This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008PC0849
Proposal for a Council Decision on the position to be taken by the Community concerning the proposal to amend the customs Convention on the International Transport of goods under cover of TIR carnets (TIR Convention 1975)
Proposta għal ID-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Komunità dwar il-proposta għal emenda tal-Konvenzjoni doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ oġġetti li jaqgħu taħt il-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR 1975)
Proposta għal ID-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Komunità dwar il-proposta għal emenda tal-Konvenzjoni doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ oġġetti li jaqgħu taħt il-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR 1975)
/* KUMM/2008/0849 finali - ACC 2008/0236 */
Proposta għal ID-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Komunità dwar il-proposta għal emenda tal-Konvenzjoni doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ oġġetti li jaqgħu taħt il-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR 1975) /* KUMM/2008/0849 finali - ACC 2008/0236 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 19.12.2008 KUMM(2008) 849 finali 2008/0236 (ACC) Proposta għal ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Komunità dwar il-proposta għal emenda tal-Konvenzjoni doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ oġġetti li jaqgħu taħt il-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR 1975) (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-kuntest tal-Proposta Ir-raġuni u l-għanijiet tal-proposta Il-Konvenzjoni Doganali dwar it-trasport internazzjonali ta' oġġetti li jaqgħu taħt il-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR) tal-14 ta' Novembru 1975 ġiet approvata f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2112/78. Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fil-Komunità fl-20 ta’ Ġunju 1983. L-għan tad-Deċiżjoni proposta huwa li temenda n-Nota ta’ Spjegazzjoni għall-Artikolu 8.3 tal-Konvenzjoni TIR. Din l-emenda tikkonċerna l-livell rakkomandat ta' garanzija għall-Carnet TIR. F'Ottubru 2008 il-Grupp ta’ Ħidma dwar Kwistjonijiet Doganali li Jolqtu t-Trasport u l-Kumitat Amministrattiv tal-Konvenzjoni TIR iddeċidew li l-ammont rakkomandat li jista' jintalab għal kull Carnet TIR għandu jinbidel minn 50 000USD għal 60 000EUR. Il-kuntest ġenerali Il-Konvenzjoni TIR hija amministrata mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) bbażata f’Ġinevra. Il-Konvenzjoni stabbiliet proċedura doganali ta’ tranżitu għall-moviment internazzjonali tal-oġġetti bit-triq u tippermetti li oġġetti , li huma taħt sospensjoni tad-dwana u tat-taxxa, li jaqsmu l-konfini internazzjonali bl-anqas intervent mill-awtoritajiet doganali matul it-triq Billi tnaqqas l-impedimenti tradizzjonali għall-moviment internazzjonali tal-oġġetti, is-sistema tat-TIR tinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-kummerċ internazzjonali. Billi tnaqqis id-dewmien fit-tranżitu, tippermetti wkoll tnaqqis sinifikanti fl-ispejjeż tat-trasport. Il-vantaġġ l-aktar importanti tas-sistema huwa l-fatt li l-Konvenzjoni TIR tipprovdi, permezz tal-katina internazzjonali ta’ garanzija, aċċess relattivament sempliċi għall-garanziji meħtieġa. Il-Carnets TIR mhijiex biss dikjarazzjoni ta' tranżitu iżda wkoll prova ta' garanzija. Il-livell ta' garanzija ta' 50 000USD stabbilit fl-1975 qatt ma nbidel. F'dawn l-aħħar xhur xi Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni TIR wrew it-tħassib tagħhom rigward il-livell rakkomandat ta' garanzija attwali ta' 50 000USD għat-trasport TIR. Huma kienu tal-opinjoni li r-rati tal-kambju u l-prezzijiet attwali huma differenti minn dawk applikabbli fl-1975 u li b'hekk huma għandhom japplikaw miżuri ta' kontroll addizjonali, bħall-iskorti doganali jew il-garanziji finanzjarji. Sabiex jiġu evitati miżuri u problemi addizjonali bħal dawn ġiet proposta emenda tan-Nota ta' Spjegazzjoni 0.8.3. Il-Grupp ta’ Ħidma dwar Kwistjonijiet Doganali li Jolqtu t-Trasport u l-Kumitat Amministrattiv tal-Konvenzjoni TIR iddiskutew din il-proposta u ma tressqet l-ebda oġġezzjoni. Peress li l-leġiżlazzjoni Komunitarja diġà tapplika l-ammont rakkomandat ta' 60 000EUR l-emenda proposta ma għandiex effett fuq il-Komunità. Id-dispożizzjonijiet eżistenti fl-ambitu tal-proposta M’hemmx dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta. Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħrajn tal-Unjoni Id-Deċiżjoni proposta hija konsistenti mal-politika komuni dwar il-kummerċ u t-trasport. Is-sistema tat-TIR, li tipprovdi tħaffif fit-trasport bit-triq, tippermetti li l-oġġetti jivvjaġġaw bejn 67 Parti Kontraenti bl-anqas indħil mill-amministrazzjonijiet doganali u tipprovdi, permezz ta' katina internazzjonali ta’ garanziji, aċċess relattivament ħafif għall-garanziji meħtieġa. Is-simplifikazzjonijiet miksuba permezz tal-Konvenzjoni TIR huma konformi mal-Istrateġija riveduta ta’ Liżbona. Il-konsultazzjonijiet ta' partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is- setturi ewlenin immirati u l- profil ġenerali tal-parteċipanti Saru konsultazzjonijiet fuq il-proposta mal-Unjoni Internazzjonali tat-Trasport bit-Triq, l-assoċjazzjonijiet garanti u l-awtoritajiet doganali kollha tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni TIR. Il-konsultazzjonijiet seħħew ukoll fi ħdan is-sessjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma dwar Kwistjonijiet Doganali li Jolqtu t-Trasport u tal-Kumitat Amministrattiv tal-Konvenzjoni TIR. Sinteżi tar-reazzjonijiet u ta' kif dawn ġew ikkunsidrati Opinjoni favorevoli Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert Ma kienx hemm bżonn ta’ għarfien espert estern. Il-valutazzjoni tal-impatt Il-livell ta’ garanzija għall-Carnet TIR għandu jiżdied sabiex jiżgura s-sistema TIR u jelimina l-miżuri ta' kontroll addizzjonali bħall-iskorti jew id-depożiti meħtieġa ta' garanziji finanzjarji jew ta’ xi xorta oħra. Għall-Komunità, il-garanzija rakkommandata ta' 60 000EUR hija diġa applikabbli għall-xi żmien u l-emenda proposta barra minn hekk se tallinja l-leġiżlazzjoni Komunitarja mal-Konvenzjoni TIR. Billi tiġi introdotta din l-emenda, l-interessi finanzjarji tal-amministrazzjonijiet doganali jkunu garantiti kompletament u l-użu tal-skorti doganali għaljin huwa mistenni li jonqos. L-elementi ġuridiċi tal-proposta Din l-emenda temenda n-Nota ta’ Spjegazzjoni għall-Artikolu 0.8.3 tal-Konvenzjoni TIR. Il-bażi ġuridika L-Artikoli 133 u 300 (2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Il-prinċipju ta’ sussidjarità Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin. Hi timplimenta emenda għall-ftehim internazzjonali li fih innifsu jirrispetta l-prinċipju ta’ proporzjonalità. Il-proposta tikkonċerna n-Nota ta’ Spjegazzjoni. L-għan ta' din l-emenda hi li tbiddel il-livell rakkomandat ta' garanzija għall-Carnet TIR minn 50 000USD għal 60 000EUR. L-għażla tal-istrumenti L-istrumenti proposti: Deċiżjoni. Mezzi oħra ma jkunux adegwati minħabba r-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin. Ftehimiet internazzjonali u emendi għal dawn l-arranġamenti normalment jiġu introdotti fis-sistema ġuridika Komunitarja permezz ta’ Deċiżjoni. Implikazzjonijiet tal-baġit. Il-proposta ma għandha ebda implikazzjoni fuq il-baġit Komunitarju. 2008/0236 (ACC) Proposta għal ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Komunità dwar il-proposta għal emenda tal-Konvenzjoni doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ oġġetti li jaqgħu taħt il-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR 1975) IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien mal-Artikolu 300 (2) tiegħu, Billi: (1) Il-Konvenzjoni Doganali dwar it-trasport internazzjonali tal-oġġetti li jaqgħu taħt il-Carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR) tal-14 ta' Novembru 1975 ġiet approvata f’isem il-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2112/78 tal-25 ta’ Lulju 1978[1] u daħlet fis-seħħ fil-Komunità fl-20 ta’ Ġunju 1983[2]. (2) Xi Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni TIR wrew it-tħassib tagħhom rigward il-livell rakkomandat ta' garanzija attwali għat-trasport TIR. Qed isostnu li r-rati tal-kambju u l-prezzijiet attwali huma differenti minn dawk applikabbli fl-1975 u li b'hekk huma għandhom japplikaw miżuri ta' kontroll addizjonali, bħall-iskorti doganali jew il-garanziji finanzjarji. Sabiex jiġu evitati miżuri u problemi addizjonali bħal dawn, ġiet proposta emenda għan-Nota ta' Spjegazzjoni 0.8.3. (3) F'Ottubru 2008 il-Kumitat Amministrattiv tal-Konvenzjoni TIR iddeċieda li sabiex jiġu żgurati l-interessi finanzjarji tal-awtoritajiet doganali involuti fis-sistema TIR, għandha ssir emenda għan-Nota ta' Spjegazzjoni 0.8.3 biex ir-referenza għal 50 000USD tinbidel b’referenza għal 60 000EUR. (4) Għandha tiġi ddeterminata l-pożizzjoni tal-Komunità dwar l-emenda proposta ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan il-Kumitat Amministrattiv għandha tkun li tappoġġa l-abbozz ta’ emenda hawn mehmuż. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Għandha tinbidel in-Nota Spjegattiva 0.8.3 kif ġej: Biddel "$ US 50 000" b' "EUR 60 000" [1] ĠU L 252, 14.09.1978. [2] ĠU L31, 2.2.1983, p.13