This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007DC0270
Report from the Commission to the European Parliament and the Council on the application by the Member States of Directive 2000/30/EC of the European Parliament and of the Council of 6 June 2000 on the Technical Roadside inspection of the Roadworthiness of commercial vehicles circulating in the Community
Rapport tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni mill-Istati Membri tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill nru 2000/30/KE tas-6 ta' Gunju 2000 dwar l-Ispezzjoni teknika fil-ġenb tat-triq [fit-toroq] tal-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità
Rapport tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni mill-Istati Membri tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill nru 2000/30/KE tas-6 ta' Gunju 2000 dwar l-Ispezzjoni teknika fil-ġenb tat-triq [fit-toroq] tal-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità
/* KUMM/2007/0270 finali */
Rapport tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni mill-Istati Membri tad-direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill nru 2000/30/KE tas-6 ta' Gunju 2000 dwar l-Ispezzjoni teknika fil-ġenb tat-triq [fit-toroq] tal-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità /* KUMM/2007/0270 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 23.5.2007 KUMM(2007) 270 finali RAPPORT TAL-KUMMISSJONI U TAL-PARLAMENT EWROPEW DWAR L-APPLIKAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI TAD-DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL NRU 2000/30/KE TAS-6 TA' ĠUNJU 2000 DWAR L-ISPEZZJONI TEKNIKA FIL-ĠENB TAT-TRIQ [fit-toroq] TAL-VETTURI KUMMERĊJALI LI JIĊĊIRKULAW FIL-KOMUNITÀ WERREJ 1. INTRODUZZJONI 3 2. ID-DIRETTIVA 2000/30/KE. 4 3. L-INFORMAZZJONI MIBGĦUTA MILL-ISTATI MEMBRI 4 4. L-INFRAZZJONIJIET DIFFERENTI 5 5. L-ISTATISTIKA 6 6. IS-SANZJONIJIET DIFFERENTI 14 7. IL-KONKLUŻJONIJIET 14 1. INTRODUZZJONI Il-leġiżlazzjoni Ewropea tistabbilixxi sensiela ta' miżuri biex tassigura li l-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fit-toroq Komunitarji jkunu fi stat tajjeb, fl-interess tas-sikurezza fit-toroq, tal-ħarsien ta' l-ambjent u tal-kompetizzjoni ġusta: - ir-regoli ta' aċċess għall-okkupazzjoni li jitolbu mit-trasportaturi l-kapaċità finanzjarja neċessarja biex tkun assigurata l-manutenzjoni meħtieġa tal-vetturi (id-Direttiva 96/26[1]); - il-kontrolli tekniċi li jsiru f'intervalli speċifiċi mill-Istati Membri, skond il-frekwenza minima stipulata fuq livell Ewropew, għall-vetturi reġistrati fit-territorju tagħhom (id-Direttiva 96/96/KE[2]); - il-kontrolli tekniċi tat-toroq, li huma s-suġġett ta' dan ir-rapport, jassiguraw f'kull waqt li l-vetturi kummerċjali jiġu biss użati kemm-il darba issirilhom dik il-manutenzjoni meħtieġa biex jiġi sodisfatt livell għoli ta' konformità mar-regolament tekniku (id-Direttiva 2000/30/KE[3]). Id-Direttiva Nru 2000/30/KE tesiġi li l-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentarji u amministrattivi meħtieġa, biex jikkonformaw magħhom qabel l-10 ta' Awissu 2002. L-Artikolu 6 tad-Direttiva Nru 2000/30/KE jistipula li l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni miġbura, marbuta mas-sentejn ta' qabel, dwar in-numru ta' vetturi kummerċjali kkontrollati, ikklassifikati skond is-seba' kategoriji ta' vetturi kummerċjali, kif definiti bid-Direttiva u skond il-pajjiż ta' reġistrazzjoni, kif ukoll il-karatteristiċi kkontrollati u n-nuqqasijiet identifikati. Id-Direttiva telenka tnax-il element li jistgħu jiġu kkontrollati meta jsir kontroll fit-toroq. In-nuqqas ta' konformità ta' l-elementi kkontrollati kif ukoll il-possibbiltà tas-sospensjoni ta' l-użu tal-vetturi f'każ ta' nuqqasijiet serji, għandhom jissemmew fir-rapporti ta' kontroll. L-Artikolu 11 tad-Direttiva jistipula li l-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill, abbażi ta' l-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri, rapport dwar l-applikazzjoni ta' l-istess Direttiva flimkien ma' sommarju tar-riżultati miksuba. Dan ir-rapport tal-Kummissjoni huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/30/KE fl-Istati Membri; ikopri l-perjodu 2003-2004. L-informazzjoni miġbura mill-Istati Membri għal dan il-perjodu kellha tintbagħat lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2005. F'din id-data, kienu biss tliet Stati Membri li bagħtu l-informazzjoni dwar il-kontroll tekniku fit-toroq. Sabiex tinkiseb stampa kemm jista' jkun kompluta tas-sitwazzjoni f'dan il-qasam, il-Kummissjoni, fl-aħħar ta' Marzu 2005, bagħtet għadd ta' interpellazzjonijiet bl-għan li tiġbor l-istatistiċi kollha possibbli. Sa l-aħħar ta' l-2005, disa' Stati Membri kienu bagħtu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/30/KE. Wara l-aħħar interpellazzjoni mibgħuta fil-bidu ta' April 2006, dan in-numru tela' għal sbatax-il Stat Membru sa l-aħħar ta' Ġunju 2006. Il-Kummissjoni tqis li dan ir-rapport, imsejjes fuq l-informazzjoni mibgħuta minn sbatax-il Stat Membru, jippermetti l-ewwel analiżi globali li tiġġustifika id-dewmien għall-ksib ta' l-informazzjoni meħtieġa għall-elaborazzjoni tiegħu. 2. ID-DIRETTIVA 2000/30/KE. Id-Direttiva 2000/30/KE, kif emendata[4], tistipula ċerti kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kontrolli tekniċi fit-toroq ta' vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fit-territorju tal-Komunità. Il-kontroll tekniku fit-toroq huwa kontroll ta' natura teknika fuq vettura kummerċjali li tiċċirkula fit-territorju ta' Stat Membru, li jsir għall-għarrieda u għaldaqstant mingħajr ma dan ikun mistenni, fi triq pubblika mill-awtoritajiet jew taħt is-sorveljanza tagħhom. Il-kontrolli tekniċi fit-toroq għandhom isiru mingħajr diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità tas-sewwieq jew tal-pajjiż ta' reġistrazzjoni jew tad-dħul fis-servizz tal-vettura kummerċjali u b'qies għall-ħtieġa li jitnaqqsu kemm jista' jkun l-ispejjeż u d-dewmien ikkawżati lis-sewwieqa u lill-kumpanniji. Tista' tiġi adottata strateġija speċifika għall-għażla tal-vetturi kummerċjali suġġetti għall-kontrolli tekniċi fit-toroq, billi tingħata importanza partikolari lill-identifikazzjoni ta' vetturi li għandhom l-akbar tendenza li jkunu neqsin mill-manutenzjoni meħtieġa. Jekk l-istat tal-vettura jkun tali li jista' jkun ta' riskju għas-sigurtà, tant li jiġġustifika spezzjoni aktar profonda, il-vettura kummerċjali tista' ssir suġġetta għal spezzjoni aktar dettaljata f'ċentru ta' kontroll fil-viċinanza. L-użu ta' vettura li għandha ħsarat serji jista' jiġi sospiż sakemm jissewwew il-ħsarat perikolużi li jkunu ġew identifikati, jekk il-vettura tkun ta' riskju serju għas-sigurtà tat-toroq. 3. L-INFORMAZZJONI MIBGĦUTA MILL-ISTATI MEMBRI Il-qagħda ta' l-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri għall-perjodu 2003-2004 hija s-segwenti: L-Istati Membri li bagħtu l-informazzjoni | Il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, l-Italja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit | L-Istati Membri li ma bagħtux l-informazzjoni | Spanja, Franza, l-Irlanda, Ċipru, il-Litwanja2, il-Polonja, il-Portugall | 1 Informazzjoni li ma tistax tintuża 2 Id-deroga 4. L-INFRAZZJONIJIET DIFFERENTI L-elementi b'tendenza li jiġu kkontrollati u li għandhom jiġu mibgħuta mill-Istati Membri għandhom, għallinqas, ikunu dawk stipulati fil-punt 10) tal-mudell tar-rapport individwali misjub fl-Anness I tad-Direttiva. 1. is-sistema tal-brejkijiet u l-elementi tas-sistema tal-brejkijiet; 2. is-sistema ta' l- exhaust ; 3. id-densità tad-duħħan (diżil); 4. l-emmissjonijiet ta' gassijiet [petrol, gass naturali jew gass tal-petrol likwidat (LPG)]; 5. is-sistema ta' l-istering 6. il-fanali, is-sistemi tad-dawl u tas-sinjali; 7. ir-roti/it- tyres ; 8. is- suspensions (difetti li jidhru); 9. ix- chassis (difetti li jidhru); 10. it-takografu (l-installazzjoni); 11. l-apparat li jillimita l-veloċità (l-installazzjoni); 12. it-taqtir ta' fjuwil u/jew ta' żejt. 5. L-ISTATISTIKA L-informazzjoni globali Il-vetturi kkontrollati In-numru ta' vetturi reġistrati fl-Unjoni Ewropea kkontrollati fil-perjodu 2003-2004 ivarja b'mod konsiderevoli minn Stat Membru għal ieħor (ara t-Tabella 1 hawn taħt). Tabella 1: L-Istati Membri klassifikati skond in-numru ta' kontrolli tekniċi L-Istat Membru li għamel id-dikjarazzjoni | In-numru ta' vetturi spezzjonati, reġistrati fl-UE | Traffiku stradali 2003-20042 (f'miljuni ta' vetturi * km) | Il-proporzjon Il-vetturi spezzjonati/it-Traffiku (x 100) | It-Total | Karozzi tal-linja | Il-Ġermanja | 1.826.219 | 78.873 | 1.379.363 | 132 | L-Ungerija | 670.225 | 65.891 | n.a. | n.a. | Ir-Renju Unit | 221.875 | 34.255 | 988.933 | 22 | Il-Belġju1 | 104.621 | 6.211 | 187.634 | 56 | L-Awstrija | 53.942 | 4.814 | 160.708 | 34 | L-Iżvezja | 41.903 | 2.310 | 148.459 | 28 | Il-Finlandja | 7.804 | 21 | 100.680 | 8 | Is-Slovakkja | 4.853 | 20 | n.a. | n.a. | L-Italja | 2.633 | 1.082 | n.a. | n.a. | L-Olanda | 1.730 | 1 | 269.980 | 1 | L-Estonja | 1.705 | 144 | n.a. | n.a. | Id-Danimarka | 1.485 | 13 | 95.880 | 2 | Is-Slovenja | 1313 | 182 | 29.625 | 4 | Il-Litwanja | 458 | 0 | n.a. | n.a. | Il-Greċja | 306 | n.a. | n.a. | n.a. | Malta | 137 | 13 | n.a. | n.a. | Il-Lussemburgu | 40 | 2 | n.a. | n.a. | 1 Il-Belġju wettaq numru konsiderevoli ta' kontrolli fit-toroq li ma jinkludux madanakollu l-kontrolli tekniċi kollha fit-toroq, kif spjegat hawn taħt. 2 L-għejun: L-informazzjoni miżmuma mill-OECD dwar it-Traffiku u l-Aċċidenti Stradali. n.a. mhux disponibbli In-numru ta' kontrolli tekniċi fit-toroq jikkorrispondi mal-volum tat-traffiku stradali f'kull Stat Membru, ħlief għall-Olanda li tinsab fit-tielet jew fir-raba' post f'dak li għandu x'jaqsam ma' volum ta' traffiku stradali (it-traffiku stradali għall-Ungerija mhux disponibbli). Minbarra l-Olanda, il-Finlandja, id-Danimarka u l-Islovenja wkoll iwettqu relattivament numru żgħir ta' kontrolli tekniċi fit-toroq meta wieħed iqis il-volum tagħhom tat-traffiku. Fost is-sitt membri li jwettqu l-akbar numru ta' kontrolli tekniċi fit-toroq, l-intensità tal-kontrolli, meħuda fil-kuntest tal-volum tat-traffiku, tvarja b'fattur ta' 1 sa 6. Il-proporzjon ta' karozzi tal-linja kkontrollati, meta mqabbel mal-vetturi kollha kkontrollati għal kull pajjiż, huwa ġeneralment baxx. Ma jeċċedix l-10% tal-vetturi kkontrollati ħlief fis-Slovenja (11.4%), fir-Renju Unit (15.4%) u fl-Italja (37.6%). Il-karozzi tal-linja jirrappreżentaw anqas minn 1% tal-vetturi kollha kkontrollati fil-Litwanja, fl-Olanda, fil-Finlandja, fis-Slovakkja u fid-Danimarka. Ir-reġistrazzjoni tal-vetturi kkontrollati Il-proporzjonijiet tal-vetturi kkontrollati, irreġistrati fl-Istat Membru, ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor (ara t-Tabella 2 hawn taħt), meta mqabbla mal-vetturi kollha kkontrollati waqt kontrolli tekniċi tat-toroq. Mill-vetturi kkontrollati f'sitta minn erbatax-il Stat Membru, li għalihom hemm disponibbli l-informazzjoni kollha dwar ir-reġistrazzjoni, aktar minn 80% minnhom huma reġistrati fit-territorju tagħhom. M'hemmx biżżejjed informazzjoni statistika globali sabiex titqabbel din l-informazzjoni mat-traffiku stradali osservat f'kull wieħed mill-Istati Membri skond il-pajjiż ta' reġistrazzjoni tal-vetturi. Tabella 2: Ir-reġistrazzjoni tal-vetturi kkontrollati L-Istat Membru li għamel id-dikjarazzjoni | Reġistrati fl-Istat Membru | Reġistrati fl-UE | Reġistrati barra mill-UE | It-Total | % ta' vetturi ta' l-Istat Membru | Il-Belġju | 54.356 | 50.265 | 7.358 | 111.979 | 48,54% | Id-Danimarka | 1.398 | 87 | 7 | 1.492 | 93,70% | Il-Ġermanja | 1.414.943 | 411.276 | 226.046 | 2.052.265 | 68,95% | L-Estonja | 1.235 | 470 | n.a. | n.a. | n.a. | Il-Greċja | 299 | 7 | 286 | 592 | 50,51% | L-Italja | 2.337 | 296 | 247 | 2.880 | 81,15% | Il-Latvja | 349 | 109 | 99 | 557 | 62,66% | Il-Lussemburgu | 14 | 26 | 0 | 40 | 35,00% | L-Ungerija | 653.041 | 17.184 | n.a. | n.a. | n.a. | Malta | 137 | 0 | 0 | 137 | 100,00% | L-Olanda | 1.607 | 123 | 6 | 1.736 | 92,57% | L-Awstrija | 35.319 | 18.623 | 11.701 | 65.643 | 53,80% | Is-Slovenja | 1.140 | 173 | 285 | 1.598 | 71,34% | Is-Slovakkja | 3.972 | 881 | 85 | 4.938 | 80,44% | Il-Finlandja | 6.993 | 811 | 2.234 | 10.038 | 69,67% | L-Iżvezja | 34.702 | 7.201 | 1.016 | 42.919 | 80,85% | Ir-Renju Unit | 211.822 | 10.053 | n.a. | n.a. | n.a. | Il-vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti Mill-informazzjoni mgħoddija lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jidher li l-proporzjon tal-vetturi li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2000/30/KE jvarja b'mod konsiderevoli minn Stat għall-ieħor, meta mqabbel mal-vetturi kollha kkontrollati rreġistrati fl-Unjoni Ewropea, mill-perċentwal għoli ta' 72.1% għad-Danimarka sa 2.6% biss għall-Belġju (ara t-Tabella 3 hawn taħt). Tabella 3: Il-proporzjon tal-vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżitimqabbel mal-vetturi kollha kkontrollati L-Istat Membru li għamel id-dikjarazzjoni | Il-vetturi reġistrati fl-UE (inkluż l-SM li għamel id-dikjarazzjoni) | Il-vetturi rreġistrati fl-Istat Membru li għamel id-dikjarazzjoni) | Il-vetturi kkontrollati | % vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti | Il-vetturi kkontrollati | % vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti | Id-Danimarka | 1.485 | 72,1 % | 1.398 | 73,0 % | Malta | 137 | 65,0 % | 137 | 65,0 % | L-Iżvezja | 41.903 | 46,9 % | 34.702 | 47,6 % | Ir-Renju Unit | 221.875 | 36,9 % | 211.822 | 35,5 % | L-Estonja | 1.705 | 11,9 % | 1.235 | n.a. | Is-Slovenja | 1.313 | 11,0 % | 1.140 | 9,8 % | L-Ungerija | 670.225 | 10,4 % | 653.041 | 10,6 % | Il-Ġermanja | 1.826.219 | 10,3 % | 1.414.943 | 10,1 % | Il-Lussemburgu | 40 | 10,0 % | 14 | n.a. | Il-Latvja | 458 | 8,5 % | 349 | 10,6 % | Il-Belġju | 104.621 | 2,6 % | 54.356 | 4,9 % | L-Awstrija | 53.942 | n.a. | 35.319 | n.a. | Il-Finlandja | 7.804 | n.a. | 6.993 | n.a. | Is-Slovakkja | 4.853 | n.a. | 3.972 | n.a. | L-Italja | 2.633 | n.a. | 2.337 | n.a. | L-Olanda | 1.730 | n.a. | 1.607 | n.a. | Il-Greċja | 306 | n.a. | 299 | n.a. | n.a. mhux disponibbli Minn dawn id-differenzi toħroġ l-importanza relattiva mogħtija minn kull Stat Membru lill-kontrolli tekniċi tat-toroq meta mqabbla mal-kontrolli l-oħra mwettqa fit-toroq dwar aspetti oħra tat-trasport stradali. B'hekk, ir-rapport imħejji mill-Belġju ma jikkonċernax esklussivament il-kontrolli tekniċi fit-toroq iżda jiġbor fih il-kontrolli kollha mwettqa fit-toroq: ir-rapport ġeneralment jagħmel differenza bejn il-kontrolli rikjesti mir-regolamentazzjoni soċjali, it-trasport eċċezzjonali, it-trasport tal-merkanzija perikoluża, ta' l-eurovignette u oħrajn. Il-kontrolli tekniċi fit-toroq mhumiex ġeneralment identifikati b'mod speċifiku u l-informazzjoni relatata mhix dettaljata. Sitta minn fost il-ħdax-il Pajjiż Membru li pprovdew l-informazzjoni dwar in-numru ta' vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, u l-vetturi kollha kkontrollati fl-Unjoni Ewropea, irreġistraw livelli ta' nuqqas ta' konformità ta' bejn it-8.54% u l-11.9% (ara t-Tabella 3). Proporzjonijiet konsiderevoli ta' vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti huma osservati fid-Danimarka (72.1%), f'Malta (65.0%), fl-Iżvezja (46.9%) u fir-Renju Unit (36.9%). Jekk id-Danimarka u Malta jikkontrollaw relattivament għadd żgħir ta' vetturi, l-istatistika dwar il-kontrolli tekniċi fit-toroq mibgħuta mill-Iżvezja u mir-Renju Unit tikkonċerna għadd kbir ta' vetturi, 41 903 u 221 875 vettura kkontrollata rispettivament u rreġistrata fl-Unjoni Ewropea. Il-proporzjon relattivament għoli ta' vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiziti, meta mqabbel mal-vetturi kollha kkontrollati jista' jkun ir-riżultat ta' mira speċifika fl-għażla tal-vetturi suġġetti għall-kontrolli tekniċi fit-toroq f'dawn iż-żewġ Stati Membri. Ir-Renju Unit, pereżempju, konxju li l-waqfien ta' vettura għal kontroll tekniku fit-toroq jista' jkollu, fil-kuntest ġenerali tas-sistema amministrattiva globali, konsegwenzi ekonomiċi konsiderevoli ta' tnaqqis fil-produzzjoni, żviluppa sistema bbażata fuq l-analiżi tar-riskji provduti mill-operaturi, imsejsa fuq parametri li jirriflettu r-riżultati storiċi tagħhom. L-informazzjoni għal kull Stati Membru L-informazzjoni għal kull Stat Membru dwar il-kontrolli tekniċi fit-toroq mwettqa fuq vetturi reġistrati fl-Istati Membri l-oħra, meta din tkun disponibbli, tkun tikkonċerna biss numru żgħir ta' vetturi u ma tippermettix li jitnisslu konklużjonijiet ta' valur statistiku dwar l-istat fiżiku tal-vetturi li jiċċirkulaw barra mill-pajjiż ta' reġistrazzjoni tagħhom. Il-konklużjonijiet li jistgħu jinsiltu minn partijiet minn din l-istatistika fuq livell nazzjonali, fil-fatt jidhru li jikkontradixxu l-istudji l-aktar reċenti u approfonditi[5], li jikkonkludu li l-vetturi li jiċċirkolaw barra mill-pajjiż ta' reġistrazzjoni tagħhom, huma teknikament anqas sodisfaċenti L- Ungerija , l- Iżvezja u r- Renju Unit iżommu statistika għal kull Stat Membru ta' reġistrazzjoni, li tikkonċerna numru relattivament għoli ta' vetturi. Għall- Ungerija (ara t-Tabella 4 hawn taħt), il-proporzjon bejn il- vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti/vetturi kkontrollati għal kull Stat Membru ta' reġistrazzjoni, huwa ġeneralment inferjuri għall-istess proporzjon għall-vetturi reġistrati fl-Ungerija (10.6%). Madankollu, in-numru ta' kontrolli ta' vetturi ta' l-UE mhux reġistrati fl-Ungerija (17 184) huwa baxx meta mqabbel mal-kontrolli kollha tekniċi fit-toroq dikjarati mill-awtoritajiet Ungeriżi (670 225). Tabella 4: Il-vetturi kkontrollati mill-Ungerija L-Istat ta' reġistrazzjoni | Il-vetturi kkontrollati | Il-vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti | Il-proporzjonbejn il-vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti/il-vetturi kkontrollati | Il-Belġju | 34 | 0 | 0,0 % | ir-Repubblika Ċeka | 1.272 | 13 | 1,0 % | Id-Danimarka | 167 | 0 | 0,0 % | Il-Ġermanja | 634 | 4 | 0,6 % | L-Estonja | 317 | 7 | 2,2 % | Il-Greċja | 27 | 1 | 3,7 % | Spanja | 41 | 0 | 0 % | Franza | 13 | 0 | 0 % | L-Irlanda | 0 | n.a. | n.a. | L-Italja | 162 | 5 | 3,1 % | Ċipru | 0 | n.a. | n.a. | Il-Latvja | 246 | 6 | 2,4 % | Il-Litwanja | 225 | 4 | 1,8 % | Il-Lussemburgu | 31 | 0 | 0 % | L-Ungerija | 653.041 | 69.438 | 10,6 % | Malta | 0 | n.a. | n.a. | L-Olanda | 1.202 | 7 | 0,6 % | L-Awstrija | 122 | 0 | 0,0 % | Il-Polonja | 2.010 | 13 | 0,6 % | Il-Portugall | 36 | 0 | 0,0 % | Is-Slovenja | 4.565 | 13 | 0,3 % | Is-Slovakkja | 5.979 | 25 | 0,4 % | Il-Finlandja | 21 | 0 | 0,0 % | L-Iżvezja | 79 | 0 | 0,0 % | Ir-Renju Unit | 1 | 0 | 0,0 % | Total EU | 670.225 | 69.536 | 10,4 % | n.a.: mhux applikabbli. Għall- Iżvezja (ara t-Tabella 5), il-proporzjon bejn il- vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti/vetturi kkontrollati għal kull Stat Membru jvarja bejn l-24.2% għall-vetturi reġistrati fl-Awstrija (95 vettura kkontrollata) u 91.7% għall-Irlanda (12-il vettura kkontrollata). Il-proporzjon ta' vetturi reġistrati fl-Iżvezja huwa ta' 47.6%. Madanakollu l-informazzjoni għal kull Stat Membru tkun ġeneralment tikkonċerna biss numru żgħir tal-vetturi kkontrollati u ma tippermettix li jitnisslu konklużjonijiet ta' valur statistiku. Min-naħa l-oħra, jinħtieġ li jiġi nnutat, b'numru relattivament għoli ta' vetturi kkontrollati, il-proporzjon għoli ta' vetturi registrati fil-Polonja, fil-Litwanja, fl-Estonja u fil-Litwanja, li skond l-awtoritajiet Żvediżi ma ssodisfawx ir-rekwiżiti. Tabella 5: Il-vetturi kkontrollati mill-Iżvezja L-Istat ta' reġistrazzjoni | Il-vetturi kkontrollati | Il-vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti | Il-proporzjonbejn il-vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti/il-vetturi kkontrollati | Il-Belġju | 94 | 48 | 51,1 % | ir-Repubblika Ċeka | 55 | 17 | 30,9 % | Id-Danimarka | 1.536 | 536 | 34,9 % | Il-Ġermanja | 587 | 208 | 35,4 % | L-Estonja | 285 | 159 | 55,8 % | Il-Greċja | 6 | 2 | 33,3 % | Spanja | 50 | 22 | 44,0 % | Franza | 26 | 7 | 26,9 % | L-Irlanda | 12 | 11 | 91,7 | L-Italja | 28 | 15 | 53,6 % | Ċipru | 0 | n.a. | n.a. | Il-Latvja | 186 | 106 | 57,0 % | Il-Litwanja | 373 | 203 | 54,4 % | Il-Lussemburgu | 1 | 0 | 0,0 % | L-Ungerija | 34 | 14 | 41,2 % | Malta | 0 | n.a. | n.a. | L-Olanda | 558 | 230 | 41,2 % | L-Awstrija | 95 | 23 | 24,2 % | Il-Polonja | 1.281 | 766 | 59,8 % | Il-Portugall | 16 | 4 | 25,0 % | Is-Slovenja | 38 | 25 | 65,8 % | Is-Slovakkja | 18 | 13 | 72,2 % | Il-Finlandja | 1.865 | 700 | 37,5 % | L-Iżvezja | 34.702 | 16.514 | 47,6 % | Ir-Renju Unit | 57 | 31 | 54,4 % | Total EU | 41.903 | 19.654 | 46,9 % | n.a. mhux applikabbli Għall-vetturi kollha spezzjonati fir- Renju Unit irreġistrati fi Stat Membru ieħor (ara t-Tabella 6), il-proporzjon ta' vetturi li ma jissodisfawx ir-rewiżiti u l-vetturi projbiti mis-sewqan, dejjem jiskorri l-proporzjon korrispondenti għall-vetturi reġistrati fir-Renju Unit, li huma rispettivament ta' 35.5% u ta' 27.5%. Dan huwa partikolarment il-każ fir-Renju Unit, għal vetturi reġistrati fil-Portugall, fi Spanja, fl-Irlanda, fl-Italja, fil-Belġju, fir-Repubblika Ċeka, fil-Polonja u fi Franza, b'numru relattivament konsiderevoli ta' vetturi kkontrollati. Tabella 6: Il-vetturi kkontrollati fir-Renju Unit L-Istat ta' reġistrazzjoni | Il-vetturi kkontrollati | Il-vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti | Il-proporzjonbejn il-vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti/il-vetturi kkontrollati | il-vetturi projbiti mis-sewqan | Il-proporzjon bejn il-vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti/il-vetturi kkontrollati | Il-Belġju | 699 | 521 | 74,5 % | 428 | 61,2 % | ir-Repubblika Ċeka | 181 | 128 | 70,7 % | 105 | 58,0 % | Id-Danimarka | 60 | 23 | 38,3 % | 22 | 36,7 % | Il-Ġermanja | 797 | 324 | 40,7 % | 287 | 36,0 % | L-Estonja | 26 | 16 | 61,5 % | 10 | 38,5 % | Il-Greċja | 34 | 29 | 85,3 % | 24 | 70,6 % | Spanja | 476 | 405 | 85,1 % | 341 | 71,6 % | Franza | 885 | 446 | 50,4 % | 398 | 45,0 % | L-Irlanda | 3.480 | 2.894 | 83,2 | 2.250 | 64,7 % | L-Italja | 448 | 355 | 79,2 % | 301 | 67,2 % | Ċipru | 2 | 2 | 100.0 % | 2 | 100,0 % | Il-Latvja | 18 | 11 | 61,1 % | 10 | 55,6 % | Il-Litwanja | 87 | 59 | 67,8 % | 46 | 52,9 % | Il-Lussemburgu | 75 | 32 | 42,7 % | 29 | 38,7 % | L-Ungerija | 134 | 51 | 38,1 % | 46 | 34,3 % | Malta | 6 | 6 | 100.0 % | 6 | 100,0 % | L-Olanda | 1.750 | 891 | 50,9 % | 712 | 40,7 % | L-Awstrija | 172 | 70 | 40,7 % | 64 | 37,2 % | Il-Polonja | 397 | 258 | 65,0 % | 210 | 52,9 % | Il-Portugall | 193 | 172 | 89,1 % | 132 | 68,4 % | Is-Slovenja | 51 | 30 | 58,8 % | 25 | 49,0 % | Is-Slovakkja | 65 | 40 | 61,5 % | 33 | 50,8 % | Il-Finlandja | 0 | n.a. | n.a. | n.a. | n.a. % | L-Iżvezja | 17 | 11 | 64,7 % | 6 | 35,3 % | Ir-Renju Unit |211.822 |75.151 |35,5 % |58.229 |27,5 % | |Total EU |221.875 |81.925 |36,9 % |63.716 |28,7 % | |n.a. mhux applikabbli 6. IS-SANZJONIJIET DIFFERENTI Id-Direttiva ma tipprovdix sistema ta' sanzjonijiet għall-infrazzjonijiet stipulati. Is-sanzjonijiet huma stabbiliti mill-Istati Membri mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità tas-sewwieq jew tal-pajjiż ta' reġistrazzjoni jew tad-dħul fis-servizz tal-vettura kummerċjali. Id-Direttiva 2000/30/KE tawtoriżża lill-awtorità jew lill-ispettur li jwettaq il-kontroll tekniku fit-toroq, li jissospendi l-użu ta' vettura sakemm id-difetti perikolużi identifikati jiġu msewwija, jekk ikun ċar li l-vettura kummerċjali hija ta' riskju konsiderevoli għall-okkupanti u għall-utenti l-oħra tat-triq. Id-difetti serji ta' vettura kummerċjali li hija l-proprjetà ta' persuna li mhix residenti, speċjalment dawk id-difetti li jkunu l-kawża tas-sospensjoni mill-użu, għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' reġistrazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Stat Membru fejn ikun ġie identifikat difett serju fuq vettura kummerċjali li hija l-proprjetà ta' persuna li mhix residenti, jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' reġistrazzjoni biex jieħdu l-miżuri meħtieġa kontra l-persuna ħatja tal-ksur, pereżempju s-sottomissjoni tal-vettura għal spezzjoni teknika ulterjuri. 7. IL-KONKLUŻJONIJIET 1. L-obbligazzjonijiet relatati ma' l-istatistika u ma' l-informazzjoni stipulati bid-Direttiva 2000/30/KE, huma applikati b'mod skorrett mill-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri. - l-informazzjoni ma ntbagħtitx mill-Istati Membri kollha; - f'dawk il-każijiet fejn ġiet mibgħuta, ma kellhiex biżżejjed dettall li jippermetti evalwazzjoni b'ċerta reqqa ta' l-effikaċja tal-politiki Komunitarji fil-qasam tas-sigurtà stradali u l-ħarsien ta' l-ambjent. Il-Kummissjoni ser tressaq minnufih proċeduri ta' infrazzjoni kontra l-Istati Membri li naqsu mill-obbligazzjonijiet tagħhom taħt id-Direttiva 2000/30/KE, meta ma bagħtux jew bagħtu b'mod inkomplet l-informazzjoni rikjesta mid-Direttiva msemmija (Infrazzjonijiet 2007-2041 sa 2007-2045). 2. Id-Direttiva tipprovdi mudell għar-rapport individwali tal-kontroll tekniku fit-toroq. Jirriżulta mill-esperjenza miksuba li din il-formola mhux faċli li tiġi użata għat-trasmissjoni ta' l-istatistika lill-Kummissjoni permezz ta' mezzi elettroniċi. Id-Direttiva ma tistipulax il-format għat-trasmissjoni ta' l-istatistika u l-Istati Membri jibagħtu l-informazzjoni f'formati differenti ħafna li jagħmel diffiċli l-konsolidazzjoni tar-riżultati. Ikun aħjar jekk fil-ġejjieni, l-informazzjoni tintbagħat f'format li jkun jista' jiġi użat direttament b'mezzi elettroniċi. Dan jitlob li jiġi stabbilit format ta' skambju. Abbażi ta' l-esperjenza miksuba matul din l-ewwel sena, il-Kummissjoni tkun tista' tipproponi format komuni għall-komunikazzjoni ta' l-istatistika lill-Kummissjoni permezz ta' mezzi elettroniċi. Għalkemm id-Direttiva tirrikjedi li l-informazzjoni tkun mogħtija f'ċertu dettall (il-klassifikazzjoni tal-vetturi skond il-kategorija u l-pajjiż ta' reġistrazzjoni, dettalji dwar il-karatteristiċi kkontrollati u d-difetti identifikati abbażi ta' l-Anness I tad-Direttiva 2000/30/KE), l-informazzjoni mibgħuta hija ġenerika wisq u ma tippermettix l-analizi dettaljata. Is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jistiednu lill-"Kumitat għall-adattament għall-progress tekniku", inkarigat sabiex jassistiha fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/30/KE, biex ikunu jistgħu jinstabu soluzzjonijiet għad-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom l-Istati Membri b'mod kollettiv, għall-ġbir u għall-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni u l-istatistika dwar il-kontrolli tekniċi fit-toroq, inkluża l-possibbiltà ta' l-emenda tal-format tar-rapport tal-kontroll tekniku fit-toroq misjub fl-Anness I tad-Direttiva 2000/30/KE. Id-diverġenzi konsiderevoli fil-livelli tan-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti osservati mill-Istati Membri ma jistgħux jiġu mfissra mill-analiżi ta' l-informazzjoni mibgħuta. L-ispjegazzjoni għandha tiġi riċerkata ma' l-Istati Membri. 3. Ħafna mill-Istati Membri jikkontrollaw essenzjalment l-vetturi li huma reġistrati fit-territorju tagħhom. Il-proporzjon ta' vetturi mhux reġistrati fit-territorju tagħhom ivarja ħafna meta mqabbel mal-vetturi kollha kkontrollati mill-Istati Membri. Jeħtieġ li tinġibed l-attenzjoni ta' l-Istati Membri li l-kontrolli ta' vetturi li mhumiex irreġistrati fit-territorji tagħhom jgħinu fl-iżvilupp ta' l-aħjar prattiċi. Dan il-proporzjon għandu jkun kemm jista' jkun għoli meta mqabbel mat-traffiku stradali osservat. [1] Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE, tad-29 ta' April 1996 dwar dħul għall-impjieg ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq u operatur ta’ trasport ta’ passiġġieri bit-triq u r-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali intenzjonati li jiffaċilitaw għal dawn l-operaturi d-dritt tal-libertà li jistabbilixxu ħidmiet ta’ trasport nazzjonali jew internazzjonali; ĠU L 124, 23/05/1996 p.1 [2] Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 96/96/KE ta' l-20 ta' Diċembru 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-testijiet tal-kondizzjoni tajba tal-vetturi għas-sewqan u l-karrijiet tagħhom; ĠU Nru°L 046 tas-17/02/1997 p. 0001 – 0019. [3] Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2000/30/KE tas-6 ta' Ġunju 2000 dwar l-ispezzjoni teknika fil-ġenb tat-triq tal-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità. ĠU Nru°L 203 ta' l-10/08/2000 p. 0001 – 0008. [4] Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/26/KE tat-3 ta' April 2003 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/30/KE fir-rigward tal-limitaturi tal-veloċità u l-emissjonijiet ta' l-exhaust ta' vetturi kummerċjali; ĠU Nru°L 090 tat-8/04/2003 p. 0037 – 0040. [5] " South East International Pilot " immexxi mill- Vehicle and Operator Services Agency u l- Highway Agency fl-2005 u l-2006. Dan l-istudju pilota juri li 30,60% tal-vetturi kummerċjali li mhumiex Brittaniċi u 42,79% tat-trejlers li mhumiex Brittaniċi ma jikkonformawx, filwaqt li dawn il-livelli huma ta' 24,60% u ta' 30.10% għall-vetturi kummerċjali u għat-trejlers Brittaniċi.