Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XC0707(03)

Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

ĠU C 154, 7.7.2007, pp. 9–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 154/9


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2007/C 154/04)

Numru XA: XA 18/07

Stat Membru: Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun: Vysočina

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Podpora investic v zemědělských podnicích

Bażi ġuridika:

1)

Zákon č. 129/2000 Sb., o krajích (krajské zřízení), ve znění pozdějších předpisů;

2)

Zákon č. 250/2000 Sb., o rozpočtových pravidlech územních rozpočtů, ve znění pozdějších předpisů;

3)

Zákon č. 252/1997 Sb., o zemědělství, ve znění pozdějších předpisů;

4)

Program rozvoje kraje Vysočina;

5)

Zásady Zastupitelstva kraje Vysočina pro poskytování finančních příspěvků na podporu zemědělství v kraji Vysočina pro období 2007–2013 z rozpočtu kraje Vysočina a způsobu kontroly jejich využití č. 07/06

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Nefqa annwali b' massimu ta' 5 000 000 CZK

Intensità massima ta' għajnuna: Ammont ta' għajnuna: sa 50 % tan-nefqa eliġibbli fuq investimenti f'bini u teknoloġija, inkluż in-nefqa eliġibbli dwar il-parti teknika tad-dokumentazzjoni, li tkopri n-notifikazzjoni tal-binja jew tal-permess.

L-ispejjeż eliġibbli li jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja jvarjaw minn 20 000 sa 2 000 000 CZK għal kull proġett individwali.

Għall-perjodu ta' bejn l-2007-13, l-ammont massimu ta' kontribuzzjoni finanzjarja għal kull benefiċjarju/minn hu inkarigat mill-proġett hu ta' 3 500 000 CZK.

Data ta' l-implimentazzjoni: Mill-1 ta' Marzu 2007.

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

L-għan ta' l-għajnuna: L-għajnuna hija indirizzata lejn investimenti li għandhom jtejbu l-effiċjenza tal-kumpaniji agrikoli, bil-ħsieb li jtejbu l-kompetittività tagħhom.

Din l-għajnuna hija f'konformità mal-leġiżlazzjoni ġeneralment applikabbli fir-Repubblika Ċeka kif ukoll ma' l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-“Programm ta' Żvilupp għar-Reġjun ta' Vysočina” u tar-“Regoli ta' l-Assemblea Reġjonali ta' Vysočina dwar l-għotijiet ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-baġit reġjonali ta' Vysočina sabiex tiġi megħjuna l-agrikoltura fir-reġjun ta' Vysočina għall-perjodu ta' bejn 2007-13, u tal-metodu ta' monitoraġġ għall-użu tagħhom”. L-għajnuna hija rregolata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001.

Dawn li ġejjin jitqiesu bħala spejjeż eliġibbli: nefqa fuq il-bini, ix-xiri, l-immoderniżżar u l-bini mill-ġdid ta' faċilitajiet u ta' teknoloġija wżata għat-trobbija tal-baqar, tal-ħnieżer, tan-nagħaġ, tal-mogħoż, tat-tiġieġ, ta' tajr ta' l-ilma u tan-naħal, inkluż żoni mtejba għall-ħżin ta' skart tal-bhejjem, u nefqa fuq il-bini, ix-xiri, l-immoderniżżar u l-bini mill-ġdid ta' faċiltajiet u ta' teknoloġija wżata għall-ħżin ta' għelejjel ta' l-għeruq.

Spejjeż eliġibbli jinkludu n-nefqa fuq l-ipproċessar u sabiex tinkiseb il-parti teknika tad-dokumentazzjoni, relatata man-notifikazzjoni tal-bini jew tal-permess.

Settur(i) kkonċernat(i): Attivitajiet relatati mal-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli.

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Vysočina

kraj se sídlem: Žižkova 57

CZ-587 33 Jihlava

Indirizz virtwali:: http://www.kr-vysocina.cz/

Tagħrif ieħor: Ir-Reġjun ta' Vysočina jiddikjara li l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 se jintlaħqu, jiġifieri l-għajnuna għandha tkun immirata lejn impriżi żgħar u ta' daqs medju involuti fil-produzzjoni agrikola primarja, u li l-limitu finanzjarju stabbilit f'dak ir-Regolament jiġi rispettat.

Numru XA: XA 19/07

Stat Membru: Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun: Vysočina

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Podpora poskytování technické podpory v odvětví zemědělství

Bażi ġuridika:

1)

Zákon č. 129/ 2000 Sb., o krajích (krajské zřízení), ve znění pozdějších předpisů;

2)

Zákon č. 250/2000 Sb., o rozpočtových pravidlech územních rozpočtů, ve znění pozdějších předpisů;

3)

Zákon č. 252/ 1997 Sb., o zemědělství, ve znění pozdějších předpisů;

4)

Program rozvoje kraje Vysočina;

5)

Zásady Zastupitelstva kraje Vysočina pro poskytování finančních příspěvků na podporu zemědělství v kraji Vysočina pro období 2007–2013 z rozpočtu kraje Vysočina a způsobu kontroly jejich využití č. 07/06

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Nefqa annwali ta' massimu ta' 400 000 CZK

Intensità massima ta' għajnuna: Ammont ta' għajnuna: sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli.

L-ispejjeż eliġibbli li jistgħu jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja jvarjaw minn 5 000 sa 250 000 CZK għal kull proġett individwali.

Għal perjodu ta' bejn l-2007-13, l-ammont massimu ta' kontribuzzjoni finanzjarja għal kull benefiċjarju/minn hu inkarigat mill-proġett hu ta' 1 750 000 CZK.

Data ta' l-implimentazzjoni: Mill-1 ta' Marzu 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

L-għan ta' l-għajnuna: L-għajnuna hija intiża biex ittejjeb il-kompetenza professjonali ta' l-operaturi involuti f'attivitajiet marbuta mal-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli msemmija f'Anness 1 tat-Trattat tal-KE, bil-ħsieb tiżdied l-effiċjenza tax-xogħol u tal-produttività.

Dawn li ġejjin jitqiesu bħala spejjeż eliġibbli: nefqa fuq l-organizzazzjoni ta' kompetizzjonijiet u wirjiet b'enfażi fuq il-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli msemmija f'Anness 1 tat-Trattat tal-KE, bl-inklużjoni ta' assistenza ta' l-ispejjeż relatati mal-parteċipazzjoni ta' esibituri f'tali avvenimenti; nefqa fuq l-organizzazzjoni ta' avvenimenti ta' taħriġ b'enfażi fuq il-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli msemmija f'Anness 1 tat-Trattat tal-KE b'xorta ta' korsijiet, seminars u laqgħat ta' ħidma; nefqa fuq konsulenza fil-qasam teknoloġiku u ekonomiku għall-intraprendituri agrikoli.

Settur(i) kkonċernat(i): Attivitajiet relatati mal-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Vysočina

kraj se sídlem: Žižkova 57

CZ-587 33 Jihlava

Indirizz virtwali: http://www.kr-vysocina.cz/

Tagħrif ieħor: Ir-Reġjun ta' Vysočina jiddikjara li l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 se jintlaħqu, jiġifieri l-għajnuna għandha tkun immirata lejn impriżi żgħar u ta' daqs medju involuti fil-produzzjoni agrikola primarja, u li l-limitu finanzjarju stabbilit f'dak ir-Regolament se jiġi rrispettat.

Numru XA: XA 20/07

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Il-Veneto

Titolu ta' għajnuna ta' l-iskema: Assistenza għax-xiri jew għall-twellija ta' għodda tal-magni u apparat tal-produzzjoni ġodda

Bażi ġuridika: Legge 28.11.1965, n. 1329

Deliberazione della Giunta Regionale n. 4347 del 28.12.2006

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew l-ammont totali ta' l-għajnuna mogħtija lill-kumpanija: 4 miljun EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna: Sussidju fuq ir-rata ta' l-imgħax għax-xiri ta' għodda tal-magni ġodda jew ta' apparat tal-produzzjoni, għajr l-investimenti ta' sostituzzjoni.

Is-sussidju m'għandux jaqbeż il-50 % tan-nefqa eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati jew l-40 % f'żoni oħrajn.

Data ta' l-implimentazzjoni: Sussegwentement għan-notifika mill-Kummissjoni tan-numru ta' identifikazzjoni li ġie allokat fuq l-irċevuta tat-tagħrif fil-qosor.

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: Sostenn lill-SMEs bil-għan li tipprovdilhom appoġġ għax-xiri jew it-twellija ta' għodda tal-magni ġodda jew ta' apparat tal-produzzjoni. L-ispejjeż għall-immuntar, l-ittestjar, it-trasport u l-ippakkjar huma eliġibbli fil-limitu kumplessiv ta' 15 % ta' kemm jiswa l-apparat.

L-investimenti eliġibbli għandhom jilħqu ta' l-anqas wieħed minn dawn l-għanijiet:

tnaqqis ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni;

titjib u konverżjoni tal-produzzjoni;

titjib fil-kwalità;

ħarsien u titjib ta' l-ambjent jew tal-kundizzjonijiet ta' iġjene u tal-benessri ta' l-annimali.

Sa 100 % tal-programm ta' investiment jista' jiġi ffinanzjat sa perjodu ta' 7 snin, li jinkludi perjodu ta' grazzja sa mhux aktar minn sentejn.

Fl-ebda ċirkostanza, s-sussidju fuq livell ta' applikazzjonijiet individwali jaqbżu l-intensitajiet massimi ta' għajnuna mogħtija skond ir-regoli relevanti ta' l-UE.

Settur jew setturi konċernati: L-iskema tapplika għall-impriżi ta' daqs żgħir u medju attivi fil-produzzjoni tal-prodotti agrikoli f'Anness 1 tat-Trattat tal-KE.

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione Veneto

Assessorato alle Politiche dell'economia, dello sviluppo, della ricerca e dell'innovazione, delle politiche istituzionali

Direzione Industria

Corso del Popolo, 14

I-30172 Venezia — Mestre

Tel. (39) 04 12 79 58 10

Faks (39) 04 12 79 58 08

Posta elettronika: dir.industria@regione.veneto.it

Indirizz virtwali: http://www.regione.veneto.it/Economia/Attività+Produttive/Industria

Tagħrif ieħor: —

XA Number: XA 26/07

Stat Membru: Ir-Renju Unit

Reġjun: Cheshire

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Sandstone Ridge ECOnet Partnership Conservation Programme

Bażi ġuridika: s. 39 1981 Wildlife and Countryside Act

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema, jew l-ammont totali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Għotja ta' għajnuna (2007-8): 327 646 GBP

Appoġġ tekniku (2007-8): 3 080 GBP

Għotja ta' għajnuna (2008-9): 200 000 GBP

Appoġġ tekniku (2008-9): 3 080 GBP

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-intensità ta' l-għajnuna hija diskrezzjonali u tiddependi mill-firxa u mill-ambitu ta' kull proġett. Ir-rati ta' għajnuna jista' jkunu sa 100 % fil-każ ta' elementi mhux produttivi tal-wirt (Artikolu 5).

Data ta' l-implimentazzjoni: L-iskema se tibda fl-1 ta' April 2007.

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: L-iskema se tibda l-1 ta' April 2007, u tintemm il-31 ta' Marzu 2009. L-aħħar pagament se jsir il-31 ta' Marzu 2009.

Għan ta' l-għajnuna: Għoti ta' għajnuna lill-SMEs biex jikkonservaw pajsaġġi u karatteristiċi tradizzjonali fiż-żona ta' Sandstone Ridge, Cheshire.

Settur(i) konċernat(i): Il-konservazzjoni ta' pajsaġġi tradizzjonali f'azjendi agrikoli u ta' artijiet rurali.

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Cheshire County Council

Environmental Planning

Backford Hall

Backford

Chester

CH1 6PZ Cheshire

United Kingdom

Il-korp statutorju responsabbli għall-iskema huwa: Cheshire County Council

L-organizzazzjoni li qed topera l-iskema hija: Cheshire County Council

Indirizz ta' l-internet: http://www.cheshire.gov.uk/NR/rdonlyres/0E5405F6-FCD7-46C1-9C4D-3B950BFF695F/0/SREPStateAidExemptionGuidanceNotice070307.doc

Id-dettalji jistgħu jinkisbu wkoll fuq il-websajt ta' Defra:

http://www.defra.gov.uk/farm/policy/state-aid/setup/exist-exempt.htm

Tagħrif ieħor: Għal aktar informazzjoni ddettaljata dwar l-eliġibbiltà u r-regoli għall-iskema, żur wieħed mis-siti indikati hawn fuq.

Iffirmat u ddatat f'isem id-Department for Environment, Food and Rural Affairs (l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit)

Neil Marr

Agricultural State Aid

Defra

8B 9 Millbank

c/o 17 Smith Square

London SW1P 3JR

United Kingdom

XA Number: XA 32/07

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Comunidad Valenciana

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Régimen de ayudas al traslado de granjas por motivos de interés público

Bażi ġuridika: Orden, de la Consellería de Agricultura, Pesca y Alimentación, por la que se establecen ayudas al traslado de granjas por motivos de interés público.

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema ta' għajnuna, jew l-ammont totali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: L-ammonti totali ta' l-approprjazzjoni tal-baġit għal kull sena huma stmati kif ġej:

Sena 2007: 300 000 EUR

Sena 2008: 2 695 000 EUR

Sena 2009: 2 310 000 EUR

Sena 2010: 1 925 000 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna: 80 % mill-investiment, fejn it-trasferiment tikkonsisti fiż-żarmar, it-trasport u l-bini mill-ġdid ta' l-istallazzjonijiet eżisenti fis-sit il-ġdid.

Fejn it-trasferiment se jwassal biex l-operatur agrikolu jibbenefika minn modernizzazzjoni ta' l-istallazzjonijiet, jew f'żieda fil-kapaċità ta' produzzjoni, minbarra t-80 % msemmi hawn fuq, 40 % jew 30 % mill-investiment il-ġdid propost, rispettivament skond jekk l-azjenda l-ġdida tinsabx jew le f'żona żvantaġġata.

Fejn l-investimenti jsiru minn operaturi agrikoli żgħażagħ, dawn il-perċentwali jiżdiedu b'5 %.

Data ta' l-implimentazzjoni: Mill-1.3.2007 'l quddiem.

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Sal-31.12.2010.

Għan ta' l-għajnuna: L-Artikolu 6 — It-trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku. L-għan huwa li jkunu trasferiti azjendi ta' trobbija tal-bhejjem minn siti mhux approvati mill-ippjanar urbanistiku għal siti awtorizzati.

Settur(i) konċernat/i: Is-settur tal-produzzjoni. Is-subsetturi tat-trobbija tal-bhejjem in ġenerali.

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Consellería de Agricultura, Pesca y Alimentación

Amadeo de Saboya, no 2

E-46010 Valencia

Indirizz ta' l-internet: https://docv.gva.es/

Tagħrif ieħor: —

Id-Direttur Ġenerali għar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni Agrikola

Eduardo Primo Millo


Top