This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008PC0061
Proposal for a Decision of the European Parliament and of the Council amending Decision No 1720/2006/EC establishing an action programme in the field of lifelong learning
Proposta ta’ deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja
Proposta ta’ deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja
/* KUMM/2008/0061 finali - COD 2008/0025 */
Proposta ta’ deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja /* KUMM/2008/0061 finali - COD 2008/0025 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 8.2.2008 KUMM(2008) 61 finali 2008/0025 (COD) Proposta ta’ DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (ippreżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fil-15 ta’ Novembru 2006, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja għall-perjodu 2007-2013. Dan il-programm jimmira biex joffri lill-individwi l-possibbiltà ta’ aċċess, fil-fażijiet kollha ta’ ħajjiethom u fl-Ewropa kollha, għal proċess ta’ tagħlim dinamiku. Hu jinkludi erba’ sotto-programmi, ikkomplementati bi programm tranżversali li jimmira li jittejbu r-riżultati tagħhom, u bil-programm Jean Monnet li jimmira li jinkuraġġixxi l-istudji, ir-riflessjoni u d-dibattitu dwar l-integrazzjoni Ewropea fl-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja fid-dinja kollha. 2. Biex jitwettqu dawn l-għanijiet, il-programm jipproponi li jappoġġa attivitajiet speċifiċi. Il-promoturi tal-proġetti li jixtiequ jibbenefikaw minn sussidji mistennija li jsegwu proċedura ta’ sejħa għal proposti li jippermettu minn naħa tal-Kummissjoni deċiżjonijiet ta’ għażla ta’ proposti għall-allokazzjoni ta’ sussidji li, bħala meżuri ta’ eżekuzzjoni tal-programm, għandhom isegwu fil-livell interistituzzjonali proċedura partikulari. 3. B’konformità ma’ l-Artikolu 202 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-Kunsill, fl-atti li jadotta, jagħti lill-Kummissjoni s-setgħat ta’ eżekuzzjoni tar-regoli li hu jistabbilixxi u jista’ jissottometti l-eżerċizzju ta’ dawn is-setgħat għal ċerti modalitajiet ta’ proċedura. 4. Dawn il-modalitajiet huma indikati taħt l-isem ta’ “komitoloġija”. Dan għandu x’jaqsam mal-konsultazzjoni tal-kumitat dwar il-misuri ta’ eżekuzzjoni li huma determinati mill-att bażiku, u dan isir qabel l-adozzjoni tagħhom mill-Kummissjoni. Dan il-Kumitat għandu jkun magħmul esklussivament minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-presidenza tiegħu. 5. Jeżistu tipi differenti ta’ proċeduri ta’ konsultazzjoni ta’ kumitat. Dawn huma ddefiniti fid-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE tal-Kunsill li jiffissaw il-modalitajiet ta’ l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ eżekuzzjoni mogħtija lill-Kummissjoni, kif emendati bid-Deċiżjoni Nru 2006/512/KE tal-Kunsill. L-att bażiku li hu l-pedament tas-setgħat ta’ eżekuzzjoni tal-Kummissjoni jista’ jipprevedi l-applikazzjoni ta’ dawn il-proċeduri differenti fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni. 6. Id-deċiżjoni tal-komitoloġija tassigura wkoll li l-Parlament Ewropew ikollu “dritt ta’ skrutinju” fuq l-implimentazzjoni ta’ l-atti leġiżlattivi adottati b’kodeċiżjoni. Dan id-dritt ta’ skrutinju jippermetti lill-Parlament Ewropew li jikkontesta eventwalment miżuri maħsuba mill-Kummissjoni meta hu jaħseb li l-influwenza tagħhom tkun se taqbeż il-qasam ta’ applikazzjoni ta’ l-eżekuzzjoni ta’ l-att bażiku, li jista’ jikkawża ħsara għas-setgħat ta’ kodeċiżjoni. 7. Il-Parlament Ewropew għandu limitu ta’ żmien ta’ xahar biex jeżamina abbozz ta’ miżura qabel ma tittieħed id-deċiżjoni formali tal-Kummissjoni. Dan il-limitu ta’ żmien jibda mill-ibgħit lill-Parlament Ewropew ta’ abbozz definittiv ta’ miżura ta’ eżekuzzjoni, wara l-ħruġ ta’ opinjoni uffiċjali mill-kumitat. 8. Id-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja tistipula li l-miżuri kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-programm jiġu deċiżi mill-Kummissjoni b’konformità mal-proċeduri stipulati mid-deċiżjoni tal-komitoloġija. 9. Matul in-negozjar tal-programm, il-Leġiżlatur kien iddefinixxa b’mod ċar l-limiti tad-deċiżjonijiet ta’ għażla li kellhom jiġu ppreżentati lill-kumitat. Il-proċedura ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE għandha tikkonċerna d-deċiżjonijiet ta’ għażla li jirrappreżentaw sussidji ta’ ammonti għolja ta’ flus jew li jippreżentaw għażla politikament sensibbli, jiġifieri l-proġetti u n-netwerks multilaterali ta’ attività prinċipali ta’ kooperazzjoni u ta’ innovazzjoni politika kif ukoll il-proġetti u n-netwerks multilaterali li jippreżentaw ammont ta’ aktar minn EUR 1 000 000. Id-deċiżjonijiet l-oħra ta’ għażla ma għandhomx jiġu sottomessi għal proċedura ta’ komitoloġija. F’dan il-każ, il-Kummissjoni kienet impenjat lilna nfisha li tinforma mingħajr telf ta’ żmien kemm il-kumitat tal-programm kif ukoll lill-Parlament Ewropew bid-deċiżjonijiet kollha ta’ għażla li ma kinux se jiġu sottomessi għall-proċedura ta’ ġestjoni. Dan il-ftehim kien is-suġġett ta’ dikjarazzjoni mill-Kummissjoni indirizzata lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew. 10. Dan il-ftehim kien ibbażat fuq in-natura ta’ l-azzjonijiet tal-programm, li fil-parti l-kbira jagħtu sussidji ta’ ammonti żgħar lil numru kbir ta’ benefiċjarji, il-komitoloġija ma tistax twassal f’dan il-każ ħlief valur miżjud baxx u titfa’ barra minn hekk piż sproporzjonat fuq l-amministrazzjoni tal-programm. Għalhekk, dan il-ftehim jistrieħ fuq kunsens interistituzzjonali li jimmira li jissimplifika l-proċeduri sabiex jiġi limitat id-dewmien ta’ żmien li fih jittieħdu d-deċiżjonijiet favur il-benefiċjarji potenzjali. 11. Għaldaqstant, l-iskrizzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tinkorpora korrettament il-voluntà tal-Leġiżlatur dwar id-deċiżjonijiet ta’ għażla li jridu jiġu sottomessi lill-kumitat ta’ ġestjoni, l-intenzjonijiet tal-Leġiżlatur ġew trasposti ħażin fid-Deċiżjoni msemmija li tissottometti l-miżuri l-oħra kollha, inklużi d-deċiżjonijiet ta’ għażla, għall-proċedura konsultattiva stipulata fl-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE u mhux għal informazzjoni immedjata lill-kumitat tal-programm u lilll-Parlament Ewropew mill-Kummissjoni. 12. B’hekk, il-konsultazzjoni tal-kumitat tal-programm għandha ssir skond il-proċedura ta’ ġestjoni għad-deċiżjonijiet ta’ għażla li huma espressivament stipulati fl-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE, jiġifieri għall-proġetti u n-netwerks multilaterali ta’ l-attività prinċipali ta’ kooperazzjoni u ta’ innovazzjoni politika kif ukoll il-proġetti u n-netwerks multilaterali li jirrappreżentaw ammonti aktar minn EUR 1 000 000. Bil-kontra, l-Artikolu 9(2) tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE jistipula li d-deċiżjonijiet l-oħra kollha ta’ għażla jsiru billi tiġi segwita l-proċedura konsultattiva. 13. Din l-iskrizzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE twassal għal diffikultajiet serji fl-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet u l-miżuri previsti mill-programm. 14. Is-sottomissjoni tad-deċiżjonijiet ta’ għażla għall-proċedura konsultattiva twassal biex ittawwal b’xahrejn sa tliet xhur id-demwien neċessarju għall-adozzjoni tagħhom. Għalhekk il-kandidati jkollhom jistennew aktar fit-tul qabel ma jkollhom deċiżjoni dwar il-proposti tagħhom. Għaldaqstant, il-proġetti kkonċernati ġeneralment huma previsti li jibdew kemm jista’ jkun malajr sabiex jiżdied in-numru tas-sejħiet ta’ proposti li jitniedu kull sena. Konsegwentement, dan id-dewmien addizzjonali jirriskja li jipprovoka dewmien fl-allokazzjoni tas-sussidji, u dan jista’ jipperikola l-vijabilità ta’ ħafna proġetti. Barra minn hekk, dawn il-limitazzjonijiet ta’ dewmien huma kontra l-prinċipju tas-sempliċità u tal-prossimità fit-twettiq tal-programm u minħabba dan il-fatt għandhom impatt dirett fuq l-effikaċja tiegħu. 15. Soluzzjoni definittiva għall-problema maħluqa mis-sottomissjoni tad-deċiżjonijiet ta’ għażla għall-proċedura ta’ konsultazzjoni se teħtieġ emenda teknika tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE. Il-proċedura konsultattiva preżenti se titneħħa u se tinbidel, abbażi ta’ dikjarazzjoni mill-Kummissjoni, li permezz tagħha l-Kummissjoni tagħti informazzjoni immedjata l-kumitat tal-programm u l-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjonijiet ta’ għażla li se tadotta. 16. Din il-proposta hi spirata mill-intenzjoni primarja tal-Leġiżlatur waqt in-negozjar tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja. 17. B’hekk, il-proposta ta’ emenda tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE se tippermetti li jitnaqqas id-dewmien ta’ allokazzjoni għas-sussidji minn xahrejn sa sitt xhur, dan il-mezz għandu jiżgura l-implimentazzjoni effikaċi ta’ l-attivitajiet u tal-miżuri mmirati mill-programm. Il-kumitat tal-programm u l-Parlament Ewropew se jinżammu immedjatament infurmati dwar id-deċiżjonijiet ta’ għażla. Fl-aħħarnett, din l-emenda se tikkontribwixxi għall-prinċipju ta’ simplifikazzjoni u ta’ proporzjonalità tal-proċeduri billi tħaffifhom aktar u tagħmilhom aktar effikaċi għall-benefiċċju tal-benefiċjarji tas-sussidji. 18. Tliet deċiżjonijiet oħra adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill li jwaqqfu programmi fl-oqsma taċ-ċittadinanza, iż-żgħażagħ u l-kultura għandhom dispożizzjonijiet simili dwar id-distribuzzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ għażla bejn il-proċedura ta’ ġestjoni u l-proċedura konsultattiva u jippreżentaw l-istess problemi ta’ implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ għażla. Reviżjoni simili ta’ dawn l-atti bażiċi hi prevista b’mod parallel għal din il-proposta ta’ emenda. 2008/0025 (COD) Proposta ta’ DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u l-aktar l-Artikoli 149(4) u 150(4) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali[2], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[3], li jagħtu deċiżjoni b’konformità mal-proċedura indikata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[4], Billi: (1) Id-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5] stabbilixxiet il-programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja għall-perjodu 2007-2013. (2) Fl-Artikolu 9(2), tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE, hu stipulat li l-miżuri oħra neċessarji għall-implimentazzjoni tal-programm li mhumiex elenkati fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(3) ta’ din id-Deċiżjoni, jiġifieri skond il-proċedura konsultattiva stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[6]. (3) Din l-iskrizzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE timplika notevolment li deċiżjonijiet oħra ta’ għażla li mhumiex imsemmija fl-Artikolu 9(1) huma sottomessi għall-proċedura konsultattiva u għad-dritt ta’ skrutinju mill-Parlament Ewropew. (4) Dawn il-modalitajiet ta’ proċedura jżidu dewmien addizzjonali minn xahrejn sa tliet xhur fil-proċess ta’ allokazzjoni tas-sussidji lill-kandidati. Dawn iwasslu għal ħafna dewmien rigward il-benefiċjarji ta’ l-allokazzjonijiet, jitfgħu piż sproporzjonat fuq l-amministrazzjoni tal-programm u ma jiġġenerawx valur miżjud meta titqies in-natura tas-sussidji mogħtija. (5) Għalhekk hu meħtieġ li tiġi emendata d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE biex tkun possibbli implimentazzjoni aktar mgħaġġla u aktar effikaċi tad-deċiżjonijiet ta’ għażla. IDDEĊIDEW: Artikolu 1 Fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE, jiġi inserit il-paragrafu 1a li ġej: “1a. Meta l-Kummissjoni tadotta, bis-saħħa ta’ din id-Deċiżjoni, deċiżjonijiet ta’ allokazzjoni oħra ta’ sussidju li mhumiex elenkati fil-paragrafu 1, hi għandha tadotta dawn id-deċiżjonijiet mingħajr l-assistenza tal-kumitat.” Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fi […] jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Magħmula fi Brussel, f’ Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU C ta’ , p . [2] ĠU C ta’ , p . [3] ĠU C ta’ , p . [4] ĠU C ta’ , p . [5] ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45. [6] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).