This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006PC0440
Communication from the Commission to the European Parliament pursuant to the second subparagraph of Article 251 (2) of the EC Treaty concerning the Common position of the Council on the adoption of a Decision of the European Parliament and of the Council establishing a Community Programme for Employment and Social Solidarity - PROGRESS
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE li jikkonċerna l-pożizzjoni komuni għall-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjegar u s-Solidarjetà Soċjali - PROGRESS
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE li jikkonċerna l-pożizzjoni komuni għall-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjegar u s-Solidarjetà Soċjali - PROGRESS
/* KUMM/2006/0440 finali - COD 2004/0158 */
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE li jikkonċerna l-pożizzjoni komuni għall-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjegar u s-Solidarjetà Soċjali - PROGRESS /* KUMM/2006/0440 finali - COD 2004/0158 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 4.8.2006 KUMM(2006) 440 finali 2004/0158 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE li jikkonċerna l-pożizzjoni komuni għall-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjegar u s-Solidarjetà Soċjali - PROGRESS 2004/0158 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE li jikkonċerna l-pożizzjoni komuni għall-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjegar u s-Solidarjetà Soċjali - PROGRESS 1. SFOND 1. Fl-14 ta’ Lulju 2004, il-Kummissjoni adottat proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjegar u s-Solidarjetà Soċjali – PROGRESS[1]. Din il-proposta ġiet trażmessa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-15 ta’ Lulju 2004. 2. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta l-opinjoni tiegħu fil-6.4. 2005[2]. 3. Il-Kumitat tar-Reġjuni ta l-opinjoni tiegħu fit-23 ta' Frar 2005[3]. 4. Il-Parlament Ewropew ta l-opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fis-6 ta' Settembru 2005[4]. 5. Il-Kummissjoni adottat proposta emendata għal Deċiżjoni fil-21 ta’ Ottubru 2005[5] u sussegwentament proposta emendata oħra għal Deċiżjoni fl-24 ta’ Mejju 2006[6]. 6. Il-Kunsill adotta pożizzjoni komuni fil-18.7.2006. 2. Għan tal-proposta Il-għan globali tal-PROGRESS, il-Programm Komunitarju għall-Impjegar u s-Solidarjetà Soċjali, minn hawn jissejjaħ “il-Programm”, huwa li jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-kamp ta’ l-impjegar, ta’ l-affarijiet soċjali u ta’ l-ugwaljanza fl-opportunitajiet u b’hekk jikkontribwixxi lejn il-ksib ta’ l-għanijiet ta’ l-Aġenda Soċjali. Il-Programm għandu jgħin lill-Kummissjoni sabiex iwettaq ir-rwol ta’ inizzjattiva tagħha; jimplimenta u ssegwi l-għanijiet ta’ l-UE u kif dawn jiġu tradotti f’politiki nazzjonali; jappoġġa u tikkontrolla l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni UE; u jippromwovi l-koperazzjoni ma’ u bejn l-Istati Membri u ma’ l-organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw lis-soċjetà ċivili. L-attivitajiet tal-Programm huma maqsuma f’ħames sezzjonijiet politiċi different : l-impjegar, il-protezzjoni soċjali u l-inklużjoni, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, kontra d-dikriminazzjoni u diversità, l-ugwaljanza bejn is-sessi. 3. Il-kummenti tal-kummissjoni dwar il-pożizzjoni komuni 3.1 Kummenti ġenerali Fit-8 ta’ Diċembru 2005 il-Kunsill laħaq ftehim politiiku dwar it-test kollu ħlief l-Artikolu 17 dwar il-Programm ta’ l-iffinanzjar. Il-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u manniġġjar finanzjarju siewi fetaħ it-triq għall-adozzjoni bla tfixkil u rapida tad-Deċiżjoni proposta. L-Artikolu 17(1) tal-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ l-attivitajiet skond il-Programm ġie emendat fil-proposta riveduta tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Mejju 2006. Il-pakkett finanzjarju huwa ta’ €743.25 miljuni (skond prezzijiet kurrenti) għall-perijodu 2007-2013. Il-Kummissjoni tappoġġa l-pożizzjoni komuni tal-kunsill ta' l-18.7.2006. Il-pożizzjoni komuni tirrifletti kompromess li fuqu l-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jistgħu jiftehmu. 3.2 Kif ġew ikkunsidrati l-emendi tal-Parlament Il-ftehim prattiku dwar ftehim politiku dwar pożizzjoni komuni diġà jinkludi maġġoranza kbira emendi mill-Eps fit-test, b’mod sħiħ jew bl-użu ta’ kliem differenti. B’kollox, l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dan il-Programm kienu jaqblu. Iż-żewġ kwistjonijiet ewlenin, madanakollu, jibqgħu rilevanti. L-ewwel fir-rigward tat-tqassim ta’ l-iffinanzjar li għandu jiġi allokat lill-ħames sezzjonijiet politiċi (Artikolu 17(2)) u t-tieni dwar proċedura għall-allokazzjoni ta' l-iffinanzjar bejn is-sezzjonijiet individwali (Artikolu 17(4) flimkien ma’ l-Artikolu 12(1)(d)). Il-pożizzjoni komuni huwa pass ferm pożittiv lejn l-indirizzar tad-dubji espressi mill-Parlament Ewropew. Dwar l-ewwel kwestjoni, il-pożizzjoni komuni tieħu bħala punt ta’ bidu it-tqassim li ġie propost mill-Kummissjoni. Ċertu sezzjonijiet politiċi għandhom jirċievu perċentwal tal-baġit, iżda mhux għall-ispejjeż tas-sezzjonijiet l-oħrajn. Minnflok, l-iffinanzjar addizzjonali ġej mir-riserva li ma tkunx ġiet allokata ta’ 10% oriġinalment proposta mill-Kummissjoni. Il-Kunsill ħa wkoll f’idejh l-emenda tal-parlament Ewropew li titlob li iktar importanza tingħata għall-“protezzjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali” u għall-“ugwaljanza bejn is-sessi”. Finalment, il-Kunsill saħħaħ il-parti ta’ l-iffinanzjar għall-“impjegar” u “l-kondizzjonijiet tax-xogħol”. Riżultat ta’ dan, ir-riserva li ma ġietx allokata proposta mill-Kummissjoni ġiet allokata kompletament u l-parti mill-iffinanzjar li għandha titqassam lejn kull sezzjoni politika hija ffissata mill-bidu. Permezz ta' dan, il-Kunsill irrisponda għat-tieni kwestjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni. Iż-żewġ istituzzjonijiet kienu pproponew li d-distribuzzjoni ta’ l-iffinanzjar bejn sezzjonijiet politiċi jiġu deċiżi fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali. Il-Kunsill oriġinalment ħa l-pożizzjoni li t-tqassim finanzjarju għandu jkun risponsabbiltà tal-kumitat li għandu jitwaqqaf sabiex jassisti lill-Kummissjoni bl-implimentazzjoni tal-Programm. Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill hija issa f’pożizzjoni konformi ma’ dik tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, b’hekk issaħħaħ it-trasparenza dwar kif il-Programm, u b’mod partikolari il-kwestjonijiet baġitarji għandhom jiġu implimentati. 4. KONKLUŻJONI IL-KUMMISSJONI TIKKUNSIDRA LI T-TEST TAL-POżIZZJONI KOMUNI HUWA AċċETTABLI U JIPPROVDI L-KONDIZZJONIJIET GħALL-ADOZZJONI RAPIDA TAD-DEċIżJONI PROPOSTA STABBILITA FIL-PROGRAMM. It-test ma jbiddel b’ebda mod is-sustanza tal-proposta oriġinali mill-Kummissjoni, filwaqt li jsaħħaħ iċ-ċarezza u t-trasparenza fl-implimentazzjoni tal-Programm. ANNESS DIKJARAZZJONI GĦALL-MINUTI TAL-KUNSILL Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Il-Kummissjoni tiddikjara li, skond l-Artikolu 10 il-proposta tagħha għal Deċiżjoni stabbilta skond il-Programm Komunitarja dwar l-Impjegar u –Solidarjeta Soċjali – PROGRESS, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi stabbiliti fuq livell nazzjonali fl-Istati Membri jistgħu jieħdu parti fil-Programm. [1] COM (2004) 488 finali. [2] ĠU C 255, 14.10.2005, p. 67. [3] ĠU C 164, 5.7.2005, p. 48. [4] A6/2005/199. [5] COM(2005) 536. [6] COM(2004)488/2.