Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007DC0082

Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill - Proċedura ta' l-antidumping li tirrigwarda importazzjonijiet ta' pentaerythritol li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Russja, it-Turkija, l-Ukraina u l-Istati Uniti ta' l-Amerika

/* KUMM/2007/0082 finali */

52007DC0082

Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill - Proċedura ta' l-antidumping li tirrigwarda importazzjonijiet ta' pentaerythritol li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Russja, it-Turkija, l-Ukraina u l-Istati Uniti ta' l-Amerika /* KUMM/2007/0082 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 5.3.2007

KUMM(2007) 82 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

Proċedura ta' l-antidumping li tirrigwarda importazzjonijiet ta' pentaerythritol li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Russja, it-Turkija, l-Ukraina u l-Istati Uniti ta' l-Amerika

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

Proċedura ta' l- antidumping li tirrigwarda importazzjonijiet ta' pentaerythritol li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Russja, it-Turkija, l-Ukraina u l-Istati Uniti ta' l-Amerika

Dan ir-rapport sar skond l-Artikolu 9.2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 56, 6.3.1996,p.1).

L-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament jistipula dan li ġej:

"Terminazzjoni mingħajr miżuri; impożizzjoni ta' dazji definittivi

1. Meta l-ilment jiġi rtirat, il-proċediment jista' jiġi mitmum ħlief jekk din it-terminazzjoni ma tkunx fl-interess tal-Komunità.

2. Meta, wara konsultazzjoni, ma jkunux meħtieġa miżuri protettivi u ma jkun hemm ebda oġġezzjoni mqajma fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv, l-investigazzjoni jew il-proċedura għandha tiġu mitmuma. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-Kummissjoni għandha tippreżenta mingħajr dewmien lill-Kunsill rapport dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni, flimkien ma' proposta sabiex il-proċediment jiġi mitmum. Il-proċediment għandu jitqies bħala mitmum jekk, fi żmien xahar, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, ma jkunx iddeċieda mod ieħor". (enfażi miżjuda).

Wara konsultazzjonijiet dwar il-proposta ta' terminazzjoni tal-proċediment, tqajmu oġġezzjonijiet fil-Kumitat Konsultattiv. Il-proposta ta' terminazzjoni tal-każ u d-dettalji dwar il-konsultazzjoni jidhru fl-annessi.

Annessi:

3. Taqsira ta' l-opinjonijiet ipprovduti matul u wara l-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv (trażmessi biss bl-Ingliż fuq bażi kunfidenzjali (ristretti għall-UE).

4. Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi r-raġunijiet għat-terminazzjoni tal-proċedura msemmija (trażmessa fil-lingwi kollha).

Top