Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0276

Statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (riformulazzjoni) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sottomissjoni ta' statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (riformulazzjoni) (COM(2007)0763 — C6-0440/2007 — 2007/0268(COD))

ĠU C 286E, 27.11.2009, p. 67–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 286/67


It-Tlieta, 17 ta' Ġunju 2008
Statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (riformulazzjoni) ***I

P6_TA(2008)0276

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sottomissjoni ta' statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (riformulazzjoni) (COM(2007)0763 — C6-0440/2007 — 2007/0268(COD))

2009/C 286 E/28

(Proċedura ta' kodeċiżjoni — riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0763),

wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0440/2007),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni għal atti legali (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0214/2008),

A.

billi skond il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta li qed tkun eżaminata ma tinkludi l-ebda emenda sostantiva minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, rigward il-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti mingħajr l-ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk għandha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Top