This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006PC0652
Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council concerning the minimum safety and health requirements for the use of work equipment by workers at work (second individual Directive within the meaning of Article 16(1) of Directive 89/391/EEC) (Codified version)
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrigwarda l-ħtiġiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (Verżjoni kkodifikata)
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrigwarda l-ħtiġiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (Verżjoni kkodifikata)
/* KUMM/2006/0652 finali - COD 2006/0214 */
Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li tirrigwarda l-ħtiġiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2006/0652 finali - COD 2006/0214 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 3.11.2006 KUMM(2006) 652 finali 2006/0214 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tirrigwarda l-ħtiġiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (Verżjoni kkodifikata) (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara l-liġi tal-Komunità sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih. Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta disposizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi u sikwit b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti. Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunità tkun ċara u trasparenti. 2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-personell tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr. 3. Il-Konklużjoniet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli. Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunità. Peress illi l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni. 4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE tat-30 ta’ Novembru 1989 li tirrigwarda l-ħtiġiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissostitwixxi l-atti varji inkorporati fiha[4]; hija żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom biss b’dawk l-emendi formali kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu. 5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni tfasslet abbażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 89/655/KEE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness IV tad-Direttiva kkodifikata. 89/655/KEE (adatta) (adattat) 2006/0214 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tirrigwarda l-ħtiġiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (test b’rilevanza ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 137(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjon, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[6] Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[7], Billi: (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE tat-30 ta’ Novembru 1989 li tirrigwarda l-ħtiġijiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)[8] ġiet emendata kemm-il darba[9] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. 89/655/KEE Premessa 6 (2) Din id-Direttiva hija direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol[10]. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/391/KE huma applikabbli b’mod sħiħ fil-qasam ta’ l-użu tat-tagħmir tax-xogħol fuq il-post tax-xogħol mill-ħaddiema, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet iktar stretti u/jew speċifiċi misjuba f' din id-Direttiva. 89/655/KEE Premessa 1 (adattat) (3) L-Artikolu 1 137(2) tat- Trattat jipprovdi illi l-Kunsill jista jadotta, permezz ta' direttivi, il-ħtiġiet minimi li jinkoraġġixxu t-titjib, speċjalment fl-ambjent tax-xogħol, sabiex jiggarantixxu livell aħjar ta' protezzjoni għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema 89/655/KEE Premessa 2 (4) Skond l-Artikolu msemmi, dawn id-Direttivi jenħtieġ li jevitaw milli jimponu restrizzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali b' manjiera li jżommu lura l-ħolqien u l-iżvilupp ta' l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju. 2001/45/KE Premessa 5 (5) Id-dispożizzjonijiet adottati skond l-Artikolu 137(2) tat-Trattat ma jipprevjenu lil ebda Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri protettivi tal-kondizzjonijiet tax-xogħol aktar stretti li jkunu kompatibbli mat-Trattat. 89/655/KEE Premessa 5 (6) Il-konformità mal-ħtiġiet minimi xierqa biex jiggarantixxu standard aħjar ta' sigurtà u ta' saħħa fl-użu ta' tagħmir tax-xogħol hija essenzjali sabiex tiġi żgurata s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema. 2001/45/KE Premessa 3 (7) It-titjib fis-sigurtà, fl-iġjene u fis-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol huwa għan li ma jistax jiġi subordinat għal konsiderazzjonijiet purament ekonomiċi. 2001/45/KE Premessa 6 (8) Ix-xogħol fil-għoli jista’ jesponi lill-ħaddiema għal riskji partikolarment severi għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom notevolment għar-riskji ta’ waqgħat mill-għoli u għal inċidenti serji tax-xogħol oħra, li jammontaw għal proporzjon kbir mill-inċidenti kollha, speċjalment ta’ inċidenti fatali. 89/655/KEE Premessa 7 (9) Din id-Direttiva tikkostitwixxi aspett prattiku fl-isfond tat-twettiq tad-dimensjoni soċjali tas-suq intern. 89/655/KEE Premessa 8 (adattat) (10) Skond id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-regolamenti tekniċi[11] , l-Istati Membri huma meħtieġa li jinnotifikaw lill-Kummissjoni b' kull abbozz tar-regolamenti tekniċi li għandhom x' jaqsmu mal-makkinarju, mat-tagħmir u ma' l-istallazzjonijiet. 2001/45/KE Premessa 12 (11) Din id-Direttiva hi l-aktar mezz xieraq sabiex jinkisbu l-għanijiet mixtieqa u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dan l-iskop. (12) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B, 89/655/KEE ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: IL-KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 1 Suġġett 1. Din id-Direttiva, li hija t-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, tistabbilixxi l-ħtiġiet minimi dwar is-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol, kif definiti fl-Artikolu 2. 2. Id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 89/391/EEC huma applikabbli b’mod sħiħ fil-kamp kollu msemmi fil-paragrafu 1, bla ħsara għad-disposizzjonijiet aktar stretti u/jew speċifiċi misjuba f' din id-Direttiva. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, it-termini li ġejjin għandu jkollhom it-tifsira li ġejja: (a) «tagħmir tax-xogħol»: kull magna, apparat jew stallazzjoni użati waqt ix-xogħol; (b) «użu tat-tagħmir tax-xogħol»: kull attività li tinvolvi t-tagħmir tax-xogħol bħal dak it-tagħmir li tqabbid jew waqfien tat-tagħmir, l-użu tiegħu, it-trasport, it-tiswija, il-modifika, il-manutenzjoni u s- servicing , inkluż, b' mod partikolari, it-tindif; (ċ) «żona ta' perikolu»: kull żona ġewwa u/jew madwar it-tagħmir tax-xogħol li fiha ħaddiem espost ikun suġġett għal riskju rigward is-saħħa jew is-sigurtà tiegħu; (d) «ħaddiem espost»: kwalunkwe ħaddiem li jinsab kollu kemm hu jew parzjalment f' żona ta' perikolu; (e) «operatur»: il-ħaddiem jew il-ħaddiema inkarigati li jużaw it-tagħmir tax-xogħol. IL-KAPITOLU II L-OBBLIGI TA' MIN IĦADDEM Artikolu 3 Obbligi ġenerali 1. Min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi t-tagħmir tax-xogħol magħmul disponibbli għall-ħaddiema fl-impriża u/jew l-istabbiliment ikun xieraq għax-xogħol li għandu jitwettaq jew addattat kif jixraq għal dan l-iskop u jista' jintuża mill-ħaddiema mingħajr ħsara għas-sigurtà jew is-saħħa tagħhom. Fl-għażla tat-tagħmir tax-xogħol li hu biħsiebu juża, min iħaddem għandu jikkunsidra l-kondizzjonijiet u l-karatterstiċi speċifiċi tax-xogħol u l-perikli li jeżistu fl-impriża u/jew fl-istabbiliment, b' mod partikolari fuq il-postijiet tax-xogħol, għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, u/jew kull perikolu possibbli addizzjonali impost bl-użu tat-tagħmir tax-xogħol in kwistjoni. 2. Fejn mhux possibbli li jiġi żgurat għal kollox illi t-tagħmir tax-xogħol jista' jintuża mill-ħaddiema mingħajr riskju għas-sigurtà jew għas-saħħa, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri xierqa sabiex iċekken ir-riskji. 89/655/KEE (adattat) 95/63/KE Art. 1 pt. 1(a) Artikolu 4 Ir-Regoli li jirrigwardaw it-tagħmir tax-xogħol 1. Bla ħsara għall-Artikolu 3, min iħaddem għandu jikseb u/jew juża: (a) it-tagħmir tax-xogħol li, jekk provdut lill-ħaddiema fl-impriża u/jew fl-istabbiliment għall-ewwel darba wara l-31 ta' Diċembru 1992, jikkonforma: (i) mad-dispożizzjonijiet ta' kull direttiva Komunitarja rilevanti applikabbli; (ii) mal-ħtiġiet minimi stabbiliti fl-Anness I , safejn u sakemm l-ebda direttiva oħra Komunitarja ma tapplika jew tapplika biss parzjalment ; (b) mat-tagħmir tax-xogħol li, jekk diġà provdut lill-ħaddiema fl-impriża u/jew fl-istabbiliment sal-31 ta' Diċembru 1992, jikkonformaw mal-ħtiġiet minimi previstiè1 fl-Anness I sa mhux aktar tard minn erba' snin wara din id-data; 95/63/KE Art. 1 pt. 1(b) (ċ) mingħajr preġudizzju għall-punt (a)(i), u b'deroga mill-punt (a)(ii) u l-punt (b), tagħmir ta' xogħol speċifiku suġġett għal ħtiġiet tal-punt 3 ta' l-Anness I, jekk diġà provdut għall-ħaddiema fl-impriża u/jew stabbiliment sal-5 ta' Diċembru 1998, li jikkonforma mal-ħtiġiet previsti stabbiliti fl-Anness I, sa mhux aktar tard minn erba' snin wara dik id-data. 89/655/KEE 2. Min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi, matul il-ħajja tat-tagħmir tax-xogħol, dan jinżamm, permezz ta' manutenzjoni adegwata, f' livell illi jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1(a) jew (b) skond il-każ. 95/63/KE Art. 1 pt. 1(ċ) 3. L-Istati Membri għandhom, wara konsultazzjoni ma' l-imsieħba soċjali u meħud kont ta' leġislazzjoni u/jew il-prattiki nazzjonali jistabilixxu l-miżuri li jippermettu li jintlaħaq livell ta' sigurtà li jikkorrispondi mal-miri msemmija fid-dispożizzjonijiet ta' l-Anness II. 95/63/KE Art. 1 pt. 2 Artikolu 5 Spezzjoni ta' tagħmir ta' xogħol 1. Min jimpjiega għandu jassigura illi fejn is-sigurtà tat-tagħmir tax-xogħol li tiddependi mill-kondizzjonijiet ta' l-installazzjoni, dan ikun soġġett għall-spezzjoni inizjali (wara l-installazzjoni imma qabel ma jibdew jaħdmu) u għal spezzjoni verifika wara kull assemblaġġ f'sit ġdid jew tqegħid f'lokazzjoni oħra, li ssir minn persuni kompetenti fis-sens tal-leġislazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali bil-ħsieb li jiġi żgurat l-installazzjoni korretta u l-funzjonament tajjeb ta' dan it-tagħmir tax-xogħol. 2. Biex ikun garantit li l-ħtiġiet tas-saħħa u tas-sigurtà ikunu rispettati, li d-deterjorament li aktarx jista’ ġġib sitwazzjoni ta' perikolu ikun identifikat u rimedjat fil-ħin, min jimpjiega għandu jiżgura li t-tagħmir ta' xogħol li jkun espost għal influwenzi li jikkawża tali deterjorazzjoni ,jkun soġġett għal: (a) spezzjonijiet perijodiċi u, meta jkun il-każ, provi perijodiċi minn persuni kompetenti fis-sens ta' leġislazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali, (b) spezzjonijiet speċjali minn persuni kompetenti fis-sens ta' leġislazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali kull darba li sseħħ xi ġrajja eċċezzjonali li tista’ ġġib magħha konsegwenzi ta' ħsara għas-sigurtà tat-tagħmir tax-xogħol bħalma huma xogħol ta’ modifika, inċidenti, fenomeni naturali, perijodi twal ta’ nuqqas ta’ użu, 3. Ir-riżultati ta' spezzjonijiet għandhom jiġu rreġistrati u miżmuma għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti. Għandhom jinżammu għal perijodu ta' żmien xieraq. Meta t-tagħmir tax-xogħol hu użat barra l-impriża għandu jkollu miegħu prova materjali li tkun saret l-aħħar spezzjoni. 4. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-modalitajiet li bihom għandhom isiru dawn l-ispezzjonijiet. 89/655/KEE Artikolu 6 It-tagħmir tax-xogħol li jinvolvi riskji speċifiċi Meta l-użu tat-tagħmir tax-xogħol x'aktarx jista’ jinvolvi riskju speċifiku għas-sigurtà jew għas-saħħa tal-ħaddiema, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi: (a) l-użu tat-tagħmir tax-xogħol ikun ristrett għal dawk il-ħaddiema inkarigati mill-użu tiegħu; (b) fil-każ ta' tiswijiet, modifiki, manutenzjoni jew servicing , il-ħaddiema konċernati għandhom jiġu speċifikament awtorizzati biex jagħmlu dan ix-xogħol. 95/63/KE Art. 1 pt. 3 Artikolu 7 L-Ergonomija u s-saħħa fuq ix-xogħol Il-post tax-xogħol u l-pożizzjoni tal-ħaddiema meta qed jużaw tagħmir tax-xogħol kif ukoll il-prinċipji ta' l-ergonomija għandhom jiġu meħuda in konsiderazzjoni sħiħa minn min jimpjiega meta japplika l-ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa. 89/655/KEE Artikolu 8 It-tagħrif lill-ħaddiema 1. Bla ħsara għall-Artikolu 10 tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi l-ħaddiema jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom it-tagħrif adegwat u, fejn xieraq, istruzzjonijiet bil-miktub dwar it-tagħmir tax-xogħol użat fuq ix-xogħol. 2. It-tagħrif u l-istruzzjonijiet bil-miktub irid ikun fihom mill-inqas tagħrif adegwat dwar is-sigurtà u s-saħħa li jirrigwarda: (a) il-kundizzjonijiet ta' l-użu tat-tagħmir tax-xogħol; (b) is-sitwazzjonijiet anormali li jistgħu jiġu previsti; (ċ) il-konklużjonijiet miġbura mill-esperjenza akkwistata, fejn xieraq, fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol. 95/63/KE Art. 1 pt. 4 (adattat) Il-ħaddiema għandhom jiġu magħmulin konxji mir-riskji li jikkonċernawhom, mit-tagħmir tax-xogħol presenti fl-ambjent immedjat tax-xogħol kif ukoll ta' xi modifikazzjonijiet li jikkonċernawhom, sa fejn dawn jeffettwaw it-tagħmir tax-xogħol li jkunu jinsabu fl-ambjent tax-xogħol fil-qrib anke jekk ma jkunux qegħdin jużaw dan it-tagħmir direttament. 3. It-tagħrif u l-istruzzjonijiet bil-miktub iridu jinftiehmu mill-ħaddiema kkonċernati. 89/655/KEE (adattat) 95/63/KE Art. 1 pt. 5 95/63/KE Art. 1 pt.6 Artikolu 9 It-taħriġ tal-ħaddiema Bla ħsara għall-Artikolu 12 tad- Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi: (a) il-ħaddiema inkarigati mit-tagħmir tax-xogħol għandhom jirċievu taħriġ adegwat, inkluż it-taħriġ dwar kull riskju li, skond il-każ jista' jkun fih dan l-użu, (b) il-ħaddiema msemmija fl-Artikolu 6(b) għandhom jirċievu taħriġ speċifiku adegwat. Artikolu 10 Il-konsultazzjoni mal-ħaddiema u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema Il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom isiru skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE dwar il-materji koperti b' din id-Direttiva, inklużi l-Annessi tagħha. IL-KAPITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI Artikolu 11 Emenda ta' l-Annessi 1. Żidiet għall- Anness I dwar il-ħtiġiet minimi supplimentari applikabbli għat-tagħmir speċifiku tax-xogħol msemmi fil-punt 3 ta’ l-Anness I għandhom jiġu adottati mill- Kunsill skond il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 137(2) tat-Trattat. .2. L-adattamenti strettament ta’ natura ta’ l-Annessi: għandhom jiġu adottati, skond il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 89/391/KEE, , b’riżultat ta’: (a) l-adozzjoni tad-Direttivi dwar l-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni tat-tagħmir tax-xogħol u/jew (b) il-progress tekniku, żviluppi fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali jew fit-tagħrif fil-qasam tat-tagħmir tax-xogħol Artikolu 12 Dispożizzjonijiet finali 1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali li huma jkunu diġà adottaw jew li jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva. 2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu rapport lill-Kummissjoni kull ħames snin dwar l-implimentazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, fejn jindikaw il-fehmiet ta' l-imsieħba soċjali. Il-Kummissjoni għandha għaldaqstant tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol 3. Il-Kummissjoni għandha tissottometti perjodikament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, filwaqt li tieħu in kunsiderazzjoni l-paragrafi 1 sa u 2. Artikolu 13 Id-Direttiva 89/655/KEE, kif emendata mid-Direttivi msemmija fl-Anness III, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B. Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV. Artikolu 14 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . 89/655/KEE Art. 11 Artikolu 15 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President 89/655/KEE 95/63/KE Art. 1 pt. 7 u l-Anness I L-ANNESS I IL-ĦTIĠIET MINIMI LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 4(1)(a)(ii) u (b) 1. KUMMENT ġENERALI L-obbligi stabbiliti f' dan l-Anness japplikaw skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u fejn jeżisti riskju li jikkorrispondi mat-tagħmir tax-xogħol in kwistjoni. 95/63/KE Art. 1 pt. 7 u l-Anness I pt. 1 Il-ħtiġiet minimi li ġejjin, sa fejn japplikaw għal tagħmir ta' xogħol fl-użu, mhux neċessarjament jitolbu għall-istess miżuri bħall-ħtiġiet essenzjali li jikkonċernaw it-tagħmir tax-xogħol ġdid. 89/655/KEE 2. IL-ħTIġIJIET MINIMI ġENERALI APPLIKABBLI GħAT-TAGħMIR TAX-XOGħOL 2.1. L-istrumenti li jikkontrollaw it-tagħmir tax-xogħol li jaffettwaw is-sigurtà jridu jkunu jidhru identifikabbli biċ-ċar u, skond il-każ, mmarkati fejn meħtieġ. Għajr fejn jinħtieġ għal ċerti strumenti tal-kontroll, l-istrumenti tal-kontroll ghandhom jiġu mqiegħda 'l barra miż-żoni ta' perikolu u b’modi li l-operazzjoni tagħhom ma tistax tikkawża perikolu addizzjonali. M’għandhom joħolqu l-ebda perikolu bħala riżultat ta' kull manuvra mhix intenzjonata. Jekk ikun hemm il-ħtieġa, mill-pożizzjoni prinċipali tal-kontroll, il-ħaddiem irid ikun jista' jiżgura illi l-ebda persuna ma tkun preżenti fiż-żoni ta' perkolu. Jekk dan ma jkunx possibbli, kwalunkwe tħaddim tal-makkinarju għandu jkun ippreċedut awtomatikament minn sistema ta' sigurtà bħal sinjal ta' twissija li jinstama' u/jew li jidher meta l-makkinarju jkun sejjer jitqabbad jaħdem. Ħaddiem espost irid ikollu l-ħin u/jew il-mezz sabiex jaħrab malajr mill-perikli kkawżati mit-tagħmir tax-xogħol huwa u jitqabbad jew jitwaqqaf. 95/63/KE Art. 1 pt. 7 u l-Anness I pt. 2 Is-Sistemi ta' kontroll għandhom ikunu żguri u jintgħażlu wara li tkun ngħatat kunsiderazzjonji għal meta s-sistema tfalli, ikun fiha disturbi jew kondizzjonijiet speċjali li wieħed jista' jipprevedi fil-qafas ta' l-użu maħsub. 89/655/KEE (adattat) 2.2. It-tagħmir tax-xogħol għandu jkun jista’ jitqabbad jaħdem biss b' azzjoni maħsuba fuq strument ta’ kontroll provdut għal dan l-iskop. L-istess għandu japplika: - biex jerġa' jitqabbad jaħdem wara waqfien, tkun xi tkun ir-raġuni, - għall-kontroll ta' bidla sinifikanti fil-kondizzjonijiet ta' l-operazzjoni (eż. il-qawwa, il-pressa, eċċ.), għajr jekk dan it-tqabbid mill-ġdid għax-xogħol jew il-bidla ma tippreżenta l-ebda periklu lill-ħaddiema esposti. Din il-ħtieġa ma tapplikax għat-tqabbid mill-ġdid għax-xogħol jew bidla fil-kondizzjonijiet ta' l-operazzjonijiet bħala riżultat tas-sekwenza normali taċ-ċiklu awtomatiku. 2.3. It-tagħmir kollu tax-xogħol irid ikun imgħammar b' kontroll sabiex iwaqqaf it-tagħmir kompletament u b' mod żgur. Kull stazzjon tax-xogħol trid tkun mgħammra b' kontroll li jwaqqaf parti mit-tagħmir tax-xogħol jew kollu, skond it-tip tal-perikolu, sabiex it-tagħmir ikun fi stat ta' sigurtà. Il-kontroll tal-waqfien tat-tagħmir irid ikollu l-prijorità fuq il-kontrolli li jqabbdu t-tagħmir. Meta t-tagħmir tax-xogħol jew il-partijiet perikolużi tiegħu jieqfu, irid jiġi maqtugħ il-forniment ta' l-enerġija minn fejn jiġi azzjonat it-tagħmir. 2.4. Fejn xieraq, u skond il-perikoli li jippreżenta t-tagħmir u l-ħin ta' waqfien normali tiegħu, it-tagħmir tax-xogħol irid jiġi mgħammar b’mezz tal-waqfien f' emerġenza. 2.5. It-tagħmir tax-xogħol li jippreżenta riskju minħabba l-oġġetti li jaqgħu jew il-biċċiet li jisporġu minnu irid ikun imgħammar bil-mezzi xierqa ta' sigurtà li jikkorrispondu ma’ dawn ir-riskji. It-tagħmir tax-xogħol li jippreżenta perikoli minħabba l-ħruġ ta' gass, fwar, likwidu jew trab irid ikun imgħammr b' mezzi xierqa ta' trażżin jew ta' estrazzjoni maġenb is-sorsi tal-perikolu. 2.6. It-tagħmir tax-xogħol u l-partijiet minn dan it-tagħmir, fejn ikun meħtieġ għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, iridu jiġu mwaħħla bl-ikklampjar jew b' mezzi oħra. 2.7. Fejn ikun hemm ir-riskju ta' ksur jew tad-diżintegrazzjoni ta' partijiet mit-tagħmir tax-xogħol, li x' aktarx jista’ jkun ta' perikolu sinifikanti għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, iridu jittieħdu l-miżuri protettivi xierqa. 2.8. Fejn ikun hemm ir-riskju ta' kuntatt mekkaniku ma' partijiet li jiċċaqilqu tat-tagħmir tax-xogħol li jistgħu jwasslu għal inċidenti, dawn il-partijiet iridu jkunu provduti bi lqugħ jew b' mezzi li jipprevjenu l-aċċess għaż-żoni ta' perikolu jew sabiex iwaqqfu ċ-ċaqliq tal-partijiet perikolużi qabel jintlaħqu ż-żoni tal-perikolu. L-ilqugħ u l-mezzi ta' protezzjoni jridu: - ikunu ta' kostruzzjoni b' saħħitha, - ma jagħtux lok għal periklu addizzjonali, - ma jkunux jistgħu jiġu mneħħija faċilment jew jinġiebu li ma jistgħux jaħdmu, - ikunu qiegħda 'l bogħod biżżejjed miż-żona tal-perikolu, - ma jirrestrinġux aktar milli meħtieġ il-vista taċ-ċiklu operattiv tat-tagħmir, - iħallu l-operazzjonijiet meħtieġa sabiex jitwaħħlu jew jinbidlu l-partijiet u jsir xogħol ta' manutenzjoni, jirrestrinġu l-aċċess għaż-żona biss fejn irid isir ix-xogħol biss u, jekk possibbli, mingħajr it-tneħħija tal-lqugħ jew il-mezz tal-protezzjoni. 2.9. Iż-żoni u l-postijiet għax-xogħol fuq it-tagħmir tax-xogħol, jew il-manutenzjoni tiegħu, iridu jkunu mdawla biżżejjed skond l-operazzjoni li trid titwettaq. 2.10. Il-partijiet tat-tagħmir tax-xogħol f' temperatura għolja jew f' temperatura baxxa ħafna jridu, fejn xieraq, ikunu protetti sabiex jevitaw ir-riskju li l-ħaddiema jiġu f' kuntatt miegħu jew qrib wisq. 2.11. Il-mezzi tat-twissija fuq it-tagħmir tax-xogħol ma jridux ikunu ambigwi u jridu jidhru u jiġu mifhuma faċilment. 2.12. It-tagħmir tax-xogħol ma jistax jintuża għall-operazzjonijiet u f’kondizzjonijiet li għalihom m’huwiex xieraq. 2.13. Irid ikun possibbli li jitwettqu operazzjonijiet ta' manutenzjoni meta t-tagħmir ikun mitfi. Jekk dan ma jkunx possibbli, irid ikun possibbli li jittieħdu l-miżuri xierqa ta' protezzjoni sabiex isiru dawn l-operazzjonijiet jew sabiex dawn l-operazzjonijiet isiru barra miż-żoni tal-perikolu. Jekk magna jkollha reġistru tal-manutenzjoni, dan irid jinżamm aġġornat. 2.14. It-tagħmir kollu tax-xogħol irid ikollu fuqu mezzi identifikabbli b’mod ċar sabiex ikun jista’ jiġi iżolat mis-sorsi kollha ta' l-enerġija tiegħu. Għandu jkun preżunt illi t-twaħħil mill-ġdid (mas-sorsi ta' l-enerġija) ma jippreżenta l-ebda riskju għall-ħaddiema involuti. 2.15. It-tagħmir tax-xogħol irid iġorr miegħu it-twissijiet u l-marki essenzjali sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-ħaddiema. 2.16. Il-ħaddiema jrid ikollhom mezzi żguri ta' aċċess għaż-żoni kollha ta' l-operazzjonijiet ta' produzzjoni, ta' aġġustament u ta' manutenzjoni tat-tagħmir tax-xogħol u jridu jkunu kapaċi jibqgħu fihom fis-sigurtà. 2.17. It-tagħmir kollu tax-xogħol irid ikun xieraq sabiex jipproteġi lill-ħaddiema kontra r-riskju li t-tagħmir tax-xogħol jieħu n-nar jew jisħon iżżejjed, jew li minnu joħorġu gassijiet, trab, likwidu, fwar jew sustanzi oħra prodotti, użati jew maħżuna fit-tagħmir tax-xogħol. 2.18. It-tagħmir kollu tax-xogħol irid ikun xieraq sabiex jipprevjeni r-riskju li jisplodi t-tagħmir tax-xogħol jew li jisplodu is-sustanzi prodotti, użati jew maħżuna fit-tagħmir tax-xogħol. 2.19. It-tagħmir kollu tax-xogħol irid ikun xieraq sabiex jipproteġi lill-ħaddiema esposti mir-riskju ta' kuntatt dirett jew indirett ma' l-elettriku. 95/63/KE Art. 1 pt. 7 u l-Anness I pt .3 (adattat) 3. IL-ĦTIġIET MINIMI ADDIZZJONALI APPLIKABBLI GħAL TIPI SPEċIFIċI TA' TAGħMIR TA' XOGħOL 3.1. Il-Ħtiġiet minimi għal tagħmir ta' xogħol mobbli, kemm jekk jimxi waħdu kemm le 3.1.1 . It-tagħmir ta' xogħol li jkollhom ħaddiema fuqhom għandhom jiġu magħmulin b'tali mod li jitnaqqsu ir-riskji għal ħaddiema meta jiċċaqalqu. Dawk il-perikoli għandhom jinkludu r-riskji ta' kuntatt tal-ħaddiema mar-roti jew mal-linji jew li jinqabdu minnhom. 3.1.2. It-tagħmir tax-xogħol għandu jkun mogħti tagħmir speċjali jew magħmul b'mod li ma jkunx jista' jkun hemm imblokk mhux maħsub bejn l-elementi ta' trazzjoni u l-aċċessorji u/jew l-oġġetti irmunkati miegħu. Meta dan l-imblokk ma jistax jiġi evitat, għandha tittieħed kull miżura possibbli biex jiġu evitati xi konsegwenzi ta’ ħsara għall-ħaddiema. 3.1.3. Meta elementi ta' trasmissjoni ta' emerġija bejn tagħmir tax-xogħol mobbli jistgħu jitħassru jew tiġrilhom il-ħsara bit-tkaxkir fuq l-art, għandu jkun hemm faċilitajiet għall-irbit. 3.1.4. It-tagħmir ta' xogħol mobbli li iġorr ħaddiema għandu jkun maħsub b'mod li inaqqas kemm jista' jkun il-kondizzjonijiet ta' użu attwali, ir-riskji li joħorġu mir-reġgħa lura jew mill-qlib ta' tagħmir tax-xogħol: - sew bi struttura ta' protezzjoni li timpedixxi lil tagħmir tax-xogħol milli jmur lura iktar minn kwart ta' dawra, - jew bi struttura li tiggarantixxi spazju biżżejjed madwar il-ħaddiema li jkollu fuqu jekk il-moviment ikompli għal iktar minn kwart ta' dawra, - jew b'xi dispożsittiv ieħor b'effett ekwivalenti. Dawn l-istrutturi ta' protezzjoni jistgħu jkunu parti integrali tat-tagħmir ta' xogħol. Dawn l-istrutturi ta' protezzjoni mhumiex meħtieġa meta t-tagħmir ta' xogħol ikun fiss matul l-operazzjoni jew meta ir-raġgħa lura jew il-qlib ikunu impossibbli minħabba l-mod kif ikun iddisinjat it-tagħmir. Meta jkun hemm riskju li l-ħaddiema ta' fuqu jistgħu jitgħaffġu bejn it-tagħmir tax-xogħol u l-art meta t-tagħmir imur lura jew jinqaleb għandha ssir sistema biex jinżammu milli jaqgħu. 3.1.5. Trukkijiet bil- forklifts li jkollhom ħaddiema fuqhom għandhom jiġu addattati jew mgħammra biex inaqqsu ir-riskji tat-truck tal- fork lift milli jinqaleb, e.ż.: - bl-installazzjoni ta' xi kaxxa għal min isuq, jew - bi struttura li tipprevjeni t-truck tal-fork lift milli jinqaleb, jew - bi struttura li tiżgura li, jekk it-truck tal-fork lift jinqaleb, jibqa' biżżejjed vojt bejn l-art u ċerti partijiet tat-truck tal-forklift għall-ħaddiema li jkunu fuqu, jew - bi struttura li tirrestrinġi lill-ħaddiema fuq is-sedil ta' sewqan biex tipprevenihom milli jiġu mgħaffġa minn partijiet tat-truck tal-forklift li jinqaleb. 3.1.6. It-tagħmir ta' xogħol illi jkun jimxi waħdu u li meta jiċċaqlaq joħloq riskji għal persuni għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) it-tagħmir għandu jkollu mezzi li jevitaw illi jibda jaħdem mingħajr ma jkun awtorizzat; (b) għandu jkollu mezzi xierqa biex jiġu minimizzati l-konsegwenzi ta' kolliżjoni meta hemm aktar minn tagħmir ta' xogħol wieħed li qed jiċċaqlaq fuq il-linji fl-istess ħin; (ċ) għandhom ikollhom mezzi ta’ brejkijiet u waqfien u sa fejn is-sigurtà teħtieġu mezzi ta' emerġenza li jitħaddem minn fejn huwa faċilment aċċessibbli jew b'sistemi awtomatiċi illi jibbrejkjaw u jwaqqfu fil-każ illi jfallu l-mezzi prinċipali; (d) meta il-vista diretta tax-xufier ma tkunx biżżejjed biex tiżgura sigurtà, għandu jiġi installat apparat awżiljarju biex itejjeb il-vista; (e) it-tagħmir ta' xogħol maħsub għal użu bil-lejl jew f'postijiet mudlama għandu jkun mgħammar b'dawl xieraq għax-xogħol li jkun irid isir u biex jiżgura biżżejjed sigurtà adegwata għall-ħaddiema; (f) it-tagħmir ta' xogħol li jista' jkollu perikolu ta' nar, kemm minnu u kemm mill-oġġetti li jkun jirmonka u/jew iġorr u li jista' jipperikola lill-ħaddiema għandu jkun mgħammar b'apparat xieraq tat-tifi tan-nar ħlief meta dak l-apparat ikun disponibbli fil-viċin biżżejjed fil-post ta' l-użu; (g) it-tagħmir ta' xogħol imħaddem bil-kontroll mid-distanza għandu jkun jieqaf awtomatikament meta joħroġ mid-distanza ta' kontroll; (h) it-tagħmir ta' xogħol imħaddem bil-kontroll mid-distanza li jista' f'ċirkostanzi normali joħloq perikolu li jolqot jew jgħaffeġ ill-ħaddiema għandu jkollu mezzi ta’ protezzjoni kontra dan il-periklu, sakemm ma jkunx hemm mezzi oħra xierqa biex jikkontrollaw dan il-periklu. 3.2. Ħtiġiet minimi għal tagħmir ta' xogħol li jerfa' t-tagħbija 3.2.1. Meta t-tagħmir ta' xogħol li jerfa' tagħbija huwa installat permanentament, is-saħħa u l-istabbilità tiegħu għandhom ikunu żgurati, billi jingħata kas, b'mod partikolari, għat-tagħbija li għandha tintrefa' u l-istress li jsir fuq il-punt ta' suspensjoni jew ta' l-igganċjar tiegħu ma' l-istrutturi. 3.2.2. Il-makkinarju li jerfa' t-tagħbija għandu jkun immarkat b'mod ċar b'indikazzjonijiet tat-tagħbija nominali tiegħu, u fejn xieraq tabella li turi il-piż nominali għal kull konfigurazzjoni tal-makkinarju. L-aċċessorji għat-tagħmir ta' tagħbija għandhom ikunu mmarkati b'mod illi jkun possibbli li tidentifika l-karatteristiċi essenzjali ta' użu sigur. It-tagħmir ta' xogħol li mhux maħsub biex jerfa' persuni imma li jista jiġi wżat hekk b' konfużjoni għandu jkun immarkat b'mod xieraq u li jidher għal dan l-iskop. 3.2.3. It-tagħmir ta' xogħol installat b'mod permanenti għandu jkun installat b'tali mod li jitnaqqas ir-riskju li t-tagħbija: (a) tolqot lill-ħaddiema; (b) waħedha, tiċċaqlaq b’mod perikoluż jew taqa'; jew (ċ) tiġi mitluqa involontarjament. 3.2.4. It-tagħmir ta' xogħol ta' l-irfigħ jew ġarr ta' ħaddiema għandu jkun tali li: (a) jipprevjeni l-perikolu li taqa' l-kabina, meta teżisti waħda, permeżż ta’ apparat xieraq; (b) jipprevjeni lill-utent milli jaqa' mill-kabina, meta teżisti waħda; (ċ) jipprevjeni l-perikolu li l-utent jiġi mgħaffeġ, maqbud jew milqut, b'mod partikolari b'kuntatt involontarju ma’ oġġetti; (d) jiggarantixxi s-sigurtà ta’ ħaddiema maqbuda fil-kabina fil-każ ta' xi inċident u jippermetti l-ħelsien tagħhom. Jekk, għal raġunijiet marbutin man-natura tal-post u dislivell, ir-riskji msemmija fil-punt (a) ma jistgħux jiġu evitati b' mezzi ta' sigurtà għandu jiġi installat cable b'koeffiċjent ta' sigurtà miżjud, u għandu li jinżamm fi stat tajjeb u jiġi kkontrollat kull ġurnata ta' xogħol biex jiġi żgurat li qed jinżamm fi stat tajjeb. _____________ 95/63/KE Art. 1 pt. 8 (adattat) L-ANNESS II DISPOŻIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW L-UŻU TA' TAGĦMIR TAX- XOGĦOL IMSEMMI FL-ARTIKOLU 4(3) 0. KUMMENT PRELIMINARI Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-anness għandhom japplikaw fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u meta r-riskju korrispondenti jeżisti għat-tagħmir tax-xogħol inkwistjoni. 1. DISPOżIZZJONIJIET TA' ORDNI ġENERALI APPLIKABBLI GħAT-TAGħMIR KOLLU TAX- XOGħOL 1.1. It-tagħmir tax-xogħol għandu jiġi installat, imqiegħed u utilizzat b'mod li jippermetti li jitnaqqsu ir-riskji għall-utent tat-tagħmir ta' xogħol u għall-ħaddiema l-oħra per eżempju billi jiġi żgurat li hemm biżżejjed spazju bejn l-elementi li jiċċaqilqu fit-tagħmir tax-xogħol u l-partijiet fl-ambjent ta' madwar li huma mwaħħla jew li jiċċaqilqu u billi l-enerġija u l-materjali użati jew prodotti ikunu jistgħu jinġabu u/jew jitneħħew b'mod sigur. 1.2. Il-muntaġġ u żżarmar tat-tagħmir tax-xogħol għandu jsir fis-sigurtà , partikolarment billi jiġu rrispettati l-istruzzjonijiet tal-fabbrika li jista' jkun hemm. 1.3. It-tagħmir tax-xogħol li sakemm jintużaw jistgħu jintlaqtu mis-sajjetti għandhom ikunu protetti jew b'dispożittivi jew b'miżuri xierqaxierqa kontra l-effetti tas-sajjetti. 2. ID-DISPOżIZZJONIJIET LI JIKKONċERNAW L-UżU TA' TAGħMIR MOBBLI, KEMM JEKK JIMXU WAħEDHOM KEMM JEKK LE 2.1. It-tagħmir ta' xogħol li jimxi waħdu għandu jinsaq biss minn ħaddiema li jkunu tħarrġu b'mod adegwat biex iħaddmu sewwa dak it-tagħmir tax-xogħol. 2.2. Jekk it-tagħmir ta' xogħol jisposta ruħu f'żona ta' xogħol għandu jkun hemm regoli stabbiliti u segwiti ta' ċirkolazzjoni adegwata. 2.3. Għandhom jittieħdu miżuri ta' tqassim tax-xogħol biex jevitaw illi xi ħaddiema mexjin jinsabu f'dik iż-żona tax-xogħol fejn ikun hemm it-tagħmir ta' xogħol li jimxi waħdu. Meta jkun meħtieġ li l-ħaddiema fuq saqajhom ikunu preżenti biex ix-xogħol isir għandhom jittieħdu miżuri xierqaxierqa biex jiġi evitat li jkunu midruba mit-tagħmir. 2.4. It-trasport ta' ħaddiema fuq tagħmir ta' xogħol mobbli misjuq mekkanikament għandu jkun awtorizzat biss fejn hemm provduti faċilitajiet fis-sigurtà għal dan. Jekk ix-xogħol għandu jsir matul il-vjaġġ, il-veloċità għandha tiġi adattata kif meħtieġ. 2.5. It-tagħmir ta' xogħol mobbli li jkollu mutur ta' kombustjoni ma jistax jiġi mħaddem fiż-żona tax-xogħol ħlief meta l-arja fi kwantità suffiċjenti tkun tista' tiġi ggarantita u ma jkunx hemm riskji għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema. 3. DISPOżIZZJONIJIET LI JOLQTU L-UżU TA' TAGħMIR TAX-XOGħOL LI JERFA' T-TAGħBIJA 3.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali 3.1.1. It-tagħmir ta' xogħol li jiżżarma jew li hu mobbli li jservi biex jerfa' t-tagħbijiet għandu jkun imħaddem b'mod li jiggarantixxi l-istabilità tat-tagħmir tax-xogħol waqt li jkun qiegħed jiġi mħaddem taħt il-kondizzjonijiet kollha prevedibbli, meħud kont tan-natura ta' l-art. 3.1.2. Il-ħaddiema m'għandhomx jinġarru fuq tagħmir tax-xogħol u aċċessorji tiegħu li mhux maħsub għalhekk. Bla ħsara għall-Artikolu 5 ta' Direttiva 89/391/KEE, eċċezzjonalment, it-tagħmir ta' xogħol li mhux maħsub għall-ġarr tal-ħaddiema jista' jiġi użat għal dan l-iskop sakemm jittieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw sigurtà skond il-leġislazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali li jipprevedu sorveljanza xierqa. Meta jkun hemm il-ħaddiema fuq tagħmir tax-xogħol li suppost iservi għall-irfigħ tat-tagħbija il-posta tal-kmand għandha tkun okkupata l-ħin kollu. Il-ħaddiema li jinġarru għandhom ikunu jistgħu jiddisponu minn mezz żgur ta' komunikazzjoni. Jenħtieġ li jkun hemm ħsieb għall-mod kif jinħarġu f'każ ta' perikolu. 3.1.3. Sakemm dan ma jkunx meħtieġ biex ix-xogħol isir sewwa għandhom jittieħdu mezzi biex ma jkunx hemm ħaddiema preżenti taħt it-tagħbijiet imdendla. M'għandux ikun permess illi tagħbija imdendla tiġi mgħoddija minn postijiet tax-xogħol mhux protetti li fihom abitwalment ikun hemm il-ħaddiema. F'dan il-każ, jekk ix-xogħol ma jistax isir sewwa mod ieħor għandhom ikunu definiti u applikati proċeduri xierqa. 3.1.4. L-aċċessorji ta' l-irfigħ għandhom jintgħażlu skond it-tagħbija li jerfgħu, skond il-punti ta' qbid, skond il-mezz ta' l-igganċjar u l-kondizzjonijiet atmosferiċi u meħud kont tal-mod u l-konfigurazzjoni ta' l-imbragar. L-assemblaġġ ta' l-aċċessorji ta' l-irfigħ għandu jkun immarkat b'mod ċar biex jippermetti lill-utent li jirrikonoxxu l-karatteristiċi tagħhom, jekk ma jkunux żmantellati wara l-użu. 3.1.5. L-aċċessorji ta' l-irfigħ għandhom jiġu maħżuna b'mod li jiżgura li ma ssirilhomx ħsara jew deterjorament. 3.2. It-tagħmir ta' xogħol li jerfa' tagħbijiet mhux iggwidati 3.2.1. Jekk żewġ biċċiet ta' tagħmir tax-xogħol jew iktar li jservu għall-irfigħ ta' tagħbijiet mhux iggwidati jkunu installati jew imwaqqfa fuq post tax-xogħol b'mod tali illi il-kamp tax-xogħol tagħhom jgħaddi fuq ta' xulxin għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġu evitati kolliżjonijiet bejn it-tagħbijiet u/jew elementi tat-tagħmir tax-xogħol stess. 3.2.2. Waqt li jkun qed juża tagħmir tax-xogħol ta' rfigħ ta' tagħbija mhux iggwidata għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi evitat li jitbandlu illi jinqalbu jew jekk ikun il-każ jinqalgħu minn posthom u jiżolqu. Għandu jkun hemm kontroll li dawn il-miżuri ttieħdu. 3.2.3. Jekk min ikun iħaddem it-tagħmir tax-xogħol ta' rfigħ ta' tagħbijiet mhux iggwidati ma jkunx jista' josserva it-traġitt sħiħ tat-tagħbija la direttament u lanqas permezz ta' apparat awżiljarju li jtuh informazzjoni siewja għandu jkun hemm komunikazzjoni ma' l-operatur biex tiggwidah u għandu jiġi organizzat mod kif jiġu evitati il-kolliżjonijiet ta' tagħbija li tista' tkun ta' perikolu għall-ħaddiema. 3.2.4. Ix-xogħlijiet għandhom ikunu organizzati b'mod li meta l-ħaddiema jkunu qegħdin jigganċjaw jew jisganċjaw xi tagħbija bl-idejn dawn l-operazzjoni jkunu jistgħu isiru b'mod sigur u l-ħaddiema jkunu jistgħu jidderieġu direttament jew indirettament l-operazzjoni. 3.2.5. L-operazzjonijiet kollha ta' l-irfigħ għandhom jiġu pprogrammati, issorveljati b’mod xieraq u effettwati b'mod li tiġi mħarsa s-sigurtà tal-ħaddiema. In partikolari jekk tagħbija tkun trid tintrefa' simultanjament minn żewġ tagħmir tax-xogħol jew iktar li jservu għall-irfigħ ta' tagħbijiet mhux iggwidati għandha tkun stabbilita u applikata proċedura biex tiżgura l-koordinazzjoni tajba bejn l-operaturi. 3.2.6. Jekk xi tagħmir tax-xogħol li jservi għall-irfigħ ta' tagħbija mhux iggwidata ma jkunx jista' jżomm it-tagħbija fil-każ li jmur għal kollox jew inparti il-forniment ta’ l-enerġija, għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi evitat li l-ħaddiema jiġu esposti għal perikoli korrispondenti. It-tagħbija mdendla m'għandhiex tibqa' mingħajr sorveljanza ħlief jekk l-aċċess għaż-żona ta' periklu ikun projbit u jekk it-tagħbija tkun igganċjata b'mod sigur u miżmuma wkoll b'mod sigur. 3.2.7. L-użu ta' tagħmir tax-xogħol ta' l-irfigħ tat-tagħbija mhux iggwidata fl-arja aperta għandu jieqaf meta l-kondizzjonijiet metereoloġiċi jeħżienu sal-punt illi jnaqqsu s-sigurtà tal-funzjonament u jesponu l-ħaddiema għal xi riskji. Miżuri adegwati ta' protezzjoni maħsuba partikolarment biex jimpedixxu li t-tagħmir tax-xogħol jinqaleb għandhom jittieħdu biex jevitaw perikolu għall-ħaddiema. 2001/45/KE Art. 1 (adattat) 4. ID-DISPOżIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW L-UżU TAT-TAGħMIR GħAX-XOGħOL IPPROVDUT GħAX-XOGħOL TEMPORANJU FIL-GħOLI 4.1. Dispożizzjonijiet ġenerali 4.1.1. Jekk, skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/391/KEE u l-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva, ma jistax jitwettaq ix-xogħol temporanju fil-għoli fis-sigurtà u skond il-kondizzjonijiet ergonomiċi xierqa minn fuq wiċċ xieraq, għandu jintgħażel it-tagħmir tax-xogħol l-aktar xieraq illi jiżgura u jżomm il-kondizzjonijiet tax-xogħol fis-sigurtà. Il-miżuri kollettivi ta' protezzjoni jridu jingħataw prijorità fuq il-miżuri protettivi individwali. Id-dimensjonijiet tat-tagħmir tax-xogħol għandhom ikunu xierqa għan-natura tax-xogħol li jrid itwettaq u għat-tensjonijiet previsti u jħallu l-possibiltà ta’ mogħdija minn fuqu mingħajr periklu. Għandu jintgħażel il-mezz l-aktar xieraq għall-aċċess għall-postijiet tax-xogħol temporanju fil-għoli skond il-frekwenza tal-mogħdija minn fuqu, il-għoli li jrid jintlaħaq u t-tul taż-żmien ta' l-użu. L-għażla magħmula għandha tippermetti l-evakwazzjoni f'każ ta' periklu imminenti. Il-mogħdija f'direzzjoni jew l-oħra bejn il-mezz ta' l-aċċess u l-pjattaformi, il-gverti jew il-passaġġi ma jridux joħolqu riskji addizzjonali ta' waqgħat. 4.1.2. Is-slielem jistgħu jiġu użati bħala stazzjonijiet tax-xogħol għal xogħol fil-għoli biss fiċ-ċirkostanzi li fihom, meħud kont tal-punt 4.1.1, ma jkunx iġġustifikat l-użu ta' tagħmir ieħor tax-xogħol aktar fis-sigurtà minħabba l-livell baxx tar-riskju u jew l-medda qasira taż-żmien ta' l-użu tagħhom jew il-karatteristiċi eżistenti fuq il-post tax-xogħol illi min iħaddem ma jistax jibdel. 4.1.3. It-teknika marbuta ma’ l-aċċess u l-pozizzjonament permezz tal-ħbula jistgħu jintużaw biss fiċ-ċirkostanzi fejn l-istima tar-riskju tindika illi x-xogħol jista' jitwettaq fis-sigurtà u fejn ma jkunx iġġustifikat l-użu ta' tagħmir ieħor tax-xogħol f'iktar sigurtà. Meta titqies l-istima tar-riskju u b'mod partikolari it-tul taż-żmien tax-xogħolijiet u d-diffikultajiet ergonomiċi, għandu jkun provdut post b'aċċessorji xierqa fejn persuna tista' tpogġi. 4.1.4. Skond it-tip tat-tagħmir magħżul tax-xogħol fuq il-bażi ta' dak li ntqal qabel, iridu jiġu stabbiliti l-miżuri xierqa sabiex jiġu mminimizzati r-riskji għall-ħaddiema inerenti f'dan it-tip ta' tagħmir. Jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu stallati miżuri tas-sigurtà sabiex jipprevjenu l-waqgħat. Dawn għandhom ikunu ta' konfigurazzjoni xierqa u ta' qawwa suffiċjenti li jipprevjenu jew iwaqqfu l-waqgħat mill-għoli u, fejn hu possibbli, li jipprekludu l-korriment tal-ħaddiema. Is-salvagwardji kollettivi biex jipprevjenu l-waqgħat jistgħu jiġu interrotti biss fuq il-postijiet ta' l-aċċess għas-slielem jew għat-taraġ. 4.1.5. Meta l-qadi ta' xogħol partikolari jeħtieġ li jitneħħa temporanjament is-salvagward kollettiv li jipprevjeni l-waqgħat, iridu jittieħdu miżuri effettivi kompensatorji ta' sigurtà. Ix-xogħol ma jistax jitwettaq sakemm ikunu ttieħdu dawn il-miżuri. Ġaladarba jkun tlesta x-xogħol partikolari, definittivament jew temporanjament, iridu jiġu stallati mill-ġdid is-salvagwardji kollettivi li jipprevjenu l-waqgħat. 4.1.6. Ix-xogħol temporanju fil-għoli jista' jsir biss meta l-kondizzjonijiet tat-temp ma jippreġudikawx is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema. 4.2. Dispożizzjonijiet speċifiċi rigward l-użu tas-slielem 4.2.1. Is-slielem iridu jitwaqqfu b’mod illi tiġi żgurata l-istabbilità tagħhom matul l-użu. Is-slielem li jinġarru jridu jserrħu fuq bażi immobbli, stabbli, b'saħħtu, ta' daqs xieraq hekk li l-iskaluni jibqgħu orizzontali. Is-slielem imdendla jridu jkunu mqabbda b'mod ta’ sigurtà u, bl-eċċezzjoni tas-slielem tal-ħabel, hekk li ma jkunx jista' jinbidlilhom posthom u hekk li jipprevjenu t-tbandil. 4.2.2. Il-bażijiet tas-slielem li jinġarru jridu jkunu prevenuti milli jiżolqu waqt l-użu billi jiġu marbuta sewwa l-waqqafiet fit-truf ta' fuq jew ta' isfel, jew viċin ta' dawn, b'apparat kontra ż-żliq jew b'kull arranġament ieħor ta' l-istess effettività. Is-slielem użati għall-aċċess għandhom ikunu twal biżżejjed sabiex jisporġu biżżejjed lil hemm mill-pjattaforma ta' l-aċċess, għajr jekk ikunu ttieħdu miżuri sabiex jiżguraw qabda soda. Is-slielem li jidħlu ġo xulxin u s-slielem li jitwalu jridu jiġu użati hekk li s-sezzjonijiet differenti jiġu pprevenuti milli jiċċaqilqu relattivament bejniethom. Is-slielem mobbli jridu jiġu pprevenuti milli jiċċaqilqu qabel l-irfis fuqhom. 4.2.3. Is-slielem għandhom jiġu użati hekk li jkollhom qabda fis-sigurtà u appoġġ fis-sigurtà għall-ħaddiema f'kull ħin. B'mod partikolari, jekk tagħbija trid tinġarr bl-idejn waqt li l-ħaddiem ikun fuq sellum, din ma għandhiex tipprekludi ż-żamma ta’ qabda sigura. 4.3. Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw l-użu ta' l-armar 4.3.1. Meta ma tkunx disponibbli nota dwar il-kalkoli għall-armar magħżul jew meta n-nota ma tkoprix l-arranġamenti strutturali kkontemplati, għandhom jitwettqu l-kalkoli tas-saħħa u ta' l-istabbilità għajr jekk l-armar jiġi mibni skond konfigurazzjoni standard rikonoxxuta b'mod ġenerali. 4.3.2. Skond il-komplessità ta' l-armar magħżul, għandu jiġi mfassal pjan ta' l-armar, ta' l-użu u tal-ħatt tiegħu minn persuna kompetenti. Dan jista' jsir fil-għamla ta' pjan ġenerali, ikkompletat b’emendi tal-pjan li jkollhom x'jaqsmu mad-dettalji speċifiċi ta' l-armar in kwistjoni. 4.3.3. Il-komponenti taż-żamm ta’ l-armar għandhom ikunu protetti mill-possibilità ta’ żliq, kemm jekk bit-twaħħil ma' kull wiċċ li jerfa', b’użu ta' mezz kontra ż-żliq jew b'kull mezz ieħor ta' effettività ugwali, u l-wiċċ li jerfa' t-toqol għandu jkun ta' kapaċità suffiċjenti. Għandu jiġi żgurat illi l-armar huwa stabbli. L-armar bir-roti jrid jiġi pprevenut b'mezzi xierqa milli jiċċaqlaq aċċidentalment matul ix-xogħol fil-għoli. 4.3.4. Id-dimensjonijiet, il-għamla u t-tifsila tal-pjattaformi ta' l-armar iridu jkunu xierqa għan-natura tax-xogħol li jrid isir u xierqa għat-toqol li jrid jinġarr u jippermettu x-xogħol u l-mogħdija fis-siġurtà. Il-pjattaformi ta' l-armar iridu jiġu mmontati hekk li l-komponenti tagħhom ma jkunux jistgħu jiċċaqalqu waqt l-użu normali. Ma jridx ikun hemm xquq perikolużi bejn il-komponenti tal-pjattaformi u s-salvagwardji kollettivi vertikali li jipprevjenu l-waqgħat. 4.3.5. Meta partijiet mill-armar ma jkunux lesti għall-użu, bħal per eżempju matul l-immontar, iż-żarmar jew il-bdil, dawn iridu jiġu mmarkati b'sinjali ta' twissija ġenerali skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva tal-Kunsill[12] 92/58/KEE u jkunu delimitati b'mod xieraq b'mezzi fiżiċi li jipprevjenu l-aċċess għaż-żona tal-perikolu. 4.3.6. L-armar jista' biss jiġi mmontat, żarmat jew mibdul b'mod sinifikanti taħt is-superviżjoni ta' persuna kompetenti u minn ħaddiema li jkunu rċevew taħriġ xieraq u speċifiku fl-operazzjonijiet maħsuba, li jindirizzaw ir-riskji speċifiċi skond l-Artikolu 9, u b'mod aktar partikolari: (a) li jifhmu l-pjanta ta' l-immontar, taż-żarmar jew tal-bidla ta' l-armar ikkonċernat; (b) is-sigurtà matul l-immontar, iż-żarmar jew il-bidla ta' l-armar ikkonċernat; (ċ) il-miżuri li jipprevjenu r-riskju li jaqgħu persuni jew oġġetti; (d) il-miżuri ta’ sigurtà fil-każ ta' bdil fil-kondizzjonijiet tat-temp li jistgħu jaffettwaw b'mod ħażin is-sigurtà ta' l-armar in kwistjoni; (e) il-kondizzjonijiet fir-rigward tat-tagħbijiet permissibbli; (f) kull riskju ieħor li x-xogħol ta' l-immontar, iż-żarmar jew il-bdil imsemmi hawn fuq jista' jeħtieġ. Il-persuna li tissorvelja u l-ħaddiema konċernati jrid ikollhom disponibbli l-pjanta ta' l-immontar u taż-żarmar kif msemmi fil-punt fl-4.3.2, inkluż kull istruzzjoni li jista' jkun fiha. 4.4. Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw it-teknika marbuta ma’ l-aċċess u l-pozizzjonament permezz tal-ħbula It-teknika marbuta ma’ l-aċċess u l-pożizzjonament permezz tal-ħbula Õirid jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) is-sistema jrid ikun fiha minn ta' l-anqas żewgt iħbula ankrati separatament, wieħed bħala mezz ta' l-aċċess, ta' l-inżul u ta' appoġġ (xogħol bil-ħabel) u l-ieħor bħala riserva (ħabel tas-sigurtà); (b) il-ħaddiema jridu jiġu pprovduti u jużaw sarġ xieraq u jkunu mqabbda miegħu b'ħabel tas-sigurtà; (ċ) il-ħabel tax-xogħol għandu jkun imgħammar b'mezzi siguri għat-tlugħ u l-inżul u jkollu sistema li tinqafel waħedha sabiex jipprevjeni lil min jużah milli jaqa' jekk jitlef il-kontroll tal-movimenti tiegħu. Il-ħabel tas-sigurtà jrid ikun imgħammar b'sistema mobbli ta' prevenzjoni mill-waqgħat li ssegwi l-movimenti tal-ħaddiem; (d) il-għodda u l-aċċessorji l-oħra li jridu jintużaw minn ħaddiem għandhom ikunu mqabbda mas-sarġ jew mal-maqgħad tal-ħaddiem jew ma' xi mezz ieħor xieraq; (e) ix-xogħol għandu jkun ippjanat u ssorveljat tajjeb, sabiex ħaddiem ikun jista' jiġi salvat immedjatament f'emerġenza; (f) skond l-Artikolu 9, il-ħaddiema konċernati jenħtieġ li jirċievu taħriġ xieraq u speċifiku għall-operazzjonijiet maħsuba, b'mod partikolari l-proċeduri tas-salvataġġ. F'ċirkostanzi eċċezzjonali fejn, bil-ħsieb ta' l-istima tar-riskji, l-użu tat-tieni ħabel jagħmel ix-xogħol aktar perikoluż, l-użu ta' ħabel wieħed jista' jiġi permess, sakemm ikunu ttieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw is-sigurtà skond il-liġijiet jew/u l-prattika nazzjonali. _____________ ANNESS III Parti A Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tagħha(imsemmi fl-Artikolu 13) Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE | (ĠU L 393, 30.12.1989, p.13) | Direttiva tal-Kunsill 95/63/KE | (ĠU L 335, 30.12.1995, p. 28) | Direttiva 2001/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill | (ĠU L 195, 19.7.2001, p. 46) | Parti B Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmi fl-Artikolu 13) Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | 89/655/KEE | 31 ta’ Diċembru 1992 | 95/63/KE | 5 ta’ Diċembru 1998 | 2001/45/KE | 19 ta’ Lulju 2004[13] | _____________ ANNESS IV Tabella Ta’ Korrelazzjoni Direttiva 89/655/KEE | Din id-Direttiva | Artikolu 1 | Artikolu 1 | Artikolu 2 | Artikolu 2 | Artikolu 3 | Artikolu 3 | Artikolu 4 | Artikolu 4 | Artikolu 4a(1) | Artikolu 5(1) | Artikolu 4a(2) l-ewwel u t-tieni inċiżi | Artikolu 5(2)(a) u (b) | Artikolu 4a(3) | Artikolu 5(3) | Artikolu 4a(4) | Artikolu 5(4) | Artikolu 5, l-ewwel u t-tieni inċiżi | Artikolu 6(a) u (b) | Artikolu 5a | Artikolu 7 | Artikolu 6(1) | Artikolu 8(1) | Artikolu 6(2) l-ewwel sottto-paragrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi | Artikolu 8(2) l-ewwel sotto-paragrafu (a), (b) u (ċ) | Artikolu 6(2) it-tieni sotto-paragrafu | Artikolu 8((2) it-tieni sotto-paragrafu | Artikolu 6(3) | Artikolu 8(3) | Artikolu 7 l-ewwel inċiż | Artikolu 9(a) | Artikolu 7 it-tieni inċiż | Artikolu 9(b) | Artikolu 8 | Artikolu 10 | Artikolu 9(1) | Artikolu 11(1) | Artikolu 9(2) l-ewwel u t-tieni inċiżi | Artikolu 11(2)(a) u (b) | Artikolu 10(1) | - | Artikolu 10(2) | Artikolu 12(1) | Artikolu 10(3) | Artikolu 12(2) | Artikolu 10(4) | Artikolu 12(3) | - | Artikolu 13 | - | Artikolu 14 | Artikolu 11 | Artikolu 15 | Anness I | Anness I | Anness II | Anness II | - | Anness III | - | Anness IV | _____________ [1] COM(87) 868 PV. [2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet. [3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, KUMM(2001) 645 finali. [4] Ara l-Anness III, Parti A ta’ din il-proposta. [5] ĠU C [...], [...] p. [...]. [6] ĠU C [...], [...] p. [...]. [7] ĠU C [...], [...] p. [...]. [8] ĠU L 393, 30.12.1989, p. 13. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2001/45/KE mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 195, 19.7.2001, p. 46). [9] Ara l-Anness III, Parti A. [10] ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Direttiva kif emendata mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1882/2003 ( ĠU L 284, ta’ l-31.10.2003, p. 1). [11] ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 [12] ĠU L 245, 26.8.1992, p. 23. [13] L-Istati Membri għandu ikollhom id-dritt, rigward l-implimentazzjoni tal-punt 4 ta’ l-Anness II tad-Direttiva 89/655/KEE, li jagħmlu użu minn perjodu transitorju taż-żmien ta’ mhux aktar minn sentejn mid-19 ta’ Lulju 2004, sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet varji li jistgħu jinħolqu mill-implimentazzjoni prattika tad-Direttiva 2001/45/KE b’mod partikolari mill-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju.