This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007DC0125
Report from the Commission to the Council, the European Parliament and the European Economic and Social Committee - The Operation of Directive 98/34/EC from 2002 to 2005 {SEC(2007) 350}
Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat ekonomiku u soċjali ewropew - L-operat tad-direttiva 98/34/KE mill-2002 sa l-2005 {SEG(2007) 350}
Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat ekonomiku u soċjali ewropew - L-operat tad-direttiva 98/34/KE mill-2002 sa l-2005 {SEG(2007) 350}
/* KUMM/2007/0125 finali */
Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat ekonomiku u soċjali ewropew - L-operat tad-direttiva 98/34/KE mill-2002 sa l-2005 {SEG(2007) 350} /* KUMM/2007/0125 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 21.3.2007 KUMM(2007) 125 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW L-OPERAT TAD-DIRETTIVA 98/34/KE MILL-2002 SA L-2005 {SEG(2007) 350} WERREJ Sommarju eżekuttiv 3 PARTI I: STANDARDIZZAZZJONI 3 1. Introduzzjoni 3 2. Proċedura ta’ informazzjoni 4 2.1. Operat tal-proċedura 2002-2005 4 2.2. Konklużjoni 5 3. Mandati 5 3.1. Operat tal-proċess ta’ mandati 2002-2005 5 3.2. Xejriet fil-mandati 6 3.3. Konklużjoni 7 4. Oġġezzjonijiet formali 8 4.1. Operat tal-proċedura 2002-2005 8 4.2. Konklużjoni 8 PART II: REGOLAMENTI TEKNIĊI 9 1. Żviluppi 2002-2005 9 1.1. Kopertura ġeografika 9 1.2. Użu tal-proċedura fi ħdan il-kunċett ta’ “regolazzjoni aħjar” 10 1.3. Tisħiħ fil-proċeduri ta’ l-immaniġġjar 10 2. Applikazzjoni tal-proċedura ta’ notifika 11 2.1. Effettività: ħarsa ġenerali 11 2.2. Użu tal-proċedura ta’ urġenza 12 2.3. Segwitu għar-reazzjonijiet tal-Kummissjoni 12 2.4. Djalogu ma’ l-Istati Membri 13 2.5. Infrazzjonijiet kontra d-Direttiva 13 2.6. Konklużjoni 13 SOMMARJU EżEKUTTIV Dan ir-rapport janalizza l-applikar tal-proċeduri stipolati fid-Direttiva 98/34/KE[1] (“id-Direttiva”) għall-istandardizzazzjoni u regolamenti tekniċi mill-2002-2005. Ir-rapport jenfasizza l-kontribut importanti għall-istandardizzazzjoni u l-proċedura ta’ notifika sabiex jiffunzjona s-suq komuni billi jissaħħaħ l-ambjent nazzjonali regolatorju[2]. Il-parti ta’ standardizzazzjoni tikkonsisti minn proċedura ta’ informazzjoni dwar standards, rikjesti tal-Kummissjoni dwar Organizzazzjonijiet Ewropej ta’ l-Istandards għax-xogħol ta’ standardizzazzjoni (mandati) u oġġezzjonijiet formali kontra l-istandards. Kull waħda minn dawn l-attivitajiet dehret li hija element importanti fil-funzjonament tas-suq komuni. Il-proċedura ta’ informazzjoni wasslet għal trasparenza fl-istandardizzazzjoni fuq livell nazzjonali u b’hekk ukoll fuq livell Ewropew u inkuraġġiet il-Korpi Nazzjonali għall-Istandards sabiex ikomplu jieħdu inizjattivi fuq livell Ewropew biex b’hekk ippromwovew l-armonizzazzjoni Ewropea. Oġġezzjonijiet formali wasslu biex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaċċertaw li l-istandards jilħqu l-objettivi ta’ regolazzjoni meta wżati għall-għanijiet ta’ leġiżlazzjoni ta’ ‘Avviċinament Ġdid’. Il-mandati pprovdew il-mezzi li bihom ir-relazzjoni bejn is-servizzi tal-Komunità u min jagħmel l-istandards tiġi dditerminata; il-konnessjoni bejn il-livell politiku u l-espressjoni teknika. Fil-kamp tar-regolazzjonijiet teknikiċi, in-notifika lill-Kummissjoni tar-regolamenti nazzjonali tekniċi qabel l-adozzjoni tagħhom, fil-kamp tal-merkanzija kif ukoll fis-Servizzi tas-Soċjetà Informatika, dehru li huma effettivi bħala strument ta’ prevenzjoni ta’ l-ostakoli fil-kummerċ u tal-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u fost l-Istati Membri infushom. L-avviċinament preventiv u bbażat fuq id-djalogu ikkaratterizzat minn proċedura ta’ notifika kien ta’ użu partikolari fil-preparazzjoni tat-tkabbir tas-suq intern għall-10 Stati Membri ġodda fl-2004. Il-proċedura ta’ notifika kienet ukoll mezz importanti fl-igwidar ta’ l-attività regolatorja nazzjonali f’ċerti setturi emerġenti u fit-titjib tal-kwalità tar-regolamenti tekniċi nazzjonali - fit-termini ta’ trasparenza, leġġibbiltà u effettività msaħħa – fl-ambiti mhux armonizzati jew parzjalment armonizzati. Iċ-ċarezza msaħħa fil-qafas legali ta’ kull Stat Membru għinet lill-operaturi ekonomiċi sabiex ikollhom aċċess għas-suq u biex japplikaw faċilment ir-regolamenti ġodda. PARTI I: STANDARDIZZAZZJONI 1. INTRODUZZJONI Din is-sezzjoni tiddeskrivi l-parti ta’ istandardizzazzjoni[3] tad-Direttiva li tkopri tliet attivitajiet ewlenin, il-proċedura informattiva ta’ l-istandards, ir-rikjesti tal-Kummissjoni dwar l-Organizzazzjoni Ewropea ta’ l-Istandards (ESOs[4]) għal xogħol ta’ standardizzazzjoni (mandati[5]) u oġġezzjonijiet formali kontra l-istandards li jaqgħu taħt id-direttivi ta’ Avviċinment Ġdid[6], jagħti statistika għall-2002-2005 u jipprovdi analiżi tal-funzjonament ta’ din il-parti tad-Direttiva. 2. PROċEDURA TA’ INFORMAZZJONI Il-proċedura fil-kamp ta’ l-istandards hija mfassla għall-monitoraġġ ta’ l-attivitajiet ġodda ta’ standardizzazzjoni introdotti mill-Korpi Nazzjonali ta’ l-Istandardizzazzjoni (NSBs; kif rikonoxxuti skond id-Direttiva). Is-sistemi ġew imfassla l-iktar biex jippermettu lill-korpi l-oħrajn sabiex jikkumentaw, jipparteċipaw jew jitolbu biex tittieħed inizjattiva fuq livell Ewropew (ara Anness 1). 2.1. Operat tal-proċedura 2002-2005 Il-proċedura kompliet topera b’suċċess mill-2002 sa l-2005. Mir-rapporti ta’ kull sena pprovduti mis-CEN u s-CENELEC, huwa possibbli li wieħed jara li l-medja ta’ miżuri nazzjonali ta’ kull sena nnotifikati baqgħu jonqsu minn rapporti precedenti. Il-medja ta’ l-1995-1998 kienet ta’ 1922 kull sena u għall-1999-2001 kienet ta’ 1587 kull sena. Għal dan il-perjodu korrenti ta’ rappurtar il-medja annwali hija ta’ 1537 (Anness 2). Madanakollu, il-figuri għas-snin individwali għandhom jaffettwaw lill-membri ġodda tas-CEN u tas-CENELEC mill-10 ta’ l-UE. L-Anness 3 jagħti spjega tan-notifiki skond l-istat. It-tqassim settorjali (Anness 4) juri li huwa s-settur tal-kostruzzjoni fl-ambitu wiesa’ tiegħu li jiddomina n-notifiki nazzjonali, bl-istrutturi, l-bini u l-kostruzzjonijiet, l-istrutturi tal-konkos u tal-ħadid li kollha kemm huma jidhru fl-ewwel għaxar setturi għan-notifiki. Oqsma oħrajn li huma sinifikanti huma dawk tal-prodotti ta’ l-ikel u tal-kwalità ta’ l-ilma. L-informazzjoni disseminata skond il-proċedura tibqa’ twassal għal rikjesti għal iktar informazzjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni, kif ukoll kwestjonijiet li jirrigwardaw il-waqfiet (Artikolu 7) li huma kkawżati min-notifiki jew minn sorsi ohrajn. Minħabba t-tkabbir fl-1 ta’ Mejju 2004, l-NSBs ta’ l-għaxar Stati Membri saru membri b’mod sħiħ tas-CEN u tas-CENELEC u n-notifiki żdiedu b’mod gradwali matul il-perjodu tar-rappurtar (ara l-Anness 3). Mill-2003 sa l-2005 in-numru ta’ notifiki mill-15 fl-UE wera t-tendenza ta’ żieda. Aktar minn hekk l-10 ta’ l-UE ikkawżaw żieda oħra globali fil-figuri. Wara t-tkabbir, il-kontribut mill-Istati membri ġodda kien ta’ 15-20% tat-total ta’ l-inċentivi nazzjonali nnotifikati. Dawn l-Istati membri huma diġà qed japplikaw il-proċedura u jikkontribwixxu għax-xogħol nazzjonali ta’ standardizzazzjoni fl-Ewropa. Permezz ta’ l-ippubblikar ta’ l-inizjattivi nazzjonali ta’ l-istandardizzazzjoni, il-proċedura ta’ infurmar tinkuraġġixxi lill-imprendituri kollha biex jikkunsidraw il-possibiltajiet li jestendu x-xogħol fuq livell Ewropew. B’hekk, il-proċedura ta’ informazzjoni tinkuraġġixxi lill-NSBs biex iwasslu l-inizjattivi tagħhom għal-livell Ewropew, b’hekk jippromwovu s-suq komuni u l-armonizzazzjoni Ewropea. Fil-kamp ġdid ta’ servizzi ta’ standardizzazzjoni, in-numru ta’ inizjattivi nazzjonali nnotifikati huwa wieħed pjuttost għoli (għalkemm mhux fost l-ogħla għaxra f’sena). Dan wassal għall-eżaminazzjoni ta’ dawk l-oqsma mis-servizzi tal-Kummissjoni, per eżempju meta jippreparaw il-mandat ta’ l-istandards fuq call centres għall-konsumaturi lejn tmiem l-2005. Kien hemm diġà bosta inizjattivi identifikati fuq livell nazzjonali f’dan il-kamp u dawn ingħaqdu flimkien kemm hu possibbli meta ġie mfassal il-mandat. 2.2. Konklużjoni Numru ta’ inizjattivi nazzjonali nnotifikati skond il-proċedura ta’ informazzjoni għadu sinifikanti. Bħalma jsir fis-settur tas-servizzi, n-notifiki jistgħu jiġu ssorveljati biex jinkuraġġixxu x-xogħol ta’ standardizzazzjoni li għandu jitwassal fuq livell Ewropew fejn huwa possibbli, b’hekk tiġi inkuraġġuta l-armonizzazzjoni Ewropea. L-10 fl-UE diġà qed iwettqu r-rwol mistenni tagħhom fil-proċedura ta’ informazzjoni, għalhekk wieħed jista’ jbassar li s-sistema tista’ tiffunzjona tajjeb fil-futur. 3. MANDATI Il-mandati ta’ standardizzazzjoni huma mezz tal-Kummissjoni stabbilit sew għall-ksib ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi fl-appoġġ tal-leġiżlazzjoni u/jew politika Ewropea. Huma rikjesta lill-ESOs għal xogħol ta’ standardizzazzjoni u jipprovdu qafas ta’ referenza għal dan ix-xogħol (ara Anness 1). Huma indispensabbli fil-każ fejn l-istandards jappoġġaw leġiżlazzjoni, per eżempju fil-kuntest ta’ Direttivi ta’ Avviċinament Ġdid. 3.1. Operat tal-proċess ta’ mandati 2002-2005 Fil-perjodu ta’ rappurtar, total ta’ 55 mandat intbagħtu lill-ESOs, flimkien ma’ 10 mandati għal emendi fis-settur tal-kostruzzjoni miżjuda magħhom (ara Anness 5). Kif sar għal perjodi preċedenti ta’ rappurtar, numru kbir ta’ mandati kkonċernaw direttivi ta’ Avviċinament Ġdid (20, flimkien ma’ 10 emendi). Mill-mandati li nħarġu, 46 kienu mandati għall-istandardizzazzjoni, 8 kienu mandati għall-ipprogrammar u 1 kien mandat għal studju. Il-Kumitat Permanenti li twaqqaf skond l-Artikolu 5 (‘il-Kumitat’) ġie kkonsultat darbtejn dwar standards skond id-Direttiva tas-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti (2001/95/KE) mingħajr mandat, li r-referenzi għalih għandhom jiġu ppubblkati fil-ĠU biex jagħtu konformità preżunta ma’ dik id-Direttiva. Il-proċess tal-mandat huwa issa stabbilit sew u jiffunzjona b’mod tajjeb. Il-konsultazzjoni informali li ssir qabel ma jiġu ċċirkolati d-dokumenti lill-membri tal-Kumitat tfisser li mandat ikollu normalment ftehim ta’ kunsens qabel ma tibda l-konsultazzjoni formali. L-imprendituri Ewropej fl-istandardizzazzjoni ANEC (L-assoċjazzjoni Ewropea għall-koordinazzjoni tar-rappreżentanza tal-konsumatur fl-istandardizzazzjoni), ECOS (L-Organizzazzjoni Ewropea għaċ-Ċittadini fl-Istandardizzazzjoni fl-Ambjent), NORMAPME (L-Uffiċju Ewropew tas-Snajja u ta’ l-Impriżi Żgħar u Medji għall-Istandardizzazzjoni) u l-ETUI-REHS (L-Istitut Ewropew ta’ l-Għaqdiet Kummerċjali – Riċerka, Edukazzjoni, Saħħa u Sigurtà) ġew kollha integrati sew fil-proċess sa tmiem il-perjodu ta’ rappurtar. Dan iwassal għal iktar trasparenza fil-konsultazzjoni informali. Database tal-mandati Sabiex tissaħħaħ iktar it-trasparenza, DĠ ENTR żviluppa database tal-mandati. Dan jinkludi fih mandati bin-numri tas-serje M/xxx. Din id- database saret aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta’ l-internet fl-2005 fuq: http://ec.europa.eu/enterprise/standards_policy/mandates/index.htm Il-prattika li jsir segwitu ta’ kull konsultazzjoni dwar mandati lill-Kumitat permezz ta’ lista aġġornata kompliet matul il-periodu. Il-progress tax-xogħol immandat huwa l-segwitu mis-servizzi setturali tal-Kummissjoni. F’ċerti każi, l-ESOs jitolbu l-iffinanzjar tax-xogħol immandat u jistgħi jingħataw sovvenzjonijiet skond il-projorità tax-xogħol u l-valutazzjonijiet xierqa. 3.2. Xejriet fil-mandati In-numru tal-mandati li nħarġu jidher li kellu tendenza li jiżdied. Il-materja tas-suġġett għall-mandati tkompli tikber. Filwaqt li ħafna minnhom għadhom jinħarġu għal direttivi ta’ Avviċinament Ġdid, il-perċentwal waqa’ f’terminu relattiv mill-aħħar perjodu tar-rappurtar, minn 57% sa 36%. Il-mandati f’oqsma politiċi oħrajn baqgħu ta’ importanza (ara Anness 6), partikolarment l-ambjent fejn 12-il mandat inħarġu, kif ukoll it-trasport (5) u l-protezzjoni tal-konsumatur (4). Mandati b’appoġġ għal-leġiżlazzjoni u politika ambjentali Għoxrin fil-mija tal-mandati li nħarġu fl-2002-2005 kkonċernaw l-ambjent. Mill- biowaste u bijofjuwils, l-iskart minn apparat elettroniku għal prodotti li jikkonsumaw l-enerġija, dan juri r-rwol li l-Kummissjoni temmen li l-istandards jistgħu ikollhom parti f’dan il-kamp politiku importanti. Dan ġie enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kumissjoni dwar l-integrazzjoni ta’ l-aspetti ambjentali fl-istandardizzazzjoni Ewropea (COM (2004) 130 finali), li tat importanza lir-rwol fejn l-istandardizzazzjoni tista’ twettaq parti fit-tisħiħ tal-politika tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli. Matul il-perjodu ta’ rappurtar, il-mandati nħarrġu b’appoġġ għal ambitu wiesa’ ta’ leġiżlazzjoni. Dan jinkludi l-leġiżlazzjoni ta’ l-ajru komuni Ewropew, tal-kożmetiċi, l-unitajiet ta’ tagħbija u toroq bil-ħlas intermodali, sistemi ta’ ferroviji konvenzjonali, oġġetti ta’ l-ikel, għalf għall-bhejjem u sigurtà ġenerali tal-prodotti, kif ukoll l-ambjent. In-numu tal-mandati li jappoġġa l-leġiżlazzjoni ’l barra mill-Avviċinament il-Ġdid (ara Anness 5) huwa kbir ferm (madwar 50% b’kollox) u jidher li dan il-mudell ko-regolatorju ġie adottat f’ambitu wiesa’ tas-servizzi tal-Kummissjoni. Il-kopertura leġiżlattiva estensiva turi l-impenn lejn il-mudell ko-regolatorju pprovdut lejn l-istandardizzazzjoni. L-użu ta’ tali mudell jinkuraġġixxi avviċinament regolatorju li ma jtaqqalx l- acquis għal xejn b’regoli li huma dettaljati wisq billi jħallu għall-industrija u għall-partijiet interessati il-ħidma li jiżviluppaw standards li jistgħu jagħtu impressjoni teknika dwar il-leġiżlazzjoni, b’hekk jiġu segwiti l-prinċipji ta’ regolazzjoni aħjar . Il-mandati ntużaw iktar b’appoġġ għall-oqsma ġodda tal-politika Ewropea. L-eżempji jinkludu l-mandat ta’ studju dwar iċ-ċelluli kombustibbli ta’ l-idroġenu, il-mandati ta’ l-ipprogrammar dwar riskji kriminali fil-prodotti u fis-servizzi u l-mandati ta’ l-istandardizzazzjoni dwar l-arkivjar fuq films. Il-mandat inħareġ għall-ewwel darba fl-2003 għall-istandardizzazzjoni fis-settur tas-servizzi. Dan ġie segwit minn żewġ mandati oħrajn fl-2005, u b’ieħor li ġie kkonsultat fil-laqgħa tal-Kumitat fl-aħħar tal-perjodu tar-rappurtar. Dan huwa kamp ta’ tkabbir ġdid għall-istandardizzazzjoni nazzjonali, Ewropea u dik internazzjonali. Il-proċess tal-mandati hawnhekk jingħaqad mal-proċedura ta’ informazzjoni, minħabba li l-inizjattiva fuq l-istandardizzazzjoni tas-servizzi fuq livell nazzjonali ġiet eżaminata fit-tfassil tal-mandat dwar ċentri ta’ kuntatt tal-konsumatur (ara punt 2.1 hawn fuq). Dawn it-tendenzi għall-użu tal-mandati b’appoġġ għal-leġiżlazzjoni ’l barra mill-Avviċinament Ġdid fl-oqsma l-ġodda tal-politika jirriflettu s-sitwazzjoni li l-istandardizzazzjoni Ewropea qed tintuża iktar b’appoġġ għall-politika ta’ regolamentazzjoni imsaħħa tal-Kummissjoni. Dan ġie rikonxxut, kif ukoll inkuraġġat mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-2004 dwar ‘Ir-rwol ta’ l-istandardizzazzjoni Ewopea fil-qafas tal-politiki u leġiżlazzjoni Ewropej’.[7] 3.3. Konklużjoni Il-proċedura tal-mandati hija stabbilita sew, iżda għandha tingħata attenzjoni għall-aċċertament li din tkompli topera mingħajr tfixkil. Għal dan l-għan, il-konsultazzjoni informali tal-partijiet interessati qabel il-kosultazzjoni tal-Kumitat hija essenzjali u għandha tiġi rrinfurzata. Għat-tisħiħ tat-trasparenza fil-funzjonament tal-Kumitat, is-servizzi tal-Kummissjoni qed jikkunsidraw ukoll b’mod attiv il-possibbiltà li jistiednu lill-imprendituri ewlenin ta’ standardizzazzjoni Ewropea, ANEC, ECOS, ETUI-REHS u NORMAPME, sabiex jipparteċipaw fil-laqgħa iktar numeruża tagħha. Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza il-konsultazzjonijiet permezz ta’ proċeduri bil-miktub għandhom jinfetħu sabiex il-membri kollha tal-Kumitat ikunu jistgħu jaraw il-kummenti ta’ l-oħrajn, sabiex din konsultazzjoni ta’ din ix-xorta tkun simili għal konsultazzjoni li tkun saret matul il-laqgħa tal-Kumitat. Il-proċess tal-mandati deher li huwa strumentali fit-tkabbir tar-rwol ta’ l-istandardizzazzjoni fl-oqsma l-ġodda tal-leġiżlazzjoni u l-politika ta’ l-UE. Dan jirrifletti wkoll il-fatt li numru ta’ atti leġiżlattivi ġodda ta’ l-UE jirreferu għad-Direttiva. Vademecum ta’ standardizzazzjoni Ewropea Il-proċedura ta’ kif jintużaw il-mandati, l-oġġezzjonijiet formali kontra l-istandrds armonizzati u l-pubblikazzjoni tar-referenzi ta’ l-istandards armonizzati huma kollha miġburin fil- Vademecum ta’ standardizzazzjoni Ewropea, flimkien ma’ numru ta’ dokumenti rilevanti oħrajn. Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Kumitat u l-partijiet interessati l-oħrajn dwar il- Vademecum qabel il-pubblikazzjoni tiegħu. Il- Vademecum huwa ppubblikat fuq il-portal Europa: http://ec.europa.eu/enterprise/standards_policy/vademecum/index.htm 4. OġġEZZJONIJIET FORMALI Id-direttivi ta’ Avviċinament Ġdid jinkludu salvagwardji fil-każ li standard armonizzat ma jippermettix li prodotti jikkonformaw mal-kondizzjonijiet essenzjali tad-direttivi kkonċernati. Meta jseħħu tali sitwazzjonijiet, l-Istati Membri jew il-Kummissjoni jistgħu jintroduċu oġġezzjoni formali għall-istandard in kwestjoni li l-Kumitat jiġi kkonsultat dwaru (ara Anness 1 għad-dettalji tal-proċedura). 4.1. Operat tal-proċedura 2002-2005 In-numru ta’ oġġezzjonijiet li wasslu għad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni matul il-perjodu ta’ rappurtar kien baxx. (8). F’ 5 każi id-Deċiżjoni kienet li tinżamm il-preżunzjoni ta’ konformità; fi 3 każi din ġiet irtirata b’mod sħiħ jew parzjalment (ara Anness 7). Madanakollu, meta tiġi kkunsidrata n-notifika ta’ oġġezzjonijiet ġodda, in-numru formali ta’ oġġezzjonijiet qed jiżdied. L-oqsma ewlenin huma parti mid-direttivi dwar makkinarji, ġugarelli, prodotti tal-kostruzzjoni u apparat mediku. F’numru ta’ każi, il-problemi tal-kompatibbiltà ta’ l-istandards ġew diskussi fil-Kumitat u wasslu għal rikjesti għall-emendi ta’ armonizzazzjoni ta’ l-istandards mingħajr il-ħtieġa ta’ oġġezzjoni formali. 4.2. Konklużjoni Minkejja li l-proċess ta’ riċeviment ta’ l-oġġezzjoni fil-ħruġ tad-Deċiżjoni huwa pjuttost twil, il-proċedura ġeneralment ħadmet b’mod tajjeb. B’mod simili għal tal-mandati, u għall-finijiet tat-trasparenza, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjonijiet formali dwar oġġezzjonijiet pubbliċi b’mod konsolidat, u b’hekk ikun hemm disponibbli tabella ta’ l-azzjonijiet fir-rigward ta’ l-oġġezzjonijiet formali għall-Kumitat f’kull waħda mil-laqgħat. PART II: REGOLAMENTI TEKNIĊI 1. ŻVILUPPI 2002-2005 Il-proċedura ta’ notifika għar-regolamenti tekniċi (“il-proċedura”) tippermetti l-Kummissjoni u l-Istati Membri ta’ l-UE li jeżaminaw b’mod preventiv ir-regolamenti tekniċi li l-Istati Membri huma intenzjonati li jintroduċu għall-prodotti (industrijali, agrikoli u tas-sajd) u għas-servizzi tas-Soċjetà Informatika (ara Anness 8). Din tapplika b’mod simplifikat għall-Istati Membri ta’ l-EFTA li huma firmatarji għall-Ftehim dar iż-Żona Ekonomika Ewropea u għall-Iżvizzera u t-Turkija (ara Anness 12). Il-benefiċċji ewlenin tal-proċedura - Din tippermetti li jiġu mmarkati qabel ma jista’ jwasslu għal effetti negattivi, b’hekk jevitaw proċeduri ta’ infrazzjoni twal u b’ħafna spejjeż. - Tippermetti li l-Istati Membri jaċċertaw ċertu grad ta’ kompatibbiltà ta’ l-abbozzi nnotifikati mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, inklużi d-direttivi. - Il-parteċipazzjoni attiva ta’ l-Istati Membri fl-assessjar ta’ l-abbozzi nnotifikati wasslet, fiż-żmien, għall-istabbiliment ta’ djalogu effettiv bejniethom u l-Kummissjoni. - Il-partijiet interessati kollha, inklużi l-konsumaturi, huma infurmati fiż-żmien xieraq dwar l-inizjattivi regolatorji nazzjonali u l-operaturi ekomoniċi jistgħu jadottaw l-inizjattivi tagħhom fi żmien xieraq għar-regolamenti tekniċi fil-ġejjieni. 1.1. Kopertura ġeografika Il-proċedura għamlet kontribuzzjoni importanti għall-aċċertament tar-rispett tar-regoli tas-suq intern matul it-tkabbir ta’ l-UE. Id-djalogu stabbilit mill-2002 mal-pajjiżi applikanti wassal għall-introduzzjoni tal-proċedura simplifikata b’hekk ingħatat is-setgħa ta’ kapaċità amministrattiva lil dawn il-pajjiżi, l-istruttura teknika u l-għerf meħtieġ għall-applikar tad-Direttiva anke qabel id-data ta’ adeżjoni (ara Anness 10). Aktar minn hekk, ghall-aċċertament tad-Direttiva li tiġi trasposta korrettament, ġew organizzati seminars f’xi wħud minn dawn il-pajjiżi għall-istudju tal-proċedura biex jiġu diskussi l-miżuri li huma diġà fis-seħħ mill-awtoritajiet nazzjonali. Mill-1 ta’ Mejju 2004, l-Istati Membri ġodda kollha kienu kapaċi li japplikaw il-proċedura u t-traduzzjonijiet ta’ l-abbozzi nnotifikati kienu disponibbli f’20 lingwa uffiċjali ta’ l-UE. Is-suċċess ta’ l-inizjattiva jidher f’numru ta’ notifiki mill-10 Stati Membri ġodda. 64 bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u l-31 ta’ Diċembru 2004 u 196 fl-2005 (26.5% tan-numru totali ta’ notifiki mill-25 Stat Membru). 1.2. Użu tal-proċedura fi ħdan il-kunċett ta’ “regolazzjoni aħjar” Wara l-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni għas-simplifikazzjoni u t-tisħiħ ta’ l-ambjent regolatorju[8] ħafna inizjattivi assorbixxew il-qafas tal-proċedura tan-notifika matul il-periodu tar-rappurtar. Għall-aċċertament li l-informazzjoni komprensibbli tkun disponibbli meta l-abbozzi nnotifikati jiġu eżaminati u għall-faċilitazzjoni tal-konoxxenza u tal-valutazzjoni tagħha, l-Istati Membri ġew mistiedna li jressqu l-istudji ta’ l-impatt (jew konklużjonijet tagħhom) flimkien ma’ abbozzi nnotifikati, fejn tali studji jkunu nġiebu fis-seħħ. L-analiżi ta’ dawn l-istudji ta’ impatt tinkuraġġixxi wkoll l-Istati Membri sabiex jirriflettu bil-quddiem dwar l-istrument l-iktar approprjat li għandu jintuża. Il-Kummissjoni intensifikat ukoll l-isforzi tagħha skond prinċipji ġodda ta’ regolamenti għall-aċċertament taċ-ċarezza u l-konsistenza ta’ l-abbozzi nnotifikati u għall-identifikazzjoni ta’ kull proċeduri tedjanti li huma kumplessi għal xejn li għandhom jiġu ssimplifikati biex jgħinu l-operaturi ekonomiċi filwaqt li jiggarantixxu livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika, għall-konsumaturi u għall-ambjent. L-awtoritajiet nazzjonali ġew inkuraġġuti biex jikkunsidraw l-aspetti li ġejjin, partikolarment: - il-kliem li jintuża biex jinkitbu l-abbozzi - il-possibbiltà ta’ aċċess għar-regolamenti f’settur partikolari permezz tal-pubblikazzjoni ta’ varji testi kkonsolidati - l-identifikazzjoni tal-proċeduri li jimponu piżijiet amministrattivi tedjanti u kumplessi mingħajr raġuni fuq l-operaturi ekonomiċi, partikolarment meta prodott jitqiegħed fis-suq jew fir-regolazzjoni ta’ l-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet on-line . 1.3. Tisħiħ fil-proċeduri ta’ l-immaniġġjar Il-Kummissjoni wettqet kampanji varji matul l-2002-2005 biex issaħħaħ it-trasparenza u d-djalogu ma’ l-awtoritajiet nazzjonali. L-ewwel, l-operat tad- database TRIS (“ Sistema ta’ Informazjoni ta’ Regolamenti Tekniċi ”) issaħħet sabiex, mill-2002, id-dokumenti kollha inbagħtu elettronikament b’format standardizzat. It-tieni, l-Istati Membri għandhom isemmu fil-messaġġ ta’ notifika kull studju ta’ impatt li jkun sar (ara paragrafu 1.2 hawn fuq). Finalment, huma mitluba wkoll li jindikaw jekk l-abbozzi tagħhom jistgħux jaffettwaw il-kummerċ internazzjonali u b’hekk għandhom jiġu nnotifkati skond il-Ftehim tad-WHO TBT u/jew l-SPS. L-informazzjoni tippermetti l-Kummissjoni li tagħqad flimkien lill-Komunità u d-dimensjonijiet internazzjonali ta’ l-abbozzi nnotifikati, biex jassessjaw l-implikazzjonijiet tagħhom u jiddefendu l-interessi ta’ l-industrija Ewropea fi ħdan id-WTO b’mod iktar effettiv. Il-Kummissjoni taċċerta l-aċċess pubbliku għall-abbozzi nnotifikati, f’20 lingwa uffiċjali ta’ l-UE, u għall-informazzjoni essenzjali dwar kondotta tal-proċedura permezz tal-portal http://ec.europa.eu/enterprise/tris. Tkabbir kostanti tan-numru ta’ konsultazzjonijiet on-line ġie osservat: in-numru ta’ kull xahar ta’ riċerki żdied minn 4 459 fl-2003 għal 11 109 fl-2005 (ara Anness 13). Sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jirrispondu b’mod effettiv lill-awtoritajiet kompetenti, ġiet introdotta sistema ta’ mailing list fl-2003. Skond reġistrazzjoni sempliċi on-line , abbozzi ta’ regolamenti innotifikati mill-Istati Membri, fl-oqsma rispettivi ta’ interess, jintbagħtu elettronikament permezz ta’ l- email . In-numru ta’ reġistrazzjonijiet żdied (420 abbonat fl-aħħar ta’ l-2003 u 1 300 fl-aħħar ta’ l-2005). 2. APPLIKAZZJONI TAL-PROċEDURA TA’ NOTIFIKA 2.1. Effettività: ħarsa ġenerali ► Volum ta’ notifiki u setturi nvoluti Bejn l-2002 u l-2004 (EU-15) in-numru totali ta’ abbozzi nnotifikati waqa’ ftit meta mqabbel mal-perjodu preċedenti (1 487 kontra 1 872 bejn l-1999 u l-2001) – madwar 500 notifika kull sena. It-tkabbir (EU-25) ikkontribwixxa fiż-żieda tan-numru tan-notifiki sa 739 fl-2005. Wieħed mill-fatturi li jispjegaw in-numru għoli ta’ abbozzi nnotifikati mill-Istati Membri huwa l-effett ta’ każistika fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-sentenza tas-“CIA Security International”[9] , l-iktar in-non-infurzabbiltà kontra l-partijiet terzi ta’ regolamenti tekniċi li mhux innotifikati minn qabel lill-Kummissjoni (għal każistika reċenti ara Anness 9). Kif sar fil-passat, l-oġġetti ta’ l-ikel u l-prodotti agrikoli huwa s-settur li għandu l-ogħla numru ta’ notifiki matul il-perjodu tar-rappurtar. Is-suġġetti koperti inkludew it-tikkettjar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel, is-supplimenti ta’ l-ikel, ir-rintraċċabbiltà u l-oriġini tal-prodotti kif ukoll il-miżuri ta’ koeżistenza tal-GMOs bi ħxejjex konvenzjonali u organiċi. In-notifiki żdiedu b’mod sinifikanti fit- telekomunikazzjoni , fit- trasport , fil- kostruzzjoni , u b’mod partikoalri fl-2005, is-setturi ta’ l- enerġija u l- inġinerija mekkanika . fil-kamp tas-servizzi tas- Soċjetà Informatika , in-notifiki koprew l-iktar l-iffirmar elettroniku, il-kummerċ elettroniku u l-ismijiet tad-dominji (ara Annessi 11.1 sa 11.3). ► Kwestjonijiet eżaminati Fl-oqsma mhux armonizzati li huma soġġetti għall-konformità ma’ l-Artikoli 28 sa 30 (il-moviment ħieles tal-merkanzija) u 43 u 49 (id-dritt ta’ stabbiliment u libertà ta’ proviżjoni tas-servizzi) tat-Trattat KE, ir-reazzjonijiet tal-Kummissjoni kienu intenzjonati li javżaw l-Istati Membri dwar l-ostakli potenzjali fil-kummerċ li jista’ jinħoloq kaġun ta’ miżura sproporzjonata mingħajr raġuni meta mqabbla ma’ l-objettiv mixtieq. Aktar minn hekk, il-Kummissjoni stiednet l-Istati Membri sabiex jinkludu klawżola ta’ rikonoxximent reċiproku f’kull abbozz ta’ regolament tekniku wara l-komunikazzjoni interpretattiva tiegħu flimkien mal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku fis-settur pubbliku[10]. Fl-oqsma armonizzati , ir-reazzjonijiet kienu intenzjonati li jaċċertaw li l-miżuri nazzjonali li jmorru lilhinn mit-traspożizzjoni sempliċi tad-direttivi kienu ġġustifikati u kompatibbli mal-liġi Komunitarja. - Mill-2004, ħafna Stati Membri nnotifikaw abbozzi dwar il-koeżistenza ta’ ħxejjex li huma mmodifikati ġenetikament ma’ ħxejjex konvenzjonali u organiċi u fuq il-kontroll ta’ kontaminazzjoni aċċidentali minn GMOs . Meta analizzati fid-dawl tad-Direttiva 2001/18/KE (ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent tal-GMOs) dawn it-testi pprovdew eżempji ta’ soluzzjonijiet regolatorji għall-Istati Membri l-oħrajn. - Fl-2004, ħafna abbozzi mmiraw lejn l-introduzzjoni ta’ mirja li juru lura tal-vetturi bil-magna għat-trakkijiet wrew il-ħtieġa li jinġiebu fis-seħħ malajr ir-regoli komuni f’kamp li huwa diġà armonizzat fuq livell Komunitarju mid-Direttiva 2003/97/KE. - Dan huwa veru wkoll għall-abbozzi dwar sustanzi li ntużaw bħala ingredjenti fis-supplimenti ta’ l-ikel li huma parzjalment armonizzat fuq livell Komunitarju. - Analiżi ta’ l-attività regolatorja intensa fuq livell nazzjonali fis-settur tal-logħob ta’ l-azzard , fejn hemm regoli komuni, enfasizzat aspetti ta’ moviment ħieles fi ħdan is-suq intern u l-politika pubblika nazzjonali. - Mill-2003 kien hemm ukoll ħafna notifiki dwar interfaces tar-radju, settur fejn l-iżvilupp rapidu teknoloġiku rriżulta f’regolamenti nazzjonali komplessi li huwa probabbli li jwasslu għal ostakoli fi ħdan is-suq intern. ► Reazzjonijiet Il-Kummissjoni ħarġet 293 opinjoni fid-dettall, li jirrappreżentaw 12.7% tan-numru totali ta’ l-abbozzi nnotifikati matul il-perjodu ta’ rappurtar (2 290). Fil-perjodu ta’ l-1999-2001 il-figura kienet 8.2%. Min-naħa tagħhom l-Istati Membri ħarġu 275 opinjoni fid-dettall. Minn 1 563 kumment, 802 saru mill-Kummissjoni u 761 mill-Istati Membri (ara Anness 11.4 u 11.6). Fi 22 każ il-Kummissjoni stiednet l-Istati Membri kkonċernati li jipposponu l-adozzjoni tar-regolamenti nnotifikati b’sena mid-data ta’ riċeviment, sabiex ma jikkompromettux ix-xogħol ta’ l-armonizzazzjoni Komunitarja li jkun qed isir f’dak il-kamp (ara l-Anness 11.5). 2.2. Użu tal-proċedura ta’ urġenza Minn total ta’ 2 290 notifika, l-Istati Membri għamlu 99 rikjesta biex japplikaw il-proċedura ta’ urġenza fuq abbozzi nnotifikati. Il-Kummissjoni kkonfermat l-interpretazzjoni stretta tagħha tal-kondizzjonijiet eċċezzjonali meħtieġa, l-iktar iċ-ċirkostanzi serji u mhux prevedibbli li jirrigwardaw partikolarment il-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza. B’riżultat ta’ dan, l-użu ta’ proċedura ta’ urġenza kienet irrifjutat meta l-ġustifikazzjoni pprovduta kienet ibbażata purament fuq kriterji ekonomiċi jew li saret kaġun minn attentat li jkun hemm rkuprar fid-dewmien amminstrattiv nazzjonali. Il-proċedura ta’ urġenza kienet meqjusa bħala ġġustifikata f’49 każ (ara Anness 11.7). 2.3. Segwitu għar-reazzjonijiet tal-Kummissjoni Dan huwa l-indikatur ewlieni fl-assessjar ta’ l-impenn ta’ l-Istati Membri għall-konformità ma’ l-obbligi tagħhom skond il-proċedura. Fl-2002-2005, il-proporzjon tan-numru ta’ risposti li ngħataw mill-Istati Membri u l-volum ta’ l-opinjonijiet dettalljati li nħarġu mill-Kummissjoni kienu sodisfaċenti (medja ta’ 84.7% matul il-perjodu) u gradwalment issaħħaħ (78.5% fl-2002 u saħħaħ sa 87% fl-2005). Ir-rispons kien l-iktar wieħed sodisfaċenti (medja ta’ 60.6% matul il-perjodu). Id-djalogu li baqa’ sejjer bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri involuti kkontribwixxa għal dan billi ppermetta li ħafna każi jiġu risolti fi żmien sena tan-notifika (ara Anness 11.8). 2.4. Djalogu ma’ l-Istati Membri Il-laqgħat regolari tal-Kumitat wasslu li l-opinjonijiet jiġu skambjati fuq punti ta’ interess ġenerali kif ukoll fuq aspetti speċifiċi tal-proċedura. Bejn l-2003 u l-adeżjoni, l-10 Stati membri ġodda pparteċipaw fix-xogħol tal-Kumitat bħala osservaturi. Id-diskussjonijiet ikkonċernaw partikolarment it-tkabbir fl-1 ta’ Mejju 2004, l-estensjoni possibbli tad-Direttiva għas-servizzi li mhumiex servizzi ta’ Soċjeta ta’ l-Informazzjoni, l-aċċess pubbliku għad-dokumenti li jirrigwardaw il-proċedura 98/34 wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament (KE) Nru 1049/2001, l-istudji ta’ l-impatt għall-abbozzi nnotifikati u t-tlaqqigħ bejn il-proċeduri u l-proċeduri tan-notifiki Komunitarji oħrajn (" one-stop shop "). “Il- package meetings ” u s-seminars saru wkoll fl-Istati Membri, b’hekk ippermettew id-djalogi dirett bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali involuti fil-proċedura. Fl-2005, konferenza involviet madwar 200 parteċipant mill-Istati Membri u mill-industrija Ewropea pprovdew opportuntà li jsibu x’inhuma l-aspettattivi ta’ dawk involuti fil-proċedura u biex jiddiskutu t-tisħiħ fl-effettività. 2.5. Infrazzjonijiet kontra d-Direttiva Il-proċeduri ta’ l-infrazzjoni (Artikolu 226 tat-Trattat KE) li nġiebu kontra l-Istati Membri kienu relatati mal-ksur ta’ l-obbligi tagħhom li jinnotifikaw ir-regolamenti tekniċi fi stadju ta’ abbozzar, fi qbil mad-Direttiva. In-numru ta’ dawn il-proċedimenti baqa’ baxx matul il-perjodu in kwestjoni: tlieta fl-2002, tlieta fl-2003, tnejn fl-2004 u erbgħa fl-2005. l-eżitu tal-proċedimenti ta’ infrazzjoni kien li jaċċerta r-revoka tar-regolamenti nazzjonali mhux innotifikati mill-Istati Membri. Dawn il-proċedimenti kollha ngħalqu. 2.6. Konklużjoni Bejn l-2002 u l-2005, l-utilità tal-proċedura ġiet ikkonfermata b’mod sħiħ fit-termin ta’ l-effettività, it-trasparenza u l-kooperazzjoni amministrattiva. Aktar minn hekk, in-numru għoli ta’ regolamenti tekniċi nnotifikati mill-Istati Membri fi qbil mad-Direttiva jikkontribwixxu li tiġi aċċertata applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjonijeit Komunitarji permezz ta’ avviċinament preventiv. L-avviċinament ta’ networking u l-grad għoli ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri aċċertaw ukoll li l-attivitajiet regolatorji nazzjonali jkunu saru mingħajr ma joħolqu ostakli tekniċi għall-kummerċ u li l-armonizzazzjoni Komunitarja tkun saret fejn hija meħtieġa, bi qbil strett mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà. Fl-istess ħin, f’ċerti oqsma fejn il-miżuri ta’ l-armonizzazzjoni jeżistu diġà, il-proċedura ppermettiet il-ħtieġa ta’ supplimentazzjoni jew ta’ rinfurzar ta’ dawk osservati. Ix-xogħol intensiv li sar għall-aċċertament li l-10 pajjiżi applikanti jikkonformaw ma’ l-obbligi li jinħolqu mid-Direttiva meta ssir l-adeżjoni tagħhom fl-UE għin li jiġi żgurat l-operat korrett tagħhom ta’ suq intern imkabbar. L-estensjoni tad-dimensjoni tal-politika ta’ l-impriżi tibqa’ prijorità fl-applikazzjoni tal-proċedura. L-abbozzi nnotifikati huma diġà disponibbli elettronikament, mingħajr ħlas u fil-lingwi uffiċjali kollha ta’ l-UE. L-isforzi għandhom ikomplu jipprovdu lill-operaturi ekonomiċi bil-qafas legali li huwa ċar kemm jista’ jkun mingħajr ebda eċċessi regolatorji. [1] Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta' l-Informatika (ĠU L 204, 21.7.1998, p.37), kif emendat mid-Direttiva 98/48/KE (ĠU L 217, 05.08.1998). [2] Ara l-pjan ta’ Azzjoni għat-tisħiħ ta’ l-ambjent regolatorju, COM(2002) 278 finali. Ara wkoll Regolamentazzjoni aħjar għat-Tkabbir u l-Impiegi fl-Unjoni Ewropea, COM(2005) 97 finali. [3] Għal iktar informazzjoni dwar politika ta’ standardizzazzjoni Ewropea ara: http://ec.europa.eu/enterprise/standards_policy/index_en.htm [4] EN (il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni), is-CENELEC (Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika) u l-ETSI (L-Istitut Ewropew ta’ l-Istandards fit-Telekomunikazzjoni). [5] Mandati huma rikjesti li jirrappreżentaw stedina lill-ESOs li jistgħu jiġu aċċettati skond ċerti kondizzjonijiet [6] Għad-Direttivi skond l-Avviċinament Ġdid ara [7] COM(2004) 674 finali, 18.10.2004. [8] Ara supra , nota f’qiegħ il-paġna 2. [9] Każ C-194/94 CIA Security International SA v Signalson SA and Securitel SPRL [1996] ECR I-2201. [10] Il-faċilitazzjoni ta’ l-aċċess għall-prodotti fis-swieq ta’ l-Istati Membri: l-applikazzjoni prattika tar-rikonoxximent reċiproku (2003/C265/02), ĠU C 265/2, 04.11.2003.