in podeželja v občini Rače-Fram
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:
|
2007: 72 500 EUR |
|
2008: 72 500 EUR |
|
2009: 72 500 EUR |
|
2010: 72 500 EUR |
|
2011: 72 500 EUR |
|
2012: 72 500 EUR |
|
2013: 72 500 EUR |
Intensità massima ta' l-għajnuna:
1. Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:
— |
sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati jew sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra, |
— |
sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'żoni oħrajn, jekk l-investiment huwa magħmul minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbiliment tal-farm tagħhom, huwa inkluż fil-pjan ta' kummerċ u jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. |
L-għan ta' l-għajnuna huwa investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u x-xiri ta' tagħmir użat għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti, għat-titjib fl-art agrikola u l-ġestjoni tal-mergħat.
2. Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali:
— |
sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli, jew sa 75 % f'żoni żvantaġġati, għall-investiment għall-konservazzjoni tal-karatteristiċi fil-wirt ta' assi produttivi, sakemm l-investiment ma jwassalx għal kwalunkwe żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm, |
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment għall-raġunijiet ta' konservazzjoni ta' wirt mhux produttiv misjub fil-farms (siti ta' interess arkeoloġiku u storiku), |
— |
għajnuna addizzjonali tista' tingħata b'rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini. |
3. Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:
— |
l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni. mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal primjums ta' assigurazzjoni għal assigurazzjoni ta' l-uċuħ u frott u l-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard. |
4. Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:
— |
sa 70 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi eliġibbli mġarrba. |
5. Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:
— |
l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati biex tkopri sa 70 % ta' l-ispejjeż u ma tinvolvix ħlasijiet diretti lill-produtturi. |
6. Provvista ta' appoġġ tekniku:
— |
sa 70 % ta' l-ispejjeż eliġibbli li jikkonċernaw l-edukazzjoni u taħriġ, servizzi ta' konsulenza, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, it-tixrid tas-sejbien xjentifiċi, u l-pubblikazzjonijiet, bħal katalgi u websajts. L-għajnuna tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti lill-produtturi |
Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013
Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs
Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat u l-għajnuna de minimis u l-implimentazzjoni ta' miżuri oħrajn ta' żvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Rače-Fram li jinkludu miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):
l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,
l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali,
l-Artikolu 12: Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,
l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,
l-Artikolu 14: Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,
l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku
Settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Občina Rače-Fram |
Grajski trg 14 |
SLO-2327 Rače |
Indirizz ta' l-Internet: http://www.race-fram.si/dokument.aspx?id=2829
Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-avvenimenti ta' maltemp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.
Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (stadji ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna)
Numru XA: XA 276/07
Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Reġjun: Območje občine Kostanjevica na Krki
Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Finančna sredstva za ohranjanje in spodbujanje razvoja kmetijstva in podeželja v občini Kostanjevica na Krki
Bażi ġuridika: Pravilnik o ohranjanju in spodbujanju razvoja kmetijstva in podeželja v občini Kostanjevica na Krki za programsko obdobje 2007–2013
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:
|
2007: EUR 11 000 |
|
2008: EUR 20 000 |
|
2009: EUR 30 000 |
|
2010: EUR 30 000 |
|
2011: EUR 30 000 |
|
2012: EUR 30 000 |
|
2013: EUR 30 000 |
Intensità massima ta' l-għajnuna:
1. Investiment fil-kumpaniji agrikoli
— |
sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fiż-żoni anqas vantaġġati, |
— |
40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn. |
— |
fejn is-sehem ta' l-għajnuna għall-investiment tal-farms japplika għal bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbiliment tagħhom, il-bidwi konċernat għandu jkun taħt l-40 sena, sar is-sid għall-ewwel darba, għandu jkun resident permanenti fil-farm, jintrabat li jwettaq l-attività skond il-pjan ta' ġestjoni tal-farm, u sabiex jibqa' l-kap u s-sid ta' l-azjenda agrikola ta' l-anqas ħames snin wara l-għoti ta' l-għajnuna, is-sehem tal-fondi pubbliċi huma 10 % ogħla, |
— |
l-għajnuna għandha tingħata għall-investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u x-xiri ta' tagħmir biex jintuża għall-produzzjoni agrikola, u għall-investiment f'għelejjel permanenti, għat-titjib fl-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat. |
2. Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż reali fir-rigward ta' karatteristiċi mhux produttivi, |
— |
sa 60 % ta' l-ispejjeż reali, jew sa 75 % f'żoni anqas vantaġġati, fil-każ ta' assi produttivi tal-farms (bini tal-farms: fosos tal-qmuħ, xtillieri għat-tnixxif, kaxxi tan-naħal, imtieħen, segeriji), sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-potenzjal ta' produzzjoni tal-farm, |
— |
għajnuna addizzjonali tista' tingħata b'rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini. |
3. Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni
— |
l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjum ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-għelejjel u frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard. |
4. Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi eliġibbli. |
5. Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità
— |
l-għajnuna għandha tingħata bir-rata sa 100 % ta' l-ispejjeż fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi. |
6. Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu
— |
l-għajnuna għandha tingħata bir-rata sa 100 % ta' l-ispejjeż rigward korsijiet ta' taħriġ u konsulenza, l-organizzazzjoni ta' fora, fieri u wirjiet, it-tixrid ta' l-għarfien xjentifiku u pubblikazzjonijiet. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi |
Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013
Għan ta' l-għajnuna: Għal għajnuna ta' azjendi agrikoli u negozji żgħar ħafna
Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar il-konservazzjoni u l-promozzjoni ta' l-iżvilupp ta' l-agrikoltura u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Kostanjevica na Krki għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3)
l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,
l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,
l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,
l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,
l-Artikolu 14: Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,
l-Artikolu 15: Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu
Is-settur(i) ekonomiku/ċi konċernat(i): L-agrikoltura
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Občina Kostanjevica na Krki |
Ljubljanska cesta 7 |
SLO-8311 Kostanjevica na Krki |
Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200787&dhid=91625
Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi maltemp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.
Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (stadji ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna)
Firma tal-persuna responsabbli
Župan
Mojmir PUSTOSLEMŠEK
Numru XA: XA 277/07
Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Reġjun: Območje občine Videm
Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Dodeljevanje državnih pomoči za programe razvoja podeželja v občini Videm
Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči in drugih pomoči, ter ukrepov za programe razvoja podeželja v občini Videm
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:
|
2007: EUR 12 074 |
|
2008: EUR 12 500 |
|
2009: EUR 13 000 |
|
2010: EUR 13 500 |
|
2011: EUR 14 000 |
|
2012: EUR 14 500 |
|
2013: EUR 15 000 |
Intensità massima ta' l-għajnuna:
1. Investiment f'azjendi agrikoli ta' produzzjoni primarja
— |
sa 50 % ta' l-investiment eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati, |
— |
sa 40 % ta' l-investimenti eliġibbli f'żoni oħrajn, |
— |
sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn, fil-każ ta' investimenti magħmula minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbiliment tagħhom. |
L-għajnuna għandha tingħata għall-investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u x-xiri ta' tagħmir biex jintuża għall-produzzjoni agrikola, u għall-investiment f'għelejjel permanenti, għat-titjib fl-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.
2. Konservazzjoni tal-pajżaġġi u bini tradizzjonali
— |
sa 60 % ta' l-ispejjeż attwali, jew 75 % f'żoni anqas vantaġġati, għal investiment f'assi produttivi tal-farms, sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm, |
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment għall-raġunijiet ta' konservazzjoni ta' karatteristiċi ta' wirt mhux produttivi misjuba fl-azjendi agrikoli (siti ta' interess arkeoloġiku jew storiku), |
— |
għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex il-karatteristiċi tipiċi tal-bini jiġu preservati. |
3. Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni
— |
l-appoġġ muniċipali għall-kofinanzjament huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjum ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-għelejjel u l-frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard. |
4. Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi eliġibbli, inklużi l-ispejjeż ta' l-istħarriġ. |
5. Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità
— |
l-għajnuna għandha tingħata bir-rata sa 100 % ta' l-ispejjeż fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi. |
6. Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu
— |
l-għajnuna għandha tingħata bir-rata sa 100 % ta' l-ispejjeż li jikkonċernaw l-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' sostituzzjoni matul in-nuqqas tal-bidwi minħabba mard jew btala, servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, u l-pubblikazzjonijiet bħal katalgi u websajts. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi |
Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013
Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ għall-SMEs
Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat u għajnuna oħra u miżuri għall-programmi ta' żvilupp rurali fil-muniċpalità ta' Videm jinkludu miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istati lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):
l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,
l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali,
l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,
l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,
l-Artikolu 14: Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,
l-Artikolu 15: Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu
Is-settur(i) ekonomiku/ċi konċernat(i): L-agrikoltura
Isem u indirizz l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Občina Videm |
Videm pri Ptuju 54 |
SLO-2284 Videm pri Ptuju |
Indirizz ta' l-internet: http://ls.lex-localis.info/UradnoGlasiloObcin/VsebinaDokumenta.aspx?SectionID=fddd663f-924f-4244-9a05-d3389bdf4bbc
Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi maltemp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.
Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (stadji ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulu, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna)
Firma tal-persuna inkarigata
Direktorica občinske uprave
občine Videm
Mag. Darinka RATAJC
Numru: XA 278/07
Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Reġjun: Območje občine Jesenice
Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Programi razvoja podeželja v občini Jesenice 2007–2013
Bażi ġuridika: Pravilnik o dodelitvi pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva, gozdarstva in podeželja v občini Jesenice (II. poglavje Pravilnika)
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Nefqa annwali ppjanata:
2007: EUR 39 642
2008: EUR 40 476
2009: EUR 41 312
2010: EUR 42 147
2011: EUR 42 981
2012: EUR 43 884
2013: EUR 44 805
Intensità massima ta' l-għajnuna:
1. Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja:
— |
sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'oqsma oħra. |
L-għajnuna għandha tingħata għall-investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u x-xiri ta' tagħmir biex jintuża għall-produzzjoni agrikola, u għall-investiment f'uċuħ permanenti, għat-titjib fl-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.
2. Għajnuna għall-konservazzjoni tal-bini tradizzjonali:
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fir-rigward ta' karatteristiċi mhux produttivi, |
— |
sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'assi produttivi tal-farms, sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm, jew 75 % f'żoni żvantaġġati. |
3. Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:
— |
id-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjum ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u l-frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard. |
4. Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:
— |
sa 50 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi imġarrba realment. |
5. Għajnuna biex jiġi pprovdut appoġġ tekniku fil-qasam agrikolu:
— |
sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli li jikkonċernaw l-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts u servizzi ta' sostituzzjoni lill-bdiewa. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi |
Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013
Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ għall-SMEs
Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna għall-konservazzjoni u l-iżvilupp agrikolu, tal-forestrija u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Jesenice li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):
l-Artikolu 4: investiment f'azjendi agrikoli,
l-Artikolu 5: konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,
l-Artikolu 12: għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,
l-Artikolu 13: għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,
l-Artikolu 15: provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu
Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Občina Jesenice |
Cesta železarjev 6 |
SLO-4270 Jesenice |
Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/_pdf/2007/Ur/u2007087.pdf