Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0864

Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251, il-paragrafu (2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1592/2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

/* KUMM/2007/0864 finali - COD 2005/0228 */

52007PC0864

Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251, il-paragrafu (2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1592/2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE /* KUMM/2007/0864 finali - COD 2005/0228 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 19.12.2007

KUMM(2007) 864 finali

2005/0228 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251, il-paragrafu (2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1592/2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea

JEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

2005/0228 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251, il-paragrafu (2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1592/2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea

1. Daħla

L-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE jistipula li l-Kummissjoni għandha tressaq opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni hawn taħt qed tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-20 emenda proposti mill-Parlament.

2. SFOND TAL-FAJL

Data ta' meta l-proposta tressqet quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill (dokument COM(2005) 579 finali - 2005/0228(COD)) | it-18 ta' Novembru 2005 |

Id-data ta' l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew | il-21 ta' April 2006 |

Data ta' l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, fl-ewwel qari | l-14 ta' Marzu 2007 |

Id-data ta' l-adozzjoni b'unanimità tal-pożizzjoni komuni | il-15 ta' Ottubru 2007 |

Data ta' l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, fit-tieni qari, li tiġbor fiha 20 emenda għall-Pożizzjoni Komuni | it-12 ta' Diċembru 2007 |

3. L-GħAN TAL-PROPOSTA

Il-proposta tal-Kummissjoni, adottata fil-15 ta’ Novembru, hija maħsuba biex ir-regoli komuni tas-sigurtà jiġu estiżi għall-operazzjonijiet ta' l-ajru, għal-liċenzji tal-piloti u għas-sigurtà ta' l-inġenji ta' l-ajru ta' pajjiżi terzi. Għandha wkoll l-għan li ssaħħaħ il-kontrolli u s-sanzjonijiet fil-każ ta' nuqqas ta' konformità tar-regoli tagħha u, fid-dawl ta' l-esperjenza, ittejjeb it-tħaddim ta' l-EASA.

4. OPINJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR L-EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Kummissjoni tista' taċċetta b'mod sħiħ l-20 emenda adottati mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari minħabba li dawn joħorġu mill-kompromess milħuq bejn it-tliet istituzzjonijiet.

L-emendi ewlenin jikkonċernaw il-modifika tad-definzzjoni ta’ inġenju ta’ l-ajru kumpless, in-notifika ex ante tad-derogi għall-iskemi tal-limitazzjonijiet taż-żmien tat-tajran, l-implimentazzjoni ta' sistema ta' sanzjonijiet, u l-għażla tal-membri tal-Kunsill ta' amministrazzjoni abbażi ta' l-esperjenza tagħhom u l-impenn tagħhom li jaġixxu fl-interess ta' l-Aġenzija.

Fil-qafas tal-kompromess, il-Kummissjoni waslet għal tliet dikjarazzjonijiet:

RE : Artikolu 63

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-Artikolu 63, il-Kummissjoni tiddikjara li, għall-emenda tar-Regolament (KE) Nru 593/2007 tal-31 ta’ Mejju 2007 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni, se tqis kif xieraq il-qagħda speċifika ta’ l-SMEs u partikolarment l-impatt li l-livell tad-drittijiet u l-ħlasijiet jista’ jkollu fuq il-vijabbiltà ekonomika tagħhom, filwaqt li tkompli tiggarantixxi l-osservanza tal-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni u -kopertura integrali ta’ l-ispiża tas-servizzi mogħtija permezz tad-dħul li l-Aġenzija tirċievi mill-attività ta’ ċertifikazzjoni tagħha.

RE : Artikolu 3(j)(i), ir-raba' inċiż

"F’dak li għandu x’jaqsam mad-definizzjoni ta’ inġenji ta’ l-ajru b’magni kumplessi, il-Kummissjoni se tevalwa l-impatt ekonomiku fuq is-swieq ta’ l-inklużjoni f’definizzjoni tali ta’ inġenji ta’ l-ajru mgħammra b’turboreatturi u b’aktar minn turbopropulsur wieħed, u se titlob lill-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea tissorvelja l-prestazzjoni tagħhom fir-rigward tas-sigurtà."

RE : Anness II, punt e) (inġenji ta’ l-ajru ultraħfief)

“Il-Kummissjoni se titlob lill-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea tipproċedi b’konsultazzjonijiet uffiċjali mal-partijiet kollha u tippreżenta opinjoni motivita dwar l-emenda tal-punt e) ta’ l-Anness II fid-dawl ta’ l-inklużjoni ta’ inġenji ta’ l-ajru ultraħfief ta’ inqas minn 600 kilogramm, jekk ikun il-każ.”

5. KONKLUżJONI

Skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni qed temenda l-proposta tagħha kif intqal hawn fuq.

Top