This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0777
Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EC) No 2150/2002 on waste statistics, as regards the implementing powers conferred on the Commission - Adaptation to the regulatory procedure with scrutiny
Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika ta' l-iskart, f'dak li jikkonċerna l-kompetenzi ta' eżekuzzjoni mogħtija lill-Kummissjoni - Aġġustament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju
Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika ta' l-iskart, f'dak li jikkonċerna l-kompetenzi ta' eżekuzzjoni mogħtija lill-Kummissjoni - Aġġustament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju
/* KUMM/2007/0777 finali - COD 2007/0271 */
Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika ta' l-iskart, f'dak li jikkonċerna l-kompetenzi ta' eżekuzzjoni mogħtija lill-Kummissjoni - Aġġustament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju /* KUMM/2007/0777 finali - COD 2007/0271 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 6.12.2007 KUMM(2007) 777 finali 2007/0271 (COD) Aġġustament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika ta' l-iskart, f'dak li jikkonċerna l-kompetenzi ta' eżekuzzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. Il-Kuntest tal-proposta 1.1 Ir-riforma tal-proċeduri tal-komitoloġija Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[1] ġiet emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta' Lulju 2006[2]. L-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE emendata, li daħħlet proċedura ġdida regolatorja bi skrutinju għal miżuri b'ambitu ġenerali maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' strument bażiku adottat skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 251 tat-Trattat, fosthom billi jitneħħew uħud minn dawk l-elementi jew billi hu jkun supplimentat biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali. 1.2. L-allinjament prijoritarju u l-allinjament ġenerali F'dikjarazzjoni konġunta[3], il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottaw lista ta' strumenti bażiċi li kienet urġenti li tiġi adattata għad-deċiżjoni emendata sabiex tiġi introdotta fiha l-proċedura regolatorja bi skrutinju l-ġdida (allinjament prijoritarju). Sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tiġi applikata għall-istrumenti l-oħra adottati b'kodeċiżjoni diġà fis-seħħ meta tidħol fis-seħħ id-Deċiżjoni 2006/512/KE, id-dikjarazzjoni konġunta titlob ukoll l-aġġustament ta' dawn l-istrumenti, b'konformità mal-proċeduri applikabbli (allinjament ġenerali). Il-Kummissjoni impenjat lilha nfisha li tipproċedi bl-eżaminar ta' dawn l-istrumenti kollha, sabiex tissottometti qabel tmiem l-2007, il-proposti leġiżlattivi bl-għan li jiġu adattati, jekk meħtieġ, għall-proċedura regolatorja bi skrutinju l-ġdida[4]. 1.3. Il-metodu osservat Billi din issemmiet fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ta' (...), il-Kummissjoni pproċediet b'eżaminar b'attenzjoni ta' l-istrumenti kollha adottati b'kodeċiżjoni, sabiex jiġu identifikati dawk li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-miżuri b'ambitu ġenerali li għandhom l-għan li jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' l-istrument bażiku in kwistjoni. Il-Kummissjoni setgħet għalhekk tidentifika aktar minn 200 strument li kellhom ikunu l-għan ta' aġġustament. Fost dawn l-istrumenti uħud jidhru fil-programm ta' kodifikazzjoni tal-Kummissjoni. Dan hu l-każ tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika ta' l-iskart[5]. L-aġġustament tal-proċedura l-ġdida għandu jsir, skond l-istat ta' avvanz tal-proċess ta' kodifikazzjoni, jew b'konverżjoni tal-proposta kkodifikata b'kitba mill-ġdid jew bħal f'dan il-każ, b'emenda leġiżlattiva. 2. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA L-aġġustament għandu l-għan li jintroduċi l-proċedura regolatorja bi skrutinju, kif din hi organizzata bl-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE emendata. F'dan il-każ, ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002, jipprevedi li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tiddefinixxi l-kriterji xierqa ta' valutazzjoni tal-kwalità kif ukoll il-kontenut tar-rapporti ta' kwalità, u timplimenta r-riżultati ta' l-istudji pilota u li tadatta l-kontenut ta' l-Annessi. Billi dawn il-miżuri huma b'ambitu ġenerali u maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 inkluż it-tkomplija tiegħu biż-żieda ta' elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Billi l-istrument bażiku hu regolament, l-aġġustament għandu jsir permezz ta' strument ekwivalenti. 2007/0271 (COD) Aġġustament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika ta' l-iskart, f'dak li jikkonċerna l-kompetenzi ta' eżekuzzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu, Wara li kkunsidraw l-proposta tal-Kummissjoni[6], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[7], Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[8], Billi: (1) Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2002 dwar l-istatistika ta' l-iskart[9] jistipula li ċerti miżuri għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[10]. (2) Id-Deċiżjoni 1999/5/KE kienet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li daħħlet proċedura regolatorja bi skrutinju għal miżuri b'ambitu ġenerali maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' strument bażiku adottat skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 251 tat-Trattat, fosthom billi jitneħħew uħud minn dawk l-elementi jew billi hu jkun supplimentat biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali. (3) Skond id-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, biex din il-proċedura l-ġdida tkun applikabbli għall-istrumenti diġà fis-seħħ adottati skond il-proċedura indikata fl-Artikolu 251 tat-Trattat, dawn l-istrumenti jridu jkunu adattati skond il-proċeduri applikabbli. (4) F'dak li jikkonċerna r-Regolament (KE) Nru 2150/2002, xieraq b'mod partikolari li tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi l-kriterji xierqa ta' valutazzjoni tal-kwalità kif ukoll tal-kontenut tar-rapporti ta' kwalità, biex timplimenta r-riżultati ta' l-istudji pilota u biex tadatta l-kontenut ta' l-Annessi. Billi dawn il-miżuri huma b'ambitu ġenerali u maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 inkluż it-tkomplija tiegħu biż-żieda ta' elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. (5) Ir-Reġolament (KE) Nru 2150/2002 għandu għalhekk ikun emendat skond dan, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 huwa emendat kif ġej: 1. Fl-Artikolu 1(5) hu ssostitwit bit-test li ġej : "5. Il-Kummissjoni stabbiliet tabella ta' ekwivalenza bejn in-nomenklatura statistika li tidher fl-Anness III u l-lista ta' l-iskart stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE. Dawn il-miżuri li għandhom l-għan li jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jikkompletawh huma adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju indikata fl-Artikolu 7(3)." 2. Fl-Artikolu 3(1) hu ssostitwit bit-test li ġej : "1. L-Istati Membri jiġbru, billi jirrispettaw il-kondizzjonijiet ta' kwalità u ta' preċiżjoni ddefiniti skond it-tieni inċiż, id- data neċessarja għall-ispeċifikazzjoni tal-karatteristiċi nnumerati fl-Annessi I u II permezz ta' wieħed minn dawn il-mezzi: - stħarriġ, - sorsi amministrattivi jew oħra, bħalma huma d-dikjarazzjonijiet obbligatorji fil-qafas tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-immaniġġjar ta' l-iskart, - proċeduri ta' l-istima statistika dwar il-bażi tal-kampjuni meħudin kif ġie ġie jew l-istimaturi li għandhom x'jaqsmu ma' l-iskart, jew - uħud minn dawn il-mezzi flimkien. Il-kondizzjonijiet ta' kwalità u ta' preċiżjoni huma ddefiniti mill-Kummissjoni. Dawn il-miżuri li għandhom l-għan li jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jikkompletawh huma adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju indikata fl-Artikolu 7(3). Sabiex jitnaqqsu l-piżijiet tax-xogħol, l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess, fil-limiti u l-kondizzjonijiet iffissati minn kull Stat Membru u mill-Kummissjoni fl-oqsma ta' kompetenzi rispettivi tagħhom, għas-sorsi tad- data amministrattiva." 3. Fl-Artikolu 5(4) hu ssostitwit bit-test li ġej : "4. Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet ta' l-istudji pilota, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-possibbiltajiet li jiġu miġbura statistiċi għall-attivitajiet u l-karatteristiċi koperti mill-istudji pilota dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' l-iskart. Il-miżuri ta' implimentazzjoni neċessarji huma adottati mill-Kummissjoni. Dawn il-miżuri li għandhom l-għan li jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jikkompletawh huma adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju indikata fl-Artikolu 7(3)." 4. L-Artikolu 6 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 6 Miżuri ta' implimentazzjoni 1. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2). Dawn għandhom jinkludu miżuri: a) l-elaborazzjoni tar-riżultati skond l-Artikolu 3(2), (3) u (4), filwaqt li jitqiesu l-istrutturi ekonomiċi u l-kondizzjonijiet tekniċi eżistenti fi Stat Membru. Dawn il-miżuri jistgħu jippermettu Stat Membru li ma jikkomunikax ċerti elementi li jidhru fil-klassifikazzjoni, sakemm jiġi ppruvat li l-impatt fuq il-kwalità ta' l-istatistika huwa limitat. Fil-każijiet kollha, fejn jingħataw derogi, għandha tiġi kkumpilata l-kwantità kollha ta' l-iskart għal kull rubrika nnumerata fl-Anness I, Taqsimiet 2(1), u 8(1); b) l-iffissar tal-modalitajiet xierqa għall-komunikazzjoni tar-riżultati mill-Istati Membri b'limitu taż-żmien ta' sentejn li jibdew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament; 2. Ġew adottati b'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju indikata fl-Artikolu 7(3), il-miżuri li għandhom l-għan li jemendaw jew li jikkompletaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament li jwasslu notevolment: a) għall-aġġustament ta' l-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi f'dak li jikkonċerna l-ġbir u l-proċessar ta' l-informazzjoni statistika, kif ukoll għall-ipproċessar u l-komunikazzjoni tar-riżultati; b) għall-aġġustament ta' l-ispeċifikazzjonijiet indikati fl-Annessi I, II u III; c) għad-definizzjoni tal-kriterji xierqa kemm tal-valutazzjoni tal-kwalità kif ukoll tal-kontenut tar-rapporti tal-kwalità indikati fit-Taqsima 7 ta' l-Annessi I u II; d) għall-implimentazzjoni tar-riżultati ta' l-istudji pilota, b'konformità ma' l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 5(1)." 5. L-Artikolu 7 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 7 Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika, istitwit bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur. 3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5(a)(1) sa (4) u (7) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu. 4. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 2006/12/KE l-abbozzi tal-miżuri li tkun biħsiebha tissottometti lill-Kumitat tal-Programm Statistiku. 6. Fl-Artikolu 8, it-termini "fl-Artikolu 7(2)" mibdula bit-termini "l-Artikolu 7(3)" 7. L-Anness I huwa emendat kif ġej: 8. Fit-Taqsima 2, l-aħħar sentenza tal-punt 2 hija mibdula bit-test li ġej: "Abbażi tal-konklużjonijiet ta' dawn, il-Kummissjoni tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa. Dawn il-miżuri li għandhom l-għan li jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jikkompletawh huma adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju indikata fl-Artikolu 7(3).". 9. It-Taqsima 7, il-punt 1 għandu jinbidel bit-test li ġej: "1. Għal kull rubrika li tidher fit-Taqsima 8 (attivitajiet u djar), l-Istati Membri jridu jindikaw il-proporzjon bejn l-istatistiċi stabbiliti u l-univers totali ta' l-iskart ta' l-istess rubrika. L-esiġenzi minimi li jikkonċernaw il-kopertura huma ddefiniti mill-Kummissjoni. Dawn il-miżuri li għandhom l-għan li jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jikkompletawh huma adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju indikata fl-Artikolu 7(3).". 10. L-Anness II hu emendat kif ġej: 11. It-Taqsima 7, il-punt 1 għandu jinbidel bit-test li ġej: "1. Rigward il-karatteristiċi nnumerati fit-Taqsima 3, u għal kull rubrika tat-tipi differenti ta' ħidmiet indikati fit-Taqsima 8(2), l-Istati Membri jridu jindikaw il-proporzjon bejn l-istatistiċi stabbiliti u l-univers totali ta' l-iskart ta' l-istess rubrika. L-esiġenzi minimi li jikkonċernaw il-kopertura huma ddefiniti mill-Kummissjoni. Dawn il-miżuri li għandhom l-għan li jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jikkompletawh huma adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju indikata fl-Artikolu 7(3).". 12. Fit-Taqsima 8, l-aħħar sentenza tal-punt 3 hija mibdula bit-test li ġej: "Abbażi tal-konklużjonijiet ta' dawn, il-Kummissjoni tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa. Dawn il-miżuri li għandhom l-għan li jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jikkompletawh huma adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju indikata fl-Artikolu 7(3).". Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmula fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11) [2] ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11. [3] ĠU L 255, 21.10. 2006, p. 1. [4] PE 376.314v01-00 – A6-0236/2006 (dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa mar-rapport tal-Parlament) [5] ĠU L 332, 9.12.2002, p 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1). [6] ĠU C , p. . [7] ĠU C , p. . [8] ĠU C , p. . [9] ĠU L 332, 9.12.2002, p 1. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 (ĠU L 393 ta’ l-30.12.2006, p. 1) [10] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11)