EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0495
Proposal for a Council Decision on the conclusion of a Protocol amending the Euro-Mediterranean Aviation Agreement between the European Community and its Member States, of the one part, and the Kingdom of Morocco, of the other part, to take account of the accession to the European Union of the Republic of Bulgaria and Romania
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' protokoll li jemenda l-ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija.
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' protokoll li jemenda l-ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija.
/* KUMM/2007/0495 finali - CNS 2007/0181 */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' protokoll li jemenda l-ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija. /* KUMM/2007/0495 finali - CNS 2007/0181 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 4.9.2007 KUMM(2007) 495 finali 2007/0181 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta' protokoll li jemenda l-ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija. (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Il-ftehim ta' l-avjazzjoni Ewto-Mediteranju bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk ġie nnegozjat skond mandat li l-Kunsill irċeiva f'Diċembru 2004. Il-ftehim ġie iffimat fit-12 ta’ Diċembru 2006. | 120 | Kuntest ġenerali Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija saru membri ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007. Fid-dawl ta' l-Artikolu 6(2) ta' l-att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni, dawn iż-żewġ Stati ntrabtu li jaderixxu mal-ftehimiet u l-konvenzjonijiet konklużi mill-Istati Membri u, b'mod konġunt, mal-Komunità. Dawn l-adeżjonijiet għall-ftehimiet u l-konvenzjonijiet huma pprovduti mill-proċedura simplifikata. Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandu jikkonkludi Protokoll, li fih jiddeċiedi b'unanimità f'isem l-Istati Membri, u l-pajjiżi terzi kkonċernati. L-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għall-ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fit-12 ta' Diċembru 2006, għandu għalhekk jiġi approvat permezz tal-konklużjoni ta' protokoll li jemenda dan il-ftehim. Il-protokoll jiddefinixxi l-addattamenti tekniċi u lingwistiċi li jridu jsiru lill-ftehim bħala riżultat ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija. | 130 | Dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta Id-dispożizzjonijiet tal-ftehim jissostitwixxu jew jikkumplimentaw dawk li hemm fil-ftehim dwar l-avjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk. | 140 | Konsistenza mal-politiki u l-għanijiet oħra ta' l-Unjoni Il-ftehim Marokkin huwa l-ewwel stadju fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet ta' l-avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiżi ġirien. Huwa parti mill-qafas tal-Komunikazzjoni COM (2005) 79 finali ppreżentata mill-Kummissjoni: "L-iżvilupp ta' l-aġenda dwar il-politika esterna ta' l-avjazzjoni tal-Komunità". | KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT | Konsultazzjoni mal-partijiet interessati | 211 | Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi ewlenin fil-mirau profil ġenerali tal-parteċipanti Mhux applikabbli. | 212 | Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu Mhux applikabbli. | ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA | 305 | Sommarju ta' l-azzjoni proposta Il-protokoll jipprovdi għas-sostituzzjonijiet meħtieġa li għandhom jiġu inklużi fil-ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-avjazzjoni, bħala riżultat ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007. Id-dispożizzjonijiet korripsondenti se jinżiedu ma' l-Anness. | 310 | Bażi ġuridika Artikolu 80(2), relatat ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2), l-Artikolu 300(3) u l-Artikolu 300(4). | 329 | Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-miżura jew il-proposta ma taqax taħt il-kompetenzi esklussivi tal-Komunità. | Prinċipju tal-proporzjonalità Il-protokoll se jemenda jew jikkompleta d-dispożizzjonijiet tal-ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-avjazzjoni mingħajr ma jmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġa biex jiggarantixxi l-konformità mad-dritt Komunitarju. | Għażla ta' l-istrument | 342 | Il-protokoll li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità u l-Marokk huwa l-aktar strument effikaċi biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija. | IMPLIKAZZJONIJIET FUQ IL-BAġIT | 409 | Il-proposta m’għandha ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. | INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI | 570 | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta Il-Kunsill mistieden japprova l-protokoll li jemenda l-ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra; | 1. 2007/0181 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta' protokoll li jemenda l-ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija. IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2), f'konnessjoni ma' l-Artikolu 300(2), it-tieni paragrafu, l-ewwel inċiż tat-tielet u r-raba' paragrafu;, wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu, wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, Billi: 2. Fil-5 ta' Diċembru 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri kollha tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra; il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat, 3. Il-ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra ġie ffirmat fi Brussell fit-12 ta' Diċembru 2006 (minn hawn 'il quddiem "il-ftehim"); 4. It-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' April 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007; 5. Protokoll li jemenda l-ftehim dwar is-servizzi ta' l-ajru hu meħtieġ sabiex titqies l-adeżjoni taż-żewġ Stati Membri ġodda. 6. Il-protokoll ġie nnegozjat miż-żewġ partijiet nhar [ ] ; 7. B'konsegwenza ta' dan, il-protokoll għandu jiġi approvat; JIDDEĊIEDI: Artikolu 1 Il-protokoll li jemenda jemenda l-ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-gvern tar-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, huwa adottat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha. It-test tal-protokoll huwa anness ma' din id-deċiżjoni. Artikolu 2 In-notifika pprovduta fl-Artikolu 4 tal-Protokoll saret mill-Kunsill. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President […] ANNESS ABBOZZ TA' PROTOKOLL LI JEMENDA IL-FTEHIM EWRO-MEDITTERANJU DWAR IS-SERVIZZI TA' L-AJRU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MINN NAĦA, U R-RENJU TAL-MAROKK MIN-NAĦA L-OĦRA IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA IR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA' SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, L-IRLANDA IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA, IR-REPUBBLIKA TA' MALTA, IR-RENJU TA' L-OLANDA, IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-RUMANIJA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ, minn hawn ‘il quddiem magħrufa bħala "l-Istati Membri", u IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn 'il quddiem msejħa 'il-Komunità', irrappreżentata mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea minn naħa, u IL-GVERN TAR-RENJU TAL-MAROKK, minn hawn ‘il quddiem "il-Marokk", min-naħa l-oħra, wara li kkunsidraw l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea u għalhekk mal-Komunità fl-1 ta' Jannar 2007, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Ir-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija huma partijiet fil-ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fit-12 ta' Diċembru 2006 (minn hawn 'il quddiem "il-ftehim"); Artikolu 2 8. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma miżjuda ma' l-anness II tal-ftehim (ftehimiet bilaterali bejn il-Marokk u l-Istati Membri): "- Ftehim bejn ir-Repubblika Popolari tal-Bulgarija u r-Renju tal-Marokk dwar it-trasport bl-ajru, iffirmat f'Rabat fl-14 ta' Ottubru 1966; "- Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u l-Gvern tar-Renju tal-Marokk dwar it-trasport ċivili bl-ajru, iffirmat f'Bukarest fis-6 ta' Diċembru 1971; Emendat l-aħħar mill-Memorandum ta’ Ftehim konkluż f'Rabat fil-29 ta' Frar 1996." 9. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma miżjuda ma' l-aħħar paragrafu ta' l-Anness III tal-ftehim (awtorizzazzjonijiet għall-operazzjoni u permessi tekniċi: awtoritajiet kompetenti "Il-Bulgarija : Amministrazzjoni ta' l-avjazzjoni ċivili Il-Ministeru għat-Trasport Ir-Rumanija: Direttorat Ġenerali ta' l-Avjazzjoni Ċivili Ministeru għat-Trasport, il-Kostruzzjoni u t-Turiżmu" Artikolu 3 It-testi tal-ftehim bil-Bulgaru u bir-Rumen, mehmuża ma' dan il-protokoll, huma awtentiċi bl-istess kundizzjonijiet għall-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra. Artikolu 4 Dan il-Ftehim huwa approvat mill-Partijiet skond il-proċeduri tagħhom stess. Jidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim. Fil-każ fejn, intant, dan il-protokoll ikun approvat mill-partijiet kontraenti f'data wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim, il-protokoll jidħol għalhekk fis-seħħ skond l-Artikolu 27, l-ewwel paragrafu tal-ftehim, fid-data li fiha l-partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-formalitajiet interni ta' approvazzjoni. Artikolu 5 Dan il-Protokoll huwa mfassal fi (data, post) f'żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Għarbi b'kull wieħed minn dawk it-testi ugwalment awtentiċi. GĦALL-ISTATI MEMBRI: GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA GĦALL-GVERN TAR- RENJU TAL-MAROKK Il-President