This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007DC0804
Communication from the Commission to the European Parliament, the Council, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions - Proposal for a Community Lisbon Programme 2008 - 2010
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Proposta għal Programm ta’ Liżbona tal-Komunità 2008 - 2010
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Proposta għal Programm ta’ Liżbona tal-Komunità 2008 - 2010
/* KUMM/2007/0804 finali */
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Proposta għal Programm ta’ Liżbona tal-Komunità 2008 - 2010 /* KUMM/2007/0804 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 11.12.2007 KUMM(2007) 804 finali KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Proposta għal Programm ta’ Liżbona tal-Komunità 2008 - 2010 WERREJ 1. Introduzzjoni: lejn Programm ta’ Liżbona tal-Komunità ġdid (CLP) 3 2. It-tisħiħ u t-tiġdid tas-CLP 3 3. 10 Għanijiet ewlenin għas-CLP il-ġdid fl-Erba' Oqsma ta' Prijorità 4 3.1. Investiment fin-nies u l-immodernizzar tas-swieq tax-xogħol 6 3.2. Ir-realizzazzjoni tal-potenzjal għan-negozju, speċjalment ta’ l-SMEs 7 3.3. Investiment fl-għarfien u fl-innovazzjoni 9 3.4. L-enerġija u l-bidla fil-klima 12 4. L-aġenda esterna 14 5. L-iżgurar tat-twettieq tas-CLP 15 ANNESS 17 1. INTRODUZZJONI: LEJN PROGRAMM TA’ LIżBONA TAL-KOMUNITÀ ġDID (CLP) Sħubija mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Komunità hija fil-qalba ta’ l-Istrateġija mġedda ta’ Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi. Filwaqt li l-Istati Membri jimplimentaw il-politiki tagħhom taħt il- Programmi ta ’ Riforma Nazzjonali , huma meħtieġa azzjonijiet ta ’ politika fil-livell Komunitarju addizzjonali sabiex jikkomplimentaw u jsaħħu l-azzjonijiet nazzjonali. Fost affarijiet oħra, l-azzjonijiet fil-livell Komunitarju jistgħu jipprovdu qafas komuni legali u/jew ta’ politika; u jgħinu fil-provvediment ta' koordinazzjoni ta' politika ma' l-Istati Membri; barra minn hekk, il-Komunità għandha rwol dirett fis-supplimentar tar-riżorsi ta' reġjuni u Stati Membri żvantaġġati, eż. permezz tal-programmi ta’ politika ta’ koeżjoni. Il-progress fil-ħolqien tal-kundizzjonijiet ta' qafas ġusti kemm fil-livell ta’ l-Istat Membru kif ukoll f’dak Komunitarju huwa meħtieġ sabiex jagħti spinta sinifikanti lit-tkabbir u l-impjiegi fl-UE. Din il-Komunikazzjoni tipproponi l- Programm ta ’ Liżbona tal-Komunità (CLP) għall-perjodu 2008-2010 u tistipula, b’mod simili għal programm ta’ riforma nazzjonali ta’ Stat Membru, il- miżuri ewlenin fil-livell Komunitarju. Il-proposta għal CLP ġdid hija msejsa fuq linji ta’ gwida integrati, u tiffoka fuq l-erba’ żoni ta’ prijorità mfissra mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa ta’ l-2006. Hija tintegra l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fuq livell Komunitarju għaċ-ċiklu li jmiss, kif propost fir-Rapport Strateġiku tal-Kummissjoni għall-adozzjoni fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa ta’ l-2008. Tistipula sensiela ta ’ azzjonijiet ambizzjużi iżda realistiċi li għandhom jintlaħqu fuq livell Komunitarju sa l-2010. Huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet kollha ta' l-UE jagħtu spinta politika magħquda sabiex jintlaħaq ftehim dwar dawn il-miżuri fit-tliet snin li ġejjin u b'hekk jikber it-tkabbir u l-impjiegi. 2. It-tisħiħ u t-tiġdid tas-CLP L-ewwel Programm ta’ Liżbona tal-Komunità għall-2005-2008 iġġenera riżultati sinifikanti. Pereżempju, sar progress fit-titjib tal- qafas legali tas-suq waħdieni , permezz ta’ l-adozzjoni tad-direttiva tas-servizzi u l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji. Il-Kummissjoni ressqet ukoll 'il quddiem l- aġenda ta' regolamentazzjoni aħjar tagħha sabiex tnaqqas l-ispejjeż mhux meħtieġa u tneħħi l-ostakli għall-innovazzjoni. Ammonti sostanzjalment akbar ta’ finanzjament Komunitarju saru disponibbli għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. Il- qafas regolatorju ġdid għall-Programmi ta' politika ta' koeżjoni se jagħmlu madwar € 210 biljun disponibbli għall-investiment fit-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi matul l-2007-13, li tfisser żieda ta’ aktar minn 25% meta mqabbel ma’ l-2000-06. B’kollox, aktar minn 87 azzjoni mill-102 imħabbra fis-CLP oriġinali ta’ l-2005 twettqu sa nofs l-2007. Saru wkoll sforzi sostanzjali mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew sabiex jitħaffef it-teħid ta’ deċiżjonijiet interistituzzjonali. Mit-18-il azzjoni leġiżlattiva fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet interistituzzjonali identifikati fir-Rapport ta’ Implimentazzjoni tas-CLP ta’ l-2006, il-Kunsill u l-Parlament adottaw madwar 10[1]. Filwaqt li kien hemm għadd ta’ suċċessi, is-CLP ta' l-2005-2008 mhux dejjem ipprovda qafas sod sabiex l-azzjonijiet tas-CLP jiġu tassew prijoritizzati u titħaffef l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom. Is-CLP kien ta' spiss meqjus bħala l-programm ta’ riforma tal-Kummissjoni Ewropea biss, filwaqt li l-kisba tal-miri tiegħu teħtieġ l-impenn sħiħ ta’ l-istituzzjonijiet Komunitajri u l-Istati Membri kollha. Is-CLP il-ġdid għaċ-ċiklu 2008-2010 qed jimmira li jagħmel tajjeb għal dawn in-nuqqasijiet. Il-Kummissjoni għalhekk qed tipproponi programm b’iżjed prijoritajiet, b'10 għanijiet ewlenin, li jistgħu jitwettqu matul il-perjodu 2008-2010. L-għanijiet u l-azzjonijiet proposti li jakkumpanjaw kollha: - Juru valur miżjud fil-livell Komunitarju konsiderevoli jew sinerġiji sinifikanti mal-politiki ta’ l-Istati Membri u/jew politiki oħrajn immexxija fil-livell ta’ l-UE. - Juru impatti sinifikanti fuq it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi , direttament, jew permezz ta’ l-iffaċilitar tar-ristrutturar u l-aġġustament. 3. 10 Għanijiet ewlenin għas-CLP il-ġdid fl-Erba' Oqsma ta' Prijorità Il-Kummissjoni tipproponi li s-CLP ta’ l-2008-2010 għandu jkun fih għaxar għanijiet ewlenin. L-azzjonijiet korrispondenti huma msejsa fuq il-linji ta’ gwida integrati li jiffokaw kompletament fuq l-erba’ oqsma ta’ prijorità. 10 Għanijiet Prinċipali li għandhom jintlaħqu sa l-2010 1. Il-Kummissjoni se tipproponi Aġenda Soċjali mġedda sa nofs l-2008 u se tgħin biex tindirizza l-vojt fil-ħiliet. 2. Il-Kummissjoni se tagħmel proposti għal politika komuni dwar l-immigrazzjoni fl-2008. 3. Il-Komunità se tadotta Att dwar in-Negozji ż-Żgħar biex tirrealizza l-potenzjal għat-tkabbir ta' l-SMEs matul iċ-ċiklu tagħhom. 4. Il-Komunità se timxi lejn il-mira li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi ta’ l-UE b'25% sa l-2012, u timplimenta programm ta' simplifikazzjoni ambizzjuż. 5. Il-Komunità se ssaħħaħ is-suq waħdieni, iżżid il-kompetizzjoni fis-servizzi u tieħu aktar passi sabiex tintegra s-suq tas-servizzi finanzjarji. 6. Il-Komunità se tagħmel il-“ħames libertà” realtà (il-moviment ħieles ta’ l-għarfien) billi toħloq żona ta' Riċerka Ewropea ġenwina. 7. Il-Komunità se ttejjeb il-kundizzjonijiet ta’ qafas għall-innovazzjoni. 8. Il-Komunità se tikkompleti s-suq intern għall-enerġija u tadotta l-pakkett tal-bidla fil-klima. 9. Il-Komunità se tippromwovi politika industrijali mmirata lejn produzzjoni u konsum aktar sostenibbli. 10. Il-Komunità se tinnegozja b’mod bilaterali ma’ sħab kummerċjali ewlenin sabiex toħloq opportunitajiet ġodda għal kummerċ u l-investiment internazzjonali, u toħloq is-spazju komuni għad-dispożizzjonijiet u l- istandards regolatorji. Lista dettaljata ta’ azzjonijiet hija mogħtija fl-Anness fejn il-miżuri huma maqsuma fi tliet kategoriji: - Miżuri li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni Ewropea. - Miżuri li għandhom jiġu adottati bħala azzjoni prijoritarja minn istituzzjonijiet oħrajn. - Miżuri li għad jeħtieġu l-implimentazzjoni. Din il-kategorizzazzjoni tisħaq b’mod ċar ir-responsabbiltajiet ta’ kull istituzzjoni. Ġie propost li dawn il-miżuri huma prijoritizzati mill-Istituzzjonijiet ta' l-UE kollha. Il-Kummissjoni tqis li l-implimentazzjoni bis-sħiħ tas-CLP tkun ta' kontribuzzjoni maġġuri għas-suċċess ta' l-Istrateġija tat- Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi ta' Liżbona. Analiżi ta’ l-impatt fit-tul tal-miżuri inklużi fis-CLP tissuġġerixxi li l-implimentazzjoni tagħhom jista' jkollha impatt sinifikanti fuq il-livell tal-PGD reali ta' l-UE [2] . Minħabba li l-azzjonijiet tas-CLP jaħdmu permezz tat-tisħiħ tal-produttività u l-kompetizzjoni u t-titjib ta’ l-adattabbiltà, dan jippreżenta żieda permanenti u sostenibbli fil-PGD reali u fl-impjiegi. Sabiex jappoġġjaw il-politiki Komunitarji differenti mfissra fl-erba' oqsma ta’ prijorità hawn taħt, ir- riżorsi finanzjarji tal-Komunità stess ġew immobilizzati sabiex jiffukaw fuq it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u jtejbu l-ilħiq tat-tkabbir ekonomiku u l-aġġustament ekonomiku b'mod partikolari fl-Istati Membri l-ġodda u reġjuni oħra żvantaġġati ekonomikament. Dawn ir-riżorsi jinkludu l-Programmi ta' politika ta' koeżjoni Ewropej, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD), il-Programm għat-Tagħlim matul il-Ħajja, u l-Fond Ewropew ta' l-Aġġustament għall-Globalizzazzjoni. Il-Fondi ta’ politika ta’ koeżjoni jammontaw għal madwar € 347 biljun għal 2007-2013 u EAFRD għal madwar € 91 biljun. L-assenjazzjoni tal-Fondi Strutturali pprovdiet finanzjament addizzjonali sostanzjali għall-Istrateġija ta’ Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi. Sabiex ikomplu jiżdiedu l-effetti tas- stimolu ta’ l-infiq Komunitarju, jeħtieġ li l-attenzjoni fuq il-prijoritajiet ta' Liżbona tiġi sorveljata mill-qrib u, jekk ikun meħtieġ, imsaħħa aktar fir-reviżjonijiet ta' nofs il-perjodu tal-2010 tal-Programmi ta' politika ta' koeżjoni u l-EAFRD permezz ta’ aktar assenjazzjoni raffinata f’dawk l-oqsma li juru l-ogħla ritorn. Fost il-prijoritajiet hemm l-aġġornament tal-ħiliet (inklużi l-ħiliet-e), l-edukazzjoni u t-taħriġ, investimenti ta' infrastruttura kritiċi, l-ingranaġġ ta' l-investiment privat, u ż-żieda fil-parteċipazzjoni tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni. Huwa stmat li sa l-2015 se jinħolqu madwar 2 miljuni impjieg addizzjonali kawża ta’ l-investiment tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni[3]. 3.1. Investiment fin-nies u l-immodernizzar tas-swieq tax-xogħol L-Għan Nru. 1: Il-Kummissjoni se tipproponi Aġenda Soċjali mġedda sa nofs l-2008, li tkopri b’mod partikolari l-edukazzjoni, il-migrazzjoni u l-evoluzzjonijiet demografiċi, u se tgħin biex tindirizza l-vojt fil-ħiliet billi ttejjeb is-sorveljanza u t-tbassir tal-ħtiġijiet ta’ ħiliet għall-ġejjieni. Investiment akbar fl-edukazzjoni u fil-ħiliet hija prekondizzjoni għal ħajja determinata mill-persuni nnifishom. Dan huwa ta’ importanza kbira għas-suċċess Ewropew fi żmien ta’ globalizzazzjoni, u huwa wkoll wieħed mill-modi l-aktar effettivi li jassigura l-opportunitajiet indaqs u ġlieda b’saħħitha kontra l-inugwaljanza u l-faqar. Ix-xejriet demografiċi se jkomplu jżidu pressjonijiet fuq il-provvista tax-xogħol, il-vojt fil-ħiliet, u l-baġits għall-ħarsien soċjali pubbliku. F’din is-sitwazzjoni, it-titjib ta’ l-edukazzjoni u l-ħiliet huwa meħtieġ kemm għall-impjegabbiltà kif ukoll għall-koeżjoni soċjali. Hija meħtieġa Aġenda Soċjali mġedda li tiffoka fuq l-edukazzjoni, il-migrazzjoni u x-xejriet demografiċi, biex tkun żgurata perspettiva Komunitarja dwar kif għandhom jiġu ttrattati dawn il-kwistjonijiet. B’segwitu għall-inizjattiva “Ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda”[4], il-Komunità tista’ wkoll tikkontribwixxi għat-titjib tat-tqabbil tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u tindirizza l-vojt fil-ħiliet permezz tal- koordinazzjoni xierqa ta ’ strumenti ta ’ tbassir li jantiċipaw aħjar l-iżviluppi tas-suq tax-xogħol madwar l-UE. Filwaqt li l-Komunità diġà nediet bosta proġetti sabiex tantiċipa xejriet tas-suq tax-xogħol u l-ħtiġijiet ta’ ħiliet, issa huwa meħtieġ li titjieb il-koordinazzjoni ta’ dawn l-attentati varji sabiex ikun immassimizzat l-impatt tagħhom. B’żieda ma’ dan, l-iżvilupp tal-ħiliet se jkun appoġġjat minn qafas strateġiku madwar l-UE għall-politiki ta' taħriġ u miżuri speċifiċi li jiżguraw il-kwalità tat-taħriġ vokazzjonali. Sabiex jiżguraw tqabbil aktar effiċjenti għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u tiġi indirizzata l-problema tal-vojt fil-ħiliet, il-Komunità trid tneħħi l-ostakli regolatorji sinifikanti li jeżistu attwalment fis-suq tax-xogħol waħdieni. L-aktar importanti jinkludu l-komparabbiltà insuffiċjenti u r-rikonoxximent tal-kwalifiki u restrizzjonijiet fuq il-portabbiltà tal-pensjonijiet u l-benefiċċji soċjali. It-tneħħija ta’ dawn l-ostakli se tikkomplimenta l-isforzi ta’ l-Istati Membri sabiex jiffaċilitaw l-użu aħjar tal-ħiliet u jeliminaw l-iżbilanċ tal-ħiliet. Azzjonijiet: - Proposta għal Aġenda Soċjali mġedda sa nofs l-2008. - It-tisħiħ tat-trasparenza, ir-rikonoxximent u l-komparabbiltà tal-kwalifiki u ż-żieda tal-portabbiltà tal-pensjonijiet u ta’ benefiċċji soċjali oħrajn madwar l-UE. - It-titjib tal-kapaċità għall-antiċipar tax-xejriet tas-suq tax-xogħol madwar l-EU u l-ħiliet meħtieġa. L-Għan Nru. 2: Il-Kummissjoni se tagħmel proposti għal politika komuni dwar l-immigrazzjoni fl-2008. Il-Komunità teħtieġ ukoll tiżviluppa politika komuni dwar l-immigrazzjoni sabiex twieġeb aħjar għall-ħtiġijiet attwali u futuri tas-suq tax-xogħol. Anke jekk il-migrazzjoni netta lejn l-UE hija ta’ madwar 1.5 miljun fis-sena, il-maġġoranza tal-migranti jaqgħu fil-parti tal-forza tax-xogħol magħmula minn dawk bi ftit ħiliet. Sabiex tintlaħaq id-domanda dejjem tikber għal ħaddiema, filwaqt li tkun evitata taħlita ta' skemi ineffiċjenti li huma f'kompetizzjoni ma dawk tal-Istati Membri, hija meħtieġa politika komuni dwar il-migrazzjoni ekonomika . It-titjib tat-taħlita ta’ ħiliet tal-migranti ta' l-UE se ttejjeb il-kontribuzzjoni tagħhom għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol ta' l-UE u tgħin sabiex tnaqqas in-nuqqasijiet fil-ħiliet. Il-Kummissjoni diġà għamlet proposti tal-bidu, inklużi dawk li jkopru migranti fl-UE bi kwalifiki għolja, permezz ta’ l-iskema tal-“karta blu”. Il-Kummissjoni se tagħmel proposti aktar komprensivi għal politika komuni dwar l-immigrazzjoni fl-2008. Azzjoni: - Ħidma lejn l-adozzjoni ta’ politika komuni dwar l-immigrazzjoni li tirrispondi għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol ta’ l-UE, inkluża skema ta’ “karta blu” sabiex tattira ħaddiema b’ħiliet ta’ livell għoli. 3.2. Ir-realizzazzjoni tal-potenzjal għan-negozju, speċjalment ta’ l-SMEs L-Għan Nru. 3: Il-Komunità se tadotta Att dwar in-Negozji ż-Żgħar biex tirrealizza l-potenzjal għat-tkabbir ta' l-SMEs matul iċ-ċiklu tagħhom. Il-Komunità għandha sa l-2010 biex tirrealizza l-potenzjal ta' l-SMEs ta' tkabbir ekonomiku u impjiegi li jiffurmaw madwar 99% tal-kumpaniji kollha u jimpjegaw 67% tal-forza tax-xogħol ta' l-UE. Filwaqt li bosta azzjonijiet tas-CLP se jassistu l-SMEs ukoll, huwa speċifikament meħtieġ li jiġi indirizzat in-nuqqas relattiv ta' aċċess tagħhom għas-swieq interni u ta' esportazzjoni u li jitnaqsu l-piżijiet amministrattivi. Il-Komunità għalhekk se tiddisinja u timplimenta "Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” li jistipula l-prinċipji u miżuri konkreti bħala appoġġ għall-SMEs matul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom u l-aktar permezz ta’ statut speċjali ta’ kumpanija privata adattat għall-ħtiġijiet ta’ l-SMEs; eżenzjonijiet minn rekwiżiti legali ingumbranti (eż. il-ġbir ta’ statistiċi u dokumentazzjoni, VAT, u rekwiżiti ta’ kontabbiltà); aċċess aktar faċli għal kapital ta’ riskju; il-ħarsien ta’ l-ideal tagħhom; appoġġ għar-reklutaġġ u t-taħriġ mill-ġdid tal-persunal, l-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni tagħhom f'offerti pubbliċi u programmi ta' R&D; rabtiet mill-qrib ma’ universitajiet u ċentri ta’ riċerka; l-iffaċilitar tat-trasferiment tagħhom u l-għoti lill-intraprendituri ta’ ċans ieħor fil-każ ta' falliment tan-negozju. Azzjonijiet: - L-adozzjoni ta’ Att dwar in-Negozji ż-Żgħar Ewropej li jistipula l-prinċipji u l-miżuri konkreti bħala appoġġ għall-SMEs matul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom. - Qari speċifiku ta’ l- acquis Communautaire mill-perspettiva ta’ l-SMEs u l-introduzzjoni ta’ eżenzjonijiet minn rekwiżiti amministrattivi tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE fejn possibbli. L-Għan Nru. 4: Il-Komunità se timxi lejn il-mira li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi ta’ l-UE b'25% sa l-2012 u timplimenta programm ta' simplifikazzjoni ambizzjuż. Il-Komunità se tlesti r-reviżjoni komprensiva tagħha dwar l-acquis leġiżlattiv tal-Komunità sabiex tissimplifika u tneħħi rekwiżiti ingumbranti mhux meħtieġa fuq in-negozju filwaqt li żżomm l-għanijiet oriġinali tal-leġiżlazzjoni. Din il-ħidma se tikkomplimenta l-isforzi ta’ l-Istati Membri sabiex jiksbu l-impenji tagħhom li jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi b’25% sa l-2012. It-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi se jippermettu lill-kumpaniji, b’mod speċjali l-SMEs, li jżidu l-fondi interni għall-investiment u se jtejbu l-inċentivi għall-adattabbiltà u l-innovazzjoni. Fil-ħidma tagħha għal politiki ta’ simplifikazzjoni, il-Komunità se tirrispetta kompletament il-prinċipju ta’ sussidjarjetà u l-prinċipji ta’ “aħseb l-ewwel fiż-żgħir”. Azzjonijiet: - L-iżgurar ta’ implimentazzjoni sħiħa tal-programm ta’ simplifikazzjoni attwali għal-leġiżlazzjoni Komunitarja sabiex jitneħħew ir-rekwiżiti ta’ piż mhux meħtieġa fuq in-negozji. - L-iżgurar ta’ l-implimentazzjoni bis-sħiħ tal-Programm ta’ Azzjoni għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi relatati mal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE. L-Azzjonijiet Immedjati kollha skedati għall-2007 għandhom jitlestew mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa ta' l-2008. L-Għan Nru. 5: Il-Komunità se ssaħħaħ is-suq waħdieni, iżżid il-kompetizzjoni fis-servizzi u tieħu aktar passi sabiex tintegra s-suq tas-servizzi finanzjarji. Teżisti evidenza ċara li l-kompetizzjoni fis-servizzi hija anqas milli fis-swieq ta' l-oġġetti ta' l-UE. Il-Komunità teħtieġ tistimula l-kompetizzjoni u żżid l-effiċjenza sabiex tiżgura li s- suq waħdieni għas-settur tas-servizzi jsir realtà. L-implimentazzjoni komprensiva u f’waqtha tad- direttiva tas-servizzi mill-Istati Membri bl-appoġġ tal-Kummissjoni se tkun importanti. Din se tiffaċilita b’mod konsiderevoli l-ħolqien ta' provvedituri tas-servizz u l-provvediment ħieles ta' servizzi bit-tnaqqis ta' piżijiet amministrattivi u se tneħħi ostakli eżistenti. Dan se jtejjeb l-aċċess għas-suq għan-negozji, b’mod partikolari l-SMEs u jżid kemm l-għażla għall-konsumaturi kif ukoll l-aċċess tagħhom għas-servizzi. Standardizzazzjoni u interoperabbiltà f’waqthom huma kwistjonijiet importanti fis-suq waħdieni, b’mod speċjali għal oġġetti u servizzi ta’ l-ICT. F’dan il-kuntest il-politika ta’ kompetizzjoni jista’ jkollha rwol komplimentarju. Analiżi mwettqa mill-Kummissjoni, inkluża għar-Reviżjoni tas-Suq Waħdieni, turi li hemm għadd ta’ industriji u servizzi ta’ netwerk ewlenin li jeħtieġu attenzjoni partikolari, inklużi s-servizzi tal-posta, l-elettriku/il-gass, il-ferroviji, is-servizzi finanzjarji, il-komunikazzjonijiet elettroniċi, u l-industriji tal-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa. B’konsegwenza ta’ dan, il-Komunità għandha ssaħħaħ il-politika ta ’ suq waħdieni u l-infurzar tal-politika ta ’ kompetizzjoni bil-għan li żżid il-produttività u tnaqqas il-prezzijiet għall-komsumaturi, filwaqt li tiżgura l-provvediment ta' servizzi ta' interess ġenerali. Għal dan il-għan, il-Komunità teħtieġ li ssaħħaħ is-sorveljanza tas-suq tagħha ta' setturi prinċipali li jinkludu l-effetti fuq il-konsumaturi u l-użu ta' l-għodda kollha disponibbli, inkluża tabella ta’ valutazzjoni għall-konsumaturi li tippermetti s-sorveljanza fit-tul tas-swieq tal-konsumatur. Huwa meħtieġ ukoll sforz akbar fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti sabiex tkun żgurata t-trasparenza u tkun garantita għażla ġenwina għall-konsumaturi u xerrejja oħrajn. B’mod ġenerali, it-titjib tal-kompetizzjoni u ta’ l-effiċjenza fis-servizzi ttejjeb il-kompetittività fl-ekonomija kollha. Huma meħtieġa wkoll sforzi Komunitarji oħrajn sabiex jintegraw is-suq tas-servizzi finanzjarji Ewropew biex b'hekk ikunu żgurati l-benefiċċji kollha mill-introduzzjoni ta' l-euro u sabiex jipprovdu lil utenti tas-servizzi finanzjarji b'għażla usa' ta' prodotti anqas għoljin b'livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur. Minkejja s-suċċess tal-Pjan ta' Azzjoni għas-Servizzi Finanzjarji (FSAP), xi partijiet mis-sistema finanzjarja ta' l-UE għadha frammentata. Iż-Żona Unika ta' Pagamenti bl-Euro għad teħtieġ li tiġi stabbilita, iridu jitneħħew l-ostakli għal attività u kompetizzjoni transkonfinali akbar fis-servizzi finanzjarji tal-bejgħ bl-imnut, u l-qafas waħdieni għas-swieq tal-bejgħ bl-ingrossa u l-investiment għad irid jitlesta u jiġi implimentat. Ftehimiet transkonfinali għal superviżjoni finanzjarja u ġestjoni tal-kriżi wkoll jeħtieġ jissaħħu kemm jista’ jkun malajr sabiex jirriflettu taqlib akbar fis-swieq finanzjarji u instabbiltà li qed dejjem tikber. Permezz ta’ intermedjazzjoni finanzjarja iktar effiċjenti, is-suq waħdieni għas-servizzi finanzjarji jista’ fl-istess waqt inaqqas l-ispiża tal-kapital għal dawk li jisselfu, u jżid ir-rata tar-ritorn għal dawk li jfaddlu. Suq finanzjarju effiċjenti huwa partikolarment importanti għall-Istati Membri li huma parti miż-żona euro minħabba li jiffaċilita l-aġġustamenti u l-allokazzjoni mill-ġdid ta’ riżorsi u jagħmilhom aktar sodi kontra xokkijiet ekonomiċi Se tkompli l-ħidma għat-tnaqqis ta' l-ispejjeż tal-konformità li jirriżultaw mill-frammentazzjoni tat-taxxa tas-suq intern b’mod partikolari għall-SMEs, kif ukoll sabiex il-kumpaniji jkunu permessi jagħżlu bażi ta’ taxxa komuni għall-UE kollha. Azzjonijiet: - It-tisħiħ tas-suq waħdieni, tal-kompetizzjoni u tas-soveljanza tas-suq settorjali, u t-titjib tar-regolazzjoni fejn huwa meħtieġ, b'attenzjoni l-aktar fuq industriji tas-servizzi u ta’ netwerk prinċipali. - L-iżgurar ta' l-implimentazzjoni komprensiva u f’waqtha tad-Direttiva ta’ Servizz. - L-iżgurar tal-kisba taż-Żona Unika ta' Pagamenti bl-Euro u t-tneħħija ta’ ostakli, iż-żieda fil-kompetizzjoni fis-servizzi finanzjarji tal-bejgħ bl-imnut, u l-konsolidar tal-qafas waħdieni għas-swieq transkonfinali tal-bejgħ bl-ingrossa u n-negozju ta’ l-investiment. - It-tisħiħ ta' l-arranġamenti superviżorji eżistenti u li jsir progress fl-iżvilupp ta' l-għodda xierqa għall-ġestjoni tal-kriżi transkonfinali ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji ta’ l-UE. 3.3. Investiment fl-għarfien u fl-innovazzjoni Il-Komunità se tagħmel il-“ħames libertà” realtà – il-moviment ħieles ta’ l-għarfien li jtemm l-erba’ libertajiet ta’ moviment ta' l-oġġetti, servizzi, persuni u kapital. Ir-realizzazzjoni ta’ din il-“ħames libertà”, permess tal-ħolqien ta’ Żona għar-Riċerka u l-Edukazzjoni Ogħla Ewropea u t-titjib tal-kundizzjonijiet ta’ qafas prinċipali għall-innovazzjoni, hija meħtieġa biex tingħeleb il-frammentazzjoni tal-politiki ta’ riċerka u innovazzjoni nazzjonali. Dan biss jista’ jippermetti lill-UE li tikseb prestazzjoni fir-riċerka l-aqwa fid-dinja u ttejjeb l-attrattività għall-investiment privat. L-Għan Nru. 6: Il-Komunità se tagħmel il-“ħames libertà” realtà, il-moviment ħieles ta’ l-għarfien u toħloq żona ta' Riċerka Ewropea ġenwina. Sabiex tagħmel il-“ħames libertà”, il-moviment ħieles ta’ l-għarfien, realtà u toħloq żona ta’ riċerka Ewropea ġenwina u fi sħubija ma' l-Istati Membri, it-tliet komponenti kollha tat-triangolu ta’ l-għarfien - ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni - jeħtieġ li jissaħħu[5]. Aktar qsim ta’ riżorsi ta’ riċerka ma’ u bejn l-Istati Membri fuq bażi ta' ġeometrija varjabbli se tiġi ffaċilitata minn programmar konġunt u mill-iżvilupp ta’ qafas legali għall-ħolqien u l-operat ta’ infrastrutturi ta’ riċerka panewropej. L-iżvilupp ta’ strateġija u qafas Komunitarji għax-xjenza internazzjonali u l-kooperazzjoni teknoloġika se jżidu wkoll il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri u l-istimolu internazzjonali. Suq tax-xogħol Ewropew waħdieni u effettiv għar-riċerkaturi msejjes fuq l-idea ta’ "Passaport Ewropew” għandu jiġi stabbilit. Dan itejjeb il-prospetti tal-karriera u r-reklutaġġ u l-mobbiltà transkonfinali tar-riċerkaturi. Dan se jikkomplimenta l-isforzi ta’ l-Istat Membru biex isaħħaħ u jirriforma s-settur ta' l-edukazzjoni ogħla u se jiffaċilita n-netwerking u jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-universitajiet, l-organizzazzjonijiet ta' riċerka u n-negozju. L-Istitut Ewropej għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija huwa wkoll element prinċipali ta' din l-istrateġija li tintegra l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni. B'dan il-mod din l-istrateġija issir mudell għall-promozzjoni ta’ qsim miftuħ ta’ innovazzjoni u għarfien bejn l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka pubbliċi u l-industrija. B’mod ġenerali, il-kisba ta’ Żona ta’ Riċerka Ewropea se tikseb ekonomiji fil-kobor u fl-ambitu, tgħin fl-allokazzjoni aktar effiċjenti tar-riżorsi, u tirriżulta fi trasferiment pożittiv ta' għarfien sostanzjali mal-fruntieri għall-benefiċċju ta' l-Istati Membri kollha. Azzjonijiet: - Il-qsim ta’ riżorsi ta’ R&D sabiex ikun żgurat l-użu effettiv tagħhom, billi jkun hemm qbil sa tmiem l-2008 dwar iż-żoni għal programmi konġunti u t-tnedija ta' sejħiet komuni għall-proġetti sa tmiem l-2010. - It-titjib tal-mobbiltà u l-prospetti tal-karriera transkonfinali ta' riċerkaturi msejsa fuq "passaport" Ewropew. - L-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija jsir kompletament operattiv. - It-tnedija ta' ġenerazzjoni ġdida ta' faċilitajiet ta' riċerka ta' klassi dinjija permezz tal-ħolqien ta’ roadmaps sa l-2009 għat-tnedija tal-proġetti li dwarhom kien hemm qbil komuni. Għal dawk il-proġetti ta’ skala globali, it-tnedija ta’ djalogu mas-sħab internazzjonali interessati matul l-2008. L-Għan Nru. 7: Il-Komunità se ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-qafas għall-innovazzjoni, b’mod partikolari għal kapital ta’ riskju u d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali. Il-Komunità teħtieġ ittejjeb il-kundizzjonijiet ta' qafas prinċipali għall-innovazzjoni permezz ta' l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' innovazzjoni wiesgħa tagħha[6]. Dan jinkludi pereżempju l-iżvilupp ta' swieq ewlenin f’teknoloġiji ġodda, it-tisħiħ tal-qafas tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, u l-istabbiliment aktar mgħaġġel ta’ standards ta’ interoperabbiltà. B’mod partikolari, il-Komunità teħtieġ toħloq kundizzjonijiet aktar favorevoli għall-iffinanzjar ta ’ l-innovazzjoni sabiex tiffaċilita l-feġġ aktar mifrux ta’ SMEs innovattivi ħafna u tiffaċilita l-iżvilupp tas-swieq ewlenin f’teknoloġiji ġodda bħat-teknoloġiji b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju. L-iżvilupp ta’ reġim madwar l-UE għall-kapital ta’ riskju huwa rekwiżit prinċipali. Il-Komunità trid taħdem mill-qrib ma’ l-Istati Membri sabiex tneħħi ostakli eżistenti regolatorji u ta’ taxxa għall-investimenti transkonfinali minn fondi ta’ kapital ta’ riskju. Trid tgħin ukoll sabiex iċċekken in-nuqqas ta' ekwità f’termini ta’ finanzjament imsejjes fuq ir-riskju fl-istadji tal-bidu. Il-programm ta’ garanzija għall-SME tal-Fond għall-Investiment Ewropew għandu jikber b'mod sostanzjali sabiex jistimola l-mikrokreditu u l-finanzjament mezzanin[7]. Huwa stmat li ż-żieda ta' l-użu medju tal-kapital ta' riskju ta' l-UE għal dak ta' l-aħjar prestaturi attwali jagħmel € 20 biljun addizzjonali fis-sena disponibbli għall-investimenti tal-kapital ta' riskju. Il-Komunità trid taħdem ukoll sabiex ittejjeb l-użu u l-ħarsien ta ’ l-assi intanġibbli , b’mod partikolari d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali li wkoll jgħinu fl-istimolu ta' l-iffinanzjar. Is-sistema ta’ privattivi fl-UE għadha ssoffri minn frammentazzjoni għolja u ta’ piż li tfixkel it-trasferiment u t-tqassim ta' l-għarfien u l-innovazzjoni madwar l-UE[8]. Iż-żieda fl-effiċjenza u l-infurzar tagħha tiżgura r-ritorn fuq investimenti ta' R&D, u tistabbilixxi inċentivi għal attivitajiet ta' R&D, l-investiment finanzjarji u l-kommerċjalizzazzjoni ta' innovazzjonijiet. Sistema Komunitarja għall-privattivi msaħħa, inkluż il-ħolqien ta' privattiva Komunitarja u t-titjib tas-sistema għat-tilwim dwar il-privattivi, mhux biss tnaqqas l-ispejjeż privattivi iżda tipprovdi wkoll aktar ċertezza legali. Azzjonijiet: - Il-promozzjoni ta’ suq għall-kapital ta’ riskju madwar l-UE. - It-titjib tar-rieda għall-investiment u l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs. - Il-ħolqien ta’ privattiva Komunitarja u t-titjib tas-sistema għat-tilwim dwar il-privattivi, bit-tnaqqis sostanzjali ta’ l-ispiża tal-privattiva u ż-żieda fiċ-ċertezza legali. 3.4. L-enerġija u l-bidla fil-klima L-Għan Nru. 8: Il-Kummissjoni se tikkompleti s-suq intern għall-enerġija u tadotta l-pakkett tal-bidla fil-klima sabiex tistabbilixxi l-qafas biex tikseb mill-anqas 20% tnaqqis fl-emmissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta' serra u tilħaq sehem ta’ 20% ta' enerġija rinovabbli sa l-2020. Fil-kuntest ta’ kompetizzjoni globali dejjem tikber għall-provvisti ta’ l-enerġija u sabiex jintlaħqu l-miri ambizzjużi għall-2020 tat-tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra u ż-żieda tas-sehem ta’ l-enerġija rinovabbli, l-UE trid toħloq suq intern għall-UE kollha għall-enerġija u skema għall-iskambju ta ’ l-emmissjonijiet wiesgħa. Il-ħolqien ta’ suq għall-enerġija intern iżid l-effiċjenza u jtejjeb is-sikurezza ta’ l-enerġija. Il-liberalizzazzjoni tal-passat tas-swieq ta’ l-enerġija nazzjonali mhux dejjem ħolqot kompetizzjoni b’saħħitha. L-implimentazzjoni bis-sħiħ tal-leġiżlazzjoni eżistenti u s-separazzjoni effettiva tal-ġenerazzjoni u l-provvista minn operazzjonijiet ta' netwerks huma meħtieġa sabiex tiżdied aktar il-kompetizzjoni u l-effiċjenza billi jiġi permess id-dħul fis-suq ta' kompetituri ġodda. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jissaħħu l-indipendenza u l-kooperazzjoni tar-regolaturi ta' l-enerġija u li jitneħħew l-ostakli tekniċi għall-integrazzjoni tas-suq, l-aktar permezz ta' tisħiħ sostanzjali tal-kapaċita ta' interkonnessjoni transkonfinali bil-għan li jkun hemm biżżejjed kapaċità ta’ trażmissjoni disponibbli biex jiġu integrati s-swieq nazzjonali. Dan huwa maħsub biex joħloq inċentivi reali għall-investiment ta’ € 1000 biljun fi pjanti ta’ ġenerazzjoni ġodda u interkonnessjoni transkonfinali aħjar li huma meħtieġa għall-20 sena li ġejjin. Is-suq intern għall-enerġija jeħtieġ li jkun ikkomplimentat minn skema għall-iskambju ta’ l-emmissjonijiet effettiva meta mqabbla ma’ l-ispiża sabiex tiżgura li jintlaħqu l-miri għall-2020 tat-tnaqqis ta' l-emmissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u minn qafas Komunitarju għall-iżvilupp effettiv meta mqabbel ma' l-ispiża ta' enerġiji rinovabbli sabiex jintlaħaq is-sehem ta’ enerija rinovabbli ta’ 20% sa l-2020. Azzjonijiet: - L-adozzjoni tal-pakkett leġiżlattiv sabiex jintlaħaq suq intern ta' l-elettriku u l-gass sa Mejju ta' l-2009, sabiex jinħoloq suq intern għal enerġija favorevoli għall-kompetizzjoni u l-investiment, tissaħħaħ l-indipendenza u l-kooperazzjoni tar-regolaturi ta' l-enerġija u jitneħħew l-ostakli tekniċi għall-integrazzjoni tas-suq. - L-adozzjoni tal-pakkett leġiżlattiv sabiex jintlaħqu l-miri ta’ l-UE dwar il-gassijiet b’effett ta’ serra u l-enerġija rinovabbli sa Mejju ta’ l-2009. L-Għan Nru. 9: Il-Komunità se tippromwovi politika industrijali mmirata lejn produzzjoni u konsum aktar sostenibbli, u li tiffoka fuq l-enerġiji rinovabbli u prodotti, servizzi u teknoloġiji li jużaw anqas karbonju u huma effiċjenti fl-użu tar-riżorsi. Il-miri ambizzjużi dwar il-bidla fil-klima tal-Kunsill Ewropew għall-2020 se jeħtieġu investiment mingħajr preċedent fit-teknoloġiji ġodda li jużaw anqas karbonju u se jġibu magħhom tibdil fundamentali fl-ekonomija ta' l-UE. Azzjoni Komunitarja b’saħħitha hija meħtieġa sabiex ikun żgurat l-iżvilupp ta' suq intern dinamiku għat-teknoloġiji ambjentali, b'mod partikolari teknoloġiji li jużaw anqas karbonju u li huma effiċjenti fl-użu ta ’ l-enerġija u r-riżorsi. L-isforzi ta’ l-Istat Membru li jippromwovi dawn l-industriji huma mingħajr dubju nieqsa mill-ambitu ta' opportunitajiet tas-suq u ta' l-ekonomiji fil-kobor li jista' jiġi realizzat permezz ta' l-iżvilupp ta' suq tassew komuni għall-UE għal prodotti, servizzi u teknoloġiji ambjentali. Is-suċċess għalhekk jeħtieġ strateġija industrijali sostenibbli ġdida għall-Komunità kollha li tmexxi t-tranżizzjoni lejn ekonomija li tuża anqas karbonju u li hija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi[9]. Is-swieq ġodda għandhom jiġu stimulati permezz ta’ l-implimentazzjoni ta’ strateġiji tas-suq ewlenin f’oqsma bħall-kostruzzjoni sostenibbli, ir-riċiklaġġ, prodotti bbażati fuq il-bijoteknoloġija u l-enerġija rinovabbli. Strateġiji tali għandhom jagħtu spinta lit-talba għal teknoloġiji ambjentali li jwassal għal benefiċċji ambjentali u ekonomiċi sinifikanti. Dawn jinkludu wkoll l-iżvilupp bikri ta’ standards ambjentali dinamiċi ta’ l-UE għas-suq waħdieni li jirriżulta f'kisbiet kompetittivi sussegwenti hekk kif standards bħal dawn jiġu aċċettati internazzjonalment. Strumenti oħrajn huma rekwiżiti dwar it-tikkettar u l-promozzjoni ta’ l-akkwist ambjentali Il-fondi Komunitarji għandhom jintużaw ukoll għall-istimolu tal-finanzjament tas-settur privat għar-riċerka u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u teknoloġiji li jużaw anqas karbonju, bħall–finanzjament tal- kapital ta’ riskju għat-teknoloġija nadifa. Barra l-Iskema għall-Iskambju ta’ l-Emmissjonijiet, reviżjoni tad-direttiva dwar it-tassazzjoni fuq l-enerġija timmira li tiżgura li t-tassazzjoni fuq l-enerġija tkun strument aktar effettiv u ta' appoġġ għall-għanijiet ta' l-UE għall-enerġija u l-bidla fil-klima u tikkontribwixxi għall-effettività meta mqabbla ma’ l-ispiża ta’ politiki tali. B’żieda ma’ dan, għandha tiġi eżaminata l-possibbiltà li jintużaw strumenti fiskali oħrajn inkluża l-VAT għall-promozzjoni ta’ prodotti li jużaw anqas enerġija. Azzjonijiet: - Il-ħolqien ta’ suq intern għat-teknoloġiji ambjentali u l-promozzjoni ta' l-iżvilupp ta’ swieq Ewropej ewlenin għal teknoloġija effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija u tar-riżorsi. - Reviżjoni tad-direttiva dwar it-taxxa fuq l-enerġija sabiex tintrabat aktar mill-qrib ma’ l-għanijiet ta’ l-UE dwar l-enerġija u l-ambjent. - Reviżjoni tal-miżuri għat-tisħiħ ta' l-akkwist pubbliku għal prodotti, teknoloġiji u servizzi li jibżgħu għall-ambjent bi prestazzjoni għolja, inkluż fir-rigward tal-bini. 4. L-aġenda esterna L-Għan Nru. 10: Waqt il-ħidma sabiex tikkonkludi n-negozjati kummerċjali multilaterali ta' Doha, il-Komunità se tinnegozja b’mod bilaterali ma’ sħab kummerċjali ewlenin sabiex toħloq opportunitajiet ġodda għal kummerċ u investiment internazzjonali, ittejjeb l-aċċess għas-suq b’attenzjoni partikolari fuq pajjiżi u setturi fejn jeżistu ostakli sinifikanti, u toħloq spazju komuni għal dispożizzjonijiet u standards regolatorji. Il-Komunità hija impenjata li tkompli tneħħi l-ostakoli għall-kummerċ u l-investiment u se żżomm sod kontra prassi inġusti fil-kummerċ u fl-investiment u l-kompetizzjoni mxekkla. It-tkomplija b’suċċess tar-rawnd ta’ Doħa tibqa’ l-aħjar mod biex jiġi żgurat dan. L-istrumenti disponibbli kollha se jintużaw sabiex jiżguraw li l-ftuħ ta' l-Ewropa jinżamm u jitqabbel b'żieda fl-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi. Ta' kull sena l-Kummissjoni se tirraporta dwar attivitajiet dwar l-aċċess għas-suq, tidentifika l-pajjiżi u s-setturi fejn għad jeżistu ostakli sinifikanti u tikkonsulta mal-pajjiżi kkonċernati. Fejn jibqa’ l-problemi, għandu jitqies l-użu ta’ l-istrumenti kummerċjali Komunitarji u/jew azzjoni tad-WTO. Il-Komunità hija impenjata li ssawwar il-globalizzazzjoni bil-għan li timmassimizza l-benefiċċji tagħha u taqsamha mas-sħab tagħha. Il-Komunità teħtieġ li tidħol f’aktar diskussjonijiet ma’ sħab kummerċjali ewlenin, inklużi pajjiżi ġirien u l-ekonomiji emerġenti u għandha tippromwovi aktar l-integrazzjoni ekonomika reġjonali mal-viċinat tagħha. Ftehimiet kummerċjali bilaterali ma ’ sħab kummerċjali ewlenin, inklużi pajjiżi ġirien (bħan-negozjati dwar ftehim imsaħħaħ ma' l-Ukraina) u ekonomiji emerġenti, jippermettu lill-UE li tmur 'lil hinn mill-impenji tad-WTO u tinkludi dispożizzjonijiet ambizzjużi għal kooperazzjoni regolatorja u wara l-fruntiera. Bħalissa għaddejjin negozjati dwar Ftehimiet bilaterali ta’ Kummerċ Ħieles mal-Korea ta’ Isfel, l-Indja u l-pajjiżi ta’ l-ASEAN, b’oħrajn ippjanati għall-ġejjieni. Ftehim ta’ Sħubija maċ-Ċina se jippromwovi l-aċċess għas-suq għal kumpaniji ta’ l-UE u jippromwovi l-konverġenza regolatorja. Dawn il-ftehimiet se jistimolaw il-kummerċ u l-investiment internazzjonali, iżidu l-kompetizzjoni u jnaqqsu l-prezzijiet għall-konsumatur. Barra minn hekk, in-negozjati għal ftehimiet ta’ assoċjazzjoni ma’ Mercosur, il-Komunità ta' l-Andes u l-Amerika Ċentrali fihom partijiet importanti dwar il-kummerċ u relazzjonijiet ekonomiċi oħrajn. Dawn in-negozjati, flimkien ma' djalogi ta’ politika msaħħa, jistgħu jikkontribwixxu wkoll għal aktar promozzjoni ta’ l-iżvilupp sostenibbli f’pajjiżi sħab u għall-promozzjoni ta’ valuri komuni u standards soċjali u ambjentali li dwarhom hemm qbil internazzjonali, inkluż xogħol diċenti. Il-ħolqien ta’ spazju regolatorju komuni stabbli ma’ sħab kummerċjali maġġuri bħall-Istati Uniti (fil-qafas tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku) se jibdew proċess lejn armonizzazzjoni ta' regolamenti u standards b’mod partikolari fir-rigward ta’ teknoloġiji ġodda, li fl-aħħar mill-aħħar jibbenefikaw minnha l-ġnus kummerċjali kollha. Din tnaqqas b’mod sinifikanti l-ispejjeż għan-negozji billi tnaqqas l-ostakli mhux tariffarji u żżid il-kummerċ. Jeħtieġ ukoll li tittieħed azzjoni sabiex titjieb l-effettività tas-sistema IPR ta ’ infurzar kontra l-falsifikazzjoni. L-inizjattivi ewlenin huma kooperazzjoni akbar mas-sħab kummerċjali ewlenin sabiex jissaħħu l-kooperazzjoni doganali u l-infurzar ta’ l-appoġġ f'pajjiżi ta' sors prinċipali bħal permezz ta' l-Istrateġija ta' Azzjoni l-UE-Stati Uniti dwar l-IPR, u l-konklużjoni tan-negozjati dwar Ftehim Kummerċjali Kontra l-Falsifikazzjoni ġdid (ACTA). Azzjonijiet : - Il-promozzjoni ta’ ftehimiet bilaterali ambizzjużi ma’ sħab kummerċjali importanti u l-promozzjoni ta’ l-integrazzjoni ma’ pajjiżi ġirien u kandidati permezz ta’ l-iżvilupp ta’ spazju ekonomiku komuni. - L-użu potenzjali ta’ strumenti kummerċjali Komunitarji bħala segwitu għar-rappurtaġġ annwali tal-Kummissjoni dwar aċċess għas-suq. - L-iżvilupp totali tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku u ħidma ma’ sħab kummerċjali ewlenin oħrajn sabiex jinħoloq spazju komuni ta’ dispożizzjonijiet u standards regolatorji u kompatibbli. - It-titjib ta’ l-effettività tas-sistema IPR ta’ infurzar kontra l-falsifikazzjoni, inkluż permezz ta’ Ftehim Kummerċjali Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) li jinvolvi aktar minn partit wieħed. 5. L-iżgurar tat-twettieq tas-CLP Is-CLP jippreżenta għanijiet ta’ riforma ekonomiċi ewlenin għall-perjodu 2008-2010 li jistgħu jagħmlu l-akbar kontribuzzjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fil-livell Komunitarju filwaqt li jappoġġjaw u jikkomplimentaw l-isforzi nazzjonali. Din l-aġenda strateġika għandha tiggwida l-ħidma ta’ l-istituzzjonijiet kollha ta’ l-UE dwar id-dimensjoni Komunitarja ta’ l-istrateġija dwar it-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi. Filwaqt li miżuri oħrajn jistgħu jikkontribwixxu, l-azzjonijiet tas-CLP ġew identifikati bħala l-aktar urġenti u importanti għal riforma ekonomika li tista’ tinkiseb matul il-perjodu 2008-2010. Biex tirrealizza dan, il- Kummissjoni tipproponi żewġ elementi prinċipali għall-iżgurar tat-twettiq : L-ewwelnett, huwa meħtieġ li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea jaqblu dwar l-għanijiet u azzjonijiet ta ’ riforma strateġiċi. Fuq din il-bażi, il-Parlament Ewropew u l-Presidenti tal-Kunsill futuri għandhom jiġu mistiedna li jagħtu l-prijorità assoluta lill-għanijiet u l-azzjonijiet ta’ Liżbona tal-Komunità. It-tieni nett, is-segwitu mill-qrib ta' l-implimentazzjoni tas-CLP huwa indispensabbli biex ikun garantit it-twettiq fil-waqt. Dan jista’ jsir b’rappurtar dwar il-kisbiet Komunitarji fir-riformi ekonomiċi permezz ta’ rapport ta' implimentazzjoni annwali , li jevalwa l-livell li fih il-Komunità qed timplimenta b’suċċess il-miżuri konkreti msemmija fit-tabbella mehmuża. Dan ikun ta' għajnuna importanti għall-eżerċizzju ta' sorveljanza multilaterali fil-ħarifa, u jippermetti evalwazzjoni sistematika tal-progress fil-livell Komunitarju flimkien ma’ evalwazzjoni tematika tar-riformi fil-livell ta’ l-Istat Membru. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi mistieden sabiex jirrevedi l-progress. Dan jikkontribwixxi għar- Rapporti ta ’ Progress Annwali Komunitarji li jgħarrfu dwar jekk hux meħtieġ l-aġġornar tal-Programm ta’ Liżbona tal-Komunità. Fuq din il-bażi, il- Kunsill Ewropew tal-Ħarifa għandu jqis u jagħti aktar direzzjoni, fejn meħtieġ, bħala parti mill-evalwazzjoni ġenerali annwali tiegħu dwar l-Istrateġija dwar it-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi. Għalhekk il-Kummissjoni Ewropea tistieden: - - Lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni biex iħaddnu l-Programm ta’ Liżbona tal-Komunità 2008-2010 propost b’mod partikolari billi: - iħaddnu l-għaxar għanijiet ewlenin għal azzjoni Komunitarja u l-miżuri proposti taħt kull għan - jaqblu li jirrevedu l-progress u jipprovdu għajnuna fuq bażi annwali - jagħtu prijorità lill-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu implimentati l-għaxar għanijiet ewlenin. - ANNESS Guideline 20 (Matching of Labour ,Market needs), 21 (Flexicurity), 23 (Investment in Human Capital), & 24 (Education and training systems) | The Commission will propose a renewed Social Agenda by mid-2008, particularly covering education, migration, and demographic evolutions, and help to address the skills gap by improving the monitoring and forecasting of future skills requirements | Proposal for a DIRECTIVE on Portability of pensions - possible political agreement at the Council (end of 2007 ) | Ensure progressive removal of transitional restrictions on the free movement of workers from the new Member States (by 2011) | Revision of REGULATION on Portability of social security rights (2nd half 2009 ) (( | Projected adoption (2nd half 2010) | Monitor the implementation of the RECOMMENDATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on the establishment of the European Qualifications Framework for lifelong learning (Projected adoption: February 2008): Member States are asked to relate national qualifications systems to the EQF by 2010 | DIRECTIVE- Monitoring the implementation of the Professional Qualifications Directive – Deadline for implementation by Member States:20 October 2007 | Ensure the implementation of the basic skills communication (by 2010) | RECOMMENDATION on EU-wide credit system transfer and accumulation systems for vocational training (March 2008) (( | Projected adoption (March 2010) | RECOMMENDATION on quality assurance in vocational education and training (March 2008) (( | Projected adoption (March 2010) | EU-wide inventory and monitoring system for on-going anticipation of future skills requirements in the context of "new skills for new jobs" initiative -Implementation in the course of 2008 and 2009 | Ensure effective implementation of the Flexicurity common principles including the review "flexicurity: 3 years after". | Guideline 20 (Matching of Labour ,Market needs) | The Commission will make proposals for a common policy on immigration in 2008 | Proposal for a DIRECTIVE Entry of highly skilled workers; "Blue Card" | DIRECTIVE setting conditions of entry of seasonal workers (end 2008) (( | Projected adoption (End 2010) | Guideline 15 (SMEs) | The Community will adopt a Small Business Act to unlock the growth potential of SMEs throughout their life-cycle | Measures following Communication on "Small Business Act" (May /June 2008) (( | Projected adoption (2010) | Proposal for a Directive on the Small Company Statute (2nd half 2008)(( | Projected adoption (2nd half 2010.) | Guideline 14 (Better regulation) | The Community will move towards the target to reduce EU administrative burdens by 25 % by 2012 and implement an ambitious simplification programme | Rolling SIMPLIFICATION PROGRAMME (2006-2009) including 109 actions (2009) (( | Pending proposals from SIMPLIFICATION PROGRAMME | Proposals to reduce administrative burdens following administrative burden mapping and measurement of EC legislation and related transposition measures (2007-2008) in 13 priority areas. Proposals in 2008-2010. (( | First batch of fast track administrative burden reduction actions | First batch of fast track administrative burden reduction actions in comitology | Proposal for next batch of fast track actions alongside the strategic review on better regulation (January 2008) (( | Guideline 9 (Information Society), 12 (Internal Market) &13 (Open Markets) | The Community will strengthen the single market, increase competition in services, and take further steps to integrate the financial services market | Proposal for a DIRECTIVE Revision of the regulatory framework for electronic communications and services Projected adoption (2009) | Market monitoring in key markets | DIRECTIVE amending Directive 97/67/EC concerning the full accomplishment of the internal market of Community postal services (Implementation 2011/ 2013) | DIRECTIVES - Third Package on Rail (Implementation by 2009) | DIRECTIVE on services in the internal market - Implementation by the MSs 28 December 2009 | Actions to improve implementation of single market following Communication on the application of Community Law (SMR) | Proposals to allow companies to choose an EU-wide tax base (3rd Q 2008) (( | Projected adoption (3rd Q 2010) | Follow up of Retail banking (including payment cards and payment systems) and Business Insurance Sector Inquiries | Measures to promote the creation of an EU mortgage credit market following a communication (White paper 19/12/07) (( | Projected adoption (2009) | Proposal for a DIRECTIVE amending Directive 85/611 on EU harmonised investment funds- UCITS (February 2008) (( | Projected adoption (February 2010) | DIRECTIVE - Monitoring Implementation of MiFiD- Entered in force 1 November 2007 | Measures to ensure the realisation of Single Payments Area following a communication (2nd Q 2008) (( | Projected adoption (2010) | Strengthening EU arrangements for financial stability, through review of cooperation obligations, (End 2008) (( | Projected adoption (2010) | Proposal for a DIRECTIVE Solvency II -on the taking-up and pursuit of the business of Insurance and Reinsurance Projected adoption (End 2008) | Proposal for a DIRECTIVE - Amendments to Directive 2006/48/EC and 2006/49/EC Capital Requirements (October 2008) (( | Projected adoption (October 2010) | Guideline 7 (R&D) | The Community will make the "fifth freedom" (the free movement of knowledge) a reality and create a genuine European Research area. | Framework REGULATION -Legal framework for construction and operation of pan-European research infrastructures (July 2008) (( | Projected adoption (July 2010) | Legislative and other proposals following Communication on "Partnership for a European researchers' passport for mobility and career development" (April 2008) (( | Projected adoption (2010) | Implementation of legal and financial decision on European Institute of Innovation and Technology Projected adoption (2nd Q 2008) | Measures for preparation of joint programming of research following a communication (September 2008) (( | Projected adoption (2010) | Guideline 8 (Innovation) | The Community will improve the framework conditions for innovation, in particular for venture capital and intellectual property rights. | Measures for mutual recognition process following Communication on "Removing regulatory obstacles to cross-border investments by venture capital funds" (December 2007) (( | Projected adoption ( 2010) | Proposal for a COUNCIL REGULATION on the Community Patent and additional measures to set up an EU wide jurisdictional system for patent litigation Projected adoption (2010) | The Joint European Resources for Micro to Medium Enterprises initiative (JEREMIE) | EIF - The High Growth and Innovative SME Facility (GIF): risk capital for innovative SMEs in their early stages (GIF1-€ 255m) and in their expansion phase (GIF2-€ 299 m) | EIF- The SME Guarantee Facility, providing loan guarantees to encourage banks to make more debt finance available to SMEs, (€506 m) | EIF-The Seed Capital Action and the Partnership Action: helping to reinforce the capacity of financial intermediaries to invest in and lend to SMEs. (€69 m) | Guideline 11 (Environment), 12 (Internal Market) 13 (Open Markets) & 16 (Infrastructure) | The Community will complete the internal market for energy and adopt the climate change package in order to put in place the framework to achieve at least a 20% reduction in greenhouse gas emissions and reach a 20% renewables energy share by 2020. | Proposal for a DIRECTIVE amending Directive 2003/54/EC concerning common rules for the internal market in electricity Projected adoption (end 2009) | Proposal for a DIRECTIVE amending Directive 2003/55/EC concerning common rules for the internal market in natural gas Projected adoption (end 2009) | Proposal for a REGULATION establishing an Agency for the Cooperation of Energy Regulators Projected adoption (end 2009) | Proposal for a REGULATION amending Regulation (EC) No 1228/2003 on conditions for access to the network for cross-border exchanges in electricity Projected adoption (end 2009) | Proposal for a REGULATION amending Regulation (EC) No 1775/2005 on conditions for access to the natural gas transmission networks Projected adoption (end 2009) | Follow up measures to the energy sector inquiry | Guideline 10 (Industrial Base) & 11 (Environment) | The Community will promote an industrial policy geared towards more sustainable production and consumption, focusing on renewable energies and low-carbon and resource-efficient products, services and technologies. | Proposal for a DIRECTIVE - Amending the Emission Trading Directive, 2003/87/EC (January, 2008) (( | Projected adoption (January 2010) | Legislative proposal on Carbon Capture and Geological Storage (CCS) (January, 2008) (( | Projected adoption (January 2010) | Proposal for a DIRECTIVE - Review of the Energy Taxation Directive (4th Q 2008) (( | Projected adoption (4th Q 2010) | Proposal for a DIRECTIVE on the promotion of renewable energy (January 2008) (( | Projected adoption (January 2010) | Initially 14 Implementing DIRECTIVES for priority product groups for adoption of minimum energy performance standards (eco-design requirements) (Comitology until 2011) | Revision of DIRECTIVES on Energy labelling and household appliances (2008) (( | Projected adoption (2010) | Measures to strengthen the Public Procurement of high-performance environmentally-friendly products, technologies and services-following communication (Green Public Procurement (1st Q 2008 ) (( | Projected adoption (2010) | - 7th Framework Programme (2007-13): €2.3 billion for energy, €1.8 billion for environment (including climate change) - Competitiveness and Innovation Programme (CIP) (2007-13), Entrepreneurship and Innovation Programme (EIP) € 430 million for eco-innovation and Intelligent Energy for Europe (IEE) €730 million | Legislative proposals following the "Sustainable industrial policy/Sustainable consumption policy", notably extension of EUP Directive (March 2008) (( | Projected adoption (March 2010) | Guideline 13 (Open Markets) | Whilst working to conclude the Doha multilateral trade negotiations, the Community will negotiate bilaterally with key trading partners to open up new opportunities for international trade and investment, improve market access focussing on countries and sectors where significant barriers remain, and create a common space of regulatory provisions and standards. | International Agreement - Conclusion of the most important bilateral FTAs (ASEAN, India, South Korea) | International Agreement - New Partnership and Cooperation Agreement (PCA) with China | Bilateral regulatory cooperation with US, Japan, China and Russia | Multi-party Agreement - Anti Counterfeiting Trade Agreement (ACTA) | Lifelong learning Programme | European Globalisation Adjustment Fund | [1] "Il-Programm ta’ Liżbona tal-Komunità: Rapport ta' Implimentazzjoni Teknika 2006" - SEG(2006) 1379. [2] Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal "Għarfien u komplementarjetà fil-kuntest ta' l-Istrateġija ta' Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi inklużi l-effetti ekonomiċi tal-Programm ta' Liżbona tal-Komunità” fejn huwa stmat li l-impatt ekonomiku tal-miżuri tas-CLP jgħollu l-livell tal-PGD reali ta’ l-UE b’sa 2¾ punti perċentwali sa l-2020. Madankollu, minħabba li dan l-istudju jiddependi fuq mudelli ekonomiċi, metodoloġiji, sorsi ta’ data , u preżunzjonijiet differenti, trid tintuża l-kawtela fl-interpretazzjoni tar-riżultati. [3] Il-Kummissjoni Ewropea (2007): Ir-Raba’ Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali. [4] “Ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda”, Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Edukazzjoni tal-15 ta’ Novembru 2007. [5] R&D/innovazzjoni kienu sfida ewlenija fil-Programmi ta' Riforma Nazzjonali ta' l-2005 f'24 minn 25 Stati Membri. [6] “Strateġija ta’ innovazzjoni wiesgħa: disa’ miżuri strateġiċi għal azzjoni ta’ innovazzjoni fil-livell ta’ l-UE”, Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Kompetittività ta’ l-4 ta’ Diċembru 2006. [7] Il-programm EIF ta’ l-2006 jammonta għal ftit aktar minn €2 biljun, u jgħin lil madwar 180 000 SMEs madwar l-UE. [8] L-ispiża medja għall-ipproċessar u t-traduzzjoni tal-privattivi fl-UE hija aktar minn għaxar darbiet ogħla minn dik ta' l-Istati Uniti u l-Ġappun. [9] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Reviżjoni ta’ nofs il-perjodu tal-politika industrijali: kontribut għall-Istrateġija ta' l-UE għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi” - KUMM(2007) 374, 4.7.2007.