Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0585

Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni KE-Albanija (adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija) *** Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (7999/2008 — COM(2008)0139 — C6-0453/2008 — 2008/0057(AVC))

ĠU C 45E, 23.2.2010, p. 100–100 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/100


Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni KE-Albanija (adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija) ***

P6_TA(2008)0585

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (7999/2008 — COM(2008)0139 — C6-0453/2008 — 2008/0057(AVC))

(2010/C 45 E/21)

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni (COM(2008)0139),

wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skond l-Artikolu 300(3), it-tieni sub-paragrafu, flimkien mal-Artikolu 300(2), l-ewwel sub-paragrafu, it-tieni sentenza tat-Trattat KE (C6-0453/2008),

wara li kkunsidra l-Artikoli 75, 83(7) u 43(1), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0496/2008),

1.   Jagħti il-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Albanija.


Top