Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007SC0933

Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni - Dokument ta' akkumpanjament mal- Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - It-Titjib tal-Kwalità ta' l-Edukazzjoni ta’ l-Għalliema - Sommarju ta' l-istima ta' l-impatt {COM(2007)392} {SEC(2007) 931}

/* SEK/2007/0933 finali */

52007SC0933

Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni - Dokument ta' akkumpanjament mal- Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - It-Titjib tal-Kwalità ta' l-Edukazzjoni ta’ l-Għalliema - Sommarju ta' l-istima ta' l-impatt {COM(2007)392} {SEC(2007) 931} /* SEK/2007/0933 finali */


[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussell, 3.8.2007

SEC(2007) 933

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI Dokument ta' akkumpanjament mal- KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW It-Titjib tal-Kwalità ta' l-Edukazzjoni ta’ l-Għalliema

SOMMARJU TA' L-ISTIMA TA' L-IMPATT {COM(2007) 392 }{SEC(2007) 931 }

Dan ir-rapport jimpenja biss lis-servizzi tal-Kummissjoni li huma involuti fil-preparazzjoni tiegħu u ma jippreġudikax il-forma finali ta' kwalunkwe deċiżjoni li għandha tittieħed mill-Kummissjoni.

Sommarju Eżekuttiv

Il-kwalita ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ fl-Ewropa hija fil-biċċa l-kbira tagħha r-riżultat tal-kwalità tat-tagħlim ipprovdut; din min-naħa tagħha hija parzjalment funzjoni tal-kwalità ta' l-Edukazzjoni ta' l-Għalliema.

Il-progress fit-tisħiħ ta' l-edukazzjoni fl-iskejjel huwa qed jieħu ħafna żmien; hu meqjus li hemm nuqqas fil-kapaċitajiet fost l-għalliema; bħalissa hemm diffikoltà fir-rimedjar minħabba li hemm nuqqas ta' koerenza u ta' kontinwità bejn elementi differenti u ħafna drabi separati ta' l-edukazzjoni ta' l-għalliema; u fi kwalunkwe każ, l-ammont ta' taħriġ bħala parti mix-xogħol tagħhom li huwa disponibbli għall-għalliema prattikanti huwa limitat ħafna.

Dawn il-fatturi jippuntaw lejn il-ħtieġa għal tisħiħ fil-kapaċità tal-professjoni ta' għalliem fl-Ewropa li tipprovdi l-kwalità ta' tagħlim meħtieġa sabiex l-għanijiet ta' Liżbona - inklużi l-għanijiet komuni għas-sistemi ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ – ikunu jistgħu jinkisbu.

Ir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri li qed jaħdmu mal-Kummissjoni permezz tal-programm ta' Edukazzjoni u Taħriġ 2010, identifikaw proposti ewlenin sabiex iwasslu għal tisħiħ fil-Kwalità ta' l-Edukazzjoni ta' l-Għalliema fl-Unjoni Ewropea. Partikolarment, dawn jaqblu li huwa mixtieq li:

- l-għalliema kollha jkollhom livell u firxa xierqa ta' għarfien u ta' kompetenza sabiex dawn, fil-kuntest tat-tibdil ekonomiku u soċjali rapidu, ikunu jistgħu jgħinu lil min ikun qed jitgħallem biex jilħaq il-potenzjal kollu tiegħu;

- l-għalliema kollha jkollhom kwalifiki xierqa minn istituzzjoni ta' l-Edukazzjoni Terzjarja;

- il-proviżjoni għall-edukazzjoni inizjali ta' l-għalliema, l-induzzjoni u żvilupp professjonali ieħor tiġi kkoordinata bħala sistema koerenti, u tkun mgħammra b'riżorsi adegwati; kif ukoll

- issir promozzjoni tal-professjonalità fit-tagħlim.

Wara analiżi ta' l-għażliet kollha disponibbli, l-eżitu tal-Valutazzjoni ta' l-Impatt (IA) huwa l-proposta li azzjoni min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea hija ġġustifikata; tali azzjoni għandha tieħu l-forma ta’ Rakkomandazzjoni konċiża tal-Kunsill u tal-Parlament.

L-għan ta' din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tipprovdi lill-Istati Membri b'għadd ta' orjentazzjonijiet wiesgħa, li jkunu bbażati fuq l-aħjar prattika (kif identifikata mill-Istati Membri nfushom), li jkunu jistgħu jipprovdu qafas komuni għall-iżvilupp tal-politiki u tal-prattiki tagħhom sabiex isaħħu l-kwalità ta' l-edukazzjoni ta' l-għalliema.

Top