EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0548

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fi ħdan l-skema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra ġewwa l-Komunità li temenda l-proposta tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

/* KUMM/2008/0548 finali - COD 2006/0304 */

52008PC0548

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fi ħdan l-skema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra ġewwa l-Komunità li temenda l-proposta tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE /* KUMM/2008/0548 finali - COD 2006/0304 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 18.9.2008

KUMM(2008) 548 finali

2006/0304 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fi ħdan l-skema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra ġewwa l-Komunità

LI TEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

2006/0304 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fi ħdan l-skema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra ġewwa l-Komunità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

1. Sfond

Proċedura

Fl-20 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni ppreżentat Proposta għal Direttiva biex jiġi inkluz l-avjazzjoni fl-Iskema ta' Kummerċ ta' Emissjonijiet tal-UE lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-adozzjoni permezz tal-proċedura tal-kodeċiżjoni kif stipulat fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta l-opinjoni tiegħu fis-31 ta' Mejju 2007.

Il-Kumitat tar-Reġjuni ta l-Opinjoni tiegħu fis-10 ta' Ottubru 2007.

Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fit-13 ta' Novembru 2007.

Il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni tiegħu fl-18 ta' April 2008.

Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari fis-8 ta' Lulju 2008.

2. L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni

L-għan ta' din il-proposta huwa li jiġi indirizzat l-impatt dejjem jikber tat-tibdil fil-klima mill-avjazzjoni permezz tal-inklużjoni tal-avjazzjoni fl-iskema tal-Komunità tal-iskambju tal-emissjonijiet. Dan jagħmel parti minn approċċ komprensiv għat-tnaqqis tal-impatt tal-avjazzjoni fuq it-tibdil fil-klima kif stipulat fid-dokument COM (2005) 459 finali tas-27 ta’ Settembru 2005.

3. Kummenti tal-Kummissjoni

3.1 Ġenerali

Fis-sessjoni plenarja tiegħu tal-8 ta' Lulju 2008, il-Parlament Ewropew adotta pakkett ta' kompromess li jikkonsisti fi 30 emenda li dwarhom kien hemm qbil mal-Kunsill bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim fit-tieni qari.

Dawn l-emendi ewlenin jirrigwardaw:

- il-kwantità totali ta' konċessjonijiet li jridu jiġu allokati fis-settur tal-avjazzjoni

- il-persentaġġ ta' konċessjonijiet għall-irkant;

- l-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkant ta' konċessjonijiet;

- l-operazzjoni ta' riservi speċjali għal operaturi li qiegħdin jespandu malajr;

- iż-żmien u l-kontenut tar-reviżjoni tal-proviżjonijiet tad-Direttiva; kif ukoll

- l-esklużjoniijiet mill-iskema, inkluża l-eżenzjoni de minimis.

Il-Kummissjoni taċċetta dawn l-emendi kollha peress li huma f'konformità mal-għan kumplessiv u l-karatteristiċi ġenerali tal-Proposta. Il-Kummissjoni tieħu nota tal-ftehim bejn il-Kunsill u l-Parlament rigward il-possibilità li jiżdiedu l-livelli ta' rkant mill-2013 fil-kuntest ta' reviżjoni tal-ETS, fejn il-pożizzjoni tal-Kummissjoni hi stabbilita fil-COM(2008)16. Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni tibqa' li l-livell ta' irkant fis-settur tal-avjazzjoni għandu jkun 20% fl-2013

3.2 Proposta Emendata

Skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-Proposta tagħha kif stabbilit hawn fuq.

Top