This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006AP0521
European Parliament legislative resolution on the proposal for a Council decision on the Specific Programme 'Cooperation' implementing the Seventh Framework Programme (2007-2013) of the European Community for research, technological development and demonstration activities (COM(2005)0440 - C6-0381/2005 - 2005/0185 (CNS))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Speċifiku "Koperazzjoni" li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (COM(2005)0440 - C6-0381/2005 - 2005/0185(CNS))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Speċifiku "Koperazzjoni" li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (COM(2005)0440 - C6-0381/2005 - 2005/0185(CNS))
ĠU C 316E, 22.12.2006, pp. 290–343
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Speċifiku "Koperazzjoni" li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (COM(2005)0440 - C6-0381/2005 - 2005/0185(CNS))
Official Journal 316 E , 22/12/2006 P. 0290 - 0343
P6_TA(2006)0521 Programm speċifiku "Koperazzjoni" (Is-Seba' Programm ta' Qafas RTDD, 2007-2013) * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il- Programm Speċifiku "Koperazzjoni" li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013) tal- Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (COM(2005)0440 — C6-0381/2005 — 2005/0185(CNS)) (Proċedura ta' konsultazzjoni) Il-Parlament Ewropew, - wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0440) [1] u l-proposta emendata (COM(2005)0440/2) [1], - wara li kkunsidra l-Artikolu 166 tat-Trattat KE, skond liema Artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0381/2005), - wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, - wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u l- Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0379/2006), 1. Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata; 2. Iqis li l-ammont indikattiv ta' referenza finanzjarja indikat fil-proposta leġiżlattiva għandu jkun kompatibbli mal-limitu massimu tat-titlu 1a tal-qafas finanzjarju għall-2007-2013 u jirrimarka li l-ammont annwali jkun deċiż fil-proċedura baġitarja annwali bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-punt 38 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda tas- 17 ta' Mejju 2006 [2]; 3. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tibdel il-proposta tagħha kif xieraq, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE; 4. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurma lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; 5. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsulta mal-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta mill- Kummissjoni b'mod sostanzjali; 6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI | EMENDI MILL-PARLAMENT | Emenda 1 Premessa 4 (4) Il-Programm ta' Qafas għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet kommunitarji oħra li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku ġenerali għallimplimentazzjoni ta' l-għanijiet ta' Liżbona, b'mod partikolari flimkien ma' dawk dwar il-fondi strutturali, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, ix-xogħol u l-ambjent. | (4) Dan il-Programm Speċifiku għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet Komunitarji oħra li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku ġenerali għallimplimentazzjoni ta' l-għanijiet ta' Liżbona. Azzjonijiet taħt ilprogramm għandhom għalhekk ikunu kemm jista' jkun effettivi billi jissaħħu l-kumplimentarjetà u s-sinerġija ma' programmi u azzjonijiet Komunitarji oħrajn, b'mod partikulari ma' dawk dwar il-fondi strutturali, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kultura, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, l-impjieg, it-trasport, lambjent u s-soċjetà ta' l-informatika. | Emenda 2 Premessa 4a (ġdida) | (4a) Taħt dan il-Programm Speċifiku "Koperazzjoni", għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali għall-multidixxiplinarjetà u l-interdixxiplinarjetà, skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp Konsultattiv ta' Riċerka ta' l-Unjoni Ewropea (EURAB 04 009 ta' April 2004) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l- 10 ta' Marzu 2005 dwar ix-xjenza u tteknoloġija — Linji Gwida għal politika futura ta' l-Unjoni Ewropea għall-appoġġ tar-riċerka [3] | Emenda 3 Premessa 4 b (ġdida) | (4b) Dan il-Programm Speċifiku għandu jiffoka b'mod partikulari fuq it-trasferiment ta' l-għerf, ta' riżultati u ta' teknoloġiji mis-settur tar-riċerka pubblika għal negozji, b'mod partikulari SMEs, u fuq mekkaniżmi li jiżguraw li l-ħtiġijiet kummerċjali jitressqu lill-gruppi ta' riċerka b'mod effettiv u kkoordinat. | Emenda 4 Premessa 5 (5) L-attivitajiet relatati ma' l-innovazzjoni u ma' l-SME appoġġati taħt dan il-Programm ta' Qafas għandhom ikunu komplementari għal dawk imwettqa taħt il-Programm ta' Qafas għall- Kompetittività u l-Innovazzjoni. | (5) Dan il-Programm Speċifiku "Koperazzjoni" għandu jiffoka b'mod partikulari sabiex jiżguraw parteċipazzjoni xierqa mill-SMEs fl-azzjonijiet u proġetti kollha tal-programm. Għandu jkun hemm sinerġija u kumplementarjetà massima bejn l-attivitajiet relatati ma' l-innovazzjoni u l-SMEs appoġġati taħt dan il-Programm Speċifiku u dawk imwettqa taħt il-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u programmi u azzjonijiet Komunitarji oħrajn. | Emenda 5 Premessa 5a (ġdida) | (5a) Dan il-Programm Speċifiku għandu jqis kif jixraq lirwol importanti tar-reġjuni fl-implimentazzjoni taz-Zona Ewropea ta' Riċerka, kif inhu rrikonoxxut mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha dwar id-dimensjoni reġjonali taz-Zona Ewropea ta' Riċerka (COM(2001)0549). | Emenda 6 Premessa 7 (7) Dan il-Programm Speċifiku għandu jikkontribwixxi għallgħotja lill Bank Ewropew għall-Investiment sabiex tiġi kkostitwita "Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tas-Sogru" sabiex jitjieb laċċess għas-self mill-BEI. | (7) Dan il-Programm Speċifiku għandu jikkontribwixxi għallgħotja lill Bank Ewropew għall-Investiment sabiex tiġi mwaqqfa "Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tar-Riskju" sabiex jitjieb l-aċċess għas-self mill-BEI. Bl-istess mod, il-Programm Speċifiku għandu jipprovdi ammont ugwali ta' appoġġ finanzjarju bilgħan li jiġu koperti r-riskji mill-parteċipazzjoni ta' SMEs filproġetti, u b'hekk ma jkunux meħtieġa jipprovdu garanziji tal-bank. | Emenda 7 Premessa 8 (8) Kif previst fl-Artikolu 170 tat-Trattat, il-Komunità kkonkludiet numru ta' ftehimiet internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u għandhom isiru sforzi sabiex tissaħħaħ il kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka bl-għan li jkun hemm aktar integrazzjoni tal- Komunità fil-komunità internazzjonali tar-riċerka. Għalhekk, dan il-programm Speċifiku huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi li kkonkludew il-ftehim meħtieġ għal dan il-għan u huwa wkoll miftuħ fuq livell ta' proġett, u fuq il-bażi ta' benefiċċju reċiproku, għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika. | (8) Kif previst fl-Artikolu 170 tat-Trattat, il-Komunità kkonkludiet numru ta' ftehim internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u għandhom isiru sforzi sabiex tissaħħaħ il koperazzjoni internazzjonali fir-riċerka bl-għan li jkun hemm aktar integrazzjoni tal-Komunità fil-komunità internazzjonali tar-riċerka. Għalhekk, dan il-Programm Speċifiku huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi li kkonkludew il-ftehim meħtieġ għal dan il-għan, għandu wkoll isaħħaħ il-koperazzjoni ma' pajjiżi li ma kkonkludewx ftehim simili, u għandu wkoll ikun miftuħ fuq livell ta' proġett, u fuq il-bażi tal-ġid komuni u benefiċċju reċiproku, għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għal koperazzjoni xjentifika. | Emenda 8 Premessa 9 (9) Attivitajiet ta' riċerka mwettqa fi ħdan dan il-programm għandhom josservaw il-prinċipji ta' l-etika fundamentali, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l- Unjoni Ewropea, | (9) Attivitajiet ta' riċerka mwettqa fi ħdan dan il-programm għandhom josservaw il-prinċipji ta' l-etika fundamentali, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l- Unjoni Ewropea u jikkonfermaw il-valur ċiviku u umanistiku tar-riċerka b'attenzjoni partikulari għad-diversità etika u kulturali. | Emenda 9 Premessa 9a (ġdida) | (9a) Dan il-Programm Speċifiku għandu jqis l-irwol importanti ta' l-universitajiet fl-iżgurar ta' eċċellenza vera firriċerka xjentifika u teknoloġika, fl-istabbiliment taz-Zona Ewropea tar-Riċerka, kif kien rikonoxxut fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-irwol ta' l-universitajiet fl-Erwopa ta' l-għerf (COM(2003)0058) u fil-kontribuzzjoni lejn l-iżvilupp ta' soċjetà msejsa fuq l-għarfien. | Emenda 10 Premessa 10 (10) Il-Programm ta' Qafas għandu jagħti kontribut lejn il-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli. | (10) Dan il-Programm Speċifiku u s-Seba' Programm ta' Qafas għandhom jagħtu, bħala ħaġa waħda, kontribut lejn ilpromozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli. | Emenda 11 Premessa 10a (ġdida) | (10a) Dan il-Programm Speċifiku għandu jikkontribwixxi għat-tkattir ta' l-għerf xjentifiku u teknoloġiku, bl-għan li xxjenza u t-teknoloġija jkunu eqreb lejn is-soċjetà. | Emenda 12 Premessa 11 (11) Huwa importanti li jkun żgurat li jkun hemm tmexxija finanzjarja soda tal-Programm ta' Qafas u li jiġi implimentat blaktar mod effettiv u faċli kemm hu possibbli għal min jagħmel użu minnu, kif ukoll b'aċċess faċli għall-parteċipanti kollha f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 tal- 25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunità Ewropea, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat- 23 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għallimplimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u kwalunkwe emenda fil-ġejjieni. | (11) Il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb li tiżgura tmexxija finanzjarja soda tas-Seba' Programm ta' Qafas u dan il-Programm Speċifiku u li t-tnejn li huma jiġu implimentati blaktar mod sempliċi u effettiv possibbli, kif ukoll it-trasparenza, iċ-ċarezza u b'aċċess faċli għall-parteċipanti kollha f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 tal- 25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat- 23 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u kwalunkwe emenda filġejjieni. | Emenda 13 Artikolu 2 Il-Programm Speċifiku għandu jaġħti appoġġ lill-attivitajiet ta' "Kooperazzjoni" li jappoġġaw il-firxa sħiħa ta' azzjonijiet ta' riċerka mwettqa b'kooperazzjoni transnazzjonali fl-oqsma tematiċi li ġejjin: | Il-Programm Speċifiku għandu jaġħti appoġġ lill-attivitajiet ta' "Koperazzjoni" li jappoġġaw il-firxa sħiħa ta' azzjonijiet ta' riċerka mwettqa b'koperazzjoni transnazzjonali fl-oqsma tematiċi li ġejjin: | (a) Is-Saħħa; | (a) Is-Saħħa; | (b) L-Ikel, l-Agrikoltura u l-Bijoteknoloġija; | (b) L-Ikel, Is-Sajd, l-Agrikoltura u l-Bijoteknoloġija; | (c) It-Teknoloġija ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni; | (c) It-Teknoloġija ta' l-Informatika u tal-Komunikazzjoni; | (d)In-Nanoxjenza, in-Nanoteknoloġija, il-Materjali u Teknoloġiji tal-Produzzjoni ġodda; | (d)In-Nanoxjenza, in-Nanoteknoloġija, il-Materjali u Teknoloġiji ta' Produzzjoni ġodda; | (e) L-Enerġija; | (e) L-Enerġija; | (f) L-Ambjent (inkluża l-bidla fil-Klima); | (f) L-Ambjent (inkluża l-bidla fil-Klima); | (g) It-Trasport (inkluża l-Ajrunawtika); | (g) It-Trasport (inkluża l-Ajrunawtika); | (h) Ix-Xjenxa Soċjo-ekonomika u l-Istudji Umanistiċi; | (h) (h) Ix-Xjenxa Soċjo-ekonomika u l-Istudji Umanistiċi; | (i) Is-Sigurtà u l-Ispazju. | (i) Is-Sigurtà; | | (ia) L-Ispazju. | Emenda 14 Artikolu 3 a, paragrafu 1 (ġdid) | Artikolu 3 a 1. Il-Kummissjoni għandha tieħu kull pass neċessarju biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu b'mod effettiv u f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. | Emenda 15 Artikolu 3 a, paragrafu 2 (ġdid) | 2. In-nefqa amministrattiva totali tal-Programm Speċifiku, inkluża n-nefqa interna u tat-tmexxija għall-aġenzija eżekuttiva li hemm proposta li se titwaqqaf, għandha tkun proporzjonali għall-attivitajiet imwettqa skond il-Programm Speċifiku u hija suġġetta għad-deċiżjoni ta' l-awtoritajiet baġitarji u leġiżlattivi. | Emenda 16 Artikolu 3 a, paragrafu 3 (ġdid) | 3. Approprjazzjonijiet tal-baġit għandhom jintużaw skond il-prinċipju ta' l-amministrazzjoni finanzjarja soda, b'mod partikolari skond il-prinċipji ta' l-ekonomija, l-effiċjenza u leffettività, kif ukoll il-prinċipju tal-proporzjonalità. | Emenda 17 Artikolu 4, paragrafu 1 1. L-attivitajiet kollha ta' riċerka mwettqa taħt il-Programm Speċifiku għandhom jitwettqu skond il-prinċipji etiċi fundamentali. | 1. L-attivitajiet kollha ta' riċerka mwettqa taħt il-Programm Speċifiku għandhom jitwettqu skond prinċipji etiċi fundamentali u waqt li jitqiesu s-salvagwardji xjentifiċi meħtieġa skond ilqasam ta' għerf u t-tip ta' riċerka kkonċernata. | Emenda 18 Artikolu 5a (ġdid) | Artikolu 5a Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni minn qabel lill-awtorità baġitarja kull meta jkollha l-ħsieb li titbiegħed mill-analiżi statistika ta' l-infiq iddikjarata fir-rimarki u lanness tal-baġit annwali. | Emenda 19 Artikolu 6, paragrafu 3 3. Il-programm ta' ħidma għandu jispeċifika l-kriterji li fuqhom ikunu valutati l-proposti għal azzjonijiet indiretti taħt liskemi ta' finanzjament u jkunu magħżula l-proġetti. Il-kriterji għandhom ikunu dawk ta' l-eċċellenza, l-impatt u l-implimentazzjoni u, fi ħdan dan il-qafas, ħtiġijiet, enfasi u limiti addizzjonali jistgħu ikunu speċifikati jew komplimentati aktar fil-programm ta' ħidma. | 3. Il-programm ta' ħidma għandu jispeċifika l-kriterji li fuqhom ikunu valutati l-proposti għal azzjonijiet indiretti taħt liskemi ta' finanzjament u jkunu magħżula l-proġetti, waqt li jirrikonoxxi l-kompatibilità tal-parteċipazzjoni simultanja ta' riċerkaturi u gruppi fi programmi nazzjonali u Ewropej. Il-kriterji għandhom ikunu dawk ta' l-eċċellenza, l-impatt u l-implimentazzjoni u, fi ħdan dan il-qafas, ħtiġijiet, enfasi u limiti addizzjonali jistgħu ikunu speċifikati jew komplimentati fil-programm ta' ħidma. | Emenda 20 Artikolu 7, paragrafu 2 2. Il-proċedura stipulata fl-Artikolu 8(2) għandha tapplika għall-adozzjoni tal-miżuri li ġejjin: | 2. Il-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 8(3) għandha tapplika għall-adozzjoni tal-miżuri li ġejjin: | Emenda 21 Artikolu 8 1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna minn kumitat. | 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat. | 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, il-proċedura ta' tmexxija stipulata fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/468/ KE għandha tapplika, skond l-Artikolu 7(3) tagħha. | 2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat regolarment bil-progress ġenerali ta' l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u għandha tipprovdih b'informazzjoni dwar l-azzjonijiet RŻT kollha ffinanzjati taħt dan il-programm. | 3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw. | 3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1)-(4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li ssir konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. | 4. Il-perjodu previst skond l-Artikoli 4(3) u 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun xahrejn. | | 5. Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill- Kumitat dwar il-progress ġenerali ta' l-implimentazzjoni tal- Programm Speċifiku, u għandha tipprovdilu l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet ta' riċerka, taħriġ u żvilupp (RTD) iffinanzjati taħt dan il-programm. | | Emenda 22 Anness I, Introduzzjoni, paragrafu 2 L-għan kumplessiv huwa li jingħata kontribut għall-iżvilupp sostenibbli fil-kuntest tal-promozzjoni tar-riċerka fl-ogħla livell ta' eċċellenza. | L-għan ewlieni tar-riċerka għandu jkun li jiżdied l-għarfien. L-għan kumplessiv huwa li jingħata kontribut għal żieda flgħerf u anke għall-iżvilupp sostenibbli fil-kuntest tal-promozzjoni tar-riċerka fl-ogħla livell ta eċċellenza. Ir-riċerka hija strument fundamentali għall-inkoraġġiment ta' l-inklużjoni soċjali, iċ-ċittadinanza attiva u l-parteċipazzjoni, it-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività, is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja. | Emenda 23 Anness I, Introduzzjoni, paragrafu 2 a (ġdid) | Fil-każ ta' sħubiji bejn universitajiet u l-industrija, il-Kummissjoni se timpenja ruħha biex tkattar ir-riżultati ta' riċerka bażika u applikata, meta jkunu ta' interess pubbliku u favur il-ġid komuni. | Emenda 24 Anness I, Introduzzjoni, paragrafu 3, punt (9) (9) Is-Sigurtà u l-Ispazju. | (9) Is-Sigurtà; | | (9a) L-Ispazju. | Emenda 25 Anness I, Introduzzjoni, paragrafu 5 Il-prinċipju ta' l-iżvilupp sostenibbli u l-ugwaljanza bejn lirġiel u n-nisa se jitqies kif jixraq. Barra minn hekk, kunsiderazzjonijiet dwar l-aspetti etiċi, soċjali, legali u kulturali aktar wesgħin tar-riċerka li se ssir u l-applikazzjonijiet potenzjali tagħha, kif ukoll l-impatti soċjo-ekonomiċi ta' l-iżvilupp u l-previżjoni xjentifiċi u teknoloġiċi, fejn ikun rilevanti, jiffurmaw parti mill-attivitajiet taħt dan il-Programm Speċifiku. | Il-prinċipju ta' l-eċċellenza xjentifika u teknoloġika għandu jservi ta' pedament għas-Seba' Programm ta' Qafas kollu. Barra minn hekk, kunsiderazzjonijiet dwar l-aspetti etiċi, soċjali, legali u kulturali aktar wesgħin tar-riċerka li se ssir u l-applikazzjonijiet potenzjali tagħha, kif ukoll l-impatti soċjo-ekonomiċi ta' l-iżvilupp u l-previżjoni xjentifiċi u teknoloġiċi, fejn ikun rilevanti, jiffurmaw parti mill-attivitajiet taħt dan il-Programm Speċifiku | Emenda 26 Anness I, paragrafu 5 a (ġdid) | Se tingħata attenzjoni speċjali għat-tisħiħ tal-koeżjoni bejn l- Istati Membri ta' l-UE u r-reġjuni fil-qasam tax-xjenza u tteknoloġija, b'referenza partikulari għal miżuri biex inaqqsu l-firda teknoloġika bejn oqsma varji billi jissaħħu b'mod selettiv il-kapaċitajiet teknoloġiċi ta' l-intrapriżi fuq il-livelli kollha. Għal dan l-għan, attivitajiet tal-Programm ta' Qafas għandhom ikunu kkoordinati mal-linji ta' azzjoni ta' linji politiċi Komunitarji oħrajn, b'mod partikulari il-politika reġjonali u l-politika dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni. | Emenda 27 Anness I, titolu "Riċerka pluridixxiplinari u riċerka li tkopri aktar minn tema waħda, inklużi sejħiet konġunti", paragrafu 1 Tingħata attenzjoni partikolari għall-oqsma xjentifiċi ta' prijorità li jinvolvu diversi temi, bħax-xjenzi u t-teknoloġiji marittimi. Ilpluridixxiplinarjetà se tkun imħeġġa permezz ta' strateġiji għarriċerka li jinvolvu aktar minn tema waħda u suġġetti teknoloġiċi li huma rilevanti għal aktar minn tema waħda. Strateġiji bħal dawn li jinvolvu aktar minn tema waħda se jiġu implimentati, fost l-oħrajn, permezz ta' L-użu ta' sejħiet konġunti bejn it-temi fejn suġġett ta' riċerka jidher ċar li huwa rilevanti għall-attivitajiet taħt kull waħda mit-temi rispettivi: | Tingħata attenzjoni partikulari għall-oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi ta' prijorità li jinvolvu diversi temi, bħax-xjenzi tal-baħar, teknoloġiji relatati mat-turiżmu, l-inġinerija u l-kimika ambjentali, u s-saħħa ambjentali. Il-pluridixxiplinarjetà, inkluż riċerka li għandha orjentazzjoni lejn missjoni, se tkun imħeġġa permezz ta' strateġiji għar-riċerka li jinvolvu aktar minn tema waħda u suġġetti teknoloġiċi li huma rilevanti għal aktar minn tema waħda. Approċċi bħal dawn li jinvolvu aktar minn tema waħda se jiġu implimentati, fost oħrajn, permezz ta' L-użu ta' sejħiet konġunti bejn it-temi fejn suġġett ta' riċerka jidher ċar li huwa rilevanti għall-attivitajiet taħt kull waħda mit-temi rispettivi: | —L-użu ta' sejħiet konġunti bejn it-temi fejn suġġett ta' riċerka jidher ċar li huwa rilevanti għall-attivitajiet taħt kull waħda mit-temi rispettivi; | —L-użu ta' sejħiet konġunti bejn it-temi fejn suġġett ta' riċerka jidher ċar li huwa rilevanti għall-attivitajiet taħt kull waħda mit-temi rispettivi; | —L-enfasi speċjali fi ħdan l-attività "ħtiġijiet emerġenti" għarriċerka li tkopri aktar minn dixxiplina wahda; | —L-enfasi speċjali fi ħdan l-attività "ħtiġijiet emerġenti" għarriċerka li tkopri aktar minn dixxiplina wahda; | —L-użu ta' pariri esterni minn firxa wiesgħa ta' dixxiplini u sfondi fl-istabbiliment tal-programm ta' ħidma; | —L-użu ta' pariri minn riċerkaturi li huma ta' prestiġju rikonoxxut minn firxa wiesgħa ta' dixxiplini u sfondi flistabbiliment tal-programm ta' ħidma; | —Għal riċerka rilevanti għall-politika, billi tiġi żgurata l-koerenza mal-politika ta' l-UE. | —Għal riċerka rilevanti għall-politika, billi tiġi żgurata l-koerenza mal-linji politiċi ta' l-UE. | Emenda 28 Anness I, titolu "Riċerka pluridixxiplinari u riċerka li tkopri aktar minn tema waħda, inklużi sejħiet konġunti", it-tieni paragrafu Il-koordinazzjoni bejn it-temi f'dan il-Programm Speċifiku u lazzjonijiet taħt programmi speċifiċi oħra tas-Seba' Programm ta' Qafas, bħal dawk dwar l-infrastruttura tar-riċerka fil-Programm Speċifiku "Kapaċitajiet", se jiġu żgurati mill-Kummissjoni Ewropea. | Il-kordinazzjoni bejn it-temi f'dan il-Programm Speċifiku u lazzjonijiet taħt programmi speċifiċi oħra tas-Seba' Programm ta' Qafas, bħal dawk dwar l-infrastruttura tar-riċerka fil-Programm Speċifiku "Kapaċitajiet", se jiġu żgurati mill-Kummissjoni Ewropea. Il-programm ta' ħidma se jispeċifika l-attivitajiet li għandhom ikunu suġġett għal koordinazzjoni speċjali ma' dawk li jaqgħu taħt programmi speċifiċi oħra u għandu jistabbilixxi l-mekkaniżmi meħtieġa sabiex koordinazzjoni bħal din tkun effettiva. | Emenda 29 Anness I, titolu "Adattament għall-ħtiġijiet u l-opportunitajiet li qed jevolvu", paragrafu 1 Sabiex it-temi jibqgħu rilevanti fil-qasam industrijali, se jkun hemm dipendenza, fost sorsi oħra, fuq ix-xogħol tad-diversi "Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej". Dan il-Programm Speċifiku, b'hekk, ikompli jagħti kontribut għall-implimentazzjoni ta' l-Aġendi Strateġiċi għar-Riċerka stabbiliti u żviluppati mill-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej fejn dawn jirrappreżentaw valur miżjud ġenwin Ewropew. Il-ħtiġijiet wesgħin tar-riċerka identifikati fl-Aġendi Strateġiċi għar-Riċerka disponibbli huma diġà riflessi sew fid-disa' temi identifikati hawn taħt. L-inkorporazzjoni aktar dettaljata tal-kontenut tekniku tagħhom ikun riflessi sussegwentament waqt il-formulazzjoni ta' programm ta' ħidma għall-sejħiet speċifiċi għall-proposti. | Sabiex it-temi, u l-parteċipazjoni kontinwa ta' l-industrija fihom, jibqgħu rilevanti fil-qasam industrijali, se jkun hemm dipendenza, fost sorsi oħra, fuq ix-xogħol tad-diversi "Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej". Dan il-Programm Speċifiku, flimkien mal-kontribuzzjonijiet mill-industrija, b'hekk, ikomplu jagħtu kontribut għall-implimentazzjoni ta' l-Aġendi Strateġiċi għar-Riċerka stabbiliti u żviluppati mill-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej fejn dawn jirrappreżentaw valur miżjud ġenwin Ewropew. Il-ħtiġijiet wesgħin tar-riċerka identifikati fl-Aġendi Strateġiċi għar-Riċerka disponibbli huma diġà riflessi sew fiddisa' temi identifikati hawn taħt. L-inkorporazzjoni aktar dettaljata tal-kontenut tekniku tagħhom ikun riflessi sussegwentament waqt il-formulazzjoni tal-programm ta' ħidma dettaljat għall-sejħiet speċifiċi għall-proposti. | Emenda 30 Anness I, titolu "Adattament għall-ħtiġijiet u l-opportunitajiet li qed jevolvu", paragrafu 2 Ikun żgurat ukoll li t-temi jibqgħu rilevanti mal-formulazzjoni, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-politika u r-regolamenti ta' l-UE. Dan jirrigwarda oqsma ta' politika bħas-saħħa, issigurtà, il-ħarsien tal-konsumatur, l-enerġija, l-ambjent, l-għajnuna għall-iżvilupp, is-sajd, l-affarijiet marittimi, l-agrikoltura, is-saħħa u l-benesseri ta' l-annimali, it-trasport, l-edukazzjoni u t-taħriġ, is-soċjetà ta' l-informatika u l-medja, ix-xogħol, l-affarijiet soċjali, il-koeżjoni, u l-ġustizzja u l-affarijiet interni, flimkien mar-riċerka pre-normattiva u ko-normattiva rilevanti għat-titjib tal-kwalità ta' l-istandards u l-implimentazzjoni tagħhom. F'dan il-kuntest, il-pjattaformi li jistgħu jiġbru flimkien dawk li għandhom interess mal-komunità tar-riċerka sabiex jikkunsidraw aġendi ta' riċerka rilevanti għall-oqsma ta' politika soċjali, ambjentali jew oqsma oħra jistgħu jkollhom rwol. | Ikun żgurat ukoll li t-temi jibqgħu rilevanti mal-formulazzjoni, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-politika u r-regolamenti ta' l-UE. Dan jirrigwarda oqsma ta' politika bħas-saħħa, issigurtà, il-ħarsien tal-konsumatur, l-enerġija, l-ambjent, l-għajnuna għall-iżvilupp, is-sajd, l-affarijiet marittimi, l-agrikoltura, is-saħħa u l-benesseri ta' l-annimali, it-trasport, l-edukazzjoni u t-taħriġ, is-soċjetà ta' l-informatika u l-medja, l-impjieg, l-affarijiet soċjali, il-koeżjoni, u l-ġustizzja u l-affarijiet interni, flimkien mar-riċerka pre-normattiva u ko-normattiva rilevanti għat-titjib ta' l-interoperabilità u tal-kompetizzjoni u tal-kwalità ta' listandards u l-implimentazzjoni tagħhom. F'dan il-kuntest, ilpjattaformi li jiġbru flimkien lill-partijiet interessati fir-riċerka tal-Komunita' sabiex jikkunsidraw aġendi ta' riċerka strateġiċi rilevanti għall-oqsma ta' politika soċjali, ambjentali jew oqsma oħra, jistgħu jkollhom rwol. | Emenda 31 Anness I, titolu "Adattament għall-ħtiġijiet u l-opportunitajiet li qed jevolvu", bulit 1, parti introduttorja Ħtiġijiet emerġenti: permezz ta' appoġġ speċifiku għal proposti ta' riċerka mmirati lejn l-identifikazzjoni jew l-esplorazzjoni aktar fil-fond ta' qasam speċifiku u/jew fl-intersezzjoni ta' diversi dixxiplini, opportunitajiet xjentifiċi u teknologiċi ġodda, b'mod partikolari marbuta ma' potenzjal ta' skoperti sinifikanti. Dan ikun implimentat permezz ta': | Ħtiġijiet emerġenti: permezz ta' appoġġ speċifiku għal proposti ta' riċerka mmirati lejn l-identifikazzjoni jew l-esplorazzjoni ulterjuri ta' qasam speċifiku u/jew fl-intersezzjoni ta' diversi dixxiplini, opportunitajiet xjentifiċi u teknologiċi ġodda, b'mod partikolari marbuta ma' potenzjal ta' skoperti sinifikanti jew applikazzjonijiet diretti. Dan ikun implimentat permezz ta': | Emenda 32 Anness I, titolu "Adattament għall-ħtiġijiet u l-opportunitajiet li qed jevolvu", bulit 1, inċiż 1 —Riċerka miftuħa "minn isfel għal fuq" dwar materji identifikati mir-riċerkaturi innifishom sabiex jiżviluppaw opportunitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda (azzjonijiet "Avventura") jew sabiex jivvalutaw skoperti ġodda jew fenomeni li jkunu għadhom kif ġew osservati li jistgħu jindikaw periklu jew problemi għas-soċjetà (azzjonijiet "Insight"); | —Riċerka miftuħa "minn isfel għal fuq" dwar materji identifikati mir-riċerkaturi nnifishom sabiex jiżviluppaw opportunitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda ("Azzjonijiet ta' Avventura"), jew biex jidentifikaw fi stadju bikri żviluppi u xejriet li għandhom prospett ta' applikazzjonijiet sinifikattivi ("Azzjonijiet ta' previżjoni") jew sabiex jivvalutaw skoperti ġodda jew fenomeni li jkunu għadhom kif ġew osservati li jistgħu jindikaw periklu jew problemi għas-soċjetà (azzjonijiet "Insight"); | Emenda 33 Anness I, titolu "Disseminazzjoni, trasferiment ta' l-għerf u impenn usa", l-ewwel paragrafu, introduzzjoni Sabiex jissaħħu d-disseminazzjoni u l-użu tal-produzzjoni tarriċerka ta' l-UE, id-disseminazzjoni ta' l-għarfien u t-trasferiment tar-riżultati, inkluż lejn dawk li jifformulaw il-politika, ser ikun appoġġat fl-oqsma tematiċi kollha, inklużi permezz talfinanzjament ta' inizjattivi ta' netwerking/senserija, seminars u avvenimenti, assistenza minn esperti esterni u servizzi ta' tagħrif elettroniku. Dan ikun implimentat f'kull qasam tematiku permezz ta': | Sabiex jissaħħu t-tixrid, l-użu u l-impatt tal-produzzjoni tarriċerka ta' l-UE, id-disseminazzjoni u t-trasferiment ta' l-għerf u l-użu tar-riżultati, inkluż it-tixrid lejn dawk li jfasslu l-politika, ser ikun appoġġat fl-oqsma tematiċi kollha, inkluż permezz talfinanzjament ta' inizjattivi ta' netwerking/senserija, seminars u avvenimenti, assistenza minn esperti esterni u servizzi ta' informazzjoni u ta' konsulenza. Dan ikun implimentat f'kull qasam tematiku permezz ta': | Emenda 34 Anness I, titlu "Disseminazzjoni, trasferiment ta' l-għerf u impenn usa", l-ewwel paragrafu, it-tieni inċiż —L-offerta ta' assistenza ffokata lill-proġetti u l-konsorzji sabiex ikunu pprovduti b'aċċess għall-ħiliet meħtieġa sabiex jużaw ir-riżultati bl-aħjar mod; | —L-offerta ta' assistenza ffokata lejn proġetti u konsorzji sabiex ikunu pprovduti b'aċċess għall-ħiliet u r-riżorsi meħtieġa, b'mod partikulari riżorsi finanzjarji, sabiex jużaw irriżultati bl-aħjar mod; | Emenda 35 Anness I, titlu "Disseminazzjoni, trasferiment ta' l-għerf u impenn usa", paragrafu 1, inċiż 3 —L-azzjonijiet speċifiċi ta' disseminazzjoni li jieħdu strateġija proattiva fir-rigward tad-disseminazzjoni tar-riżultati minn firxa ta' proġetti, inklużi dawk minn Programmi ta' Qafas preċedenti u programmi oħra ta' riċerka, li huma mmirati lejn setturi speċifiċi jew gruppi ta' dawk li għandhom interess bħala utenti potenzjali; | —L-azzjonijiet speċifiċi ta' disseminazzjoni li jieħdu approċċ proattiv fir-rigward tad-disseminazzjoni tar-riżultati minn firxa ta' proġetti, inklużi dawk minn Programmi ta' Qafas preċedenti u programmi oħra ta' riċerka, li huma mmirati lejn setturi speċifiċi jew gruppi ta' partijiet interessati, b'enfasi speċjali fuq utenti potenzjali u għalliema f'livelli qabel l-università; | Emenda 36 Anness I, titlu "Disseminazzjoni, trasferiment ta' l-għerf u impenn usa", paragrafu 1, inċiż 5 —Servizzi CORDIS (Servizz tal-Komunità għat-Tagħrif dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp) sabiex ikattru d-disseminazzjoni tattagħrif u l-użu tar-riżultati tar-riċerka; | —Servizzi CORDIS sabiex titrawwem id-disseminazzjoni ta' lgħerf f'forma li tkun faċli li tintuża mill-utent u l-isfruttament tar-riżultati tar-riċerka; | Emenda 37 Anness I, titlu "Disseminazzjoni, trasferiment ta' l-għerf u impenn usa", paragrafu 1, inċiż 6 —Inizjattivi sabiex ikattru d-djalogu u d-diskussjoni dwar kwistjonijiet xjentifiċi u riżultati tar-riċerka ma' pubbliku aktar wiesa' lilhinn mill-komunità tar-riċerka. | —Inizjattivi sabiex jitrawwem id-djalogu u d-dibattitu dwar kwistjonijiet xjentifiċi u riżultati tar-riċerka ma' pubbliku aktar wiesa' lilhinn mill-komunità tar-riċerka, inkluż permezz ta' l-użu ta' riċerka għall-benefiċċju ta' Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili (CSOs). | Emenda 38 Anness I, titolu "Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija", paragrafu 1 F'numru limitat ta' każi, l-ambitu ta' mira ta' l-RTD u l-iskala tar-riżorsi involuti jiġġustifikaw il-ħolqien ta' sħubija pubblika/ privata fit-tul fil-forma ta' Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija. These initiatives, mainly resulting from the work of European Technology Platforms and covering one or a small number of selected aspects of research in their field, will combine private sector investment and national and European public funding, including grant funding from the Research Framework Programme and loan finance from the European Investment Bank. L-Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija se jkunu deċiżi fuq il-bażi ta' proposti separati (eż. skond l-Artikolu 171 tat-Trattat). | F'numru limitat ta' każi, il-kamp ta' applikazzjoni ta' objettiv ta' l-RTD u l-iskala tar-riżorsi involuti jiġġustifikaw il-ħolqien ta' sħubija pubblika/privata fit-tul fil-forma ta' Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija. Dawn l-inizjattivi, li jirriżultaw l-iktar mixxogħol tal-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej u li jkopru aspett wieħed jew numru żgħir ta' aspetti ta' riċerka fil-qasam tagħhom, se jaghqdu investiment mis-settur privat u finanzjar pubbliku nazzjonali u Ewropew, inkluż finanzjar ta' għotjiet mill- Programm ta' Qafas ta' Riċerka u finanzjar ta' self mill-Bank Ewropew ta l-Investiment. L-Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija se jkunu deċiżi fuq bażi individwali fuq il-bażi ta' proposti separati (eż. skond l-Artikolu 171 tat-Trattat). | Emenda 39 Anness I, titolu "Il-kordinazzjoni ta' programmi ta' riċerka barra mill-Komunità", paragrafu 1 L-azzjonijiet li jitwettqu f'dan il-qasam jagħmlu użu minn żewg għodod: L-iskema ERA-NET u l-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi ta' riċerka nazzjonali implimentati b'mod konġunt (l-Artikolu 169 tat-Trattat). L-azzjoni tintuża wkoll sabiex ittejjeb il-komplimentarjetà u s-sinerġija bejn il-Programm ta' Qafas u l-attivitajiet imwettqa fil-qafas ta' l-istrutturi intergovernattivi bħall-EUREKA, EIROforum u COST (Kooperazzjoni fir-Riċerka Xjentifika u Teknoloġika). L-appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet ta' amministrazzjoni u koordinazzjoni tal-COST se jiġu pprovduti sabiex il-COST tkun tista' tkompli tgħin fil-koordinazzjoni u l-iskambji bejn il-gruppi ta' riċerka ffinanzjati fuq bażi nazzjonali. | L-azzjoni mwettqa f'dan il-qasam jagħmlu użu minn żewg għodod: L-iskema ERA-NET u l-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi ta' riċerka nazzjonali implimentati b'mod konġunt (l- Artikolu 169 tat-Trattat). L-azzjoni tintuża wkoll sabiex ittejjeb il-komplimentarjetà u s-sinerġija bejn il-Programm ta' Qafas u lattivitajiet imwettqa fil-qafas ta' l-istrutturi intergovernattivi bħall-EUREKA, EIROforum u COST. Meta wieħed iqis l-importanza ta' l-iżvilupp ta' l-SME għall-kompetittività ta' l-UE, għandha tingħata attenzjoni partikulari għall-assistenza lill- SME's fit-teknoloġija għolja sabiex ikollhom aċċess għarriċerka, skond l-Artikolu 169 tat-Trattat (il-programmi EUREKA u "EUROSTARS"). L-appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet ta' amministrazzjoni u koordinazzjoni tal-COST se jiġu pprovduti sabiex il-COST tkun tista' tkompli tgħin fil-koordinazzjoni u l-iskambji bejn il-gruppi ta' riċerka ffinanzjati fuq bażi nazzjonali. | Emenda 40 Anness I, titolu "Kooperazzjoni internazzjonali", paragrafu 1, parti introduttorja u l-inċiż -1 (ġdid) Azzjonijiet ta' kooperazzjoni internazzjonali se jappoġġaw ilpolitika dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija li għandha żewġ għanijiet interdipendenti: | Azzjonijiet ta' kooperazzjoni internazzjonali se jappoġġaw ilpolitika dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija internazzjoali li għandha tliet għanijiet interdipendenti: | | —Li toħloq il-bażi għal attivitajiet u kapaċitajiet ta' riċerka fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u għall-konsolidazzjoni u t-tisħiħ tal-korpi responsabbli: universitajiet u ċentri għat-taħriġ ta' riċerkaturi pubbliċi u privati; | Emenda 41 Anness I, titlu "Koperazzjoni internazzjonali", paragrafu 1, inċiż 1 —Biex jappoġġja u jippromwovi l-kompetittività Ewropea permezz ta' sħubiji ta' riċerka strateġiċi ma' pajjiżi terzi inklużi ekonomiji emerġenti u industrijalizzati b'mod sostanzjali fix-xjenza u t-teknoloġija billi jimpenja l-aqwa xjenzati minn pajjiżi terzi biex jaħdmu ġo u ma' l-Ewropa. | —biex jappoġġja u jippromwovi proġetti ta' riċerka ta' valur universali permezz ta' sħubiji ta' riċerka strateġiċi ma' pajjiżi terzi inklużi ekonomiji emerġenti u industrijalizzati fixxjenza u t-teknoloġija, li jappoġġjaw il-mobilità ta' xjenzati minn pajjiżi terzi biex jiżguraw li huma jkollhom laqwa kundizzjonijiet li jippermettilhom li jaħdmu ġo u ma' l-Ewropa u jiffaċilitawlhom ir-ritorn eventwali tagħhom lura lejn pajjiżi ta' oriġini. | Emenda 42 Anness I, titlu "Koperazzjoni internazzjonali", paragrafu 1, inċiż 2 —biex jindirizza problemi speċifiċi li jiffaċċjaw pajjiżi terzi jew li għandhom karatteristika globali, fuq il-bażi ta' interess reċiproku u ta' benefiċċju reċiproku. | —biex jindirizza problemi speċifiċi li jiffaċċjaw pajjiżi terzi jew li għandhom karatteristika globali, jittejjeb il-kunċett ta' koperazzjoni dinjija u ta' qsim ta' għerf u informazzjoni. | Emenda 43 Anness I, titlu "Koperazzjoni internazzjonali", paragrafu 2 Il-politika ta' koperazzjoni xjentifika internazzjonali ta' l-UE tenfasizza u tiżviluppa koperazzjoni biex tiġġenera, taqsam u tuża tagħrif permezz ta' sħubiji ta' riċerka ġusti billi jqisu l-kuntest nazzjonali, reġjonali u soċjoekonomiku u bażi ta' tagħrif ta' pajjiżi msieħba. L-approċċ strateġiku huwa li jittejjeb l-iżvilupp talkompetittività u sostenibbli globali permezz ta' sħubiji bejn l-UE u pajjiżi terzi fil-livelli bilaterali, reġjonali u globali bbażati fuq interess u benefiċċju reċiproku. Għal dan il-għan, l-irwol ta' l-UE bħala attur fuq skala globali għandu jkun promoss ukoll permezz ta' programmi internazzjonali ta' riċerka. L-azzjonijiet ta' koperazzjoni internazzjonali appoġġjati se jkunu konnessi ma' kwistjonijiet ta' politika kurrenti biex jappoġġjaw il-kisba ta' impenji internazzjonali ta' l-UE u jikkontribwixxu fil-qsim ta' valuri Ewropej, kompetittività, progress soċjoekonomiku, protezzjoni ambjentali u assistenza skond il-proċess ta' żvilupp sostenibbli globali. | Il-politika ta' koperazzjoni xjentifika internazzjonali ta' l-UE tenfasizza u tiżviluppa koperazzjoni biex tiġġenera, taqsam u tuża għerf permezz ta' sħubiji ta' riċerka ekwi billi jqisu l-kuntest internazzjonali, nazzjonali, reġjonali u soċjo-ekonomiku, bażi ta' għerf u prijoritajiet Ewropej ta' pajjiżi msieħba. L-approċċ strateġiku huwa li jittejjeb l-iżvilupp tal-kompetittività u l-iżvilupp sostenibbli globali permezz ta' sħubiji bħal dawn bejn l-UE u pajjiżi terzi fil-livelli bilaterali, reġjonali u globali bbażati fuq l-interess pubbliku u kollettiv. Għal dan il-għan, l-irwol ta' l-UE bħala attur fuq skala globali għandu jkun promoss ukoll permezz ta' programmi internazzjonali ta' riċerka multilaterali. L-azzjonijiet ta' koperazzjoni internazzjonali appoġġjati se jkunu konnessi ma' kwistjonijiet ta' politika kurrenti biex jappoġġjaw il-kisba ta' impenji internazzjonali ta' l-UE u jikkontribwixxu filqsim ta' riżultati biex itejbu, l-kompetittività, progress soċjoekonomiku, protezzjoni ambjentali u benesseri skond il-proċess ta' żvilupp sostenibbli globali. | Emenda 44 Anness I, titlu "Koperazzjoni internazzjonali", paragrafu 3, bulit 2 Azzjonijiet ta' kooperazzjoni speċifiċi f'kull qasam tematiku iddedikat għal pajjiż terz fil-każ ta' interess reċiproku fil-kooperazzjoni f'materji partikolari. L-identifikazzjoni ta' ħtiġijiet u prijoritajiet speċifiċi se tkun assoċjata mill-qrib ma' ftehim ta' kooperazzjoni bilaterali rilevanti u mad-djalogu attwali multilaterali u bi-reġjonali bejn l-UE u dawn il-pajjiżi jew gruppi ta' pajjiżi. Ilprijoritajiet se jkunu identifikati fuq il-bażi tal-ħtiġijiet partikolari, potenzjal u l-iżvilupp ekonomiku fir-reġjun jew il-pajjiż. Għal dan il-għan, strateġija ta' kooperazzjoni internazzjonali u pjan ta' implimentazzjoni se jiġu żviluppati b'azzjonijiet speċifiċi mmirati fit-temi jew fuq diversi temi, eż. fis-saħħa, l-agrikoltura, is-sanità, l-ilma, is-sigurtà fl-ikel, il-koeżjoni soċjali, l-enerġija, lambjent, is-sajd, l-akkwakultura u r-riżorsi naturali, politika ekonomika sostenibbli, u t-teknoloġiji tat-tagħrif u l-komunikazzjoni. Dawn l-azzjonijiet iservu bħala għodod privileġġjati fl-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-UE u dawn il-pajjiżi. Azzjonijiet bħal dawn huma, b'mod partikulari, azzjonijiet immirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' riċerka u tal-kapaċitajiet koperattivi tal-pajjiżi kandidati, ta' viċinanza, ta' żvilupp u emerġenti. L-azzjonijiet se jkunu s-suġġett ta' sejħiet immirati u se tingħata attenzjoni partikolari għall-faċilitazzjoni ta' l-aċċess għall-azzjonijiet tal-pajjiżi terzi rilevanti, notevolment ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw. | Azzjonijiet ta' koperazzjoni speċifiċi f'kull qasam tematiku ddedikat għal pajjiżi terzi fil-każ ta' interess reċiproku fil-koperazzjoni f'materji partikolari. L-identifikazzjoni ta' ħtiġijiet u prijoritajiet speċifiċi se tkun assoċjata mill-qrib ma' ftehim ta' koperazzjoni bilaterali rilevanti u mad-djalogu attwali multilaterali u bi-reġjonali bejn l-UE u dawn il-pajjiżi jew gruppi ta' pajjiżi. Il-prijoritajiet se jkunu identifikati fuq il-bażi ta' interess u benefiċċju reċiproku u fuq il-ħtiġijiet partikolari, potenzjal u llivell ta' żvilupp ekonomiku fir-reġjun jew il-pajjiż. Għal dan ilgħan, strateġija ta' koperazzjoni internazzjonali u pjan ta' implimentazzjoni se jiġu żviluppati b'azzjonijiet speċifiċi mmirati fittemi jew fuq diversi temi, eż. fis-saħħa, b'mod partikulari mard traskurat, l-agrikoltura, is-sanità, l-ilma, is-sigurtà fl-ikel, il-koeżjoni soċjali, l-enerġija, l-ambjent, is-sajd, l-akkwakultura u rriżorsi naturali, politika ekonomika sostenibbli, u t-teknoloġiji ta' l-informatika u l-Komunikazzjoni. Dawn l-azzjonijiet ser iservu bħala għodod privileġġjati fl-implimentazzjoni tal-koperazzjoni bejn l-UE u dawn il-pajjiżi. Minbarra li jservu loqsma ta' interess reċiproku, azzjonijiet ta' dan it-tip jinkludu wkoll: azzjonijiet li huma mmirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' riċerka u l-kapaċitajiet ta' koperazzjoni tal-pajjiż kandidat, ġirien, li qegħdin jiżviluppaw u pajjiżi emerġenti. L-azzjonijiet se jkunu s-suġġett ta' sejħiet immirati u se tingħata attenzjoni partikolari għall-faċilitazzjoni ta' l-aċċess għall-azzjonijiet tal-pajjiżi terzi rilevanti, notevolment ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw. | Emenda 45 Anness I, "Temi", taqsima 1("Saħħa"), subtaqsima "Approċċ", l-ewwel paragrafu a (ġdid) | Għal dan il-għan, se jkunu mfittxija l-akbar kumplimentarjetà u sinerġija ma' programmi u azzjonijiet Komunitarji oħrajn ma' programmi ta' riċerka nazzjonali u reġjonali fl- Istati Membri differenti. | Emenda 46 Anness I, parti "Temi", taqsima 1 ("Saħħa"), subtaqsima "Approċċ", paragrafu 3 Aspetti ta' sessi fir-riċerka se jitqiesu u se jkunu integrati filproġetti kull meta jkun xieraq. Tingħata attenzjoni speċjali sabiex ir-riżultati tar-riċerka jkunu komunikati u jkun hemm djalogu mas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari ma' gruppi ta' pazjenti, kmieni kemm jista' jkun, dwar żviluppi ġodda li joħorġu minn riċerka bijomedika u ġenetika. It-tixrid u l-użu wiesa' tarriżultati se jkun ukoll żgurat. | Aspetti ta' sessi se jitqiesu u se jkunu inkorporati fi proġetti kull meta jkun xieraq. Il-fatturi tar-riskju, il-proċessi bijoloġiċi, manifestazzjonijiet kliniċi, l-konsegwenzi, u t-trattament involut fil-mard ta' spiss m'humiex l-istess għall-irġiel u nnisa. Minbarra dan, jeżisti mard li jaffettwa biss jew huwa prevalenti aktar fin-nisa jew fl-irġiel (eżempju bħas-sindromu ta' għeja kronika/fibromyalgia, li jaffettwa ħafna aktar linnisa milli lill-irġiel). L-attivitajiet kollha finanzjati li huma marbuta ma' din it-tema għandhom għalhekk jippermettu lpossibilità ta' differenzazzjoni fil-protokolli tar-riċerka, metodoloġiji, u analażi tas-sejbiet relatati. Tingħata attenzjoni speċjali sabiex ir-riżultati tar-riċerka jkunu komunikati u jkun hemm djalogu mas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari ma' gruppi ta' pazjenti, kmieni kemm jista' jkun, dwar żviluppi ġodda li joħorġu minn riċerka bijomedika u ġenetika. It-tixrid u l-użu wiesa' tarriżultati se jkun ukoll żgurat. | Emenda 47 Anness I, parti "Temi", taqsima 1 ("Saħħa"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 1: ("Bijoteknoloġija, għodod u teknoloġiji ġeneriċi għas-saħħa tal-bniedem"), inċiż 1 —riċerka "high-throughput": sabiex jiġu żviluppati għodod ta' riċerka ġodda għall-bijoloġija moderna li jsaħħu, b'mod sinifikanti, it-tkattir tat-tagħrif u jtejbu l-istandardizzazzjoni, l-akkwist u l-analiżi tat-tagħrif u l-kampjuni (biobanks). L-enfasi se tkun fuq teknoloġiji ġodda għal: sekwenzjar; genomics strutturali; bijoloġija ta' sistemi u bijoinformatika; "omics" oħra. | —riċerka "high-throughput": sabiex jiġu żviluppati għodod ta' riċerka ġodda għall-bijoloġija moderna li jsaħħu, b'mod sinifikanti, it-tkattir ta' data u jtejbu l-istandardizzazzjoni, u l-analiżi ta' l-akkwist, sperimentali u bijokomputazzjonali. L-enfasi se tkun fuq teknoloġiji ġodda għal: sekwenzjar bl-użu ta' metodi rapidi, ekonomiċi u disponibbli f'sens wiesa'; espressjoni tal-ġeni, genotyping u phenotyping; genomics strutturali; bijoloġija ta' sistemi u bijoinformatika inkluż kkompjutar estensiv għal immudellar strutturali;"omics" oħra. | Emenda 172 Anness I, parti "Temi", taqsima 1 ("Is-Saħħa"), subtaqsima "Attivitajiet", l-ewwel intestatura ("Bijoteknoloġija, għodod u teknoloġiji ġeneriċi għas-saħħa umana"), inċiż 2 1.Sejbien, dijanjożi u monitoraġġ: sabiex tiżviluppa għodod u teknoloġiji ta' viżwalizzazzjoni, immaġini, skoperta u analiżi għar-riċerka bijomedika għat-tbassir, dijanjożi, monitoraġġ u pronjożi tal-mard, u għall-appoġġ u l-gwida ta' linterventi terapewtiċi. L-enfasi se tkun fuq strateġija multidixxiplinarju li jintegra oqsma bħal: bijoloġija molekulari u ċellulari, fiżjoloġija, ġenetika, fiżika, kimika, nanoteknoloġiji, mikrosistemi, apparat u teknoloġiji tat-tagħrif. Ikun hemm enfasi fuq metodi li ma jinvadux jew li jinvadu b'mod minimu u kwantitattivi u l-assigurazzjoni tal-kwalità. | 2.Sejbien, dijanjożi u monitoraġġ: sabiex tiżviluppa għodod u teknoloġiji ta' viżwalizzazzjoni, immaġini, skoperta u analiżi għar-riċerka bijomedika għat-tbassir, dijanjożi, monitoraġġ u pronjożi tal-mard, u għall-appoġġ u l-gwida ta' linterventi terapewtiċi. L-enfasi se tkun fuq strateġija multidixxiplinarja, fejn tingħata prijorità lill-għodod ta' dijanjożi li huma marbuta direttament mat-terapija, li jintegra oqsma bħal: bijoloġija molekulari u ċellulari, fiżjoloġija, ġenetika, fiżika, kimika, nanoteknoloġiji, mikrosistemi, apparat u teknoloġiji ta' l-informatika. Ikun hemm enfasi fuq metodi li ma jinvadux jew li jinvadu b'mod minimu u kwantitattivi u l-assigurazzjoni tal-kwalità. | Emenda 48 Anness I, parti "Temi", taqsima 1 ("Saħħa"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 1: "Bijoteknoloġija, għodod u teknoloġiji ġeneriċi għas-saħħa tal-bniedem", inċiż 4 —Tbassir ta' l-idonjetà, is-sikurezza u l-effikaċja tat-terapiji: sabiex tiżviluppa u tivvalida l-parametri, l-għodod, il-metodi u l-istandards meħtieġa sabiex il-pazjent ikollu bijomediċini ġodda bla periklu u effettivi (fil-każ ta' mediċini konvenzjonali, dawn il-kwistjonijiet se jiġu indirizzati permezz ta' l-Inizjattiva Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi kif proposta). L-enfasi se tkun fuq strateġiji simili għall-farmakogenomics, metodi u mudelli in silico, in vitro (inklużi alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali) u in vivo. | —Tbassir ta' l-idonjetà, is-sikurezza u l-effikaċja tat-terapiji: sabiex tiżviluppa u tivvalida l-parametri, l-għodod, il-metodi u l-istandards meħtieġa sabiex il-pazjent ikollu bijomediċini ġodda bla periklu u effettivi (fil-każ ta' mediċini konvenzjonali, dawn il-kwistjonijiet se jiġu indirizzati permezz ta' l-Inizjattiva Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi kif proposta). L-iffukar se jkun fuq approċċi simili għall-farmakogenomika, metodi u mudelli in silico, in vitro (inklużi alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali) u in vivo u monitoraġġ immuni. | Emenda 49 Anness I, parti "Temi", taqsima 1 ("Saħħa"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 2: ("Riċerka għas-saħħa tal-bniedem"), subtitlu 1, bulit 1 Ġbir tat-tagħrif fuq skala kbira: sabiex tuża teknoloġiji b'rata għolja ta' proċessar sabiex tiġġenera t-tagħrif li jiċċara l-funzjoni tal-ġeni u l-prodotti tal-ġeni u l-interazzjoni bejniethom f'netwerks komplessi. L-enfasi se tkun fuq: genomics; proteomics; ġenetika tal-popolazzjoni; genomics komparattivi u funzjonali. | Ġbir ta' data fuq skala kbira: sabiex tuża teknoloġiji b'rata għolja ta' proċessar sabiex tiġġenera d-data li jiċċara l-funzjoni tal-ġeni u l-prodotti tal-ġeni u sistemi ta' ċelloli, l-interazzjoni bejniethom f'netwerks komplessi u fi proċessi bijoloġiċi importanti (i. e. organizzazzjoni ċellulari u sinattika mill-ġdid) u proċessi tat-tibdil. L-enfasi se tkun fuq: genomics, inkluż RNA; proteomics; ġenetika tal-popolazzjoni; genomics komparattivi u funzjonali. | Emenda 50 Anness I, parti "Temi", taqsima 1 ("Saħħa"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 2: "Riċerka għas-saħħa tal-bniedem", subtitlu 2, bulit 1 Il-moħħ u mard relatat mal-moħħ: sabiex ikun hemm għarfien aħjar ta' l-istruttura u d-dinamika integrati tal-moħħ, u sabiex ikun hemm studju tal-mard tal-moħħ u tfittxija għal terapiji ġodda. L-iffukar se jkun fuq l-esplorazzjoni tal-funzjonijiet talmoħħ, mill-molekuli sa konjizzjoni, u biex jindirizza mard u disturbi newroloġiċi u psikjatriċi, inklużi approċċi terapewtiċi li jiġġeneraw mill-ġdid u li jirrestitwixxu mill-ġdid. | Il-moħħ u mard relatat mal-moħħ: sabiex ikun hemm għarfien aħjar ta' l-istruttura u d-dinamika integrati tal-moħħ, u sabiex ikun hemm studju tal-mard tal-moħħ, inklużi aspetti relatati mas-sessi u mard relevanti relatat ma' l-anzjanità (bħaddimenzja, l-Alzheimer jew il-marda ta' Parkinson) u tfittxija għal terapiji ġodda. L-iffukar se jkun fuq l-esplorazzjoni tal-funzjonijiet tal-moħħ, mill-molekuli sa konjizzjoni, u disfunzjoni tal-moħħ, minn attività sinattika għan-newrodeġenerazzjoni, kif ukoll biex ikun akkwistat għarfien globali tal-moħħ. Irriċerka se tindirizza mard u disturbi newroloġiċi u psikjatriċi, inklużi approċċi u teknoloġiji terapewtiċi riġeneranti u restawranti. | Emenda 51 Anness I, parti "Temi", taqsima 1 ("Saħħa"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 2: "Riċerka għas-servizz tas-saħħa tal-bniedem", subtitlu 2, bulit 2 L-iżvilupp u x-xjuħija tal-bniedem: sabiex ikun hemm għarfien aħjar tal-proċess ta' l-iżvilupp matul il-ħajja u xjuħija mingħajr mard. L-enfasi se tkun fuq l-istudju ta' sistemi umani u mudelli, inklużi l-interazzjonijiet ma' fatturi bħall-ambjent, l-imġiba u ssess. | L-iżvilupp u x-xjuħija tal-bniedem: sabiex ikun hemm għarfien aħjar tal-proċess ta' l-iżvilupp tul il-ħajja u xjuħija mingħajr mard. L-enfasi se tkun fuq l-istudju ta' sistemi tal-bniedem u mudelli u ta' ċelloli, inklużi l-interazzjonijiet ma' fatturi bħallambjent, l-imġiba, il-kultura u s-sessi bil-għan li jittaffew ilproblemi tal-ħajja ta' kuljum fl-eta' avanzata, u minn attività sinattika għal newrodeġenerazzjoni, bl-użu, inter alia, ta' approċċi ta' immaġni molekulari kliniċi jew prekliniċi. | Emenda 52 Anness I, parti "Temi", taqsima 1 ("Saħħa"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 2: ("Riċerka għas-saħħa tal-bniedem"), subtitlu 4, bulits 1 u 1 a (ġodda) Kanser: l-enfasi tkun fuq l-etjoloġija tal-mard; identifikar u validar ta' miri ta' droga u evidenzjaturi bijoloġiċi li jgħinu fil-prevenzjoni, fid-dijanjosi minn kmieni u fit-trattament; u evalwar ta' l-effettività ta' interventi pronostiċi, dijanjostiċi u terapewtiċi. | Kanċer: l-enfasi tkun fuq l-etjoloġija tal-mard, riċerka epidemjoloġika, terapiji/mediċini ġodda u fatturi ta' riskju; identifikazzjoni u validazzjoni ta' fatturi determinanti ambjentali, miri ta' droga u evidenzjaturi bijoloġiċi li jgħinu fil-prevenzjoni, fiddijanjosi minn kmieni u fit-trattament; evalwazzjoni ta' l-effettività ta' interventi pronjostiċi, djanjostiċi u terapewtiċi | | Disturbi deġenerattivi relatati ma' l-età. | Emenda 53 Anness I, parti "Temi", taqsima 1 ("Saħħa"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 2: "Riċerka għas-servizz tas-saħħa tal-bniedem", subtitlu 4, bulit 3 Id-dijabete u l-obeżità: għal ta' l-ewwel, l-enfasi jkun fuq l-etjoloġiji tat-tipi differenti tad-dijabate, u l-prevenzjoni u l-kura relatati tagħhom. Għal ta' l-aħħar, l-enfasi jkun fuq strateġiji multidixxiplinari inklużi l-ġenetika, l-istil ta' ħajja u l-epidemoloġija. | Id-dijabete u l-obeżità: għal ta' l-ewwel, l-enfasi jkun fuq l-etjoloġiji tat-tipi differenti tad-dijabate, u l-prevenzjoni u l-kura relatati tagħhom, inkluża t-terapija ta' sostituzzjoni ta' ċelloli. Għal ta' l-aħħar, l-enfasi jkun fuq approċċi multidixxiplinari inklużi l-ġenetika, il-bijokimika u l-fiżjoloġija (evalwati bl-użu ta' approċċi mhux invażivi bħal immaġni molekulari u funzjonali), l-istil ta' ħajja u l-epidemoloġija. Kemm għad-dijabete kif ukoll għall-obeżità għandha ssir enfasi fuq il-mard taż-żgħażagħ u l-fatturi operattivi fit-tfulija. | Emenda 54 Anness I, "Temi", taqsima 1 ("Saħħa"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 2: ("Riċerka għas-saħħa tal-bniedem"), subtitlu 4, punt 3 a (ġdid) | Mard rewmatiku: l-enfasi se jkun fuq etjoloġija, dijanjosi minn kmieni u evidenzjaturi bijoloġiċi għal mard u trattament rewmatiku, b'enfasi partikulari fuq mard infjammatorju rewmatiku. | Emenda 55 Anness I, parti "Temi", taqsima 1 ("Saħħa"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 2: ("Riċerka għas-saħħa tal-bniedem"), subtitlu 4, bulit 5 Mard kroniku ieħor: l-enfasi tkun fuq il-mard mhux fatali b'impatt kbir fuq il-kwalità tal-ħajja fix-xjuħija bħal l-indeboliment tal-funzjonijiet u s-sensi u mard kroniku ieħor (eż. mard rewmatojde.). | Mard kroniku ieħor: l-enfasi tkun fuq il-mard mhux fatali b'impatt kbir fuq il-kwalità tal-ħajja fix-xjuħija bħal l-indeboliment tal-funzjonijiet u s-sensi u mard kroniku ieħor b'mod partikulari mard infjammatorju (eż. mard rewmatojde, bħal artrite rewmatojde, osteoporożi, dimenzja u mard newrodeġenerattiv). | Emenda 56 Anness I, parti "Temi", taqsima 1 ("Saħħa"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 2: ("Riċerka għas-saħħa tal-bniedem"), subtitlu 4, bulit 5 a (ġdida) | Mard ieħor: l-enfasi għandha tkun fuq mard respiratorju, mard li ma ngħatax biżżejjed attenzjoni u studji bbażati fuq popolazzjonijiet partikulari għall-investigazzjoni ta' fatturi ta' riskju emerġenti. | Emenda 57 Anness I, parti "Temi", taqsima 1 ("Saħħa"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 2: ("Riċerka għas-saħħa tal-bniedem"), subtitlu 4, bulit 5 b (ġdida) | Riċerka dwar ir-riġenerazzjoni tat-tessut: l-iffukar se jkun fuq riċerka dwar riġenerazzjoni ta' tessuti, bħal riġenerazzjoni ta' tessuti tal-ġilda u tal-qalb, bil-għan ta' għarfien tal-mekkaniżmi ta' bażi fil-proċessi riġenerattivi u fl-identifikazzjoni ta' l-approċċi innovattivi għal terapiji ta' ġeni u ta' ċelloli. | Emenda 58 Anness I, parti "Temi", taqsima 1 ("Saħħa"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3: ("Titjib fil-provvista tal-kura tas-saħħa għaċ-ċittadini Ewropej"), inċiż 1 —promozzjoni tas-saħħa u prevenzjoni tal-mard imtejba: sabiex tipprovdi prova ta' l-aħjar miżuri ta' saħħa pubblika f'termini ta' stil ta' ħajja u interventi f'livelli differenti u f'kuntesti differenti. L-enfasi se tkun fuq il-fatturi determinanti aktar wiesa' u kif dawn jeffettwaw lil xulxin kemm fuq livell individwali u kemm fuq livell ta' komunità (eż. id-dieta, it-tensjoni, it-tabakk u sustanzi oħra, l-attività fiżika, il-kuntest kulturali, fatturi soċjo-ekonomiċi u ambjentali). B'mod partikolari, is-saħħa mentali se tkun indirizzata minn perspettiv tal-korsa tal-ħajja. | —promozzjoni tas-saħħa u prevenzjoni tal-mard imtejba: sabiex tipprovdi prova ta' l-aħjar miżuri ta' saħħa pubblika f'termini ta' stil ta' ħajja u interventi f'livelli differenti u f'kuntesti differenti. L-enfasi se tkun fuq il-fatturi determinanti aktar wiesa' u kif dawn jeffettwaw lil xulxin kemm fuq livell individwali kif ukoll fuq livell ta' komunità (eż. id-dieta, l-istress, it-tabakk u sustanzi oħra, l-attività fiżika, il-kwalità tal-ħajja, il-kuntest kulturali, fatturi soċjo-ekonomiċi, nutrittivi u ambjentali). B'mod partikolari, is-saħħa mentali se tkun indirizzata f'perspettiva ta' tul il-ħajja. | Emenda 59 Anness I, parti "Temi", taqsima 1 ("Saħħa"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3: ("Titjib fil-provvista tal-kura tas-saħħa għaċ-ċittadini Ewropej"), inċiż 2 —riċerka klinika fis-servizz tal-pratikka klinika inkluż użu aħjar ta' mediċini, u użu xieraq ta' interventi organizzattivi u ta' modi ta' mġieba u terapiji u teknoloġiji relatati massaħħa. Se tingħata attenzjoni speċjali għas-saħħa tal-pazjent: sabiex tidentifika l-aħjar prattika klinika; sabiex tifhem itteħid ta' deċiżjonijiet f'ambjent kliniku fil-kura primarja u speċjalizzata; sabiex tkattar l-applikazzjoni ta' mediċina bbażata fuq il-provi u l-awtorizzazzjoni tal-pazjenti. Lenfasi se tkun fuq l-applikazzjoni ta' punti ta' referenza ta' l-istrateġiji; l-investigazzjoni tar-riżultati ta' l-interventi differenti inklużi l-mediċini, waqt li jingħata każ tax-xhieda talpharmacovigilance, il-karatteristiċi tal-pazjent (eż. suxxettibilità ġenetika, età, sess u aderenza) u r-relazzjoni bejn lispejjeż u l-benefiċċji (cost benefits). | —Traduzzjoni tar-riżultati ta' riċerka klinika fis-servizz talpratikka klinika inkluż użu aħjar ta' mediċini (eż. bil-ħsieb li jkun evitat l-iżvilupp ta' reżistenza lejn l-antibijotiċi), u użu xieraq ta' interventi organizzattivi u ta' sistema ta' saħħa pubblika, ta' modi ta' mġieba u terapiji u teknoloġiji relatati mas-saħħa. Se tingħata attenzjoni speċjali għas-sikurezza tal-pazjent, inklużi l-effetti sekondarji tal-mediċini: sabiex tidentifika l-aħjar prattika klinika; sabiex tifhem itteħid ta' deċiżjonijiet f'ambjent kliniku fil-kura primarja u speċjalizzata; sabiex trawwem l-applikazzjoni ta' mediċina bbażata fuq il-provi u l-awtorizzazzjoni tal-pazjenti bilħsieb li tissaħħaħ l-awtonomija personali u soċjali talpazjenti. L-enfasi se tkun fuq l-applikazzjoni ta' punti ta' referenza ta' l-istrateġiji; l-investigazzjoni tar-riżultati ta' linterventi differenti inklużi l-mediċini u teknoloġiji relatati mas-saħħa ġodda, waqt li jitieħed kont ta' provi ta' pharmacovigilance, il-karatteristiċi tal-pazjent (eż. suxxettibilità ġenetika, età, sess u aderenza) u l-vijabbilita' fin-nefqa firrigward tas-saħħa, il-kwalità tal-ħajja u prattika tajba. | Emenda 60 Anness I, parti "Temi", taqsima 1 ("Saħħa"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3: ("Titjib fil-provvista tal-kura tas-saħħa għaċ-ċittadini Ewropej"), inċiż 3 —Il-kwalità, is-solidarjetà u s-sostenibbiltà tas-sistemi tassaħħa: sabiex tipprovdi bażi għall-pajjiżi sabiex jaddattaw is-sistemi tas-saħħa tagħhom fid-dawl ta' l-esperjenzi ta' oħrajn, fejn jingħata każ ta' l-importanza tal-kuntest nazzjonali u l-karatteristiċi tal-popolazzjoni (qiegħda tixjiħ, mobbiltà, migrazzjoni, edukazzjoni, status soċjoekonomiku u lbdil fid-dinja tax-xogħol, eċċ). L-enfasi se tkun fuq l-aspetti organizzazzjonali, finanzjarji u regolatorji tas-sistemi tassaħħa, l-implimentazzjoni tagħhom u r-riżultati f'termini ta' l-effikaċità, l-effiċjenża u l-ekwità. Tingħata attenzjoni speċjali lill-investiment u r-riżorsi umani. | —Il-kwalità, is-solidarjetà u s-sostenibbiltà tas-sistemi tassaħħa: sabiex tipprovdi bażi għall-pajjiżi sabiex jaddattaw is-sistemi tas-saħħa tagħhom fid-dawl ta' l-esperjenzi ta' oħrajn, filwaqt li titqies l-importanza tal-kuntesti nazzjonali u l-karatteristiċi tal-popolazzjoni (qiegħda tixjiħ, mobbiltà, migrazzjoni, edukazzjoni, status soċjo-ekonomiku u l-bidla fid-dinja tax-xogħol, eċċ). L-enfasi se tkun fuq l-aspetti organizzattivi, finanzjarji u regolatorji tas-sistemi tas-saħħa, limplimentazzjoni tagħhom u r-riżultati tagħhom f'termini ta' l-effikaċità, l-effiċjenża u l-ekwità. Tingħata attenzjoni speċjali lill-kwistjonijiet ta' investiment u r-riżorsi umani u lill-aċċess għal kura tas-saħħa għal persuni żvantaġġjati, inklużi persuni b'diżabilità. | Emenda 61 Anness I, parti "Temi", taqsima 1 ("Saħħa"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3: ("Titjib fil-provvista tal-kura tas-saħħa għaċ-ċittadini Ewropej"), inċiż 3 a (ġdid) | —Użu xieraq ta' teknoloġiji u terapiji ġodda. Sikurezza u monitoraġġ fuq perijodu ta' żmien fit-tul ta' l-użu fuq skala wiesgħa ta' teknoloġiji mediċi ġodda (inkluż tagħmir), u terapiji avanzati li jiżguraw, b'mod partikulari, livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika. | Emenda 62 Anness I, parti "Temi", taqsima 2 ("Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija"), subtaqsima "Approċċ", paragrafu 2 L-industriji ta' l-ikel mill-agrikoltura, li 90 % minnhom huma SMEs, se jibbenefikaw b'mod partikolari minn ħafna attivitajiet ta' riċerka, inklużi attivitajiet immirati tad-disseminazzjoni u trasferiment tat-teknokoġija, b'mod partikolari l-integrazzjoni u l-adozzjoni ta' teknoloġiji, metodoloġiji u proċessi eko-effiċjenti avvanzati u l-iżvilupp ta' l-istandards. Kumpaniji ġodda b'teknoloġija għolja mil-bijo-, nano-, u ICT huma mistennija li jagħtu kontribut importanti fl-oqsma tat-tkattir tal-pjanti, uċuħ imtejba u ħarsien tal-pjanti aħjar, teknoloġiji ta' skoperta u monitoraġġ abvvanzati sabiex ikunu żgurati s-sikurezza u l-kwalità ta' l-ikel u bijoproċessi industrijali ġodda. | L-ewwel u qabel kollox huwa osservat f'industriji żgħar, f'industriji ta' l-ikel mill-agrikoltura, li 90 % minnhom huma SMEs, se jibbenefikaw b'mod partikolari minn ħafna attivitajiet ta' riċerka, inklużi attivitajiet ta' disseminazzjoni mmirata u trasferiment tat-teknokoġija, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-integrazzjoni u l-adozzjoni ta' teknoloġiji, metodoloġiji u proċessi eko-effiċjenti avvanzati u l-iżvilupp ta' standards. Start-ups b'teknoloġija għolja mil-bijo-, nano-, u ICT huma mistennija li jagħtu kontributi importanti fl-oqsma tat-tkattir tal-pjanti, uċuħ imtejba u ħarsien tal-pjanti aħjar, teknoloġiji ta' skoperta u monitoraġġ avvanzati sabiex ikunu żgurati s-sikurezza u l-kwalità ta' l-ikel u bijoproċessi industrijali ġodda. | Emenda 63 Anness I, parti "Temi", taqsima 2 ("Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 1: (Produzzjoni u mmaniġġjar sostenibbli ta' ...), inċiż 1 a (ġdid) | —Investigazzjoni tal-bijodiversità u l-karatterizzazzjoni molekulari tagħha huwa mmirat lejn il-protezzjoni tagħha, mhux biss lejn l-identifikazzjoni ta' modi ġodda għall-isfruttament tagħha. Protezzjoni u preservazzjoni ambjentali huma elementi ewlenin tat-tmexxija sostenibbli ta' riżorsi bijoloġiċi. Għandha tkun imfittxija integrazzjoni mat-tema ta' l-"Ambjent". | Emenda 64 Anness I, parti "Temi", taqsima 2 ("Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 1: ("Produzzjoni u mmaniġġar sostenibbli ta' ...") inċiż 2 —Żieda fis-sostenibilità u fil-kompetittività, waqt tnaqqis flimpatti ambjentali fuq l-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd u lakwakultura permezz ta' l-iżvilupp ta' teknoloġiji, għodda, sistemi ta' mmonitorjar, impjanti innovattivi u sistemi ta' produzzjoni ġodda, it-titjib tal-bażi xjentifika u teknika ta' l-immaniġġjar tas-sajd, u tagħrif aħjar ta' l-interazzjoni bejn sistemi differenti (agrikoltura u forestrija; sajd u akwakultura) tul approċċ sħiħ ta' ekosistema. Fil-każ ta' riżorsi bijoloġiċi bbażati fuq l-art, għandha tingħata enfasi speċjali fuq sistemi ta' produzzjoni baxxi u organiċi, immaniġġjar imtejjeb ta' riżorsi u għalf innovattiv, u pjanti inovattivi (uċuħ u siġar) b'kompożizzjoni mtejba, reżistenza għal tensjoni, effiċjenza fl-użu ta' nutrijent, u arkitettura. Dan se jkun appoġġat permezz ta' riċerka fil-bijosikurezza, il-koeżistenza u t-traċċabilità ta' pjanti, sistemi u prodotti ġodda. Is-saħħa tal-pjanti tiġi imtejba pemezz ta' għarfien aħjar ta' l-ekoloġija, il-bijoloġija ta' l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara lillpjanti (pests) u theddid ieħor u appoġġ għall-kontroll tattifqigħ ta' mard u titjib ta' għodod u sistemi sostenibbli għall-immaniġġar tal-pests. Għar-riżorsi bijoloġiċi minn ambjenti akkwatiċi, se ssir enfażi fuq il-funzjonijiet bijoloġiċi essenzjali, sistemi ta' produzzjoni sikuri u għalf ta' speċi kkulturai li ma jagħmlux ħsara żejda lill-ambjent u fuq ilbijoloġija tas-sajd, id-dinamika tas-sajd imħallat, l-interazzjonijiet bejn l-attivitajiet ta' sajd u l-ekosistema tal-baħar u fuq sistemi ta' ġestjoni reġjonali u multi-annwali ibbażati fuq il-flotot. | —Żieda fis-sostenibilità u fil-kompetittività, waqt li jiġi salvagwardjata s-saħħa tal-konsumatur u tnaqqis fl-impatti ambjentali fl-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd u l-akwakultura permezz ta' l-iżvilupp ta' teknoloġiji, tagħmir, sistemi ta' mmonitoraġġ, impjanti innovattivi u sistemi ta' produzzjoni ġodda, it-titjib tal-bażi xjentifika u teknika ta' l-immaniġġjar tas-sajd u ta' l-uċuħ, dan ta' l-aħħar permezz ta' tkabbir selettiv ta' pjanti, ta' sistemi ta' produzzjoni mtejba u ta' saħħa tal-pjanta, u għarfien aħjar ta' l-interazzjoni bejn sistemi differenti (agrikoltura u forestrija; sajd u akwakultura) tul approċċ sħiħ ta' ekosistema. Se jkunu promossi lpreservazzjoni ta' ekosistemi lokali, l-iżvilupp ta' aġenti għal bijokontroll u d-dimensjoni mikrobijoloġika tal-bijodiversità u l-metagenomics. Fil-każ ta' riżorsi bijoloġiċi bbażati fuq l-art, għandha tingħata enfasi speċjali fuq sistemi ta' produzzjoni baxxi u organiċi, monitoraġġ u evalwazzjoni ta' l-impatt ta' organiżmi ġenetikament modifikati fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, u forestrija u agrikoltura sostenibbli, kompetittivi u li għandhom ħafna aspetti. Se jkunu promossi wkoll immaniġġjar imtejjeb ta' riżorsi u għalf innovattiv, u pjanti inovattivi (uċuħ u siġar) b'kompożizzjoni mtejba, reżistenza għas-stress, effiċjenza fl-użu ta' nutrijent, u arkitettura. Dan se jkun appoġġjat permezz ta' riċerka fil-bijosikurezza, il-koeżistenza u ttraċċabilità ta' pjanti, sistemi u prodotti ġodda. Is-saħħa talpjanti u l-protezzjoni ta' l-uċuħ tiġi imtejba pemezz ta' għarfien aħjar ta' l-ekoloġija, il-bijoloġija ta' l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti (pests), ħaxix ħażin u theddid ieħor u appoġġ għall-kontroll tat-tifqigħ ta' mard u titjib ta' għodod u sistemi sostenibbli għall-immaniġġar tal-pests u tal-ħaxix ħażin. Għandhom jiġu żviluppati metodi mtejba għall-monitoraġġ, il-preżervazzjoni u t-titjib talfertilità tal-ħamrija. Għar-riżorsi bijoloġiċi minn ambjenti akkwatiċi, se ssir enfażi fuq il-funzjonijiet bijoloġiċi essenzjali, sistemi ta' produzzjoni sikuri u għalf ta' speċi kkulturati li ma jagħmlux ħsara żejda lill-ambjent u fuq il-bijoloġija tas-sajd, id-dinamika tas-sajd imħallat, l-interazzjonijiet bejn l-attivitajiet ta' sajd u l-ekosistema tal-baħar u fuq sistemi ta' ġestjoni reġjonali u plurijennali bbażati fuq il-flotot. | Emenda 65 Anness I, parti "Temi", taqsima 2 ("Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 1: ("Produzzjoni u mmaniġġjar sostenibbli ta' ...") inċiż 3 —Produzzjoni u assistenza mtejba ta' l-annimali għal agrikoltura, sajd u akwakultura, inter alia permezz ta' l-isfruttament ta' tagħrif ġenetiku, metodi ġodda ta' trobbija, tagħrif imtejjeb tal-fiżjoloġija u mġieba ta' l-annimal u tagħrif u kontroll aħjar ta' mard ta' l-annimali infettiv, inkluża ż-żoonosi. Dan ta' l-aħħar se jkun indirizzat ukoll bl-iżvilupp ta' għodod għall-monitoraġġ, il-prevenzjoni u l-kontrol, permezz ta' riċerka ta' bażi u applikata dwar il-vaċċini u ddijanjostiċi, l-istudju ta' l-ekoloġija ta' aġenti ta' l-infezzjoni magħrufa jew emerġenti u theddid ieħor, inklużi atti malizzjużi, u l-impatti tas-sistemi agrikoli differenti u l-klima. Ikun ukoll żviluppat għarfien ġdid dwar ir-rimi bla periklu ta' l-iskart ta' l-annimali u maniġġjar aħjar tal-prodotti sekondarji. | —Produzzjoni, saħħa u benesseri mtejba ta' l-annimali, għal agrikoltura, sajd u akwakultura, inter alia permezz ta' lisfruttament ta' l-għerf ġenetiku, metodi ġodda ta' trobbija, għarfien imtejjeb tal-fiżjoloġija u mġieba ta' l-annimal u għarfien u kontroll aħjar ta' mard ta' l-annimali infettiv, inkluża ż-żoonosi, u l-mekkaniżmi u mard patoġeniċi tagħhom marbuta ma' l-għalf ta' l-annimali. Dan ta' laħħar se jkun indirizzat ukoll bl-iżvilupp ta' għodod għallmonitoraġġ, il-prevenzjoni u l-kontroll, permezz ta' riċerka ta' bażi u applikata dwar il-vaċċini u d-dijanjostiċi, l-istudju ta' l-ekoloġija ta' aġenti ta' l-infezzjoni magħrufa jew emerġenti u theddid ieħor, inklużi atti malizzjużi, u l-impatti tassistemi ta' biedja differenti u l-klima. F'dan il-kuntest ilmira għandha tkun l-investigazzjoni ta' l-adattament ta' l-agrikoltura għall-bidla fiz-zoni klimatiċi. Ikun żviluppat ukoll għarfien ġdid dwar ir-rimi bla periklu ta' l-iskart ta' lannimali u mmaniġġjar aħjar tal-prodotti sekondarji. Se jitqies ukoll, theddid ieħor għas-sostenibilità u s-sikurezza tal-produzzjoni ta' l-ikel, bħall-effetti possibbli ta' bidla fil-klima fuq il-proċessi ta' produzzjoni. | Emenda 66 Anness I, parti "Temi", taqsima 2 ("Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 1: ("Produzzjoni u mmaniġġjar sostenibbli ta' ..."), inċiż 4 —Provvediment ta' għodod meħtieġa minn dawk li jfasslu lpolitika u protagonisti oħrajn biex tkun appoġġjata l-implimentazzjoni ta' strateġiji, politiki u leġiżlazzjoni relevanti u b'mod partikulari biex ikunu appoġġjati l-bini ta' Bijoekonomija Ewropea bbażata fuq it-Tagħrif (KBBE) u l-ħtiġijiet ta' żvilupp rurali u kostali. Il-Politika Komuni dwar is-sajd se tkun appoġġata permezz ta' l-iżvilupp ta' strateġiji adattivi li jappoġġaw l-istrateġija ta' l-ekosistema kollha għallħsad tar-riżorsi tal-baħar. Ir-riċerka għall-oqsma kollha ta' politika se tinkludi wkoll studji soċjo-ekonomiċi, investigazzjonijiet komparattivi tad-diversi sistemi agrikoli, sistemi ta' ġestjoni effiċjenti tas-sajd, it-trobbija ta' annimali mhux għall-ikel, l-interazzjoni mal-forestrija u studji sabiex titjieb il-ħajja rurali u kostali. | —Provvista ta' għodod meħtieġa minn dawk li jfasslu l-politika u protagonisti oħrajn biex tkun appoġġjata l-implimentazzjoni ta' strateġiji, linji politiċi u leġiżlazzjoni relevanti u b'mod partikulari biex ikunu appoġġjati l-bini ta' Bijoekonomija Ewropea bbażata fuq l-Għerf (KBBE) u l-ħtiġijiet ta' żvilupp rurali u kostali, kif ukoll l-iżvilupp ta' mekkaniżmi innovattivi ta' mmaniġġjar ta' foresti, tekniċi li jevitaw u jissieltu n-nirien fil-foresti u miżuri għall-ġlieda kontra ttgħawwir fl-agrikoltura kif ukoll in-nixfa. Se jkunu appoġġjati l-Politika Agrikola Komuni, il-Politika Komunitarja għas-Saħħa ta' l-Annimali, l-Istrateġija ta' l-UE għall-Forestrija u l-Politika Komuni għas-Sajd. Il-Politika Komuni għas-Sajd se tkun appoġġata permezz ta' l-iżvilupp ta' strateġiji adattivi li jappoġġaw l-approċċ ta' l-ekosistema kollha għall-ħsad tar-riżorsi tal-baħar. Ir-riċerka għall-oqsma kollha ta' politika se tinkludi wkoll studji soċjo-ekonomiċi, riċerka soċjali u rurali, investigazzjonijiet komparattivi taddiversi sistemi agrikoli, sistemi ta' ġestjoni effiċjenti tas-sajd, it-trobbija ta' annimali mhux għall-ikel, l-interazzjonijiet mal-forestrija u studji sabiex titjieb il-ħajja rurali u kostali. | Emenda 68 Anness I, parti "Temi", taqsima 2 ("Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 2: ("Mill-furketta sar-razzett: Ikel, saħħa u benessri ..."), inċiż 2 —Tagħrif ta' fatturi u użanzi dijetetiċi bħala fattur kontrollabbli maġġuri fl-iżvilupp u t-tnaqqis ta' possibilità ta' mard u disturbi relatati mad-dieta. Dan se jinkludi l-iżvilupp u lapplikazzjoni ta' bijoloġija ta' nutrigenomics u ta' sistemi, u l-istudju ta' l-interazzjonijiet bejn funzjonijiet nutrittivi, fiżjoloġiċi u psikoloġiċi. Jista' jwassal għall-formulazzjoni mill-ġdid ta' l-ikel ipproċessat, u l-iżvilupp ta' ikel ġdid, ikel tad-dieta u ikel li jingħad li huwa sustanzjuż u tajjeb għas-saħħa. L-investigazzjoni ta' ikel u dieti tradizzjonali, lokali u staġjonali se tkun ukoll importanti sabiex tenfasizza l-impatt ta' ċertu ikel u dieti fuq is-saħħa, u għall-iżvilupp ta' gwida integrata dwar l-ikel. | —Għarfien ta' fatturi u użanzi djetetiċi bħala fattur kontrollabbli maġġuri fl-iżvilupp u t-tnaqqis ta' possibilità ta' mard u disturbi relatati mad-dieta, inklużi l-obeżità (fittfal u l-adulti) u l-allerġiji; nutrizzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni ta' mard, inkluż għerf tal-fatturi ta' saħħa, proprjetajiet u komponenti fl-ikel. Dan se jinvolvi l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' bijoloġija ta' nutrigenomics u ta' bijoloġija ta' sistemi. Approċċ integrat għandu jiffoka b'mod partikulari fuq l-istudju ta' l-interazzjonijiet bejn funzjonijiet nutrittivi, fiżjoloġiċi u psikoloġiċi. Jista' jwassal għall-formulazzjoni mill-ġdid ta' l-ikel ipproċessat, u l-iżvilupp ta' ikel ġdid, ikel tad-dieta u ikel li jingħad li huwa sustanzjuż u tajjeb għas-saħħa. L-investigazzjoni ta' ikel u dieti tradizzjonali, lokali u staġjonali se tkun ukoll importanti sabiex tenfasizza l-impatt ta' ċertu ikel u dieti fuq issaħħa, u għall-iżvilupp ta' gwida integrata dwar l-ikel. | Emenda 69 Anness I, parti "Temi", taqsima 2 ("Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 2: ("Mill-furketta sar-razzett: Ikel, saħħa u benessri"), inċiż 3 —Titjib ta' l-innovazzjoni fl-industrija ta' l-ikel permezz ta' lintegrazzjoni ta' teknoloġiji avanzati fi produzzjoni ta' ikel tradizzjonali, teknoloġiji ta' proċess ewlenin biex itejbu lfunzjonalità ta' ikel, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġija għolja, ipproċessar u ppakkettar effiċjenti f'sens ekoloġiku, applikazzjonijiet intelliġenti ta' kontroll u mmaniġġjar aktar effiċjenti ta' prodotti sekondarji, ta' skart u ta' enerġija. Riċerka ġdid se tiżviluppa wkoll teknoloġiji sostenibbli u ġodda għall-għalf ta' l-annimali inklużi formulazzjoni bla periklu għall-ipproċessar ta' l-għalf u għall-kontroll tal-kwalità ta' l-għalf. | —Titjib fl-innovazzjoni fl-industrija ta' l-ikel Ewropea permezz ta' l-integrazzjoni ta' teknoloġiji avanzati fi produzzjoni ta' ikel tradizzjonali, teknoloġiji ta' proċess ewlenin biex itejbu l-funzjonalità ta' ikel, l-iżvilupp ta' ingredjenti u prodotti ġodda, metodi ta' preservazzjoni u teknoloġiji u aspetti organoleptiċi fil-produzzjoni ta' ikel u ta' komponenti ġodda ta' ikel, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġija għolja, ipproċessar u ppakkettar effiċjenti f'sens ekoloġiku, applikazzjonijiet intelliġenti ta' kontroll u mmaniġġjar aktar effiċjenti ta' prodotti sekondarji, ta' skart u ta' enerġija. Riċerka ġdida se tiżviluppa wkoll teknoloġiji sostenibbli u ġodda għall-għalf ta' l-annimali inklużi formulazzjonijiet bla periklu għall-ipproċessar ta' l-għalf u għall-kontroll tal-kwalità ta' l-għalf. | Emenda 70 Anness I, parti "Temi", taqsima 2 ("Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 2: ("Mill-furketta sar-razzett: Ikel, saħħa u benessri"), inċiż 5 —Il-ħarsien kemm tas-saħħa tal-bniedem u kemm ta' l-ambjent permezz ta' għarfien aħjar ta' l-impatt ambjentali fuq u ta' l-katini ta' l-ikel/għalf. Dan se jinvolvi l-istudju tal-kontaminanti ta' l-ikel u r-riżultati fuq is-saħħa, l-iżvilupp ta' għodod u metodi aħjar għall-valutazzjoni ta' l-impatt tal-katini ta' l-ikel u l-għalf fuq l-ambjent. L-assigurazzjoni tal-kwalità u l-integrità tal-katina ta' l-ikel titlpb mudelli ġodda għallanaliżi tal-katina tal-prodotti bażiċi u kinċetti dwar l-immaniġġar tal-katina ta' l-ikel kollha, inklużi l-aspetti relatati mal-konsumatur. | —Il-ħarsien kemm tas-saħħa tal-bniedem kif ukoll ta' l-ambjent permezz ta' għarfien aħjar ta' l-impatt ambjentali fuq u tal-katini ta' l-ikel/għalf. Dan se jinvolvi l-istudju tal-kontaminanti ta' l-ikel u r-riżultati fuq is-saħħa, l-iżvilupp ta' għodod u metodi aħjar għall-valutazzjoni ta' l-impatt tal-katini ta' l-ikel u l-għalf fuq l-ambjent. L-assigurazzjoni tal-kwalità u l-integrità tal-katina ta' l-ikel titlob mudelli ġodda għallanaliżi tal-katina tal-prodotti bażiċi u kunċetti dwar limmaniġġar tal-katina ta' l-ikel kollha, inklużi l-aspetti relatati mal-konsumatur. L-iżvilupp ta' metodi ġodda li jiżguraw it-traċċabilità ta' organiżmi kemm GM kif ukoll mhux GM u l-konsegwenzi ta' għalf ta' l-annimali u medikazzjoni veterinarja għas-saħħa tal-bniedem se jkunu riċerkati. | Emenda 71 Anness I, parti "Temi", taqsima 2 ("Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija"), subtaqsima "Koperazzjoni internazzjonali", paragrafu 1 Il-kooperazzjoni internazzjonali hija aspett ta' prijorità għarriċerka dwar l-Ikel, l-Agrikoltura u l-Bijoteknoloġija u se tkun imħeġġa bil-qawwa kollha fiż-żoni kollha. Riċerka ta' interess speċifiku għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw se jkollha appoġġ, fid-dawl ta' l-għanijiet ta' l-iżvilupp tal-Millenju u attivitajiet li diġa qegħdin iseħħu. Se jitwettqu azzjonijiet speċifiċi sabiex titkattar il-kooperazzjoni ma' reġjuni u pajjiżi li huma sħab bi prijorità — b'mod partikolari dawk involuti fi djalogi bi-reġjonali u ftehim S&T bilaterali kif ukoll pajjiżi ġirien u ekonomiji emerġenti u pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. | Il-koperazzjoni internazzjonali huwa aspett ta' prijorità għarriċerka dwar l-Ikel, l-Agrikoltura u l-Bijoteknoloġija u se tkunimħeġġa bil-qawwa fiż-żona kollha. Riċerka ta' interess speċifiku għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw se jkollha appoġġ, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet ta' l-iżvilupp tal-Millenju u attivitajiet li diġa qegħdin iseħħu (pereżempju, netwerks imfassla biex itejbu limmaniġġjar ta' ħamrija u ilma). Se jitwettqu azzjonijiet speċifiċi sabiex titrawwem il-koperazzjoni ma' reġjuni u pajjiżi msieħba bi prijorità — b'mod partikolari dawk involuti fi djalogi bi-reġjonali u ftehim S&T bilaterali kif ukoll pajjiżi ġirien u ekonomiji emerġenti u pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. | Emenda 72 Anness I, parti "Temi", taqsima 2 ("Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija"), subtaqsima "Koperazzjoni internazzjonali", l-ewwel paragrafu 2 Barra minn hekk, titwettaq kooperazzjoni multilaterali sabiex tindirizza jew l-isfidi li jitolbu sforzi internazzjonali wesgħin, bħad-dimensjoni u l-kumplessità tas-sistemi bijoloġiċi fil-pjanti u l-mikroorganiżmi, jew sabiex tindirizza l-isfidi globali u limpenji internazzjonali ta' l-UE (is-sigurtà u s-sikurezza fl-ikel u l-ilma tax-xorb, il-firxa globali tal-mard ta' l-annimali, l-użu ekwitabbli tal-bijodiversità, ir-restawr tas-sajd dinji għar-Riżultati Massimi Sostenibbli sa l-2015 u l-effett ta'/fuq il-bidla fil-klima). | Barra minn hekk, se titwettaq koperazzjoni multilaterali sabiex tindirizza jew l-isfidi li jitolbu sforzi internazzjonali wesgħin, bħad-dimensjoni u l-kumplessità tas-sistemi bijoloġiċi fil-pjanti u l-mikroorganiżmi, jew sabiex tindirizza l-isfidi globali u limpenji internazzjonali ta' l-UE (is-sigurtà u s-sikurezza fl-ikel u l-ilma tax-xorb, il-firxa globali tal-mard ta' l-annimali, l-użu ekwitabbli tal-bijodiversità, ir-restawr, b'koperazzjoni ma' l- Organizzazzjoni tan-NU għall-Ikel u l-Agrikoltura, tas-sajd dinji għar-Riżultati Massimi Sostenibbli sa l-2015 u l-effett fuq/ tal-bidla fil-klima). | Emenda 73 Anness I, Parti "Temi", subtitlu "It-Teknoloġiji ta' l-informatika u Komunikazzjoni", titlu "Għan" Titjib fil-kompetittività ta' l-industrija Ewropea u sabiex l- Ewropa tkun tista' tikkontrolla u taġħti forma lill-iżvilupp futur tat-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni (ICT) sabiex it-talbiet tas-soċjetà u l-ekonomija jkunu sodisfatti. L-attivitajiet se jsaħħu l-bażi xjentifika u teknoloġika ta' l-Ewropa u jiżguraw iltmexxija globali tagħha fl-ICT, jgħinu sabiex jimmotivaw u jistimulaw l-innovazzjoni permezz ta' l-użu ta' l-ICT u jiżguraw li lprogress fl-ICT ikun trasformat, b'mod mgħaġġel, f'benefiċċji għaċ-ċittadini, negozji, industrija u gvernijiet Ewropej. | Titjib fil-kompetittività ta' l-industrija Ewropea u sabiex l- Ewropa tkun tista' tikkontrolla u taġħti forma lill-iżvilupp futur tat-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni (ICT) sabiex it-talbiet tas-soċjetà u l-ekonomija jkunu sodisfatti. L-attivitajiet se jsaħħu l-bażi xjentifika u teknoloġika ta' l-Ewropa u jiżguraw il-tmexxija globali tagħha fl-ICT, jgħinu sabiex jimmotivaw u jistimulaw l-innovazzjoni permezz ta' l-użu ta' l-ICT u jiżguraw li l-progress fl-ICT ikun trasformat, b'mod mgħaġġel, f'benefiċċji għaċ-ċittadini kollha Ewropej u b'mod partikolari għall-anzjani u ċ-ċittadini mhedda bl-esklużjoni soċjali bħal persuni b'diżabilità u dawk li għalihom l-aċċess għall-ICT huwa diffiċli, għan-negozji, l-industrija u l-gvernijiet It-tnaqqis tad-divizzjoni diġitali u ta' l-esklużjoni ta' l-informazzjoni se jkunu objettivi ta' prijorità għal dawn l-attivitajiet. | Emenda 74 Anness I, Parti "Temi", taqsima 3 ("It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u Komunikazzjoni"), titlu "Introduzzjoni", paragrafu 1 It-teknoloġiji tat-tagħrif u l-komunikazzjoni (ICT) għandhom rwol uniku u ppruvat fit-tkattir ta' l-innovazzjoni, il-kreattività u l-kompetittività tas-setturi kollha ta' l-industrija u tas-servizzi. Huma essenzjali sabiex ikunu ffaċċjati l-isfidi l-kbar tas-soċjetà u l-modernizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi, u jirfdu l-progress floqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija. Għalhekk, l-Ewropa trid tikkontrolla u taġħti forma lill-iżviluppi futuri ta' l-ICT u tiżgura li s-servizzi u l-prodotti msejsa fuq l-ICT ikunu adottati u użati sabiex jipprovdu l-benefiċċji kollha possibbli liċ-ċittadini u n-negozju. | It-teknoloġiji ta' l-informatika u l-Komunikazzjoni (ICT) għandhom rwol uniku u ppruvat fit-trawwim ta' l-innovazzjoni, ilkreattività u l-kompetittività tas-setturi kollha ta' l-industrija u tas-servizzi. L-ICT jista' jilgħab parti importanti fit-tixrid tar-riżultati ta' l-għarfien, ta' l-għerf u tar-riċerka u jiżgura aċċess għalihom. Huma essenzjali sabiex ikunu ffaċċjati l-isfidi lkbar tas-soċjetà u l-modernizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi, u jirfdu l-progress fl-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija. Jgħinu sabiex itejbu u jiddiversifikaw l-aċċess għal informazzjoni u għandhom irawwmu l-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini. Għalhekk, l-Ewropa trid tinkoraġġixxi l-iżviluppi futuri ta' l-ICT lejn ftuħ u inklussività u tiżgura li s-servizzi u l-prodotti msejsa fuq l-ICT ikunu interoperabbli u affidabbli, adottati u użati sabiex jipprovdu l-benefiċċji kollha possibbli liċ-ċittadini u n-negozju. | Emenda 75 Anness I, Parti "Temi", taqsima 3("It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u Komunikazzjoni"), titlu "Introduzzjoni", paragrafu 4 It-tema ICT taġħti prijorità lir-riċerka strateġika madwar pilastri tat-teknoloġija importanti, tiżgura l-integrazzjoni end-to-end tat-teknoloġiji u tipprovdi l-għarfien u l-mezzi għall-iżvilupp ta' firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet. L-attivitajiet jiksbu avvanzi industrijali u teknoloġiċi fis-settur ICT u jtejbu l-vantaġġ kompetittiv tas-setturi importanti mitfugħin ħafna fuq l-ICT — kemm permezz ta' prodotti u servizzi b'valur għoli msejsa fuq l-ICT u kemm minn titjib tal-proċessi ta' organizzazzjoni kemm finnegozji u kemm fl-amministrazzjoni ICT. It-tema se tagħti appoġġ ukoll lill-politiki oħra ta' l-Unjoni Ewropea, billi timmobilizza l-ICT sabiex tilqa' għat-talbiet tal-pubbliku u tas-soċjetà. | It-tema ICT tagħti prijorità lir-riċerka strateġika madwar pilastri tat-teknoloġija importanti, tiżgura l-integrazzjoni sħiħa ta' l- ICT u tipprovdi l-għerf u l-mezzi għall-iżvilupp ta' firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet innovattivi ta' l-ICT. L-attivitajiet jiksbu avvanzi industrijali u teknoloġiċi fis-settur ta' l-ICT u jtejbu lvantaġġ kompetittiv tas-setturi importanti mitfugħin ħafna fuq l-ICT — kemm permezz ta' prodotti u servizzi b'valur għoli msejsa fuq l-ICT kif ukoll minn proċessi ta' organizzazzjoni ġodda jew imtejba kemm fin-negozji kif ukoll fl-amministrazzjoni ICT. It-tema se tagħti appoġġ ukoll lill-politiki oħra ta' l- Unjoni Ewropea, billi timmobilizza l-ICT sabiex tilqa' t-talbiet tal-pubbliku u tas-soċjetà bħall-ħarsien tas-saħħa u l-ambjent. | Emenda 76 Anness I, Parti "Temi", taqsima 3 ("It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni"), titlu "Introduzzjoni", paragrafu 5 L-attivitajiet se jkopru l-kollaborazzjoni u l-azzjonijiet ta' netwerking, jappoġġaw l-Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija — inklużi aspetti magħżula tar-riċerka fl-oqsma tat-Teknoloġiji tan-Nanoelettronika u s-Sistemi tal-Kompjuters Embedded — u inizjattivi ta' koordinazzjoni ta' programmi nazzjonali — inkluż il-qasam tal-Assitenza fl-Ambjent tal-Ħajja. Il-prijoritajiet ta' l-attivitajiet se jinkludu, fost sorsi oħrajn, suġġetti li jiddependu fuq ix-xogħol tal-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej. Sinerġiji tematiċi jkunu wkoll żviluppati ma' attivitajiet relatati fi Programm Speċifiku oħra. | L-attivitajiet se jkopru l-kollaborazzjoni u l-azzjonijiet ta' netwerking, u jistgħu jappoġjaw l-Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija u inizjattivi ta' koordinazzjoni ta' programmi nazzjonali (inkluż nanoteknoloġija, Sistemi embedded u Għajxien Assistit bl-Ambjent (Ambient Assisted Living). Il-prijoritajiet ta' l-attivitajiet se jinkludu, fost sorsi oħrajn, suġġetti li jiddependu fuq ixxogħol tal-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej. Sinerġiji tematiċi se jkunu wkoll żviluppati ma' attivitajiet relatati fi Programm Speċifiku oħra. Se jiġu mfittxija sinerġija massima u kumplimentarjetà ma' programmi u inizjattivi oħra tal-Komunità, speċjalment mal-Fondi Strutturali, mal-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, ma' l-inizjattiva i-2010 u malprogrammi nazzjonali u reġjonali relatati ma' l-ICT ta' l-Istati Membri. | Emenda 77 Anness I, Parti "Temi", taqsima 3 ("It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 1,(Pilastri tat-Teknoloġija ICT), inċiż 1 —In-nanoelettronika, "photonics" u sistemi mikro/nano integrati: l-ipproċessar, l-invenzjoni u l-iddisinjar sabiex itejbu d-daqs, id-densità, ir-rendiment, l-effiċjenza fir-rigward ta' l-enerġija, il-manifattura u l-benefiċċju skond il-prezz talkomponenti, sistemi on-a-chip, sistemi in-a-package u sistemi integrati; komponenti fotoniċi bażiċi għal firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet; sistemi tal-ħażna tat-tagħrif b'rendiment għoli/densità għolja; apparat ta' display b'superfiċje kbira/ integrat ħafna; apparat li jħoss, iħaddem, jivviżwalizza u juri; sistemi li jikkunsmaw biss ftit enerġija; sorsi/ħażna alternattivi ta' l-enerġija; teknoloġiji/sistemi ta' integrazzjoni eteroġeni; sistemi multi-funzjonali mikro-nano-bijoinfo; elettronika b'superfiċje kbira; l-integrazzjoni f'materjali/ oġġetti differenti l-interfacing ma' organiżmi ħajjin; (self)-assembly ta' molekuli jew atomi fi strutturi stabbli. | —In-nanoelettronika, "photonics" u sistemi mikro/nano integrati: tekonoloġiji ta' pproċessar, invenzjoni iddisinjar u ttestjar u metodoloġiji sabiex itejbu d-daqs, id-densità, irrendiment, l-effiċjenza fir-rigward ta' l-enerġija, il-manifattura u l-effettivita' fl-infiq tal-komponenti, sistemi on-achip, sistemi in-a-package u sistemi integrati; komponenti u subsistemi bla fil avvanzati; komponenti fotoniċi bażiċi li jiġġeneraw, jimmanipulaw u jiskopru dawl għal firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet inkluż komponenti ultra veloċi; sistemi RF; sistemi tal-ħażna ta' data b'rendiment għoli/ densità għolja; apparat ta' "display" b'superfiċje kbira/integrat ħafna; apparat li jħoss, iħaddem, jivviżwalizza u juri; sistemi li jikkunsmaw biss ftit enerġija, sorsi/ħażna alternattivi ta' l-enerġija; teknoloġiji/sistemi ta' integrazzjoni eteroġeni; sistemi intelliġenti; sistemi multi-funzjonali mikronano- bijo-info; elettronika b'superfiċje kbira; l-integrazzjoni f'materjali/oġġetti differenti; l-interfacing ma' organiżmi ħajjin; (self)-assemblaġġ ta' molekuli jew atomi fi strutturi stabbli. | Emenda 78 Anness I, Parti "Temi", taqsima 3 ("It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 2,("Pilastri tat-Teknoloġija ICT"), inċiż 2 —Netwerks ta' komunikazzjoni mifruxa u b'kapaċità bla limitu: teknoloġiji u sistemi ta' netwerks ċellulari u broadband ta' benefiċċju skond il-prezz inklużi netwerks terrestri u tas-satellita; il-konverġenza netwerks differenti fissi, ċellulari tar-radju u tax-xandir li jkopru mill-qasam personali sa żoni reġjonali u globali; l-interoperabbiltà tas-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-komunikazzjoni bil-wajers u mingħajrhom; l-immaniġġar tar-riżorsi tan-netwerks, il-konfigurazzjoni mill-ġdid tas-servizzi; netwerking kumpless ta' apparat, sensors u mikroċipps tal-multimedja ad-hoc u intelliġenti. | —Netwerks ta' komunikazzjoni mifruxa u b'kapaċità kbira; teknoloġiji u sistemi ta' netwerks ċellulari u broadband flessibbli li jistgħu jerġgħu jiġu kkonfigurati inklużi netwerks terrestri u tas-satellita; il-konverġenza ta' netwerks differenti fissi, ċellulari, tar-radju u tax-xandir u servizzi li jkopru mill-qasam personali sa zoni reġjonali u globali; infrastruttura u arkitettura għad-distribuzzjoni tas-servizz, l-interoperabbiltà tas-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-komunikazzjoni bil-wajers u mingħajrhom; l-immaniġġar tar-riżorsi tan-netwerks,(inkluż l-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi (QoS), il-konfigurazzjoni mill-ġdid tas-servizzi; netwerking kumpless ta' apparat, sensors u mikroċhips tal-multimedja ad-hoc u intelliġenti. | Emenda 79 Anness I, Parti "Temi", taqsima 3 "It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni", subtaqsima "Attivitajiet", titlu 1("Pilastri Teknoloġiċi ICT"), inċiż 3 —Sistemi embedded, kompjuting u kontroll: sistemi ta' softwer/ ħardwer aktar qawwija, żguri, distribwiti, affidabbli u effiċjenti li jistgħu jipperċepixxu, jikkontrollaw u jadattaw għall-ambjent tagħhom waqt li jagħmlu l-aħjar użu mirriżorsi; metodi u għodod għall-immudellar, l-iddisinjar u linġinerija ta' sistemi sabiex jikkontrollaw il-komplessità; pjattaformi, middleware u sistemi ta' operazzjoni distribwiti miftuħa, b'arkitettura komponibbli u scale-free sabiex ikun hemm ambjent verament kollaborattiv u ambjent intelligenti għas-sensing, it-tħaddim, il-kompjuting, il-ħażna u lprovvista ta' servizz; arkitetturi ta' kompjuting li jinkorporaw komponenti eteroġeni, networked u konfigurabbli millġdid li jinkludu l-kumpilazzjoni, l-ipproġrammar u lappoġġ run-time; il-kontroll ta' uncertain systems distribwiti kbar. | —Sistemi embedded, kompjuting u kontroll: sistemi ta' softwer/ ħardwer aktar qawwija, żguri, distribwiti, affidabbli u effiċjenti li jistgħu jipperċepixxu, jikkontrollaw u jadattaw għall-ambjent tagħhom waqt li jagħmlu l-aħjar użu mirriżorsi; metodi u għodod għall-immudellar, l-analiżi, it-tfassil, l-inġinerija u l-validazzjoni ta' sistemi sabiex jikkontrollaw il-komplessità; pjattaformi, middleware u sistemi ta' operazzjoni distribwiti miftuħa, b'arkitettura komponibbli u scale-free sabiex ikun hemm ambjent verament kollaborattiv u ambjent intelligenti għas-sensing, it-tħaddim, ilkompjuting, il-komunikazzjoni, il-ħażna u l-provvista ta' servizz; arkitetturi ta' kompjuting li jinkorporaw komponenti eteroġeni, networked u konfigurabbli mill-ġdid li jinkludu l-kumpilazzjoni, l-ipproġrammar u l-appoġġ run-time; il-kontroll ta' sistemi inċerti kbar distribwiti, xogħol talkompjuters ta' effiċjenza kbira ("hardware" u "software"). | Emenda 80 Anness I, Parti "Temi", taqsima 3 ("It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 1 ("Pilastri Teknoloġiċi ICT"), inċiż 4 —Softwer, Grids, sigurtà u affidabiltà: teknoloġiji, għodod u metodi għal softwer, arkitettura u sistemi ta' middleware dinamiċi u fdati li jirfdu s-servizzi kkonċentrati fuq it-tagħrif, inkluż il-provvediment tagħhom bħala servizzi; infrastrutturi orjentati lejn servizz, interoperabbli u scale-free, virtwalizzazzjoni grid-like tar-riżorsi, sistemi ta' operazzjoni iċċentrati fuq netwerk; pjattaformi miftuħa u strateġiji kollaborattivi għall-iżvilupp tas-softwer, is-servizzi u s-sistemi; għodod ta' kompożizzjoni; kontroll ta' l-aġir emerġenti ta' sistemi kumplessi; titjib fl-affidabbiltà u r-resistenza ta' sistemi u servizzi fuq skala kbira, distribwiti u kkonnettjati b'mod intermittenti; sistemi u servizzi żguri u fdati, inklużi l-kontroll u l-awtentikazzjoni ta' l-aċċess privacy-aware, politiki ta' sigurtà u fiduċja dinamiċi, affidabbiltà u fiduċja meta-models. | —Softwer, Grids, arkitettura tad-distribuzzjoni tas-servizzi, sigurtà u affidabiltà: teknoloġiji, għodod u metodi għalliżvilupp u l-validazzjoni ta' softwer, arkitettura u sistemi ta' middleware ta' kwalità għolja, dinamiċi u fdati li jirfdu s-servizzi kkonċentrati fuq l-għerf, inkluż il-provvista tagħhom bħala servizzi ta' utilita' u għal servizzi ta' distribuzzjoni u teknoloġiji, għodda u metodi għall-iżvilupp u l-validazzjoni ta' kwalità għolja; infrastrutturi orjentati lejn servizz, interoperabbli u scale-free, virtwalizzazzjoni gridlike tar-riżorsi, inkluż pjattaformi "domain-specific", sistemi ta' operazzjoni iċċentrati fuq netwerk; softwer bilkodiċi tas-sors tiegħu aċċessibbli; pjattaformi miftuħa u strateġiji kollaborattivi għall-iżvilupp u l-validazzjoni tassoftwer, inkluż softwer bil-kodiċi tas-sors tiegħu aċċessibbli u bla ħlas is-servizzi u s-sistemi; għodda ta' kompożizzjoni inkluż l-ipprogrammar ta' lingwi; kontroll ta' l-aġir emerġenti ta' sistemi kumplessi; titjib fl-affidabbiltà u rresistenza ta' sistemi u servizzi fuq skala kbira, distribwiti u kkonnettjati b'mod intermittenti; sistemi u servizzi żguri u fdati, inklużi l-kontroll u l-awtentikazzjoni ta' l-aċċess privacy- aware, politiki ta' sigurtà u fiduċja dinamiċi, affidabbiltà u fiduċja meta-models; l-introduzzjoni ta' mudelli ta' softwer fl-industrija. | Emenda 81 Anness I, "Temi", taqsima 3 ("It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 1 ("Pilastri Teknoloġiċi ICT"), inċiż 5 —Tagħrif, sistemi konjittivi u ta' tagħlim. metodi u teknika għall-akkwist u l-interpretazzjoni, ir-rappreżentazzjoni u lpersonalizzazzjoni, in-navigazzjoni u l-irkupru, l-iskambju u l-provvista tat-tagħrif, fl-għarfien tar-relazzjonijiet semantiċi fil-kuntest ta' l-użu mill-bniedmin u l-magni; sistemi artifiċjali li jipperċepixxu, jinterpretaw u jivvalutaw it-tagħrif, li jistgħu jikkoperaw, jaġixxu b'mod awtonomu u jitgħallmu; tejoriji u esperimenti li jmorru lil hinn millavvanzi inkrimentali li jibbenefikaw minn informazzjoni dwar konjizzjoni naturali, b'mod partikolari it-tagħlim u lmemorja, anke għall-iskop ta' sistemi li jmexxu 'l quddiem it-tagħlim tal-bniedem. | —Għarfien, sistemi konjittivi u ta' tagħlim: metodi u teknika għall-akkwist u l-interpretazzjoni, ir-rappreżentazzjoni u lpersonalizzazzjoni, in-navigazzjoni u l-irkupru, l-iskambju u l-provvista ta' l-għerf, fl-għarfien tar-relazzjonijiet semantiċi fil-kuntest ta' l-użu mill-bniedmin u l-magni, b'immaniġġjar imqassam ta' l-għerf; sistemi artifiċjali li jipperċepixxu, jinterpretaw u jivvalutaw informazzjoni, li jistgħu jikkoperaw, jaġixxu b'mod awtonomu u jitgħallmu; tejoriji u esperimenti li jmorru lil hinn mill-avvanzi inkrimentali li jibbenefikaw minn informazzjoni dwar konjizzjoni naturali, b'mod partikolari it-tagħlim u l-memorja, anke għall-iskop ta' sistemi li jmexxu 'l quddiem it-tagħlim tal-bniedem. | Emenda 82 Anness I, Parti "Temi", taqsima 3 "It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni", subtaqsima "Attivitajiet", titlu ("Pilastri Teknoloġiċi ICT"), inċiż 6 —Is-simulazzjoni, il-viżwalizzazzjoni, l-interazzjoni u r-realtajiet imħallta: għodod għall-immudellar, is-simulazzjoni, ilviżwalizzazzjoni, l-interazzjoni, realtajiet miżjuda u mħallta u l-intergrazzjoni tagħhom f'ambjenti end-to-end; għodod għall-iddisinjar innovattiv u l-kreattività fi prodotti, servizzi u medja awdjo-viżwali diġitali; interfaces aktar naturali, intuwittivi u faċli biex jintużaw u modi ġodda għall-interazzjoni mat-teknoloġija, magni, apparat u artefatti oħra; sistemi multilingwi u magni għat-traduzzjoni awtomatika. | —Is-simulazzjoni, il-viżwalizzazzjoni, l-interazzjoni u r-realtajiet imħallta: għodod għall-immudellar, is-simulazzjoni, ilviżwalizzazzjoni, l-interazzjoni, virtwali, realtajiet miżjuda u mħallta u l-intergrazzjoni tagħhom f'ambjenti end-toend; għodod għall-iddisinjar innovattiv u l-kreattività fi prodotti, servizzi u medja awdjo-viżwali diġitali; interfaces aktar naturali, intuwittivi u faċli biex jintużaw u modi ġodda għall-interazzjoni mat-teknoloġija, magni, apparat u artefatti oħra; Teknoloġija tal-lingwi inkluż sistemi ta' magni għat-traduzzjoni multilingwistika u magni għat-traduzzjoni awtomatika. | Emenda 83 Anness I, Parti "Temi", taqsima 3 "It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni", subtaqsima "Attivitajiet", titlu I ("Pilastri Teknoloġiċi ICT"), inċiż 6a (ġdid) | —Sistemi mobbli: it-tranżizzjoni lejn sistemi mobbli tarraba' ġenerazzjoni u iktar u teknoloġiji relatati ġodda fit-trażmissjonijiet diġitali u l-antenni. | Emenda 84 Anness I, Parti "Temi", taqsima 3 ("It-Teknoloġiji ta' L-Informatika u l-Komunikazzjoni"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 2 ("Integrazzjoni tat-Teknoloġiċi"), inċiż 2 —Ambjenti fid-dar: komunikazzjoni, monitoraġġ, kontroll u assistenza fid-dar, bini u spazji pubbliċi; interoperabbiltà mingħajr qtugħ u l-użu ta' l-apparat kollu skond l-effiċjenza komparata mal-prezz, kemm il-prezz ikun jintlaħaq u kemm ikun jista' jintuża; servizzi ġodda u forom ġodda ta' kontenut interattiv diġitali u servizzi; aċċess għat-tagħrif u limmaniġġar tat-tagħrif. | —Ambjenti fid-dar: komunikazzjoni, monitoraġġ, kontroll u assistenza fid-dar, bini u spazji pubbliċi; interoperabbiltà mingħajr qtugħ u l-użu ta' l-apparat kollu skond l-effettivita' fil-prezz, kemm il-prezz ikun jintlaħaq, kemm ikun jista' jintuża u s-sikurezza; servizzi ġodda (inkluż dawk relatati mad-divertiment) u forom ġodda ta' kontenut interattiv diġitali u servizzi; aċċess għall-informazzjoni u l-immaniġġar ta' l-għerf. | Emenda 85 Anness I, Parti "Temi", taqsima 3 ("It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3 ("Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet"), inċiż 1, subinċiż 1 —għas-saħħa: sistemi personali li ma jagħtux fil-għajn li jippermettu liċ-ċittadin li jimmaniġja l-benesseri tiegħu bħal apparat ta' monitoraġġ li jista' jintlibes jew jiddaħħal taħt il-ġilda u sistemi awtonomi li jgħinu biex jinżamm stat ta' saħħa tajba; teknika emerġenti bħall-imaging molekulari għal prevenzjoni aħjar u mediċina individwalizzata; skoperti ta' tagħrif dwar is-saħħa u lapplikazzjoni fil-prattika klinika; l-immodellar u s-simulazzjoni tal-funzjonijiet ta' l-organi; apparat mikro- u nano-robotiku għal applikazzjonijiet terawpetiċi minimament invażivi jew mhux invażivi. | —għas-saħħa: sistemi personali li ma jfixklux li jippermettu liċ-ċittadini li jimmaniġjaw l-benesseri tagħhom bħal apparat ta' monitoraġġ li jista' jintlibes jew jiddaħħal taħt il-ġilda b'kapaċitajiet għal komunikazzjoni u sistemi awtonomi li jappoġġaw stat ta' saħħa tajba; teknika emerġenti bħall-imaging molekulari għal prevenzjoni aħjar u mediċina individwalizzata; skoperti ta' għerf dwar is-saħħa u l-applikazzjoni fil-prattika klinika; l-immodellar u s-simulazzjoni tal-funzjonijiet ta' l-organi; apparat mikro- u nano-robotiku għal applikazzjonijiet kirurġiċi u terawpetiċi minimament invażivi jew mhux invażivi; teknoloġiji għal assistenza remota u monitoraġġ remot għal dawk morda kronikament u għall-persuni anzjani; sejbiet permezz tal-kompjuter u sistemi ta' appoġġ għal deċiżjonijiet kliniċi li jwasslu għal dijanjożi aktar affidabbli u xogħol imtejjeb li jwasslu għal sistemi esperti ta' mard speċifiku b'approċċ integrali li jikkonsisti f'ċiklu ta' kura (carecycle approach) u lisfruttament ta' dejta akkumulata tal-pazjenti u għerf dwar mard ibbażat fuq mudell permezz ta' data mining, bijoinformatika u sistemi bijoloġiċi; sistemi ta' l-IT ta' intrpriża jwasslu għal aktar effiċjenza u tnaqqis fl-iżbalji mediċi fl-isptarijiet u fil-faċilitajiet ta' kura sekondarja; | Emenda 86 Anness I, Parti "Temi", taqsima 3 ("It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3 ("Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet"), inċiż 1, subinċiż 2 għall-gvernijiet: l-użu ta' l-ICT f'strateġija interdixxiplinari flamministrazzjoni pubblika kombinat ma' bidla fl-organizzazzjoni u ħiliet ġodda sabiex ikunu pprovduti servizzi innovattivi, iċċentrati fuq iċ-ċittadin, għal kulħadd; riċerka u soluzzjonijiet imsejsa fuq l-ICT avvanzata sabiex jitjiebu l-proċessi demokratiċi u partiċipattivi u r-rendiment u lkwalità tas-servizzi tas-settur pubbliku, l-interazzjoni ma u bejn l-amministrazzjonijiet u l-gvernijiet u bħala appoġġ għall-proċessi ta' l-iżvilupp leġislattiv u ta' politika f'kull stadju tad-demokrazija. | —għall-gvernijiet: l-użu ta' l-ICT f'approċċ interdixxiplinarju flamministrazzjonijiet pubbliċi maqgħud ma' bidla fl-organizzazzjoni proċessi ta' inġinerija mill-ġdid u ħiliet ġodda sabiex ikunu pprovduti servizzi innovattivi, iċċentrati fuq iċ-ċittadin, għal kulħadd; riċerka avanzata u soluzzjonijiet ibbażati fuq l-ICT biex itejbu l-proċessi demokratiċi u parteċipatorji (inkluża l-e-demokrazija) u r-rendiment u l-kwalità tas-servizzi tas-settur pubbliku, l-interazzjoni ma' u bejn amministrazzjonijiet u gvernijiet, u biex jappoġġjaw proċessi leġiżlattivi u ta' żvilupp ta' politika f'kull stadju taddemokrazija; | Emenda 87 Anness I, Parti "Temi", taqsima 3 ("It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3, ("Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet"), inċiż 1, subinċiż 3 —għall-inklużjoni: sabiex l-individwi u l-komunitajiet tagħhom ikunu awtorizzati u jkun hemm titjib fil-parteċipazzjoni ugwali taċ-ċittadini fis-soċjetà tat-tagħrif, waqt li jkun evitat qsim diġitali minħabba d-diżabbiltà, nuqqas ta' ħiliet, faqar, iżolament ġeografiku, kultura, sess jew età, inter alia permezz ta' appoġġ għal teknoloġija ta' assistenza, il-promozzjoni tal-ħajja indipendenti, żieda fil-ħiliet elettroniċi u l-iżvilupp ta' prodotti ddisinjati-għal-kulħadd. | —għall-inklużjoni: sabiex l-individwi u l-komunitajiet tagħhom ikunu awtorizzati u jkun hemm titjib fil-parteċipazzjoni ugwali taċ-ċittadini kollha fis-soċjetà ta' l-informatika, waqt li jkun evitat qsim diġitali minħabba d-diżabbiltà, nuqqas ta' ħiliet, faqar, iżolament ġeografiku, kultura, sess jew età, inter alia permezz ta' appoġġ għal teknoloġija ta' assistenza, il-promozzjoni tal-ħajja indipendenti, (eż permezz ta' teknoloġiji u servizzi għall-kura tas-saħħa fid-dar) żieda fil-ħiliet elettroniċi u l-iżvilupp ta' prodotti u servizzi ddisinjati-għal-kulħadd; | Emenda 88 Anness I, Parti "Temi", taqsima 3 ("It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3, ("Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet"), inċiż 1, subinċiż 4 —għall-mobbilità: sistemi tas-sigurtà integrati bbażati fuq l-ICT għall-vetturi, ibbażati fuq arkitettura u interfaces miftuħa, żguri u affidabbli; sistemi interoperabbli u kooperattivi għall-effiċjenza u s-sikurezza fit-trasport, imsejsa fuq il-komunikazzjoni bejn il-vetturi u ma' l-infrastruttura tattrasport u li jintegraw teknoloġija li tindika l-lokazzjoni preċiża u robusta; servizzi personalizzati multi-modal li jindikaw il-post u tagħrif dwar il-mobbiltà inklużi soluzzjonijiet għal servizzi intelliġenti għat-turiżmu; | —għall-mobbilità: sistemi tas-sigurtà integrati bbażati fuq l-ICT għall-vetturi, ibbażati fuq arkitettura u interfaces miftuħa, żguri u affidabbli; sistemi interoperabbli u kooperattivi għal trasport effiċjenti, sigur u li ma tagħmilx ħsara għall-ambjent, imsejsa fuq il-komunikazzjoni bejn il-vetturi u ma' l-infrastruttura tat-trasport u li jintegraw teknoloġija li tindika l-lokazzjoni u navigazzjoni preċiża u robusta; servizzi personalizzati multi-modal li jindikaw il-post u informazzjoni dwar il-mobbiltà inklużi soluzzjonijiet għal servizzi intelliġenti għat-turiżmu. | Emenda 89 Anness I, Parti "Temi", taqsima 3 ("It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3,("Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet"), inċiż 1, subinċiż 5a (ġdid) | —għall-kultura: trasferiment ta' soluzzjonijiet ICT sabiex jintuża l-potenzjal ekonomiku fil-qasam kulturali (inkluż il-wirt kulturali, l-iżvilupp reġjonali, it-turiżmu) u l-promozzjoni tax-xogħol f'dawn l-oqsma; se jiġu kkunsidrati sħubijiet bejn organizzazzjonijiet pubbliċi (fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali) u organizzazzjonijiet privati (b'mod partikolari, SMEs). | Emenda 90 Anness I, Parti "Temi", taqsima 3 ("It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3, ("Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet"), inċiż 1 a (ġdid) | —mudelli ġodda tan-negozju għall-ICT: il-ħolqien u d-definizzjoni ta' mudelli kummerċjali ġodda ta' l-ICT għannegozji permezz ta' ħidma konġunta ma' dawk it-temi fejn l-ICT għandha rwol fundamentali fil-bidla ta' lapproċċ tal-produzzjoni u tas-servizzi (pereżempju fit-trasport, fis-saħħa, fl-enerġija, fl-ambjent). Il-proġetti li oriġinaw permezz ta' din ir-riċerka konġunta għandhom ikunu ttestjati f'sitwazzjonijiet speċifiċi. L-isforzi konġunti għandhom ikunu appoġġjati minn approċċ li tinvolvi aktar minn tema waħda (cross-thematic approach) imsemmija fl-Anness 1. | Emenda 91 Anness I, Parti "Temi", taqsima 3 ("It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3, ("Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet"), inċiż 2, subinċiż 1 —forom ġodda ta' kontenut interattiv, mhux-lineari u jadatta waħdu; esperjenza ta' l-utent kreattiva u mtejba; customisation u konsenja ta' kontenut fuq aktar minn medja waħda; kombinament tal-produzzjoni u l-immaniġġar ta' kontenut kollu kemm hu diġitali ma' teknoloġiji semantiċi emerġenti; użu li jiffavorixxi l-utenti; kreazzjoni tal-kontenut u aċċess għalih. | —forom ġodda ta' kontenut interattiv, mhux-lineari u jadatta waħdu inkluż dawk għal skopijiet ta' divertiment u ta' disinn; esperjenza ta' l-utent kreattiva u mtejba; customisation u kunsinna ta' kontenut fuq aktar minn medja waħda; kombinament tal-produzzjoni u l-immaniġġar ta' kontenut kollu kemm hu diġitali ma' teknoloġiji semantiċi emerġenti; użu li jiffavorixxi l-utenti; kreazzjoni tal-kontenut u aċċess għalih. | Emenda 92 Anness I, Parti "Temi", taqsima 3 (""Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3' ("Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet"), inċiż 2, subinċiż 2a (ġdid) | —il-ħarsien, il-konservazzjoni u t-titjib fil-valur tal-wirt kulturali, inkluż l-ambjent naturali tal-bniedem: teknoloġiji għall-immaniġġjar ambjentalment sod u sostenibbli ta' l-ambjent tal-bniedem, li jinkludi l-ambjent mibni, zoni urbani u il-pajsaġġ, kif ukoll għall-ħarsien, il-konservazzjoni u l-aħjar użu u integrazzjoni tal-wirt kulturali, inklużi l-evalwazzjoni ta' l-impatt ambjentali, mudelli u għodod għall-evalwazzjoni tar-riskju, tekniki avanzati u mhux distruttivi għad-dijanjosi tal-ħsara, prodotti u metodoloġiji ġodda għar-restawr, strateġiji ta' mitigazzjoni u adattament għall-immaniġġjar sostenibbli kemm ta' l-assi kulturali mobbli kif ukoll ta' dawk immobbli; | Emenda 93 Anness I, Parti "Temi", taqsima 3 ("It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3, ("Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet"), inċiż 2, subinċiż 3 —servizzi intelliġenti għall-aċċess għall-wirt kulturali f'forma diġitali; għodod għall-komunitajiet sabiex joħolqu memorja kulturali ġdida msejsa fuq wirt ħaj; metodi u għodod għallpriservazzjoni ta' kontenut diġitali; l-oġġetti diġitali ikunu użabbli minn utenti futuri waqt li jinżammu l-awtentiċità u l-integrità tal-ħolqien oriġinali u l-kuntest ta' l-użu tagħhom. | —servizzi intelliġenti għall-aċċess u l-promozzjoni tal-kultura (inkluż il-wirt kulturali, l-iżvilupp reġjonali u tturiżmu); għodod għall-komunitajiet sabiex jiġbru u jżommu l-memorji kulturali tagħhom msejsa fuq wirt ħaj; metodi u għodod għaż-żamma u d-diversifikazzjoni ta' kontenut diġitali; li l-oġġetti diġitali ikunu użabbli minn utenti futuri waqt li tinżamm l-awtentiċità u l-integrità talħolqien oriġinali u l-kuntest ta' l-użu tagħhom. | Emenda 94 Anness I, Parti "Temi", taqsima 3 ("It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3, ("Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet"), inċiż 3 subinċiż 1 —sistemi tan-negozju dinamiċi, orjentati lejn in-negozju għall-produzzjoni u l-ħolqien u l-konsenja tas-servizzi; ilkontroll u l-immaniġġar deċentralizzat ta' oġġetti intelliġenti; ekosistemi tan-negozju diġitali, b'mod partikolari soluzzjonijiet ta' softwer adattabbli għall-ħtiġijiet ta' organizzazzjonijiet żgħar u ta' daqs medju; servizzi kollaborattivi għal postijiet tax-xogħol distribwiti; preżenza tal-grupp miżjuda, maniġġar tal-grupp u appoġġ għall-qsim. | —sistemi tan-negozju dinamiċi, orjentati lejn in-negozju għall-ħolqien u l-kunsinna ta' servizzi; il-kontroll u l-immaniġġar deċentralizzat ta' oġġetti intelliġenti; ekosistemi tannegozju diġitali, b'mod partikolari soluzzjonijiet ta' softwer adattabbli għall-ħtiġijiet ta' organizzazzjonijiet żgħar u ta' daqs medju; servizzi kollaborattivi għal postijiet tax-xogħol distribwiti u konxji mill-kuntest; preżenza tal-grupp miżjuda, immaniġġar tal-grupp u appoġġ għall-qsim; qsim ta' l-għerf u servizzi interattivi. | Emenda 95 Anness I, Parti "Temi", taqsima 3 ("It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3, ("Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet"), inċiż 3, subinċiż 2 —manifattura: kontrolli intelliġenti fuq netwerk għall-manifattura bi preċiżjoni għolja u użu baxx tar-riżorsi; awtomazzjoni mingħajr wajers u loġistika għall-konfigurazzjoni millġdid malajr ta' l-impjanti; ambjenti integrati għall-immudellar, is-simulazzjoni, il-preżentazzjoni u l-produzzjoni virtwali; teknoloġiji tal-manifattura għal sistemi ICT minjaturizzati u għal sisyemi minsuġa ma' kull tip ta' materjali u oġġetti. | —manifattura, inkluż industrija tradizzjonali: kontrolli intelliġenti fuq netwerk għall-manifattura bi preċiżjoni għolja u użu baxx tar-riżorsi; awtomazzjoni mingħajr wajers u loġistika għall-konfigurazzjoni mill-ġdid malajr ta' l-impjanti; ambjenti integrati għall-immudellar, is-simulazzjoni, l-aħjar użu, il-preżentazzjoni u l-produzzjoni virtwali; teknoloġiji tal-manifattura għal sistemi ICT minjaturizzati u għal sistemi minsuġa ma' kull tip ta' materjali u oġġetti. | Emenda 96 Anness I, Parti "Temi", taqsima 3 ("It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3 ("Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet"), inċiż 3, subinċiż 2a (ġdid) | —Monitoraġġ f'ħin reali ta' l-immaniġġjar u l-prestazzjoni ta' negozji: appoġġ effettiv u produttiv għal deċiżjonijiet maniġerjali, monitoraġġ, ġbir u pproċessar ta' dejta; | Emenda 97 Anness I, Parti "Temi", taqsima 3 ("It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni"), subtaqsima "Attivitajiet", titolu 3 ("Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet"), inċiż 4, subinċiż 1 —għodod li jappoġġaw il-fiduċja u l-kunfidenza fl-ICT u lapplikazzjonijiet tagħhom; sistemi ta' l-immaniġġar ta' lidentità multipliċi u federati; teknika ta' awtentikazzjoni u awtorizzazzjoni; sistemi li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' privatezza li joħorġu minn żviluppi teknoloġiċi ġodda; maniġġar taddrittijiet u l-assi; għodod għall-ħarsien minn theddid ċibernatiku. | —għodod li jappoġġaw il-fiduċja u l-kunfidenza fl-ICT u lapplikazzjonijiet tagħhom; sistemi ta' l-immaniġġar ta' lidentità multipliċi u federati; teknika ta' awtentikazzjoni u awtorizzazzjoni; sistemi li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' privatezza li joħorġu minn żviluppi teknoloġiċi ġodda; immaniġġar tad-drittijiet u l-assi; għodod għall-ħarsien mill-ispam u mit-theddid ċibernetiku. | Emenda 98 Anness I, parti "Temi", taqsima 3 ("Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni"), subtaqsima ("Reazzjoni għal ħtiġijiet emerġenti u ħtiġijiet ta' politika mhux previsti"), paragrafu 1 Attività dwar Teknoloġiji Futuri u Emerġenti se tiġbed u trawwem riċerka eċċellenti trans-dixxiplinari f'oqsma emerġenti relatati ma' l-ICT. Il-punti ta' attenzjoni jinkludu: l-esplorazzjoni ta' fruntieri ġodda fil-minjaturizzazzjoni u l-kompjuters inklużi, pereżempju, l-esplorazzjoni ta' l-effetti quantum; l-esplojtazzjoni tal-kumplessità tal-kompjuters u sistemi ta' komunikazzjoni fuq netwerk; l-esplorazzjoni ta' kunċetti ġodda dwar, u esperiment ma', sistemi intelliġenti għal prodotti u servizzi personalizzati ġodda. | Attività dwar Teknoloġiji Futuri u Emerġenti se tiġbed u trawwem riċerka eċċellenti trans-dixxiplinari f'oqsma emerġenti relatati ma' l-ICT. Il-punti ta' attenzjoni jinkludu: l-esplorazzjoni ta' fruntieri ġodda fil-minjaturizzazzjoni u l-kompjuters inklużi, pereżempju, l-esplorazzjoni ta' l-effetti quantum; l-esplojtazzjoni tal-kumplessità tal-kompjuters u sistemi ta' komunikazzjoni fuq netwerk; inkluż softwer; l-esplorazzjoni ta' kunċetti ġodda dwar, u esperiment ma' sistemi intelliġenti għal prodotti u servizzi personalizzati ġodda. | Emenda 99 Anness I, Parti "Temi", taqsima 4 ("Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji ġodda ta' Produzzjoni"), subtaqsima "Approċċ", paragrafu 1 Sabiex ittejjeb il-kompetittività, l-industrija Ewropea teħtieġ innovazzjonijiet radikali. Se tikkonċentra l-kapaċitajiet tagħha fuq prodotti b'valur miżjud għoli u teknoloġiji li jissodisfaw ilħtiġijiet tal-klijenti, kif ukoll aspettattivi tas-soċjetà fl-ambjenta, is-saħħa u oħrajn. Ir-riċerka hija integrali biex ikunu ffaċċjati dawn l-isfidi konfliġġenti. | Sabiex ittejjeb il-kompetittività, l-industrija Ewropea teħtieġ innovazzjonijiet radikali. Għandha tikkonċentra fuq il-kapaċitajiet tagħha fuq prodotti b'valur miżjud għoli, proċessi u teknoloġiji li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-klijenti, kif ukoll aspettattivi firrigward ta' l-ambjent, is-saħħa u aspettativi oħrajn tas-soċjeta'. Ir-riċerka hija integrali biex ikunu ffaċċjati dawn l-isfidi konfliġġenti. | Emenda 100 Anness I, Parti "Temi", taqsima 4 ("Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji ġodda ta' Produzzjoni"), subtaqsima "Approċċ", paragrafu 2 Element kruċjali ta' din it-tema hija l-integrazzjoni effettiva tan-nanoteknoloġija, ix-xjenzi dwar il-materjali u metodi ta' produzzjoni ġodda, sabiex jitwettqu u jkunu massimizzati limpatti għat-trasformazzjoni industrijali u, fl-istess ħin, ikun hemm appoġġ għall-produzzjoni u konsum sostenibbli. It- Tema se tappoġġa kull attività industrijali li joperaw b'sinerġija ma' temi oħra. L-applikazzjonijiet fis-setturi u oqsma kollha se jkunu appoġġati u dan jinkludi x-xjenzi tal-materjali, il-proċessi u teknoloġiji tal-manifattura b'rendiment għoli, in-nanobijoteknoloġija u n-nanoelettronika. | Il-kompetittività ta' l-industrija fil-futur se tkun tiddependi ħafna min-nanoteknoloġija u l-applikazzjonijiet tagħha. Attivitajiet ta' RTD magħmulin f'għadd ta' oqsma tan-nanoxjenza u n-nano teknoloġija jistgħu jħaffu l-pass tat-trasformazzjoni ta' l-industrija Ewropea. L-Unjoni Ewropea għandha rwol ta' tmexxija rikonoxxut f'oqsma bħalma huma n-nanoxjenzi, in-nanoteknoloġiji, materjali u teknoloġiji ġodda ta' produzzjoni, u dan għandu jitħeġġeġ sabiex tissaħħaħ ilqagħda tagħha fil-kuntest globali li fih kompetizzjoni kbira. | Emenda 101 Anness I, Parti "Temi", taqsima 4 ("Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji ġodda ta' Produzzjoni"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 2 ("Materjali"), paragrafu 1 Materjali avvanzati ġodda b'kontenut ta' għarfien akbar, funzjonalitajiet ġodda u rendiment imtejjeb huma dejjem aktar kruċjali għall-kompetittività industrijali u l-iżvilupp sostenibbli. Skond ilmudelli l-ġodda għall-industrija tal-manifattura, huma l-materjali stess li qegħdin ikunu l-ewwel pass għaż-żieda fil-valur tal-prodotti u r-rendiment tagħhom, aktar milli l-passi ta' l-ipproċessar. | Materjali avvanzati ġodda inkluż materjali komposti b'kontenut ta' għarfien akbar, funzjonalitajiet ġodda u rendiment imtejjeb huma dejjem aktar kruċjali għall-kompetittività industrijali u liżvilupp sostenibbli. Skond il-mudelli ġodda għall-industrija talmanifattura, huma l-materjali stess li qegħdin ikunu l-ewwel pass għaż-żieda fil-valur tal-prodotti u r-rendiment tagħhom, aktar milli l-passi ta' l-ipproċessar. | Emenda 102 Anness I, Parti "Temi", taqsima 4 ("Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji ġodda ta' Produzzjoni"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 2 ("Materjali"), paragrafu 2 Ir-riċerka se tiffoka fuq l-iżvilupp ta' materjali ġodda bbażati fuq l-għarfien b'karatteristiċi magħżula apposta. Dan jitlob kontroll intelliġenti tal-proprjetajiet intrinsiċi, l-ipproċessar u l-produzzjoni u li jingħata każ ta' l-impatti potenzjali fuq is-saħħa u lambjent maċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom kollu. L-enfasi se tkun fuq materjali ġodda avvanzati miksuba bl-użu tal-potenzjal tannanoteknoloġija u l-bijoteknoloġiji u/jew it-"tagħlim minnatura", b'mod partikolari nanomaterjali, bijomaterjali u materjali mħallta b'rendiment għoli. | Ir-riċerka se tiffoka fuq l-iżvilupp ta' materjali ġodda bbażati fuq l-għerf b'karatteristiċi magħżula apposta. Dan jitlob kontroll intelliġenti tal-proprjetajiet intrinsiċi, l-ipproċessar u l-produzzjoni u li jingħata każ ta' l-impatti potenzjali fuq is-saħħa u lambjent maċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom kollu. L-enfasi se tkun fuq materjali ġodda avvanzati miksuba bl-użu tal-potenzjal tannanoteknoloġija u l-bijoteknoloġiji u/jew it-"tagħlim minnatura", b'mod partikolari nanomaterjali, bijomaterjali, metamaterjali, u materjali mħallta b'rendiment għoli. | Emenda 103 Anness I, Parti "Temi", taqsima 4 ("Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji ġodda ta' Produzzjoni"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3 ("Teknoloġiji ġodda ta' Produzzjoni") paragrafu 1 Hemm il-ħtieġa ta' strateġija ġdid lejn il-manifattura għat-trasformazzjoni ta' l-industrija ta' l-UE minn ambjent industrijali mitfugħ fuq ir-riżorsi għal wieħed mitfugħ fuq l-għarfien u dan jiddependi fuq l-adozzjoni ta' attitudnijiet kompletament differenti lejn l-akkwist, l-użu, il-ħarsien u l-finanzjament kontinwi ta' għarfien ġdid u l-użu tiegħu, inkluż lejn produzzjoni u modi ta' konsum sostenibbli. Dan jimplika l-ħolqien tal-kundizzjonijiet xierqa għall-innovazzjoni kontinwa (f'attivitajiet industrijali u sistemi ta' produzzjoni, inklużi kostruzzjoni, tagħmir u servizzi) u għall-iżvilupp ta' "assi" tal-produzzjoni ġeneriċi (teknoloġiji, organizzazzjoni u faċilitajiet ta' produzzjoni) filwaqt li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' sikurezza u dawk ambjentali. | Hemm il-ħtieġa ta' approċċ ġdid lejn il-manifattura għat-trasformazzjoni ta' l-industrija ta' l-UE minn ambjent industrijali mitfugħ fuq ir-riżorsi għal wieħed mitfugħ fuq l-għerf u dan jiddependi fuq l-adozzjoni ta' attitudnijiet kompletament differenti lejn l-akkwist, l-użu, il-ħarsien u l-finanzjament kontinwu ta' għerf ġdid u l-użu tiegħu, inkluż lejn produzzjoni u modi ta' konsum sostenibbli. Dan jimplika l-ħolqien tal-kundizzjonijiet xierqa għall-innovazzjoni kontinwa (f'attivitajiet industrijali u sistemi ta' produzzjoni, inklużi kostruzzjoni, apparat u servizzi) u għall-iżvilupp ta' "assi" tal-produzzjoni ġeneriċi (teknoloġiji, awtomazzjoni organizzazzjoni ta' riżorsi/tagħmir u faċilitajiet ta' produzzjoni) li b'hekk jinkoraġġixxu l-modernizzazzjoni ta' l-industriji bażiċi ta' l-Ewropa filwaqt li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' sikurezza u dawk ambjentali inkluż dawk relatati malmaterjali komposti. | Emenda 104 Anness I, Parti "Temi", taqsima 4 ("Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji ġodda ta' Produzzjoni"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3 ("Teknoloġiji ġodda ta' Produzzjoni") paragrafu 2 Ir-riċerka se tiffoka fuq numru ta' linji: l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' mudelli u strateġiji industrijali ġodda li jkopru l-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott u l-proċess; sistemi ta' produzzjoni adattivi li jirbħu l-limitazzjonijiet eżistenti tal-proċess u jippermettu metodi ġodda ta' manifattura u pproċessar; produzzjoni fuq netwerk għall-iżvilupp ta' għodod u metodi għal operazzjonijiet kooperattivi u b'valur miżjud fuq skala globali; għodod għat-trasferiment u l-integrazzjoni mgħaġġla ta' teknoloġiji ġodda fl-iddisinjar u l-operazzjoni tal-processi tal-manifattura; u l-esplojtazzjoni tal-konverġenza tat-teknoloġiji nano, bijo, info u konjittivi għall-iżvilupp ta' prodotti u kunċetti ta' l-inġinerija ġodda u l-possibilità ta' industriji ġodda. | Ir-riċerka se tiffoka fuq numru ta' linji: l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' mudelli u strateġiji industrijali ġodda li jkopru l-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott u l-proċess; sistemi ta' produzzjoni adattivi li jirbħu l-limitazzjonijiet eżistenti tal-proċess u jippermettu metodi ġodda ta' manifattura u pproċessar; produzzjoni fuq netwerk għall-iżvilupp ta' għodod u metodi għal operazzjonijiet kooperattivi u b'valur miżjud fuq skala globali; għodod għat-trasferiment u l-integrazzjoni mgħaġġla ta' teknoloġiji ġodda fl-iddisinjar u l-operat tal-processi tal-manifattura; u lisfruttament ta' netwerks ta' riċerka multidixxiplinarji u talkonverġenza tat-teknoloġiji nano, bijo, info u konjittivi għalliżvilupp ta' teknoloġiji ibridi, prodotti u kunċetti ta' l-inġinerija ġodda u l-possibilità ta' industriji ġodda. | Emenda 105 Anness I, Parti "Temi", taqsima 4 ("Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji ġodda ta' Produzzjoni"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3 ("Integrazzjoni ta' Teknoloġiji għall-applikazzjonijiet industrijali"), paragrafu 2 Ir-riċerka se tiffoka fuq applikazzjonijiet ġodda u soluzzjonijiet ġodda ta' bidla notevoli bħala reazzjoni għal sfidi importanti, kif ukoll għall-ħtiġijiet ta' l-RTD identifikati mill-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej differenti. L-integrazzjoni ta' l-għarfien ġdid u teknoloġiji nano, ta' materjali u ta' produzzjoni se jkunu appoġġati f'applikazzjonijiet settorjali u dawk mifruxa fuq aktar minn applikazzjoni waħda bħas-saħħa, il-kostruzzjoni, l-industrija ta' l-ispazju, it-trasport, l-enerġija, il-kimika, l-ambjent, it-tessili, u l-ħwejjeġ, il-polpa u l-karta, u l-inġinerija mekkanika, kif ukoll fuq is-suġġett ġenerali tas-sikurezza fl-industrija. | Ir-riċerka se tiffoka fuq applikazzjonijiet ġodda u soluzzjonijiet ġodda ta' bidla notevoli bħala reazzjoni għal sfidi ewlenin, kif ukoll għall-ħtiġijiet ta' l-RTD identifikati mill-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej differenti. L-integrazzjoni ta' l-għerf ġdid u teknoloġiji nano, ta' materjali u ta' produzzjoni se jkunu appoġġati f'applikazzjonijiet settorjali u dawk mifruxa fuq aktar minn applikazzjoni waħda bħas-saħħa, l-ipproċessar ta' l-ikel, il-kostruzzjoni, (inklużi xogħlijiet pubbliċi), l-industrija ta' l-ajruspazju, it-trasport, l-enerġija, il-kimika, l-ambjent, it-tessili, u lħwejjeġ, taż-żraben, il-polpa u l-karta, u l-inġinerija mekkanika, kif ukoll fuq is-suġġett ġeneriku tas-sikurezza fl-industrija. | Emenda 106 Annex I, part "Themes", section 5 ("Energy"), subsection "Approach", paragraph 3 It-tisħiħ tal-kompetittività tas-settur Ewropew ta' l-enerġija, iffaċċjat minn kompetizzjoni qawwija mill-kumplament taddinja, huwa għan importanti ta' din it-Tema, li jipprovdi l-kapaċità lill-industrija Ewropea li tilħaq, jew iżżomm, pożizzjoni fuq quddiem f'teknoloġiji importanti ta' l-enerġija. B'mod partikolari, l-SMEs huma l-ilma tal-ħajja tas-settur ta' l-enerġija, għandhom rwol vitali fil-katina ta' l-enerġija u se jkunu vitali fil-promozzjoni ta' l-innovazzjoni. Parteċipazzjoni qawwija min-naħa tagħhom fir-riċerka u attivitajiet ta' dimostrazzjoni huma essenzjali u se jiġu promossi b'mod attiv. | It-tisħiħ tal-kompetittività tas-settur Ewropew ta' l-enerġija, iffaċċjat minn kompetizzjoni globali qawwija, huwa għan importanti ta' din it-Tema, li jipprovdi l-kapaċità lill-industrija Ewropea li tilħaq, jew iżżomm, pożizzjoni fuq quddiem f'teknoloġiji importanti ta' l-enerġija. Quddiem kompetizzjoni qawwija, din il-pożizzjoni ta' tmexxija tista' tkun żgurata biss minn livell għoli ta' investiment fir-riċerka u l-iżvilupp. B'mod partikolari, l-SMEs huma l-ilma tal-ħajja tas-settur ta' l-enerġija, għandhom rwol vitali fil-katina ta' l-enerġija u se jkunu vitali fil-promozzjoni ta' l-innovazzjoni. Parteċipazzjoni qawwija min-naħa tagħhom fir-riċerka u attivitajiet ta' dimostrazzjoni huma essenzjali u se jiġu promossi b'mod attiv. | Emenda 107 Anness I, parti "Temi", taqsima 5 ("Enerġija"), subtaqsima "Approċċ", paragrafu 5 Sabiex tissaħħaħ id-disseminazzjoni u l-użu tal-produzzjoni tarriċerka, id-disseminazzjoni tat-tagħrif u t-trasferiment tar-riżultati, inkluż lil dawk li jofformulaw il-politika, se jkun appoġġat fl-oqsma kollha. Dan se jikkomplimenta l-element Enerġija Intelligenti — Programm Ewropa tal-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni sabiex ikun hemm appoġġ għallinnovazzjoni u jitneħħew l-ostakli mhux teknoloġiċi għallmobilizzazzjoni fis-suq b'mod mifrux tat-teknoloġiji ta' l-enerġija dimostrati. | Sabiex tissaħħaħ it-tixrid u l-użu tal-produzzjoni tar-riċerka, iddisseminazzjoni ta' l-għerf u t-trasferiment tar-riżultati, inkluż lil dawk li jofformulaw il-politika, se jkun appoġġat fl-oqsma kollha. B'mod partikolari, l-multidixxiplinarjetà u l-interdixxiplinarjetà se jkunu nkoraġġuti u se jiġu imkorraġuti u sinerġija u kumplimentarjeta' massima se tkun mfitxija ma' programmi u azzjonijiet oħra tal-Komunità bħall-Intelligent Energy — Europe (parti mill-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni). | Emenda 108 Anness I, parti "Temi", taqsima 5 ("L-enerġija"), subtaqsima "Attivitajiet", parti introduttorja, paragrafu -1 (ġdid) | L-allokazzjoni ta' fondi fis-settur ta' l-enerġija għandha tkun ibbażata fuq kriterji li jagħmluha possibbli għal teknoloġiji li jkunu evalwati fuq l-abbiltà tagħhom li jassistu lill-UE sabiex tilħaq l-objettiv tagħha li toħloq settur ta' l-enerġija li hu kompettitiv, sostenibbli għall-ambjent u sikur. Ir-riċerka relattivament limitata ta' l-UE u l-fondi għall-iżvilupp taħt din ittema għandhom ikunu ffokati fuq teknoloġiji li jistgħu jwasslu għal tnaqqis mgħaġġel ta' l-emissjonijiet tas-CO2. | Emenda 109 Anness I, parti "Temi", taqsima 5 ("Enerġija"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 2, ("Produzzjoni tal-fjuwil li jiġġedded") L-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji integrati għall-produzzjoni ta' l-elettriku minn materjali li jiġġeddu, adattati għal kondizzjonijiet reġjonali differenti, sabiex jipprovdu l-mezzi għal żieda sostanzjali fis-sehem tal-produzzjoni ta' l-elettriku li jiġġedded fl-UE. Ir-riċerka sea żżid l-effiċjenza ġenerali fil-konverżjoni, tnaqqas il-prezz ta' l-elettriku b'mod sinifikanti, ittejjeb laffidabbiltà tal-proċess u tkompli tnaqqas l-impatt fuq l-ambjent. L-enfasi se tkun fuq il-fotovoltajċi, ir-riħ u l-bijomassa (inkluża frazzjoni bijodigradibbli mill-iskart). Barra minn hekk, ir-riċerka se timmira li tirrealizza l-potenzjal sħiħ ta' sorsi li jiġġeddu oħra ta' l-enerġija: ġeotermali, mix-xemx, l-oċeani u idroenerġija fuq skala żgħira. | Riċerka fi u żvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji integrati għall-produzzjoni ta' l-elettriku minn materjali li jiġġeddu, adattati għal kondizzjonijiet reġjonali differenti, sabiex jipprovdu lmezzi għal żieda sostanzjali fis-sehem tal-produzzjoni ta' l-elettriku li jiġġedded fl-UE. Ir-riċerka għandha żżid l-effiċjenza ġenerali fil-konverżjoni, telimina ostakoli eżistenti (li se tnaqqas il-prezz ta' l-elettriku b'mod sinifikanti), ittejjeb l-affidabbiltà talproċess u tkompli tnaqqas l-impatt fuq l-ambjent. L-enfasi se tkun fuq il-fotovoltajċi, l-enerġija termo-solari, ir-riħ u l-bijomassa (inkluż pjanttaġuni għall-produzzjoni ta' l-enerġija u frazzjoni bijodigradibbli mill-iskart). Barra minn hekk, ir-riċerka se timmira li twettaq il-potenzjal sħiħ ta' sorsi li jiġġeddu oħra ta' l-enerġija: ġeotermali, mix-xemx, l-oċeani u idroenerġija fuq skala żgħira. | Emenda 110 Anness I, "Temi", taqsima 5 ("L-Enerġija"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3 ("Produzzjoni tal-fjuwil li jiġġedded") L-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji ta' konverżjoni aħjar għal produzzjoni sostenibbli u ktajjen ta' provvista ta' fjuwils solidi, likwidi u forma ta' gass mill-bijomassa (inkl. frazzjoni bijodigradibbli mill-iskart) b'mod partikolari l-bijofjuwils għattrasport. L-enfasi se tkun fuq tipi ġodda ta' bijofjuwils kif ukoll fuq rotot ġodda ta' produzzjoni u distribuzzjoni għall-bijofjuwils eżistenti, inkluża l-produzzjoni integrata ta' l-enerġija u prodotti oħra b'valur miżjud permezz tal-bijoraffineriji. Bil-għan li jkun hemm aktar benefiċċji mis-'sors sa l-utent' tal-karbonju, ir-riċerka se tiffoka fuq żieda fl-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija u titjib flintegrazzjoni tat-teknoloġija u l-użu ta-materja prima (feedstock). Se jkunu inklużi kwistjonijiet bħal loġistika tal-materja prima, riċerka pre-normattiva u l-istandardizzazzjoni għal użu bla periklu fit-trasport u applikazzjonijiet stazzjonarji. Sabiex ikun esplojtat il-potenzjal għall-produzzjoni ta' l-idroġenu li jiġġedded, ikun hemm appoġġ għal proċessi bbazati fuq il-bijomassa, l-elettriku li jiġġedded u l-enerġija mix-xemx. | Ir-riċerka fil-, u l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta', teknoloġiji aħjar ta' konverżjoni għall-produzzjoni sostenibbli u ktajjen ta' provvista ta' fjuwils solidi, likwidi u fil-forma ta' gass mill-bijomassa u minn pjantaġġuni għall-produzzjoni ta' l-enerġija (inkluż frazzjoni bijodegradabbli mill-iskart), b'mod partikolari lbijofjuwils għat-trasport. L-enfasi għandha tkun fuq tipi ġodda ta' bijofjuwils kif ukoll fuq rotot ġodda ta' produzzjoni u distribuzzjoni għall-bijofjuwils eżistenti, inkluża l-produzzjoni integrata ta' l-enerġija u prodotti oħra b'valur miżjud permezz tal-bijoraffineriji. Bil-għan li jkun hemm aktar benefiċċji tal-karbonju mis-'sors sa l-utent', ir-riċerka se tiffoka fuq it-titjib fl-effiċjenza flużu ta' l-enerġija u titjib fl-integrazzjoni tat-teknoloġija u l-użu tal-materja prima (feedstock). Se jkunu inklużi kwistjonijiet bħal uċuh għall-produzzjoni ta' l-enerġija, loġistika tal-materja prima, riċerka pre-normattiva u l-istandardizzazzjoni għal użu bla periklu u affidabbli fit-trasport u applikazzjonijiet stazzjonarji. Sabiex ikun sfruttat il-potenzjal għall-produzzjoni ta' lidroġenu li jiġġedded, ikun hemm appoġġ għal proċessi bbazati fuq il-bijomassa, l-elettriku li jiġġedded u l-enerġija mix-xemx. | Emenda 111 Anness I, parti "Temi", taqsima 5 ("L-Enerġija"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 4, ("Materjali li jiġġeddu għat-tisħin u t-tkessiħ") L-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' firxa ta' teknoloġiji sabiex jiżdied il-potenzjal tat-tisħin u t-tkessiħ permezz ta' sorsi ta' l-enerġija li jiġġeddu u jkun hemm kontribut lejn enerġija sostenibbli. L-għan huwa li jkun hemm tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet, żieda fl-effiċjenza, aktar tnaqqis fl-impatti fuq l-ambjent u laħjar użu tat-teknoloġiji f'kondizzjonijiet reġjonali differenti. Irriċerka u d-dimostrazzjoni se jinkludu sistemi u komponenti ġodda għal applikazzjonijiet industrijali (inkl. d-desalinizzazzjoni termali ta' l-ilma baħar), tisħin u tkessiħ ta' l-ispazji distrettwali u/jew dedikati, l-integrazzjoni tal-bini u l-ħażna ta' l-enerġija. | Ir-riċerka fil-, u l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta', firxa ta' teknoloġiji sabiex jiżdiedu l-potenzjal tat-tisħin u t-tkessiħ attiv permezz ta' sorsi ta' l-enerġija li jiġġeddu u t-titjib f'sistemi li jutilizzaw it-tisħin passiv jew li hu ġġenerat b'mod naturali sabiex ikun hemm kontribut lejn enerġija sostenibbli. L-għan huwa li jkun hemm tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet, żieda fleffiċjenza, aktar tnaqqis fl-impatti fuq l-ambjent u l-aħjar użu tat-teknoloġiji f'kondizzjonijiet reġjonali differenti. Ir-riċerka u d-dimostrazzjoni se jinkludu sistemi u komponenti ġodda għal applikazzjonijiet industrijali (inkluż it-tneħħija tal-melħ termali ta' l-ilma baħar), tisħin u tkessiħ ta' l-ispazji distrettwali u/jew dedikati, l-integrazzjoni tal-bini u l-ħażna ta' l-enerġija. | Emenda 112 Anness I, parti "Temi", taqsima 5 ("Enerġija"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 6 ("Teknoloġiji nodfa tal-faħam") Impjanti ta' l-enerġija li jaħarqu l-faħam għadhom il-qofol talġenerazzjoni ta' l-elettriku madwar id-dinja, iżda għandhom potenzjal konsiderevoli għal kisba ta' aktar effiċjenza u tnaqqis fl-emissjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tad-CO2. Sabiex iżommu l-kompetittività u jagħtu kontribut għall-immaniġġar ta' l-emissjonijiet tad-CO2, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġijigħall-konverżjoni nadifa tal-faħam se jkunu appoġġati sabiex ikun hemm żieda sinifikanti fl-effiċjenza u l-affidabbiltà ta' l-impjanti, tnaqqis fl-emissjonijiet li jniġġżu u tnaqqis fl-ispejjeż totali, taħt kondizzjonijiet ta' operazzjoni diversi. Bl-għan li, fil-futur, ikun hemm ġenerazzjoni ta' l-enerġija mingħajr emissjonijiet, dawn l-attivitajiet se jwittu t-triq għal, jikkomplementaw u jintrabtu ma' teknoloġiji futuri ta' l-assorbiment u l-ħażna tad-CO2. | Impjanti ta' l-enerġija li jaħarqu l-faħam għadhom il-qofol talġenerazzjoni ta' l-elettriku madwar id-dinja, iżda għandhom potenzjal konsiderevoli għal kisba ta' aktar effiċjenza u tnaqqis fl-emissjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tad-CO2. Sabiex iżommu l-kompetittività u jagħtu kontribut għall-konservazzjoni tar-riżorsi u għall-immaniġġjar ta' l-emissjonijiet tas-CO2, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji nodfa tal-faħam se jkunu appoġġati sabiex ikun hemm żieda sinifikanti fl-effiċjenza u l-affidabbiltà ta' l-impjanti, tnaqqis fl-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu, inklużi partikuli fini, mikroelementi, merkurju u komposti organiċi u tnaqqis fl-ispiża totali, taħt kondizzjonijietta' operat diversi. Bl-għan li, fil-futur, ikun hemm ġenerazzjoni ta' l-enerġija mingħajr emissjonijiet, dawn l-attivitajiet għandhom iwittu t-triq għal, jikkomplementaw u jintrabtu ma' teknoloġiji futuri ta' l-assorbiment u l-ħażna tad-CO2. | Emenda 113 Anness I, parti "Temi", taqsima 5 ("Enerġija"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 7: ("Netwerks ta' smart energy") Sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni għal sistema ta' enerġija aktar sostenibbli, hemm il-ħtieġa ta' sforz R&Ż wiesa' sabiex iżid leffiċjenza, il-flessibilità, is-sigurtà u l-affidabbiltà tas-sistemi u netwerks Ewropej ta' l-elettriku u l-gass. Għan-netwerks ta' lelettriku, l-għanijiet tat-trasformazzjoni tal-grids eżistenti f'netwerks ta' servizz reżistenti u interattivi (klijenti/operaturi) u ttneħħija ta' l-ostakoli għall-użu fuq skala kbira u l-integrazzjoni effettiva ta' sorsi ta' enerġija li jiġġeddu u ġenerazzjoni distribwita (eż. ċelluli tal-fjuwil, mikroturbini, magni bil-moviment alternat) ikunu jeħtieġu wkoll l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji importanti li jagħmlu żviluppi oħra possibbli (pre-eż. soluzzjonijiet ICT, teknoloġiji tal-ħażna għar-RES, elettronika ta' l-enerġija u apparat HTS). Għan-netwerks tal-gass, l-għan huwa li jkunu dimostrati proċessi u sistemi aktar intelliġenti għat-trasport u d-distribuzzjoni tal-gass, inklużi l-integrazzjoni effettiva tas-sorsi ta' l-enerġija li jiġġeddu. | Sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni għal sistema ta' enerġija aktar sostenibbli, hemm il-ħtieġa ta' sforz R&Ż wiesa' sabiex iżid leffiċjenza, il-flessibilità, is-sikurezza u l-affidabbiltà tas-sistemi u netwerks Ewropej ta' l-elettriku u l-gass. Għan-netwerks ta' lelettriku, l-għanijiet tat-trasformazzjoni tal-grids eżistenti f'netwerks ta' servizz reżistenti u interattivi (klijenti/operaturi), ittneħħija ta' l-ostakoli għall-użu fuq skala kbira u l-integrazzjoni effettiva ta' sorsi ta' enerġija li jiġġeddu u ġenerazzjoni distribwita (eż. ċelluli tal-fjuwil, mikroturbini, magni bil-moviment alternat) u t-titjib tal-kwalità tal-provvista (f'termini ta' kwalità tal-vultaġġ u ta' l-enerġija mwassla) jkunu jeħtieġu wkoll l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji importanti li jagħmlu żviluppi oħra possibbli (eż. soluzzjonijiet ICT, teknoloġiji tal-ħażna għar-RES, kejl elettroniku, u sistemi ta' Ġestjoni Awtomatizzata ta' l-Arloġġi, elettronika ta' l-enerġija u apparat HTS, sistemi ta' kontroll ICT għall-ġestjoni ta' netwerks attivi, ġestjoni effiċjenti tal-forza tax-xogħol, eċċ.). Għan-netwerks tal-gass, l-għan huwa li jkunu dimostrati proċessi u sistemi aktar intelliġenti għat-trasport u d-distribuzzjoni tal-gass, inklużi l-integrazzjoni effettiva tas-sorsi ta' l-enerġija li jiġġeddu. Irriċerka dwar l-integrazzjoni bejn in-netwerks ta' l-elettriku u tal-gass (eż. ċentri ta' kontroll integrati, aktar minn arloġġ wieħed fl-istess ħin, forza tax-xogħol komuni) se ssir biex jintlaħaq l-għan ta' l-effiċjenza għaż-żewġ oqsma. | Emenda 114 Anness I, "Temi", taqsima 5 ("Enerġija"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 8: ("L-effiċjenza u l-iffrankar fl-użu ta' l-enerġija"), l-ewwel sentenza Il-potenzjal kbir għall-iffrankar u t-titjib fl-effiċjenza fl-użu ta' lenerġija iridu jiġu sfruttati permezz ta' l-ottimizzazzjoni, il-validazzjoni u d-dimostrazzjoni ta' kunċetti u teknoloġiji ġodda għall-bini, is-servizzi u l-industrija. | Il-potenzjal kbir għall-iffrankar u t-titjib fl-effiċjenza fl-użu ta' lenerġija jridu jiġu sfruttati permezz ta' l-ottimizzazzjoni, il-validazzjoni, ir-riċerka dwar, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' kunċetti u teknoloġiji ġodda għall-bini, it-trasport, is-servizzi u lindustrija. | Emenda 115 Anness I, parti "Temi", taqsima 6 ("L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)"), subtaqsima "Objettiv" Il-promozzjoni ta' l-immaniġġar sostenibbli ta' l-ambjent naturali u dak tal-bniedem u r-riżorsi tiegħu billi jkun hemm avvanz fl-għarfien ta' l-interazzjoni bejn il-bijosfera, l-ekosistemi u l-attivitajiet tal-bniedem, u bl-iżvilupp ta' teknoloġiji, għodod u servizzi ġodda sabiex il-kwistjonijiet ambjentali globali jkunu indirizzati b'mod integrat. L-enfasi se tkun fuq il-previżjoni talbidliet fis-sistemi tal-klima, ekoloġiċi, ta' l-art u l-oċeani, fuq għodod u teknoloġiji għall-monitoraġġ, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-pressjoni u r-riskji fuq l-ambjent, inkluża s-saħħa, u għas-sostenibbiltà ta' l-ambjent naturali u dak magħmul millbniedem. | Il-promozzjoni ta' l-immaniġġar sostenibbli ta' l-ambjent naturali u dak tal-bniedem u r-riżorsi tiegħu billi jkun hemm avvanz fl-għarfien ta' l-interazzjonijiet bejn il-bijosfera, l-ekosistemi u lattivitajiet tal-bniedem, tal-bijodiversità u l-użu sostenibbli tagħha, u bl-iżvilupp ta' teknoloġiji, għodod u servizzi ġodda sabiex il-kwistjonijiet ambjentali globali jkunu indirizzati b'mod integrat. L-enfasi se tkun fuq il-previżjoni tal-bidliet fis-sistemi tal-klima, ekoloġiċi, ta' l-art u l-oċeani, fuq għodod u teknoloġiji għall-monitoraġġ, il-prevenzjoni, il-mitigazzjoni u l-adattament tal-pressjoni u r-riskji fuq l-ambjent, inkluża s-saħħa, u għas-sostenibbiltà ta' l-ambjent naturali u dak magħmul mill-bniedem. | Emenda 116 Anness I, parti "Temi", taqsima 6 ("L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)"), subtaqsima "Approċċ", paragrafu 1 Il-ħarsien ta' l-ambjent huwa essenzjali għal kwalità tal-ħajja talġenerazzjonijiet preżenti u futuri kif ukoll għat-tkabbir ekonomiku. Ġaladarba r-riżorsi naturali tad-dinja u l-ambjent maħluq mill-bniedem huma taħt pressjoni mill-popolazzjoni li qegħda tikber, l-urbanizzazzjoni, l-espansjoni kontinwa ta' l-agrikoltura, it-trasport u s-setturi ta' l-enerġija, kif ukoll il-varjabbiltà talklima u t-tisħin fuq skala lokali, reġjonali u lokali, l-isfida li qegħda tiffaċċja l-UE hija li tiżgura tkabbir kontinwu u sostenibbli waqt li, fl-istess ħin, tnaqqas l-impatti negattivi fuq l-ambjent. Il-kooperazzjoni ma' l-Ewropa kollha hija mmotivata millfatt li l-pajjiżi, ir-reġjuni u l-ibliet qegħdin jiffaċċjaw problemi ambjentali komuni u li hemm il-ħtieġa ta' massa kritika minħabba l-iskala, l-ambitu u l-livell għoli ta' kumplessità tar-riċerka dwar l-ambjent. Tali kooperazzjoni tiffaċilita wkoll l-ippjanar komuni, l-użu ta' bażijiet tat-tagħrif konnessi u interoperabbli, u l-iżvilupp ta' indikaturi komuni, ta' metodoloġiji ta' valutazzjoni u ta' sistemi koerenti u fuq skala kbira għall-osservazzjoni u t-tbassir. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni internazzjonali hija meħtiega sabiex l-għarfien ikun komplut u għal maniġġar aħjar fuq livell dinji. | Il-ħarsien ta' l-ambjent huwa essenzjali għal kwalità tal-ħajja talġenerazzjonijiet preżenti u futuri kif ukoll għat-tkabbir ekonomiku. Ġaladarba r-riżorsi naturali tad-dinja u l-ambjent maħluq mill-bniedem huma taħt pressjoni mill-popolazzjoni li qiegħda tikber, l-urbanizzazzjoni, il-bini, l-espansjoni kontinwa ta' l-agrikoltura, il-bhejjem ta' l-irziezet, l-akwakultura u s-sajd, it-trasport u s-setturi ta' l-enerġija, kif ukoll il-varjabbiltà tal-klima u ttisħin fuq skala lokali, reġjonali u lokali, l-isfida li qegħda tiffaċċja l-UE hija li tiżgura tkabbir kontinwu u sostenibbli waqt li, fl-istess ħin, tnaqqas l-impatti negattivi fuq l-ambjent. Il-kooperazzjoni ma' l-Ewropa kollha hija mmotivata mill-fatt li l-pajjiżi, ir-reġjuni u l-ibliet qegħdin jiffaċċjaw problemi ambjentali komuni u li hemm il-ħtieġa ta' massa kritika minħabba l-iskala, l-ambitu u l-livell għoli ta' kumplessità tar-riċerka dwar l-ambjent. Tali kooperazzjoni tiffaċilita wkoll l-ippjanar komuni, l-użu ta' bażijiet tat-tagħrif konnessi u interoperabbli, u l-iżvilupp ta' indikaturi komuni, ta' metodoloġiji ta' valutazzjoni u ta' sistemi koerenti u fuq skala kbira għall-osservazzjoni u t-tbassir. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni internazzjonali hija meħtiega sabiex l-għarfien ikun komplut u għal maniġġar aħjar fuq livell dinji. | Emenda 117 Anness I, parti "Temi", taqsima 6 ("L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)"), subtaqsima "Approċċ", paragrafu 4 Il-koordinazzjoni tal-programmi nazzjonali se tkun imsaħħa bittwessigħ u t-tkabbir ta' l-ambitu ta' l-ERA-NETS eżistenti firriċerka ambjentali, inkluża implimentazzjoni konġunta ta' programmi ta' riċerka fil-Baħar Baltiku u ERA-nets ġodda. | Il-koordinazzjoni tal-programmi nazzjonali se tkun imsaħħa bittwessigħ u t-tkabbir ta' l-ambitu ta' l-ERA-NETS eżistenti firriċerka ambjentali, inkluża implimentazzjoni konġunta ta' programmi ta' riċerka fil-Baħar Baltiku u ERA-nets ġodda. Il-multidixxiplinarità u l-interdixxiplinarità se jiġu promossi permezz ta' "sejħiet komuni" fil-każi ta' temi li jinvolvu b'mod ċar linterrelazzjoni ta' diversi dixxiplini, bħax-xjenzi u t-teknoloġiji marittimi. | Emenda 118 Anness I, parti "Temi", taqsima 6 ("L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)"), subtaqsima "Approċċ", paragrafu 5 Tingħata attenzjoni speċjali għat-tisħiħ tad-disseminazzjoni tarrizultati tar-riċerka ta' l-UE — ukoll permezz ta' l-esplojtazzjoni ta' sinerġiji ma' mekkaniżmi kumplimentari ta' finanzjament fuq livelli ta' l-UE u l-Istati Membri — u anki l-istimulazzjoni ta' l-adozzjoni tagħhom minn utenti finali rilevanti, bil-mira tkun, b'mod partikolari, lejn dawk li jifformulaw il-politika. | Tingħata attenzjoni speċifika għat-tisħiħ tad-disseminazzjoni tarrizultati tar-riċerka ta' l-UE u għat-tixrid informattiv u xjentifiku, bil-ħsieb li x-xjenza u t-teknoloġija jitressqu eqreb lejn is-soċjetà. | | Jitfittxu l-akbar sinerġija u kumplimentarjetà possibbli ma' mekkaniżmi kumplimentari ta' finanzjament fuq livelli ta' l-UE u l-Istati Membri, bħas-Sitt Programm ta' Azzjoni għall-Ambjent, il-programm URBAN u l-Fondi LIFE+. | Emenda 119 Anness I, parti "Temi", taqsima 6 "L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 1: "Bidla fil-klima, tniġġis u riskji", inċiż 1 Ir-riċerka integrata dwar kif taħdem il-klima u s-sistema globali hija meħtieġa sabiex ikun hemm osservazzjoni u analiżi ta' kif dawn is-sistemi jevolvu u tbassir ta' l-evolviment fil-futur... Dan se jippermetti l-iżvilupp ta' adattament effettiv u miżuri ta' mitigazzjoni dwar il-bidla fil-klima u limpatt tagħha. Mudelli avvanzati dwar il-bidla fil-klima minn skala globali għal skala sub-reġjonali se jiġu żviluppati u applikati sabiex ikun hemm valutazzjoni tal-bidla, limpatti potenzjali u l-limiti kruċjali. Bidliet fil-kompożizzjoni ta' l-atmosfera u ċ-ċiklu ta' l-ilma se jiġu studjati u se jkunu żviluppati strateġiji bbażati fuq ir-riskji li jqisu l-bidla fl-okkorrenza ta' nixfiet, maltemp u għargħar. Il-pressjoni fuq il-kwalità ta' l-ambjent u fuq il-klima mit-tniġġis ta' larja, l-ilma u l-ħamrija se tiġi investigata, kif ukoll l-interazzjonijiet bejn l-atmosfera, is-saff ta' l-ożonu fl-istratosfera, il-wiċċ ta' l-art, is-silġ u l-oċeani. Tingħata konsiderazzjoni għall-mekkaniżmi ta' reazzjoni u bidliet f'daqqa (eż. iċ-ċirkolazzjoni fl-oċeani) u għall-impatti fuq il-bijodiversità u lekosistemi. | Ir-riċerka integrata dwar kif taħdem il-klima u s-sistema globali u ta' l-oċeani (inklużi r-reġjuni polari) hija meħtieġa sabiex ikun hemm osservazzjoni u analiżi ta' kif dawn issistemi inbidlu fl-imgħoddi u kif jevolvu u tbassir ta' levolviment fil-futur. Dan se jippermetti l-iżvilupp ta' adattament effettiv u miżuri ta' mitigazzjoni dwar il-bidla filklima u l-impatt tagħha. Mudelli avvanzati dwar il-bidla fil-klima minn skala globali għal skala sub-reġjonali se jiġu żviluppati u applikati sabiex ikun hemm valutazzjoni talbidla, l-impatti potenzjali u l-limiti kruċjali. Bidliet fil-kompożizzjoni ta' l-atmosfera u ċ-ċiklu ta' l-ilma se jiġu studjati u se jkunu żviluppati strateġiji bbażati fuq ir-riskji li jqisu lbidla fl-okkorrenza ta' nixfiet, maltemp u għargħar. Il-pressjoni fuq il-kwalità ta' l-ambjent u fuq il-klima mit-tniġġis ta' l-arja, l-ilma (kemm fil-wiċċ kif ukoll taħt l-art) u l-ħamrija se tiġi investigata, kif ukoll l-interazzjonijiet bejn latmosfera, is-saff ta' l-ożonu fl-istratosfera, il-wiċċ ta' l-art, is-silġ u l-oċeani, inklużi l-effetti tal-bidliet fil-livelli talbaħar fuq l-inħawi tal-kosta. Tingħata konsiderazzjoni għall-mekkaniżmi ta' reazzjoni u bidliet f'daqqa (eż. iċ-ċirkolazzjoni fl-oċeani) u għall-impatti fuq il-bijodiversità u lekosistemi, inklużi l-impatti fuq inħawi partikularment sensittivi bħar-reġjuni kostali u muntanjużi. | Emenda 120 Anness I, parti "Temi", taqsima 6 ("L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 1 ("Bidla fil-klima, tniġġis u riskji"), inċiż 2 —Ir-riċerka multidixxiplinari dwar l-interazzjoni bejn l-fatturi ta' riskju ambjentali u s-saħħa tal-bniedem hija meħtieġa bħala appoġġ għall-pjan ta' azzjoni dwar l-Ambjent u s-Saħħa u l-integrazzjoni ta' tħassib dwar is-saħħa pubblika u l-karatterizzazzjoni tal-mard relatati ma' riskji ambjentali emerġenti. Ir-riċerka se tiffoka fuq esponiment multiplu minn rotot ta' esponiment differenti, l-identifikazzjoni tas-sorsi tat-tniġġis u sorsi ta' tensjoni ambjentali ġodda jew emerġenti (eż l-arja ta' ġewwa u ta' barra, kampijiet elettromanjetiċi, ħoss u l-esponiment għal sustanzi tossiċi) u l-effetti potenzjali fuq is-saħħa. Ir-riċerka se timmira wkoll lejn lintegrazzjoni ta' l-attivitajiet ta' riċerka dwar il-bijomonitoraġġ fuq il-bniedem fir-rigward ta' l-aspetti xjentifiċi, ilmetodoloġiji u l-għodod sabiex ikun żviluppat strateġija koordinat u koerenti. Se tinkludi studji cohort (tqabbil ta' żewġ gruppi, wieħed b'ċertu marda u l-ieħor le) Ewropej, b'attenzjoni speċjali għall-gruppi ta' popolazzjoni vulnerabbli, u metodi u għodod għal karatterizzazzjoni aħjar tarriskji, il-valutazzjoni u t-tqabbil tar-riskji u l-impatt fuq issaħħa. Ir-riċerka se tiżviluppa wkoll marki bijoloġiċi u għodod għall-immudellar li jqisu l-esponiment kombinat, il-varjazzjonijiet fil-vulnerabbiltà u l-inċertezzi. Se tipprovdi wkoll metodi u għodod għat-teħid tad-deċiżjonijiet (indikaturi, analiżi dwar il-benefiċċju mqabbel mal-press u analiżi fuq diversi kriterji, valutazzjoni ta' l-impatt fuq is-saħħa, analiżi tal-piż tal-mard u s-sostenibbiltà) għall-analiżi, limmaniġġar u l-komunikazzjoni tar-riskji u għall-iżvilupp u l-analiżi tal-politika. | —Ir-riċerka multidixxiplinari dwar l-interazzjonijiet tal-fatturi ta' riskju ambjentali u dawk relatati mal-bidla globali u ssaħħa tal-bniedem hija meħtieġa bħala appoġġ għall-pjan ta' azzjoni dwar l-Ambjent u s-Saħħa u l-integrazzjoni ta' tħassib dwar is-saħħa pubblika u l-karatterizzazzjoni tal-mard relatati ma' riskji ambjentali emerġenti, speċjalment flambjent urban (inklużi nħawi postindustrijali). Ir-riċerka se tiffoka fuq l-impatt tal-bidla globali (il-bidla fil-klima, l-użu ta' l-art, il-globalizzazzjoni), esponimenti multipli minn rotot ta' esponiment, formazzjoni ta' speċi ġodda u tossikoloġija differenti, l-identifikazzjoni tas-sorsi tat-tniġġis u sorsi ta' tensjoni ambjentali ġodda jew emerġenti u l-interazzjoni tagħhom ma' aġenti u komponenti naturali (eż. gassijiet li jagħmlu l-ħsara, partikuli fini u ultrafini ta' natura animata u inanimata, l-arja ta' ġewwa u ta' barra, kampijiet elettromanjetiċi, ħoss, l-esponiment għal sustanzi tossiċi, gassijiet u emissjonijiet tal-karozzi u esponiment għar-radjazzjoni tax-xemx) u l-effetti potenzjali tagħhom fuq is-saħħa, analiżi ta' sindromi u ta' esponiment kroniku, interazzjonijiet ta' sustanzi tossiċi u taħlitiet ta' tali sustanzi, analiżi ta' polimorfiżmi ġenetiċi u testijiet immunoloġiċi, inklużi testijiet għat-trasformazzjoni u lattivazzjoni tal-limfoċite. Se jiġu inkuraġġiti investigazzjonijiet dwar kimiki ġodda jew eżistenti, kif provdut fir-Regolament (KE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... (dwar ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjonijiet ta' Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Kimika] [4], u wkoll dwar alternattivi għat-testijiet fuq l-annimali. Ir-riċerka se timmira wkoll lejn l-iżvilupp ta' metodi ġodda u mtejba ta' kif jiġu identifikati għejun ta' tniġġis u l-effett ta' linfluwenza tagħhom flimkien, l-integrazzjoni ta' l-attivitajiet ta' riċerka epidemjoloġika dwar il-bijomonitoraġġ fuq ilbniedem fir-rigward ta' l-aspetti xjentifiċi, il-metodoloġiji u l-għodod sabiex ikun żviluppat strateġija koordinat u koerenti. Se tinkludi studji cohort (tqabbil ta' żewġ gruppi, wieħed b'ċertu marda u l-ieħor le) Ewropej, b'attenzjoni speċjali għall-gruppi ta' popolazzjoni vulnerabbli, u metodi u għodod għal karatterizzazzjoni u moniteraġġ aħjar tar-riskji, ilvalutazzjoni u t-tqabbil tar-riskji u l-impatt fuq is-saħħa. Irriċerka se tiżviluppa (tħassir) marki bijoloġiċi u għodod għall-immudellar u l-moniteraġġ li jqisu l-esponiment kombinat, il-varjazzjonijiet fil-vulnerabbiltà u l-inċertezzi. Se tipprovdi wkoll metodi u għodod għat-teħid tad-deċiżjonijiet (indikaturi, analiżi dwar il-benefiċċju mqabbel mal-press u analiżi fuq diversi kriterji, valutazzjoni ta' l-impatt fuq issaħħa, analiżi tal-piż tal-mard u s-sostenibbiltà) għall-analiżi, l-immaniġġar u l-komunikazzjoni tar-riskji u għall-iżvilupp u l-analiżi tal-politika. | Emenda 121 Anness I, parti "Temi", taqsima 6 "L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 1 ("Bidla fil-klima, tniġġis u riskji"), inċiż 3 —L-immaniġġar tad-diżastri naturali jitlob strateġija multi risk... Hemm il-ħtieġa ta' għarfien, metodi u qafas integrat aħjar għall-valutazzjoni tal-perikli, il-vulnerabbiltà u r-riskji. Barra minn hekk hemm il-ħtieġa li jkunu żviluppati strateġiji ta' mapping, prevenzjoni u mitigazzjoni, inklużi kunsiderazzjonijiet ta' fatturi ekonomiċi u soċjali. Diżastri relatati mal-klima (bħal maltempati, nixfiet, nar fil-foresti, landslides u għargħar), u perikli ġeoloġiċi (terrimoti, vulkani u t-tsunami) se jkunu studjati. Din ir-riċerka se tippermetti li lproċess bażiku jkun magħruf aħjar, u t-titjib tal-metodi ta' previżjoni u tbassir fuq il-bażi ta' strateġija probabilistic. Se tkun il-bażi wkoll għall-iżvilupp ta' sistemi ta' twissija kmieni u ta' tagħrif. Ir-riperkussjonijiet ta' perikli naturali kbar fuq is-soċjetà se jkunu kkwantifikati. | —L-immaniġġar tad-diżastri naturali jitlob strateġija multi risk imsejsa fuq l-użu flimkien ta' strateġiji għal riskji speċifiċi u pjanijiet, proċeduri u protokolli komprensivi. Hemm il-ħtieġa ta' għarfien, metodi u qafas integrat aħjar għallvalutazzjoni tal-perikli, il-vulnerabbiltà u r-riskji. Barra minn hekk hemm il-ħtieġa li jkunu żviluppati strateġiji ta' mapping, prevenzjoni, skoperta u mitigazzjoni, inklużi kunsiderazzjonijiet ta' fatturi ekonomiċi u soċjali. Diżastri relatati mal-klima (bħal maltempati, nixfiet, meta t-temperaturi jinżlu taħt iz-zero, nirien fil-foresti, valangi, landslides, emissjonijiet, għargħar u fenomeni estremi oħra), u perikli ġeoloġiċi (terrimoti, vulkani u t-tsunami) se jkunu studjati. Din ir-riċerka se tippermetti li l-proċess bażiku jkun magħruf aħjar, u t-titjib tal-metodi ta' previżjoni u tbassir fuq ilbażi ta' strateġija probabilistic. Se tkun il-bażi wkoll għal riċerka dwar il-ġestjoni tar-riskji u d-diżastri naturali u għall-iżvilupp ta' sistemi ta' twissija kmieni ta' informazzjoni u ta' rispons malajr u l-ġestjoni u l-investigazzjoni tagħhom dwar kif jiġu affrontati r-riskji u d-diżastri naturali. Se tingħata attenzjoni partikulari għall-modi kif iġġib ruħha s-soċjetà vis-à-vis perikli naturali u levalwazzjoni tar-riperkussjonijiet. | Emenda 122 Anness I, parti "Temi", taqsima 6 "L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 2 ("Immaniġġjar Sostenibbli tar-Riżorsi"), inċiż 1 —L-attivitajiet ta' riċerka se jkunu mmirati lejn it-titjib tal-bażi ta' għarfien u l-iżvilupp tal-mudelli u għodod avvanzati meħtieġa għall-immaniġġar sostenibbli tar-riżorsi u l-ħolqien ta' modi ta' konsum sostenibbli. Dan se jippermetti lpreviżjoni ta' l-iżvilupp ta' l-ekosistemi u r-restawr tagħhom, u l-mitigazzjoni tad-degradazzjoni u t-telf ta' elementi strutturali u funzjonali importanti ta' l-ekosistemi (għallbijodiversità, l-ilma, il-ħamrija u r-riżorsi tal-baħar). Irriċerka dwar l-immudellar ta' l-ekosistemi se tqis il-prassi tal-ħarsien u l-konservazzjoni. Strateġiji innovattivi għalliżvilupp ta' attivitajiet ekonomiċi mis-servizzi ta' l-ekosistemi se jiġu promossi. Se jiġu żviluppati strateġiji li jevitaw id-deżertifikazzjoni, id-degradazzjoni ta' l-art u l-erożjoni, u sabiex iwaqqfu t-telf tal-bijodiversità. Ir-riċerka se tindirizza wkoll l-immaniġġar sostenibbli tal-foresti u l-ambjent urban, inklużi l-ippjanar u l-immaniġġar ta' l-iskart. Irriċerka se tibbenefika minn, u tagħti kontribut għall-iżvilupp ta' sistemi ta' l-immaniġġar tat-tagħrif miftuħa, distribwiti u interoperabbli u se tkun il-bażi tal-valutazzjonijiet, ilpreviżjonijiet u s-servizzi relatati mar-riżorsi naturali u lużu tagħhom. | —L-attivitajiet ta' riċerka se jkunu mmirati lejn it-titjib tal-bażi ta' għarfien u l-iżvilupp tal-mudelli u għodod avvanzati meħtieġa għall-immaniġġar sostenibbli tar-riżorsi u l-ħolqien ta' modi ta' konsum sostenibbli. Dan se jippermetti lpreviżjoni ta' l-iżvilupp ta' l-ekosistemi u r-restawr tagħhom, u l-mitigazzjoni tad-degradazzjoni u t-telf ta' elementi strutturali u funzjonali importanti ta' l-ekosistemi (għallbijodiversità, l-ilma, il-ħamrija u r-riżorsi tal-baħar)... Irriċerka dwar l-immudellar ta' l-ekosistemi se tqis il-prassi tal-ħarsien u l-konservazzjoni u l-ħarsien mill-ħafa, partikularment fi nħawi muntanjużi. Strateġiji innovattivi għalliżvilupp ta' attivitajiet ekonomiċi mis-servizzi ta' l-ekosistemi se jiġu promossi. Se jiġu żviluppati strateġiji li jevitaw id-deżertifikazzjoni, id-degradazzjoni ta' l-art u l-erożjoni, u sabiex iwaqqfu t-telf tal-bijodiversità. Ir-riċerka se tindirizza wkoll l-istrateġija ġenerali għall-immaniġġar sostenibbli u għall-konservazzjoni ta' l-inħawi rurali, inklużi l-foresti, lekosistemi tal-foresti u ekosistemi oħra qrib in-natura li jesperjenzaw kundizzjonijiet ambjentali li jinbidlu, inklużi diżastri ta' spiss jew intensi, u l-ambjent urban filwaqt li wieħed jagħti kas tal-wirt kulturali, l-ippjanar u l-immaniġġar ta' l-iskart. Ir-riċerka se tibbenefika minn, u tagħti kontribut għall-iżvilupp ta' sistemi ta' l-immaniġġjar ta' data u sistemi ta' informazzjoni miftuħa, distribwita u interoperabbli u se tkun il-bażi tal-valutazzjonijiet, il-previżjonijiet u s-servizzi relatati mar-riżorsi naturali u l-użu tagħhom. | Emenda 123 Anness I, parti "Temi", taqsima 6 "L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3 ("Teknoloġiji ambjentali"), inċiż 1 —Hemm il-ħtieġa ta' teknoloġiji ambjentali ġodda jew aħjar sabiex jitnaqqas l-impatt ta' l-attivitajiet tal-bniedem fuq lambjent, jitħares l-ambjent u jkun hemm maniġġar aktar effiċjenti tar-riżorsi u żvilupp ta' prodotti, proċessi u servizzi ġodda aktar ta' benefiċċju għall-ambjent mill-alternattivi eżistenti. Ir-riċerka se tkun, b'mod partikolari, immirata lejn: teknoloġiji li jevitaw jew inaqqsu r-riskji ambjentali, jimmitigaw il-perikli u d-diżastri, jimmitigaw il-bidla filklima u t-telf tal-bijodiversità; teknoloġiji li jippromwovu lproduzzjoni u l-konsum sostenibbli; teknoloġiji għallimmaniġġar tar-riżorsi jew it-trattament tat-tniġġis bmod aktar effiċjenti fir-rigward ta' l-ilma, il-ħamrija, l-arja, ilbaħar u riżorsi naturali oħra, jew l-iskart; teknoloġiji għallimmaniġġar ambjentalment sod u sostenibbli ta' l-ambjent uman inkluż l-ambjent mibni, żoni urbani u paesaġġ, kif ukoll ik-konservazzjoni u r-restawr tal-wirt kulturali. | —Hemm il-ħtieġa ta' teknoloġiji ambjentali ġodda jew aħjar sabiex jitnaqqas l-impatt ta' l-attivitajiet tal-bniedem fuq lambjent, jitħares l-ambjent u jkun hemm maniġġar aktar effiċjenti tar-riżorsi u żvilupp ta' prodotti, proċessi u servizzi ġodda aktar ta' benefiċċju għall-ambjent mill-alternattivi eżistenti. Ir-riċerka se tkun, b'mod partikolari, immirata lejn: teknoloġiji li jevitaw jew inaqqsu r-riskji ambjentali, jimmitigaw il-perikli u d-diżastri, jimmitigaw il-bidla filklima u t-telf tal-bijodiversità; teknoloġiji li jippromwovu lproduzzjoni u l-konsum sostenibbli; teknoloġiji għallimmaniġġar tar-riżorsi jew it-trattament tat-tniġġis b'mod aktar effiċjenti fir-rigward ta' l-ilma, il-ħamrija, l-arja, ilbaħar u riżorsi naturali oħra, jew l-iskart, inkluż ir-riċiklaġġ ta' l-iskart; teknoloġiji għat-trattament u/jew l-użu prezzjuż mill-ġdid tar-residwi jew ta' materjali ta' skart li jkunu ġejjin mill-produzzjoni ta' l-enerġija; teknoloġiji għall-immaniġġar ambjentalment sod u sostenibbli ta' lambjent uman inkluż l-ambjent mibni, żoni urbani u paesaġġ, kif ukoll ik-konservazzjoni u r-restawr tal-wirt kulturali. | Emenda 124 Anness I, parti "Temi", taqsima 6 "L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3 ("Teknoloġiji ambjentali"), inċiż 2 —Ir-riċerka se tiffoka fuq il-valutazzjoni tat-teknoloġija fir rigward tar-riskju u r-rendiment, inklużi l-proċessi u l-prodotti, u l-iżvilupp ulterjuri ta' metodi relatati, bħall-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja. Barra minn hekk, l-enfasi se tkun fuq: lopportunitajiet fuq terminu ta' żmien twil, il-potenzjal tassuq u l-aspetti soċjoekonomiċi tat-teknoloġiji ambjentali; ilvalutazzjoni tar-riskji kimiċi, strategiji intelliġenti ta' l-ittestjar u metodi għall-minimizzazzjoni ta' l-ittestjar fuq l-annimali, teknika għall-kwantifikazzjoni tar-riskju u appoġġ ta' riċerka għall-iżvilupp tas-Sistema Ewropea għall-Verifikazzjoni u l-Ittestjar tat-Teknoloġiji Ambjentali. | —Ir-riċerka se tiffoka fuq il-valutazzjoni tat-teknoloġija fir rigward tar-riskju u r-rendiment, inklużi l-proċessi, il-prodotti u s-servizzi, u l-iżvilupp ulterjuri ta' metodi relatati, bħall-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja Barra minn hekk, l-enfasi se tkun fuq: l-opportunitajiet fuq terminu ta' żmien twil, ilpotenzjal tas-suq u l-aspetti soċjoekonomiċi tat-teknoloġiji ambjentali; il-valutazzjoni tar-riskji kimiċi, strategiji intelliġenti ta' l-ittestjar u metodi għall-minimizzazzjoni ta' littestjar fuq l-annimali, teknika għall-kwantifikazzjoni tarriskju; u appoġġ ta' riċerka għall-iżvilupp tas-Sistema Ewropea għall-Verifikazzjoni u l-Ittestjar tat-Teknoloġiji Ambjentali. | Emenda 125 Anness I, parti "Temi", taqsima 6 "L-Ambjent inkluża l-Bidla fil-Klima", subtaqsima "Il-koperazzjoni internazzjonali", paragrafu 2 Sħubiji xjentifiċi u teknoloġiċi ma' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw se jagħtu kontribut għall-Għanijiet ta' l-Iżvilupp tal-Millenju f'diversi oqsma (eż. bidliet fix-xejriet tat-telf tar-riżorsi ambjentali, titjib fil-provvista ta' l-ilma u s-sanità, u l-iffaċċar ta' l-isfidi ta' lurbanizzazzjoni), oqsma fejn l-SMEs jista'; jkollhom rwol importanti wkoll. Se tingħata attenzjoni partikolari lir-relazzjoni bejn kwistjonijiet ambjentali globali u l-problemi regjonali jew lokali dwar l-iżvilupp relatati ma' riżorsi naturali, il-bijodiversità, l-użu ta' l-art, perikli naturali u magħmula mill-bniedem, il-bidla fil-klima, teknoloġiji dwar l-ambjent, l-ambjent u s-saħħa kif ukoll dwar għodod għall-analiżi tal-politika. Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi industrijalizzati se ssaħħaħ l-aċċess għall-eċċellenza globali fir-riċerka. | Sħubiji xjentifiċi u teknoloġiċi ma' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw se jagħtu kontribut għall-Għanijiet ta' l-Iżvilupp tal-Millenju f'diversi oqsma (eż. il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta' l-impatt talbidla fil-klima u tad-diżastri naturali, l-irġigħ lura tat-telf tarriżorsi ambjentali, titjib fil-ġestjoni u l-provvista u s-sanità ta' lilma (tħassir) u l-art, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, u l-iffaċċar ta' l-isfidi ta' l-ambjent u tal-bijodiversità ta' l-urbanizzazzjoni u tal-produzzjoni u l-konsum sostenibbli), oqsma fejn l-SMEs jista' jkollhom rwol importanti wkoll. Se tingħata attenzjoni partikolari lir-relazzjoni bejn kwistjonijiet ambjentali globali u l-problemi regjonali jew lokali dwar l-iżvilupp relatati ma' riżorsi naturali, il-bijodiversità, l-użu ta' l-art, perikli naturali u magħmula mill-bniedem, il-bidla fil-klima, teknoloġiji dwar l-ambjent, l-ambjent u s-saħħa kif ukoll dwar għodod għall-analiżi tal-politika. Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi industrijalizzati se ssaħħaħ l-aċċess għall-eċċellenza globali fir-riċerka. | Emenda 126 Anness I, parti "Temi", taqsima 6 ("L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)"), subtaqsima "Il-koperazzjoni internazzjonali", paragrafu 3 L-istabbiliment tal-GEOSS għall-osservazzjoni Globali se jippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali għall-għarfien tas-sistemi globali u kwistjonijiet dwar is-sostenibbiltà, u l-ġbir ta' tagħrif koordinat għal għanijiet xjentifiċi u ta' politika. | L-istabbiliment tal-GEOSS għall-osservazzjoni Globali se jippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali għall-għarfien tas-sistemi globali u kwistjonijiet dwar is-sostenibbiltà, u l ġbir ta' data koordinata għal għanijiet xjentifiċi u ta' politika, kif ukoll tkabbar l-interess kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat. | Emenda 127 Anness I, "Temi", taqsima 6 ("L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)"), subtaqsima "Reazzjoni għal ħtiġijiet emerġenti u ħtiġijiet ta' politika mhux previsti", paragrafu 2 Appoġġ għar-reazzjoni għal ħtiġijiet ta' politika ambjentali mhux previsti jistgħu, pereżempju, ikunu relatati ma' valutazzjonijiet tas-sostenibbiltà ta' l-impatt ta' politiki ġodda ta' l-UE bħal fl-ambjent u l-politika, l-istandards u r-regolamenti marittimi. | Appoġġ għar-reazzjoni għal ħtiġijiet ta' politika ambjentali mhux previsti jistgħu, pereżempju, ikunu relatati ma' valutazzjonijiet tas-sostenibbiltà ta' l-impatt ta' politiki ġodda ta' l-UE firrigward tal-produzzjoni u l-konsum sostenibbli, l-ambjent, ilbidla fil-klima, ir-riżorsi naturali, il-politika marittima, u listandards u r-regolamenti (tħassir). | Emenda 128 Anness I, parti "Temi", taqsima 7 ("It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika)"), subtaqsima "Objettiv" Fuq il-bażi ta' avvanzi fit-teknoloġija, l-iżvilupp ta' sistemi integrati tat-trasport pan-Ewropej aktar "ħodor", aktar "smart" u aktar żguri għall-benefiċċju taċ-ċittadin u tas-soċjetà, li jirrispettaw l-ambjent u r-riżorsi naturali; u li jkunu żgurati u żviluppati l-kompetittività u r-rwol ewlieni mirbuħ mill-industriji Ewropej fis-suq dinji. | Fuq il-bażi ta' avvanzi fit-teknoloġija, l-iżvilupp ta' sistemi integrati tat-trasport pan-Ewropej aktar "ħodor", aktar "smart" u aktar żguri għall-benefiċċju taċ-ċittadin u tas-soċjetà, li jirrispettaw l-ambjent u r-riżorsi naturali; u li jkunu żgurati u żviluppati aktar il-kompetittività u r-rwol ewlieni mirbuħ mill-industriji Ewropej fis-suq dinji u l-għeluq tal-lakuna teknoloġika transatlantika. | Emenda 129 Anness I, parti "Temi", taqsima 7 "It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika)", subtaqsima "Approċċ", paragrafu 3 Id-diversi Pjattaformi tat-Teknoloġija stabbiliti f'dan il-qasam (ACARE għall-aeronawtika u t-trasport bl-ajru, ERRAC għat-trasport bil-ferroviji, ERTRAC għat-trasport fit-toroq, WATERBORNE għat-trasport fuq l-ilma, iċ-Ċelluli tal-fjuwil u l-Idroġenu) elaboraw viżjonijiet fuq termini ta' żmien twil u Aġendi Strateġiċi ta' Riċerka (SRA) li jikkostitwixxu input utli għat-tifsira ta' din it-tema u jikkumplimentaw il-ħtiġijiet ta' dawk li jiformulaw il-politika u l-aspettattivi tas-soċjetà. Aspetti magħżula tal-SRAs jistgħu jiġġustifikaw l-istabbiliment ta' Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija. L-attivitajiet ERA-NET jippreżentaw opportunitajiet sabiex tkun faċilitata aktar il-koordinazzjoni transnazzjonali dwar suġġetti speċifiċi fis-settur tat-Trasport u se jkunu imfittxa kull fejn ikun possibbli. | Id-diversi Pjattaformi tat-Teknoloġija stabbiliti f'dan il-qasam (ACARE għall-aeronawtika u t-trasport bl-ajru, ERRAC għat-trasport bil-ferroviji, ERTRAC għat-trasport fit-toroq, WATERBORNE għat-trasport fuq l-ilma u t-teknoloġija marittima, iċĊelluli tal-fjuwil u l-Idroġenu) elaboraw viżjonijiet fuq termini ta' żmien twil u Aġendi Strateġiċi ta' Riċerka (SRA) li jikkostitwixxu input utli għat-tifsira ta' din it-tema u jikkumplimentaw il-ħtiġijiet ta' dawk li jiformulaw il-politika u l-aspettattivi tas-soċjetà. Aspetti magħżula tal-SRAs jistgħu jiġġustifikaw l-istabbiliment ta' Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija. L-attivitajiet ERANET jippreżentaw opportunitajiet sabiex tkun faċilitata aktar ilkoordinazzjoni transnazzjonali dwar suġġetti speċifiċi fis-settur tat-Trasport u se jkunu imfittxa kull fejn ikun possibbli. | Emenda 130 Anness I, parti "Temi", taqsima 7 "It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika"), subtaqsima "Approċċ", paragrafu 5 Il-ħtiġijiet attwali ta' politika kif ukoll l-iżvilupp, il-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta' oqsma ta' politika ġodda (pereżempju l- Politika Marittima), se jkunu indirizzati fi ħdan u fuq id-diversi linji ta' attività. Ix-xogħol se jinkludi studji, mudelli u għodod li jittrattaw il-monitoraġġ strateġiku u t-tbassir u jintegraw l-għarfien relatat mal-kwistjonijiet ewlenin ekonomiċi, soċjali, tassigurtà u ambjentali fir-rigward tat-trasport. Attivitajiet li jappoġġaw suġġetti tematiċi crosscutting se jiffokaw fuq kwistjonijiet speċifiċi għat-trasport, pereżempju aspetti ta' sigurtà bħala rekwiżit inerenti fis-sistema tat-trasport; l-użu ta' sorsi alternattivi ta' l-enerġija f'applikazzjonijiet fit-trasport; il-monitoraġġ ta' leffetti ambjentali tat-trasport, inklużi l-bdil fil-klima. | Il-ħtiġijiet attwali ta' politika kif ukoll l-iżvilupp, il-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta' oqsma ta' politika ġodda (pereżempju l- Politika Marittima), se jkunu indirizzati fi ħdan u fuq id-diversi linji ta' attività. Ix-xogħol se jinkludi studji, mudelli u għodod li jittrattaw il-monitoraġġ strateġiku u t-tbassir u jintegraw l-għarfien relatat mal-kwistjonijiet ewlenin ekonomiċi, soċjali, tassigurtà u ambjentali fir-rigward tat-trasport. Attivitajiet li jappoġġaw suġġetti tematiċi crosscutting se jiffokaw fuq kwistjonijiet speċifiċi għat-trasport, pereżempju aspetti ta' sigurtà bħala rekwiżit inerenti fis-sistema tat-trasport; l-użu ta' sorsi alternattivi ta' l-enerġija f'applikazzjonijiet fit-trasport; il-monitoraġġ ta' leffetti ambjentali tat-trasport, inklużi l-bdil fil-klima; u miżuri mmirati biex inaqqsu l-effetti negattivi kkawżati minn restrizzjonijiet ġeografiċi permanenti. Ikun xieraq li r-riċerka ambjentali tkopri metodi biex jiġi evitat u jitnaqqas it-traffiku, u biex jintuża bl-aħjar mod. Ikun xieraq li r-riċerka ambjentali tkun tinkludi l-ispinta lill-effiċjenza tat-trasport. | Emenda 131 Anness I, "Temi", taqsima 7 "It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika"), subtaqsima "Approċċ", paragrafu 5 a (ġdid) | Se tingħata attenzjoni speċjali lit-titjib tat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka Komunitarja. Se jingħata inkuraġġiment lil metodi multidixxiplinari u interdixxiplinari, u se jitfittex l-ogħla grad possibbli ta' sinerġija u kumplimentarjetà b'mekkaniżmi finanzjarji kumplimentari fil-livell Komunitarju u ta' l-Istati Membri, bħalma huma dawk imsemmijin fil-programm Marco Polo jew dawk għan-netwerks Ewropej tat-trasport. | Emenda 132 Anness I, Parti "Temi", taqsima 7 ("Trasport (inkluża l-Aeronawtika)"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 1: ("L-aeronawtika u t-trasport bl-ajru"), paragrafu 2 Trasport bl-ajru aktar aħdar: L-iżvilupp ta' teknoloġiji sabiex inaqqsu l-impatt ambjentali ta' l-avjazzjoni bil-għan li d-diossidu karboniku (CO2) emess jonqos bin-nofs, l-emissjonijiet tan-ossidi nitroġeniċi (Nox) jonqsu bi 80 % u l-ħoss mismugħ jonqos binnofs. Ir-riċerka se tiffoka fuq it-tkattir ta' teknoloġiji għal magni "ħodor", inkluża teknoloġija għal fjuwils alternattivi kif ukoll effiċjenza aħjar tal-vettura fil-każ ta' ajruplani bi ġwienaħ fissi u ġwienaħ iduru (rotary wing), strutturi intelliħenti ġodda b'piż baxx u aerodinamiċi aktar. Kwistjonijiet bħal operazzjoni aħjar ta' lajruplani fl-ajruport (fin-naħa ta' l-ajru u n-naħa ta' l-art) u limmaniġġar tat-traffiku ta' l-ajru, il-manutenzjoni u r-riċiklaġġ se jkunu inklużi. | Trasport bl-ajru aktar aħdar: L-iżvilupp ta' teknoloġiji sabiex inaqqsu l-impatt ambjentali ta' l-avjazzjoni bil-għan li d-diossidu karboniku (CO2) emess jonqos bin-nofs, l-emissjonijiet tan-ossidi nitroġeniċi (NOX) jonqsu bi 80 % u l-ħoss mismugħ jonqos binnofs Ir-riċerka se tiffoka fuq it-tkattir ta' teknoloġiji għal magni "ħodor", inkluża teknoloġija għal fjuwils alternattivi kif ukoll effiċjenza aħjar tal-vettura fil-każ ta' inġenji ta' l-ajru bi ġwienaħ fissi u bi ġwienaħ rotatorji (tħassir) (ħelikopters u tiltrowters), strutturi intelliġenti ġodda b'piż baxx u aerodinamiċi aktar. Kwistjonijiet bħal operazzjoni aħjar ta' l-inġenji ta' l-ajru fl-ajruport (fin-naħa ta' l-ajru u n-naħa ta' l-art) u l-proċessi ta' l-immaniġġar tat-traffiku ta' l-ajru, il-manifattura, il-manutenzjoni u leżaminazzjoni bir-reqqa u r-riċiklaġġ se jkunu inklużi. | Emenda 133 Anness I, parti "Temi", taqsima 7 ("Trasport (inkluża l-Aeronawtika)"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 1: ("L-aeronawtika u t-trasport bl-ajru"), paragrafu 4 L-assigurazzjoni tas-sodisfazzjon u s-sikurezza tal-klijenti: Lintroduzzjoni ta' qabża kbira għall-aħjar fl-għażla għall-passiġġieri u flessibilità fl-iskedi, waqt li r-rata ta' inċidenti tonqos b'ħames darbiet. Teknoloġiji ġodda se jippermettu għażla aktar wiesgħa fil-konfigurazzjonijiet tal-magni fuq l-ajruplani b'medda minn wide-body sa vetturi ta' daqs żgħir, livelli akbar ta' awtomatizzazzjoni fl-elementi kollha tas-sistemi, inkluż il-pilotaġġ. L-enfasi se tkun ukoll fuq titjib fil-kumdità, il-benesseri u s-servizziġodda għall-passiġġieri u miżuri ta' sigurtà attivi u passivi b'enfasi partikolari fuq l-element uman. Ir-riċerka se tinkludi ladattament ta' l-operazzjonijiet ta' l-ajruport u t-traffiku ta' l-ajru għal tipi differenti ta' vetturi u l-utilizzazzjoni tul 24 siegħa kuljum f'livelli ta' ħoss aċċettabbli fil-komunità. | L-assigurazzjoni tas-sodisfazzjon u s-sikurezza tal-klijenti: Lintroduzzjoni ta' qabża kbira għall-aħjar fl-għażla għall-passiġġieri u flessibilità fl-iskedi, waqt li r-rata ta' inċidenti tonqos b'ħames darbiet. Teknoloġiji ġodda se jippermettu għażla aktar wiesgħa fil-konfigurazzjonijiet tal-magni/inġenji ta' l-ajru b'medda minn wide-body sa vetturi ta' daqs iżgħar għall-koinċidenzi bejn il-qalba ta' belt u dik ta' belt oħra u għall-użu reġjonali (eż. it-tiltrowters) u livelli akbar ta' awtomatizzazzjoni fl-elementi kollha tas-sistemi, inkluż il-pilotaġġ, u se jagħmlu ssistemi nazzjonali ta' informazzjoni u ta' l-ibbukkjar interoperabbli f'termini ta' ġarriera u ta' mezzi fuq skala panewropea. L-enfasi se tkun ukoll fuq titjib fil-kumdità, il-benesseri u l-kundizzjonijiet sanitarji, eż. kumditajiet aħjar fil-kabina u s-servizzi ġodda għall-passiġġieri u miżuri ta' sigurtà attivi u passivi b'enfasi partikolari fuq l-element uman. Ir-riċerka se tinkludi ladattament ta' l-operazzjonijiet ta' l-ajruport u t-traffiku ta' l-ajru għal kundizzjonijiet ġeografiċi u tipi differenti ta' vetturi u lutilizzazzjoni tul 24 siegħa kuljum f'livelli ta' ħoss aċċettabbli fil-komunità. | Emenda 134 Anness I, parti "Temi", Taqsima 7 (Trasport (inkluża l-Aeronawtika)', subtaqsima "Attivitajiet", titlu 1: ("L-aeronawtika u t-trasport bl-ajru"), paragrafu 5 Titjib fl-effiċjenza komparata mal-prezz: Il-promozzjoni ta' katina ta' provvista kompetittiva kapaċi tnaqqas iż-żmien sakemm prodott jasal fis-suq bin-nofs u tnaqqas l-ispejjeż ta' liżvilupp tal-prodotti u operazzjonali, sabiex ikun hemm trasport li jintlaħaq aktar għaċ-ċittadini. Ir-riċerka se tiffoka fuq it-tijib tal-proċess tan-negozju sħiħ, mid-disinn tal-kunċett sa l-iżvilupp tal-prodott, il-manifattura u l-operazzjoni fis-servizz inkluża lintegrazzjoni tal-katina tal-provvista. Se tinkludi kapaċitajiet ta' simulazzjoni imtejba u awtomatizzazzjoni, teknoloġiji u metodi għar-realizzazzjoni ta' ajruplani mingħajr manutenzjoni kif ukoll ajruplani u operazzjonijiet ta' l-ajruport u l-immaniġġar tat-traffiku ta' l-ajru mingħajr ħela (lean). | Titjib fl-effiċjenza komparata mal-prezz: Il-promozzjoni ta' katina ta' provvista kompetittiva li kapaċi tnaqqas iż-żmien sakemm prodott jasal fis-suq bin-nofs u tnaqqas l-ispejjeż ta' liżvilupp tal-prodotti u operazzjonali, pereżempju billi tisfrutta r-riżultati tal-proġett tas-Sistema għall-Manutenzjoni Mobbli Aċċessibbli fi Żmien Reali (l-SMMART), sabiex ikun hemm trasport li jintlaħaq aktar għaċ-ċittadini. Ir-riċerka se tiffoka fuq it-tijib tal-proċess tan-negozju sħiħ, mid-disinn tal-kunċett sa liżvilupp tal-prodott, il-manifattura u l-operazzjoni fis-servizz inkluża l-integrazzjoni tal-katina tal-provvista. Se tinkludi kapaċitajiet ta' simulazzjoni imtejba u awtomatizzazzjoni, teknoloġiji u metodi għar-realizzazzjoni ta' ajruplani mingħajr manutenzjoni kif ukoll ajruplani u operazzjonijiet ta' l-ajruport u l-immaniġġar tat-traffiku ta' l-ajru mingħajr ħela (lean). | Emenda 135 Anness I, parti "Temi", taqsima 7 "Trasport (inkluża l-Aeronawtika"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 1 ("L-aeronawtika u t-trasport bl-ajru"), paragrafu 6 Il-ħarsien ta' l-ajruplani u l-passiġġieri: Il-prevenzjoni ta' atti ostili ta' kull tip li jistgħu jikkawżaw korrimenti, telf, ħsara jew tħarbit lill-passiġġieri jew liċ-ċittadini minħabba użu ħażin ta' l-ajruplani. Ir-riċerka se tiffoka fuq l-elementi rilevanti tas-sistema tat-trasport bl-ajru, inklużi miżuri tas-sigurtà fl-iddisinjar talkabini tal-passiġġieri u tal-piloti, il-kontroll u l-inżul awtomatiċif'każ ta' użu ta' l-ajruplan mhux awtorizzat, ħarsien minn attakki esterni, kif ukoll l-aspetti tas-sigurtà ta' l-immaniġġar ta' l-ispazju ta' l-ajru u l-operazzjonijiet ta' l-ajruport. | Il-ħarsien ta' l-inġenji ta' l-ajru u l-passiġġieri: Il-prevenzjoni ta' atti ostili ta' kull tip li jistgħu jikkawżaw korrimenti, telf, ħsara jew tħarbit lill-passiġġieri jew liċ-ċittadini minħabba użu ħażin ta' l-ajruplani. Ir-riċerka se tiffoka fuq l-elementi rilevanti tas-sistema tat-trasport bl-ajru, inklużi miżuri tas-sigurtà fl-iddisinjar tal-kabini tal-passiġġieri u tal-piloti, il-kontroll u l-inżul awtomatiċi f'każ ta' użu ta' l-ajruplan mhux awtorizzat, ħarsien minn attakki esterni, kif ukoll l-aspetti tas-sigurtà ta' l-immaniġġar ta' l-ispazju ta' l-ajru u l-operazzjonijiet ta' l-ajruport, u aspetti relatati ma' restrizzjonijiet fiżiċi jew kundizzjonijiet ħżiena ħafna tat-temp. | Emenda 136 Anness I, parti "Temi", taqsima 7 "Trasport (inkluża l-Aeronawtika"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 1: "L-aeronawtika u t-trasport bl-ajru", paragrafu 7 Minn ta' quddiem fit-trasport bl-ajru tal-futur: L-esplorazzjoni ta' teknoloġiji aktar radikali, effiċjenti għall-ambjent u innovattivi li jistgħu jiffaċilitaw il-qabża meħtieġa fit-trasport bl-ajru fittieni nofs ta' dan is-seklu u lilhinn. Ir-riċerka se tindirizza aspetti bħal kunċetti ġodda ta' propulsjoni u rfigħ, ideat ġodda għallispazji interni tal-vetturi ta' l-ajru, kunċetti ġodda dwar l-ajruporti, metodi ġodda ta' gwida u kontroll ta' l-ajruplani, kunċetti alternattivi dwar l-operazzjoni tas-sistema tat-traffiku bl-ajru u lintegrazzjoni tagħha ma' modi tat-trasport oħra. | Minn ta' quddiem fit-trasport bl-ajru tal-futur: L-esplorazzjoni ta' teknoloġiji aktar radikali, effiċjenti għall-ambjent u innovattivi li jistgħu jiffaċilitaw il-qabża meħtieġa fit-trasport bl-ajru fittieni nofs ta' dan is-seklu u lilhinn. Ir-riċerka se tindirizza aspetti bħal kunċetti ġodda ta' propulsjoni u rfigħ, disinji ġodda għallispazji interni tal-vetturi ta' l-ajru, kunċetti ġodda dwar l-ajruporti, metodi ġodda ta' gwida u kontroll ta' l-ajruplani, metodi alternattivi dwar l-operazzjoni tas-sistema tat-traffiku bl-ajru u lintegrazzjoni tagħha ma' modi tat-trasport oħra, u ideat ġodda mmirati biex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-effetti ta' restrizzjonijiet ġeografiċi negattivi. | Emenda 137 Anness I, parti "Temi", taqsima 7 "Trasport (inkluża l-Aeronawtika"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 2: "It-trasport bl-art (ferroviji, toroq, ilma"), paragrafu 1 Trasport bl-art aktar aħdar: L-iżvilupp ta' teknoloġiji u għarfien għal anqas tniġġis (arja, ilma, ħamrija) u impatt ambjentali bħall-bidla fil-klima, is-saħħa, il-bijodiversità u l-ħoss. Ir-riċerka se ttejjeb l-indafa u l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija tal-makkinarju u tippromwovi l-użu ta' fjuwils alternattivi, inklużi ċ-ċelluli tal-fjuwil u l-idroġenu. L-attivitajiet se jkopru l-infrastruttura, il-vetturi, vapuri u t-teknoloġiji komponenti, inkluża l-ottimizzazzjoni ġenerali tas-sistema. Ir-riċerka dwar żviluppi speċifiċi għat-trasport se tinkludi l-manifattura, il-kostruzzjoni, l-operazzjonijiet, il-manutenzjoni, it-tiswija, l-ispezzjoni, ir-riċiklaġġ, strateġiji dwar meta ma jkunux għadhom tajbin għall-użu u linterventi fuq il-baħar f'każ ta' xi inċident. | Trasport bl-art aktar aħdar: It-titjib ta' metodoloġiji għall-kalkulazzjoni tal-prezz soċjali u ambjentali estern. L-iżvilupp ta' teknoloġiji u għarfien għal anqas tniġġis (arja, ilma, ħamrija) u impatt ambjentali bħall-bidla fil-klima, is-saħħa, il-bijodiversità u l-ħoss. Ir-riċerka se ttejjeb l-indafa, il-benefiċċji meta mqabbla mal-flus minfuqa u l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija tal-makkinarju (eż. soluzzjonijiet ibridi) u tippromwovi l-użu ta' fjuwils alternattivi, inklużi ċ-ċelluli tal-fjuwil u l-idroġenu, u ta' ferroviji li jużaw magni ibridi alternattivi, bil-għan li jinkiseb mezz ta' trasport li ma jipproduċix karbonju. L-attivitajiet se jkopru l-infrastruttura, il-vetturi, vapuri u t-teknoloġiji komponenti, inkluża l-ottimizzazzjoni ġenerali tas-sistema. Ir-riċerka dwar żviluppi speċifiċi għat-trasport se tinkludi l-manifattura, il-kostruzzjoni, l-operazzjonijiet, il-manutenzjoni, id-dijanjosi, it-tiswija, l-ispezzjoni, l-iżmuntaġġ, ir-rimi, ir-riċiklaġġ, strateġiji dwar meta ma jkunux għadhom tajbin għall-użu u l-interventi fuq il-baħar f'każ ta' xi inċident. | Emenda 138 Anness I, parti "Temi", taqsima 7 ("Trasport (inkluża l-Aeronawtika)"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 2: "It-trasport bl-art (ferroviji, toroq, ilma"), paragrafu 3 L-assigurazzjoni tal-mobbiltà sostenibbli fl-ibliet: Enfasi fuq ilmobbiltà tan-nies u l-oġġetti permezz ta' riċerka dwar "il-vettura tal-ġenerazzjoni li jmiss" u l-penetrazzjoni tas-suq f'dan irrigward, billi jkunu kkombinati l-elementi kollha ta' trasport tat-triq nadif, effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija, bla periklu u intelliġenti. Ir-riċerka dwar kunċetti ta' mobbiltà ġodda, skemi ta' organizzazzjoni u maniġġar tal-mobbiltà innovattivi u trasport pubbliku ta' kwalità għolja se jkollha l-għan li tiżgura aċċess għal kulħadd u livelli għolja ta' integrazzjoni intermodali. Se jkunu żviluppati u ttestjati strateġiji innovattivi għal trasport nadif fl-ibliet. Se tingħata attenzjoni speċjali lill-metodi ta' trasport li ma jniġġsux, maniġġar tat-talba, razzjonalizzazzjoni tattrasport privat u l-istrateġiji tat-tagħrif u l-komunikazzjoni, servizzi u infrastrutturi. Għodod li jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika se jinkludu l-ippjanar tat-trasport u lużu ta' l-art. | L-assigurazzjoni tal-mobbiltà sostenibbli fl-ibliet għaċ-ċittadini kollha, inklużi dawk b'diżabilitajiet: Enfasi fuq il-mobbiltà tan-nies u l-oġġetti permezz ta' riċerka dwar "il-vettura tal-ġenerazzjonili jmiss" u l-penetrazzjoni tas-suq f'dan ir-rigward, billi jkunu kkombinati l-elementi kollha ta' trasport tat-triq nadif, effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija, bla periklu u intelliġenti. Ir-riċerka dwar kunċetti ta' trasport u ta' mobbiltà ġodda, skemi ta' organizzazzjoni u maniġġar tal-mobbiltà innovattivi u trasport pubbliku ta' kwalità għolja se jkollha l-għan li tiżgura aċċess għal kulħadd u livelli għolja ta' integrazzjoni intermodali. Se jkunu żviluppati u ttestjati strateġiji innovattivi għal trasport nadif flibliet. Se tingħata attenzjoni speċjali lill-metodi ta' trasport li ma jniġġsux, maniġġar tat-talba, razzjonalizzazzjoni tat-trasport privat u l-istrateġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, servizzi u infrastrutturi. L-enfasi se tkun ukoll fuq il-kwalità tal-mobilità u s-sodisfazzjon ta' min juża s-servizz, b'mod partikulari għal persuni b'mobilità mnaqqsa u għal gruppi speċifiċi bħal persuni kbar fl-età u n-nisa. Għodod u mudelli li jappoġġaw liżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika se jinkludu l-ippjanar tat-trasport u l-użu ta' l-art. | Emenda 139 Anness I, parti "Temi", taqsima 7 "Trasport (inkluża l-Aeronawtika"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 2: "It-trasport bl-art (ferroviji, toroq, ilma"), paragrafu 4 Titjib fis-sikurezza u s-sigurtà: L-iżvilupp ta' teknoloġiji u sistemi intelliġenti għall-ħarsien ta' persuni vulnerabbli bħal sewwieqa, rikkieba, passiġġieri, ekwipaġġ u nies mixjin fit-triq. Se jkunu żviluppati sistemi ta' inġinerija avvanzati u metodoloġiji ta' lanaliżi tar-riskju għall-iddiżinjar tal-vetturi, il-vapuri u l-infrastrutturi. L-enfasi se tkun fuq l-strateġiji integrattivi li jorbtu lelementi umani, ta' integrità strutturali, preventivi, sikurezza passiva u attiva, salvataġġ u maniġġar tal-kriżijiet. Is-sikurezza se titqies bħala komponent inerenti tas-sistema tat-trasport sħiħa, u tħaddan l-infrastruttura, il-merkanzija u l-kontejners, lutenti u l-operaturi tat-trasport, il-vetturi u l-vapuri u miżuri u politiki fuq livelli leġislattivi, inkluż appoġġ għad-deċiżjonijiet u għodod ta' validazzjoni; is-sigurtà se tkun indirizzata kull fejn hija rekwiżit inerenti għas-sistema tat-trasport. | Titjib fis-sikurezza u s-sigurtà: L-iżvilupp ta' teknoloġiji u sistemi intelliġenti għall-ħarsien ta' persuni vulnerabbli bħal sewwieqa, rikkieba, passiġġieri, ekwipaġġ u nies mixjin fit-triq. Se jkunu żviluppati sistemi ta' inġinerija avvanzati u metodoloġiji ta' lanaliżi tar-riskju għall-iddisinjar tal-vetturi, il-vapuri u l-infrastrutturi. L-enfasi se tkun fuq l-strateġiji integrattivi li jorbtu lelementi umani, ta' integrità strutturali, preventivi, sikurezza passiva u attiva, salvataġġ u maniġġar tal-kriżijiet. Is-sikurezza se titqies bħala komponent inerenti tas-sistema tat-trasport sħiħa, u tħaddan l-infrastruttura on-shore jew off-shore, il-merkanzija (inkluż l-LNG) u l-kontejners, l-utenti u l-operaturi tattrasport, il-vetturi u l-vapuri u miżuri u politiki fuq livelli leġislattivi, inkluż appoġġ għad-deċiżjonijiet u għodod ta' validazzjoni is-sigurtà se tkun indirizzata kull fejn hija rekwiżit inerenti għas-sistema tat-trasport. | Emenda 140 Anness I, Parti "Temi", taqsima 7 (Trasport (inkluża l-Aeronawtika)', subtaqsima "Attivitajiet", titlu 2: "It-trasport bl-art (ferroviji, toroq, ilma"), paragrafu 5 It-tisħiħ tal-kompetittività: Titjib fil-kompetittività ta' l-industriji tat-trasport, l-iżgurar li jinkisbu servizzi tat-trasport sostenibbli, effiċjenti u li jintlaħqu u l-ħolqien ta' opportunitajiet ta' xogħol permezz ta' riċerka u żviluppi. It-teknoloġiji għal proċessi industrijali avvanzati se jinkludu l-iddisinjar, l-armar, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni u jimmiraw lejn tnaqqis fil-prezz taċ-ċiklu talħajja u ż-żmien meħtieġ mir-riċerka sas-suq (lead time). Se jkun hemm enfasi fuq kunċetti innovattivi ta' prodotti u servizzi tat-trasport aħjar, li jiżguraw aktar sodifazzjon tal-klijent. Se tkun żviluppata organizzazzjoni ġdida tal-prodott, li tinkludi limmaniġġar tal-katina tal-provvista u s-sistema ta' distribuzzjoni. | It-tisħiħ tal-kompetittività: Titjib fil-kompetittività ta' l-industriji tat-trasport, l-iżgurar li jinkisbu servizzi tat-trasport sostenibbli, effiċjenti u li jintlaħqu u l-ħolqien ta' opportunitajiet ta' xogħol permezz ta' riċerka u żviluppi. It-teknoloġiji għal proċessi industrijali avvanzati se jinkludu l-iddisinjar, l-armar, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni u jimmiraw lejn tnaqqis fil-prezz taċ-ċiklu talħajja u ż-żmien meħtieġ mir-riċerka sas-suq (lead time). Se jkun hemm enfasi fuq kunċetti innovattivi ta' prodotti u sistemi u servizzi tat-trasport aħjar, li jiżguraw aktar sodifazzjon tal-klijent. Se tkun żviluppata organizzazzjoni ġdida tal-prodott, li tinkludi l-immaniġġar tal-katina tal-provvista u s-sistema ta' distribuzzjoni. | Emenda 141 Anness I, parti "Temi", taqsima 7 ("Trasport (inkluża l-Aeronawtika)"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3: "Appoġġ għas-sistema Ewropea ta' navigazzjoni bis-satellita (Galileo"), paragrafu 3 Il-provvediment ta' l-għodod u l-ħolqien ta' l-ambjent xieraq: lassigurazzjoni ta' l-użu tas-servizzi mingħajr periklu, prinċipalment permezz taċ-ċertifikazzjoni f'ċerti oqsma ta' applikazzjoni; il-preparazzjoni u l-konferma ta' l-konformità tas-servizzi ma' politiki u leġiżlazzjoni ġodda, inkluża l-implimentazzjoni tagħhom; it-trattament tas-sevizzi ppubbliċi rregolati skond il-politika approvata dwar l-aċċess; l-iżvilupp tat-tagħrif essenzjali għat-topoloġija diġitali, il-kartografija u dejta tal-ġeodesija u sistemi għall-użu f'applikazzjonijiet fin-navigazzjoni; trattament tal-ħtiġijiet ta' sikurezza u sigurtà. | Il-provvediment ta' l-għodod u l-ħolqien ta' l-ambjent xieraq: lassigurazzjoni ta' l-użu tas-servizzi mingħajr periklu, prinċipalment permezz taċ-ċertifikazzjoni f'ċerti oqsma ta' applikazzjoni; il-preparazzjoni u l-konferma ta' l-konformità tas-servizzi ma' politiki u leġiżlazzjoni ġodda, inkluża l-implimentazzjoni tagħhom; it-trattament tas-sevizzi ppubbliċi rregolati skond il-politika approvata dwar l-aċċess; l-iżvilupp ta' data essenzjali għattopoloġija diġitali, il-kartografija u dejta tal-ġeodesija u sistemi għall-użu f'applikazzjonijiet fin-navigazzjoni; trattament tal-ħtiġijiet ta' sikurezza u sigurtà. Fiz-zona ta' sigurtà, sabiex tintlaħaq l-interazzjoni massima mas-sistemi marbutin mal-GMES, se jiġu promossi studji ta' fattibilità u dimostrazzjonijiet biex ikun hemm kompatibilità u konverġenza f'kull pass possibbli bejn il-GMES u Galileo, bħala parti mis-"sistema tas-sistemi" tal-GMES. | Emenda 142 Anness I, "Temi", taqsima 8 ("Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi"), subtaqsima "Approċċ", paragrafu 1 Il-prijoritajiet ta' riċerka jindirizzaw l-isfidi soċjali, ekonomiċi u kulturali importanti li tiffaċċja l-Ewropa issa u fil-futur. L-aġenda ta' riċerka proposta tikkostitwixxi strateġija koerenti sabiex ikunu indirizzati dawn l-isfidi. L-iżvilupp ta' bażi ta' għarfien soċjoekonomiku u ta' l-istudji umanistiċi dwar dawn l-isfidi importanti jagħti kontribut sinifikanti għall-promozzjoni ta' għarfien komuni fl-Ewropa kollha u għar-riżoluzzjoni ta' problemi internazzjonali usa'. The research priorities will help improve the formulation, implementation, impact and assessment of policy in virtually all Community policy areas at the European, national, regional and local levels, and a substantial international perspective is included in most of the research. | Il-prijoritajiet ta' riċerka jindirizzaw l-isfidi soċjali, ekonomiċi u kulturali importanti li tiffaċċja l-Ewropa issa u fil-futur. L-aġenda ta' riċerka proposta tikkostitwixxi strateġija koerenti sabiex ikunu indirizzati dawn l-isfidi. L-iżvilupp ta' bażi ta' għarfien soċjoekonomiku, soċjo-kulturali u ta' l-istudji umanistiċi dwar dawn l-isfidi importanti jagħti kontribut sinifikanti għall-promozzjoni ta' għarfien komuni fl-Ewropa kollha u għar-riżoluzzjoni ta' problemi internazzjonali usa'. Il-prijoritajiet tar-riċerka se jgħinu l-formulazzjoni, l-implimentazzjoni, l-impatt u l-evalwazzjoni tal-politika fiz-zoni kważi kollha tal-politika tal-Komunità fuq livelli Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali, u fil-biċċa l-kbira tar-riċerka hemm inkluża perspettiva internazzjonali sostanzjali. | Emenda 143 Anness I, parti "Temi", taqsima 8 ("Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 1: ("It-tkabbir, l-impjieg u l-kompetittività f'soċjetà ta' għerf"), paragrafu 1, parti introduttorja Dan għandu l-għan li jiżviluppa u jintegra r-riċerka dwar kwistjonijiet li jaffettwaw it-tkabbir, ix-xogħol u l-kompetittività sabiex jipprovdi għarfien aħjar u integrat ta' dawn il-kwistjonijiet għall-iżvilupp kontinwu ta' soċjetà ta' l-gharfien. Se jkun ta' benefiċċju għall-politika u ta' appoġġ għat-twettiq ta' dawn lghanijiet. Ir-riċerka se tintegra l-aspetti li ġejjin tal-kwistjonijiet: | Dan għandu l-għan li jiżviluppa u jintegra r-riċerka dwar kwistjonijiet li jaffettwaw it-tkabbir, l-istabilità soċjo-ekonomika, l-impjiegi u l-kompetittività, il-koeżjoni teknoloġika u l-iżvilupp tas-soċjetà ta' l-informazzjoni, sabiex jipprovdi għarfien aħjar u integrat ta' dawn il-kwistjonijiet għall-iżvilupp kontinwu ta' soċjetà ta' l-għarfien. Se jkun ta' benefiċċju għall-politika u ta' appoġġ għat-twettiq ta' dawn l-ghanijiet. Ir-riċerka se tintegra laspetti li ġejjin tal-kwistjonijiet: | Emenda 144 Anness I, "Temi", taqsima 8 ("Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 1: "It-tkabbir, ix-xogħol u l-kompetittività f'soċjetà ta' għarfien", l-ewwel paragrafu, inċiż 1 —Ir-rwol li qiegħed jinbidel ta' l-għarfien fl-ekonomija kollha, inkluż ir-rwol ta' tipi differenti ta' għarfien u l-kompetenzi, l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja u l-investiment intanġibbli. | —L-irwol ta' l-għarfien, li qiegħed jinbidel, fl-ekonomija, inkluż lirwol ta' tipi differenti ta' għarfien u kompetenzi, l-intraprenditorija u l-kreattività, il-forzi kulturali, il-valuri, l-edukazzjoni, inkluża dik mhux formali, it-tagħlim tul ilħajja u l-investiment tanġibbli; l-irwol ta' l-għarfien u talprodotti tanġibbli fil-produzzjoni tal-ġid ekonomiku, soċjali u kulturali u l-kontribut tagħhom lejn il-benessri soċjali u ambjentali. | Emenda 145 Anness I, "Temi", taqsima 8 ("Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 1: "It-tkabbir, l-impjieg u l-kompetittività f'soċjetà ta' għerf", paragrafu 1, inċiż 2 —L-istrutturi ekonomiċi, kwistjonijiet ta' bidla strutturali u produttività, inkluż ir-rwol tas-settur tas-servizzi, tal-finanzi, demografiku, talba u l-proċessi ta' bidla f'termini ta' żmien twal. | —L-istrutturi ekonomiċi, il-bidla strutturali, ir-relazzjonijiet bejn is-setturi u kwistjonijiet ta' produttività, inklużi l-irwol tas-settur tas-servizzi, l-għoti 'l barra tas-servizzi, it-teknoloġija ta' l-informatika u l-Komunikazzjonijiet, il-finanzi, id-demografika, id-domanda u l-proċess ta' bidla fuq medda twila ta' żmien. | Emenda 146 Anness I, parti "Temi", taqsima 8 ("Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 1: "It-tkabbir, l-impjieg u l-kompetittività f'soċjetà ta' għerf", paragrafu 1, inċiż 3 —Kwistjonijiet istituzzjonali u ta' politika, inkluża l-politika makroekonomika, is-swieq tax-xogħol, il-kuntesti istituzzjonali u l-koerenza u l-koordinazzjoni tal-politika. | —Kwistjonijiet istituzzjonali u ta' politika, inkluża l-politika makroekonomika, is-swieq tax-xogħol, is-sistemi soċjali u tal-benessri, il-kuntesti istituzzjonali nazzjonali u reġjonali, l-irwol li qed jinbidel fil-kompetenza xjentifika fil-proċess tat-tfassil tal-politika u l-koerenza u l-koordinazzjoni talpolitika. | Emenda 147 Anness I, parti "Temi", taqsima 8 ("Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3 ("Ix-xejriet prinċipali fis-soċjetà u l-implikazzjonijiet tagħhom"), paragrafu 1, inċiż 1 a (ġdid) | —L-iżvilupp ta' riċerka urbana sabiex jinftiehmu aħjar linterazzjonijiet tematiċi (ambjentali, tat-trasport, soċjali, ekonomiċi, demografiċi) u spazjali (urbani, reġjonali) filbelt u biex ikunu żviluppati, l-ewwelnett, mekkaniżmi ta' ppjanar innovattivi biex ikunu indirizzati l-kwistjonijiet b'mod integrat u sostenibbli, u t-tieni, governabbilità urbana, l-iżvilupp ta' strumenti u approċċi innovattivi biex itejbu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-koperazzjoni bejn il-parteċipanti pubbliċi u privati, biex jinftiehmu aħjar l-irwoli ta' l-ibliet Ewropej f'kuntest globali (kompetittività urbana), biex ikunu appoġġjati l-awtoritajiet lokali fit-titjib tal-koeżjoni soċjali u fil-ġlieda kontra lesklużjoni fl-ibliet fejn qegħdin jiżdiedu l-inugwaljanzi minkejja l-iżvilupp ekonomiku. | Emenda 148 Anness I, parti "Temi", taqsima 8 ("Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3: ("Ix-xejriet prinċipali fis-soċjetà u l-implikazzjonijiet tagħhom"), paragrafu 1, inċiżi 3 a u 3 b (ġodda) | —Il-kompetittività urbana: l-irwol ta' l-ibliet Ewropej f'kuntest globali, politiki lokali sabiex tittejjeb il-koeżjoni. | | —Ir-riċerka urbana: l-iffukar fuq l-interazzjonijiet tematiċi (ambjentali, tat-trasport, ekonomiċi, demografiċi) u spazjali fl-ibliet sabiex jiġu żviluppati proċessi integrati u sostenibbli ta' governabilità. | Emenda 149 Anness I, parti "Temi", taqsima 8 ("Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 3: ("Ix-xejriet prinċipali fis-soċjetà u l-implikazzjonijiet tagħhom", paragrafu 1, inċiż 3 c (ġdid) | —Studji fl-impatt tal-kultura, tal-patrimonju kulturali u ta' l-industriji kreattivi u ta' dawk orjentati lejn il-kultura fuq l-iżvilupp soċjo-ekonomiku u fuq is-suq tax-xogħol. | Emenda 150 Anness I, parti "Temi", taqsima 8 ("Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 4: ("L-Ewropa fid-Dinja"), paragrafu 1, inċiż 2 —Il-kunflitti, il-kawżi u s-soluzzjoni tagħhom; ir-relazzjoni bejn is-sigurtà u fatturi ta' instabbiltà bħall-faqar, il-kriminalità, id-degradazzjoni ta' l-ambjent u l-iskarseza tar-riżorsi; itterroriżmi, il-każi u l-konsegwenzi tiegħu; politiki relatat mas-sigurtà u l-perċezzjonijiet tan-nuqqas ta' sigurtà u rrelazzjonijiet bejn is-soċjetà ċivili u l-militar. | —Il-kunflitti, il-kawżi u r-riżoluzzjoni tagħhom; ir-relazzjoni bejn is-sigurtà u fatturi ta' instabilità bħall-faqar, il-migrazzjoni, il-kriminalità, id-degradazzjoni ta' l-ambjent u l-iskarsezza tar-riżorsi; it-terroriżmu, il-każi u l-konsegwenzi tiegħu; politiki relatati mas-sigurtà u l-perċezzjonijiet tan-nuqqas ta' sigurtà u r-relazzjonijiet bejn is-soċjetà ċivili u l-militar. | Emenda 151 Anness I, parti "Temi", taqsima 8 ("Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 7: ("Attivitajiet ta' Previżjoni"), paragrafu 1, inċiż 1 —Previżjoni soċjoekonomika wiesgħa dwar numru limitat ta' sfidi u opportunitajiet importanti għall-UE, l-esplorazzjoni ta' kwistjonijiet bħall-futur u l-implikazjonijiet tax-xjuħija, il-migrazzjoni, il-globalizzazzjoni ta' l-għarfien, bidliet filkriminilità u riskji ewlenin. | —Previżjoni soċjoekonomika wiesgħa dwar numru limitat ta' sfidi u opportunitajiet importanti għall-UE, l-esplorazzjoni ta' kwistjonijiet bħall-futur u l-implikazzjonijiet tax-xjuħija, il-migrazzjoni, il-globalizzazzjoni u t-tixrid ta' l-għarfien, bidliet fil-kriminalità u riskji ewlenin. | Emenda 152 Anness I, parti "Temi", taqsima 8 ("Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi"), subtaqsima "Attivitajiet", titlu 7: ("Attivitajiet ta' Previżjoni"), paragrafu 1, inċiż 4a (ġdid) | —L-Istudji Umanistiċi: Il-Lingwa, l-istruttura u l-kisba tallingwa. L-istorja, l-istorja ta' l-arti, il-ġeografija, xjenzi dwar id-dinja, l-istorja territorjali. Il-Filosofija, il-kultura u l-istorja tar-reliġjon. | | Il-wirt kulturali ta' l-arti viżwali, l-arti tradizzjonali u u ssnajja', l-arkitettura u l-ibliet. | Emenda 153 Anness I, parti "Temi", taqsima 9 ("Is-Sigurtà u l-Ispazju"), titolu u subtaqsima "Objettiv", paragrafu 2 9. Is-Sigurtà u l-Ispazju | 9. Is-sigurtà | Appoġġ għal Programm Spazjali Ewropew li jiffoka fuq applikazzjonijiet ta' benefiċċju għaċ-ċittadini bħall-GMES (monitoraġġ globali għall-ambjent u s-sigurtà) u għall-kompetittività ta' l-industrija spazjali Ewropea. Dan se jagħti kontribut għall-iżvilupp ta' Politika Spazjali Ewropea, li tikkuplimenta l-isforzi mill-Istati Membri u minn atturi importanti oħra, inkluża l-Aġenzija Spazjali Ewropea. | | Emenda 154 Anness I, parti "Temi", taqsima 9.1 (Is-Sigurtà'), titlu 9.1 Is-sigurtà | imħassar | Emenda 155 Anness I, parti "Temi", taqsima 9.1 (Is-Sigurtà), subtaqsima "Aproċċ", paragrafu 2 L-attivitajiet fuq livell ta' Komunità se jindirizzaw erba' oqsma ta' missjoni ta' sigurtà li ġew identifikati b'reazzjoni għal sfidi speċifiċi b'rilevanza politika għolja u valur miżjud Ewropew firrigward tat-theddid u inċidenti ta' sigurtà potenzjali, u tliet oqsma ta' interess għal diversi oqsma. Kull qasam ta' missjoni jkopri sitt fażijiet li jvarjaw skond iż-żmien u l-enfasi. Dawn issitt fażijiet huma: l-identifikazzjoni (relatata ma' l-inċident), ilprevenzjoni (relatata mat-theddid), il-ħarsien (relatata mal-mira), il-preparazzjoni (relatata ma' l-operazzjoni), ir-reazzjoni (relatata mal-kriżi) u l-irkupru (relatata mal-konsegwenzi); dawn jiddeskrivu l-isforzi li se jsiru fil-fażijiet rispettivi. L-ewwel erba' fażijiet jirreferu għall-isforzi sabiex ikun evitat inċident u jnaqqsu leffetti negattivi potenzjali tiegħu, l-aħħar tnejn jirreferu għallisforzi sabiex tkun irmedjata s-sitwazzjoni ta' l-inċident u l-konsegwenzi aktar fit-tul. | L-attivitajiet fuq livell ta' Komunità se jindirizzaw erba' oqsma ta' missjoni ta' sigurtà li ġew identifikati b'reazzjoni għal sfidi speċifiċi b'rilevanza politika għolja u valur miżjud Ewropew firrigward tat-theddid u inċidenti ta' sigurtà potenzjali, u tliet oqsma ta' interess għal diversi oqsma. Rekwiżiti speċifiċi ta' konfidenzjalità għandhom jiġu sodisfati, għalkemm mingħajr ma jirrestrinġu mingħajr bżonn it-trasparenza tar-riżultati tar-riċerka. Jeħtieġ li għal dan il-għan jiġu identifikati loqsma li bħalissa jippermettu t-trasparenza tar-riżultati tarriċerka. Kull qasam ta' missjoni jkopri sitt fażijiet li jvarjaw skond iż-żmien u l-enfasi. Dawn is-sitt fażijiet huma: l-identifikazzjoni (relatata ma' l-inċident), il-prevenzjoni (relatata mattheddid), il-ħarsien (relatata mal-mira), il-preparazzjoni (relatata ma' l-operazzjoni), ir-reazzjoni (relatata mal-kriżi) u l-irkupru (relatata mal-konsegwenzi); dawn jiddeskrivu l-isforzi li se jsiru fil-fażijiet rispettivi. L-ewwel erba' fażijiet jirreferu għall-isforzi sabiex ikun evitat inċident u jnaqqsu l-effetti negattivi potenzjali tiegħu, l-aħħar tnejn jirreferu għall-isforzi sabiex tkun irmedjata s-sitwazzjoni ta' l-inċident u l-konsegwenzi aktar fit-tul. | Emenda 156 Anness I, parti "Temi", taqsima 9.1 (Is-Sigurtà', subtaqsima "Strateġija", paragrafu 6 L-involviment ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SME) fl-attività huwa mħeġġeġ bil-qawwa kif inhuwa wkoll dak ta' l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet responsabbli mis-sigurtà taċ-ċittadini. L-aġenda ta' riċerka fuq terminu ta' żmien aktar twil elaborata mill-Bord Konsultattiv Ewropew għar-Riċerka dwar is- Sigurtà (ESRAB) se tappoġġa t-tifsira tal-kontenut u l-istruttura tar-riċerka f'din it-tema. | L-involviment ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SME) fl-attività huwa mħeġġeġ bil-qawwa kif inhuwa wkoll dak ta' l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet responsabbli mis-sigurtà taċ-ċittadini. Madankollu, fil-każ tal-qasam tar-riċerka fis-sigurtà, iddefinizzjoni ta' SME teħtieġ tinbidel fir-rigward ta' l-ammont ta' impjegati u ċifri ta' dħul, jew inkella, impriża għandha tiġi kklassifikata bħala SME jekk ikun hemm relazzjoni mill-qrib ħafna bejn is-sjieda, ir-responsabilità, it-tmexxija, ir-responsabilità għar-riskju u l-involviment b'responsabilità fil-maniġment ta' l-impriża. L-aġenda ta' riċerka fuq terminu ta' żmien aktar twil elaborata mill-Bord Konsultattiv Ewropew għar- Riċerka dwar is-Sigurtà (ESRAB) se tappoġġa t-tifsira tal-kontenut u l-istruttura tar-riċerka f'din it-tema. | Emenda 157 Anness I, parti "Temi", taqsima 9.1 (Is-Sigurtà), subtaqsima "Attivitajiet", bulit 1 Il-ħarsien mit-terroriżmu u l-kriminalità: L-attivitajiet għandhom jikkonċentraw l-aspett ta' theddida ta' inċidenti potenzjali, bħal min jikkommetti offiża, apparat u riżorsi użati minnhom jew bħala l-mekkaniżmu ta' attakk. Serje ta' kapaċitajiet huma meħtieġa għal dan il-qasam ta' missjoni, li ħafna minnhom jirrigwardaw primarjament il-fażijiet ta' "identifikazzjoni", "prevenzjoni", "preparazzjoni" u "reazzjoni". Il-mira hija kemm li jkun evitat inċident u kemm li jkunu mmitigati l-konsegwenzi potenzjali. Sabiex jitkattru l-kapaċitajiet meħtieġa, l-enfasi se tkun fuq kwistjonijiet bħal: theddid (eż. Kimiċi, Bijoloġiku, Radjoloġiku u Nukleari), għarfien (eż. ġbir, kollezzjoni, esplojtazzjoni, tpartit tat-tagħrif; alerting), detection (e.g. hazardous substances, individuals or groups, suspect behaviour), identification (e.g. of persons, type and amount of substances), prevention (e.g. control of access and movements, with respect to financial resources, control of financial structures), preparedness (e.g. risk assessment;control of intentionally released biological and chemicalagencts; assessment of levels for strategic reserves such as manpower, skills, equipment, consumables; with respect to large scale events etc.), neutralisation and containment of effects of terrorist attacks and crime, law enforcement data processing. | Il-ħarsien mit-terroriżmu u l-kriminalità: L-attivitajiet għandhom jikkonċentraw l-aspett ta' theddida ta' inċidenti potenzjali, bħal min jikkommetti offiża, apparat u riżorsi użati minnhom jew bħala l-mekkaniżmu ta' attakk. Serje ta' kapaċitajiet huma meħtieġa għal dan il-qasam ta' missjoni, li ħafna minnhom jirrigwardaw primarjament il-fażijiet ta' "identifikazzjoni", "prevenzjoni", "preparazzjoni" u "reazzjoni". Il-mira hija kemm li jkun evitat inċident u kemm li jkunu mmitigati l-konsegwenzi potenzjali. Sabiex jitkattru l-kapaċitajiet meħtieġa, l-enfasi se tkun fuq kwistjonijiet bħal: theddid (eż. Kimiċi, Bijoloġiku, Radjoloġiku u Nukleari), għarfien (eż. ġbir, kollezzjoni, esplojtazzjoni, skambju ta' informazzjoni; twissija), skoperta (eż. sustanzi, individwi jew gruppi perikolużi, aġir suspettuż), identifikazzjoni (eż. ta' persuni, tipi u ammonti ta' sustanzi), prevenzjoni (eż. kontroll ta' l-aċċess u l-moviment, fir-rigward ta' riżorsi finanzjarji, kontroll ta' l-istrutturi finanzjarji), stat ta' preparazzjoni (eż. valutazzjoni tar-riskju; kontroll ta' aġenti bijoloġiċi u kimiċi rilaxxati malizzjużament; valutazzjoni tal-livelli tar-riservi strateġiċi bħal personal, ħiliet, tagħmir, oġġetti ta' konsum, fir-rigward ta' inċidenti kbar, eċċ.), newtralizzazzjoni u konteniment ta' l-effetti ta' attakki terroristiċi u kriminali, infurzar tal-liġi u l-ipproċesar ta' data, studji dwar il-paċi u riċerka fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni paċifika ta' kunflitti. | Emenda 158 Anness I, parti "Temi", taqsima 9.1 (Is-Sigurtà'), subtaqsima "Attivitajiet", bulit 2 Is-Sikurezza ta' l-infrastrutturi u s-servizzi ta' utilita': L-attivitajiet se jikkonċentraw fuq il-miri ta' inċident; eżempji ta' l-infrastruttura jinkludu siti ta' avvenimenti fuq skala kbira, siti ta' valur sinifikanti politiku (eż. bini tal-parlament) jew simboliku (eż. monumenti partikolari) u s-servizzi bħall-enerġija (inklużi żżejt, l-elettriku, il-gass) l-ilma, it-trasport (iklużi bl-arja, l-art u fuq l-ilma), il-komunikazzjoni (inkluż ix-xandir), finanzjarji, amministrattivi, ta' saħħa pubblika eċċ. Serje ta' kapaċitajiet huma meħtieġa għal dan il-qasam ta' missjoni, li ħafna minnhom jirrigwardaw primarjament il-fażijiet ta' "protezzjoni", iżda wkoll "reparazzjoni". Il-mira hija kemm li jkun evitat inċident u kemm li jkunu mmitigati l-konsegwenzi potenzjali. Sabiex jitkattru l-kapaċitajiet meħtieġa, l-enfasi se tkun fuq kwistjonijiet bħal: l-analiżi u l-valutazzjoni tal-vulnerabbiltajiet ta' l-infrastruttura fiżika u l-operat tagħha; l-assigurazzjoni ta' l-infrastrutturi kruċjali fuq netwerk eżistenti u tal-futur pubbliċi u privati; sistemi u servizzi, fir-rigward ta' l-aspetti fiżiċi u funzjonali tagħhom; control and alert systems to allow for quick response in case of an incident; protection against cascading effects of an incident. | Is-Sikurezza ta' l-infrastrutturi u s-servizzi ta' utilita': L-attivitajiet se jikkonċentraw fuq diżastri u fuq il-miri ta' inċident; eżempji ta' l-infrastruttura jinkludu siti ta' avvenimenti fuq skala kbira, siti ta' valur sinifikanti politiku (eż. bini tal-parlament) jew simboliku (eż. monumenti partikolari) u s-servizzi bħall-enerġija (inklużi ż-żejt, l-elettriku, il-gass) l-ilma, it-trasport (iklużi blarja, l-art u fuq l-ilma), il-komunikazzjoni (inkluż ix-xandir), finanzjarji, amministrattivi, ta' saħħa pubblika eċċ. Serje ta' kapaċitajiet huma meħtieġa għal dan il-qasam ta' missjoni, li ħafna minnhom jirrigwardaw primarjament il-fażijiet ta' "protezzjoni", iżda wkoll "reparazzjoni". Il-mira hija kemm li jkun evitat inċident u kemm li jkunu mmitigati l-konsegwenzi potenzjali. Sabiex jitkattru l-kapaċitajiet meħtieġa, l-enfasi se tkun fuq kwistjonijiet bħal: l-analiżi u l-valutazzjoni tal-vulnerabbiltajiet ta' l-infrastruttura fiżika u l-operat tagħha; l-assigurazzjoni ta' l-infrastrutturi kruċjali fuq netwerk eżistenti u talfutur pubbliċi u privati; sistemi u servizzi, fir-rigward ta' laspetti fiżiċi u funzjonali tagħhom; sistemi ta' kontroll u twissija sabiex ikun hemm reazzjoni mgħaġġla f'każ ta' inċident, ħarsien mill-effetti li jsegwu 'l xulxin (cascading) ta' inċident. | Emenda 159 Anness I, parti "Temi", taqsima 9.1 (Is-Sigurtà), subtaqsima "Attivitajiet", bulit 6, titlu L-integrazzjoni u l-interoperabbiltà tas-Sistemi tas-Sigurtà | L-integrazzjoni, l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tas-Sistemi tas-Sigurtà | Emenda 160 Anness I, "Temi", taqsima 9.1 (Is-Sigurtà'), subtaqsima "Il-Koperazzjoni Internazzjonali", paragrafu 2 Se jkunu kkunsidrati azzjonijiet speċifiċi ta' kooperazzjoni internazzjonali fejn ikun hemm benefiċċju reċiproku skond il-Politika tas-Sigurtà ta' l-UE, bħal riċerka relatata ma' attivitajiet tas-sigurtà b'applikazzjoni dinjija. | Se jkunu kkunsidrati azzjonijiet speċifiċi ta' kooperazzjoni internazzjonali fejn ikun hemm benefiċċju reċiproku skond il-Politika tas-Sigurtà ta' l-UE, bħal riċerka relatata ma' attivitajiet ta' applikabilità globali marbuta mas-sigurtà u d-diżastri. | Emenda 161 Anness I, "Temi", taqsima 9.1 "Is-Sigurtà", subtaqsima "Reazzjoni għal ħtiġijiet emerġenti u ħtiġijiet ta' politika mhux previsti" It-tema tar-Riċerka dwar is-Sigurtà hija flessibbli kemm bħala natura u kemm bħala disinn. L-attivitajiet se jippermettu l-akkomodazzjoni ta' theddid għas-sigurtà li għadu mhux magħruf u ħtiġijiet ta' politika relatati li jistgħu jqumu. Din il-flessibilità se tikkumplimenta l-karattru orjentat lejn il-missjoni ta' l-attivitajiet ta' riċerka spjegati hawn fuq. | It-tema tar-Riċerka dwar is-Sigurtà hija flessibbli kemm bħala natura u kemm bħala disinn. L-attivitajiet se jippermettu l-akkomodazzjoni ta' diżastri u theddid għas-sigurtà li għadhom mhux magħrufa u ħtiġijiet ta' politika relatati li jistgħu jqumu. Din il-flessibilità se tikkumplimenta l-karattru orjentat lejn ilmissjoni ta' l-attivitajiet ta' riċerka spjegati hawn fuq. | Emenda 162 Anness I, parti "Temi", taqsima 9.2 ("L-Ispazju"), titolu u subtaqsima "Objettiv" (ġdid) 9.2 Space | 9a. L-ispazju | | Objettiv | | Appoġġ għal Programm Spazjali Ewropew li jiffoka fuq applikazzjonijiet ta' benefiċċju għaċ-ċittadini bħall-GMES (monitoraġġ globali għall-ambjent u s-sigurtà) u għall-kompetittività ta' l-industrija spazjali Ewropea. Dan se jagħti kontribut għall-iżvilupp ta' Politika Spazjali Ewropea, li tikkuplimenta l-isforzi mill-Istati Membri u minn atturi importanti oħra, inkluża l-Aġenzija Spazjali Ewropea. | Emenda 163 Anness I, parti "Temi", taqsima 9.2 ("L-Ispazju"), subtaqsima "Attivitajiet" titlu 1: ("Applikazzjonijiet ibbażati fuq l-ispazju għas-servizz tas-Soċjetà Ewropea"), inċiż 1, ("Monitoraġġ Globali għall- Ambjent u s-Sigurtà (GMES)", L-għan huwa li jkunu żviluppati sistemi xierqa ta' monitoraġġ u twissija minn kmieni, ibbażati fuq is-satelliti, bħala sorsi ta' tagħrif uniċi u disponibbli b'mod globali u li tkun ikkonsolidata u stimulata l-evoluzzjoni ta' l-użu operazzjonali tagħhom. Dan ilprogramm se wkoll jipprovdi appoġġ għall-iżvilupp ta' servizzi operazzjonali GMES, li jippermetti li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet li jantiċipaw jew inaqqsu aħjar is-sitwazzjonijiet ta' kriżi u lkwistjonijiet relatati ma' l-immaniġġar ta' l-ambjent u s-sigurtà. L-attivitajiet ta' riċerka prinċipalment se jagħtu kontribut sabiex ikun massimizzat l-użu tat-tagħrif GMES miġbur minn sorsi bbażati fl-ispazju u jintegrhom mat-tagħrif minn sistemi ta' osservazzjoni fi prodotti komplessi iddisinjati sabiex jipprovdu tagħrif u servizzi magħmula apposta għall-utenti finali permezz ta' maniġġar effiċjenti ta' l-integrazzjoni tat-tagħrif. L-attivitajiet ta' riċerka se jagħtu kontribut ukoll sabiex itejbu t-teknika ta'monitoraġġ u t-teknoloġiji ta' l-istrumenti, jiżviluppaw, fejn ikun meħtieġ, sistemi ġodda bbażati fuq l-ispazju jew itejbu linteroperabbiltà ta' dawk eżistenti, u jagħmlu l-użu tagħhom possibbli f'servizzi (pre)operazzjonali li jissodisfaw tipi speċifiċi ta' domanda. | L-għan huwa li jkunu żviluppati sistemi xierqa ta' monitoraġġ u twissija minn kmieni, ibbażati fuq is-satelliti, bħala sorsi ta' data uniċi u disponibbli b'mod globali u li tkun ikkonsolidata u stimulata l-evoluzzjoni ta' l-użu operazzjonali tagħhom. Dan ilprogramm se wkoll jipprovdi appoġġ għall-iżvilupp ta' servizzi operazzjonali GMES, li jippermetti li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet li jantiċipaw jew inaqqsu aħjar is-sitwazzjonijiet ta' kriżi u lkwistjonijiet relatati ma' l-immaniġġar ta' l-ambjent u s-sigurtà u kif jiġu ttrattati diżastri naturali. L-attivitajiet ta' riċerka prinċipalment se jagħtu kontribut sabiex ikun massimizzat l-użu ta' data GMES miġbur minn sorsi bbażati fl-ispazju u jintegrahom mad-data minn sistemi ta' osservazzjoni fi prodotti komplessi iddisinjati sabiex jipprovdu informazzjoni u servizzi magħmula apposta għall-utenti finali permezz ta' maniġġar effiċjenti ta' lintegrazzjoni tad-data. L-attivitajiet ta' riċerka se jagħtu kontribut ukoll sabiex itejbu t-teknika ta'monitoraġġ u t-teknoloġiji ta' l-istrumenti, jiżviluppaw, fejn ikun meħtieġ, sistemi ġodda bbażati fuq l-ispazju jew itejbu l-interoperabbiltà ta' dawk eżistenti, u jagħmlu l-użu tagħhom possibbli f'servizzi (pre)operazzjonali li jissodisfaw tipi speċifiċi ta' domanda. Ir-riċerka għandha tappoġġja l-iżvilupp ta' sistemi sostenibbli msejsin fl-ispazju u in situ (inklużi dawk terrestri u dawk fl-ajru) għal: monitoraġġ ta' l-art u maniġment ta' kriżijiet bit-tħejjija ta' immaġnijiet b'riżoluzzjoni għolja għal zoni ta' importanza kbira, inklużi zoni sensittivi, urbani u li qed jevolvu b'rata mgħaġġla; għall-prevenzjoni tar-riskju u l-immaniġġjar tar-riskju u kull tip ta' emerġenza, billi tittejjeb il-konverġenza mas-sistemi mhux ta' l-ispazju. | Emenda 164 Anness I, Parti "Temi", taqsima 9.2 "Spazju", subtaqsima "Attivitajiet", titlu 1 ("Applikazzjonijiet ibbażati fuq l-ispazju għas-servizz tas-Soċjetà Ewropea"), inċiż 3 a (ġdid) | L-evalwazzjoni u l-monitoraġġ ta' impenji internazzjoni li jinvolvu l-Ewropa, li jittieħdu lil hinn mill-fruntieri Ewropej. | Emenda 165 Anness I, parti "Temi", taqsima 9.2 ("L-Ispazju"), subtaqsima "Reazzjoni għal ħtiġijiet emerġenti u ħtiġijiet ta' politika mhux previsti" Ir-riċerka dwar il-ħtiġijiet emerġenti se tippermetti li jkun hemm soluzzjonijiet innovattivi għal żviluppi teknoloġiċi fil-qasam tarriċerka fl-ispazju u l-possibilità ta' adattazzjoni u applikazzjonijiet f'oqsma oħrajn (eż. maniġġar tar-riżorsi, proċessi bijoloġiċi u materjali ġodda). Ir-riċerka bħala reazzjoni għal ħtiġijiet ta' politika mhux previsti tista' tindirizza suġġetti bħal soluzzjonijiet ibbażati fuq l-ispazju bħala appoġġ għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, l-iżvilupp ta' għodod ġodda għall-osservazzjoni u komunikazzjoni spazjali u metodi relatati mal-politiki rilevanti tal-Komunità u kontribuzzjoni għal l-inklusività soċjali. | Ir-riċerka dwar il-ħtiġijiet emerġenti se tippermetti li jkun hemm soluzzjonijiet innovattivi għal żviluppi teknoloġiċi fil-qasam tarriċerka fl-ispazju u l-possibilità ta' adattazzjoni u applikazzjonijiet f'oqsma oħrajn (eż. maniġġar tar-riżorsi, proċessi bijoloġiċi u materjali ġodda). Ir-riċerka bħala reazzjoni għal ħtiġijiet ta' politika mhux previsti tista' tindirizza suġġetti bħal soluzzjonijiet ibbażati fuq l-ispazju bħala appoġġ għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, l-iżvilupp ta' għodod ġodda għall-osservazzjoni u komunikazzjoni spazjali u metodi relatati mal-politiki rilevanti tal-Komunità u kontribuzzjoni għal l-inklusività soċjali. Se tingħata attenzjoni speċjali għar-riċerka li jkollha l-għan li ttejjeb il-komponent ta' l-ispazju ta' sistemi ta' monitoraġġ li jimmiraw lejn infrastrutturi kritiċi, bħal netwerks tat-telekomunikazzjoni, trasport fuq l-art u fil-baħar, infrastrutturi ta' l-enerġija kif ukoll it-twettiq ta' din ir-riċerka f'netwerks Ewropej, l-iktar lil hinn mill-fruntieri Ewropej. | Emenda 166 Anness II, tabella Saħħa. | 5984 | L-ikel, l-Agrikoltura u l-Bijoteknoloġija | 1935 | It-Teknoloġija ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni; | 9110 | In-Nanoxjenza, in-Nanoteknoloġija, il-Materjali u t-Teknoloġiji ġodda ta' Produzzjoni | 3467 | L-Enerġija | 2265 | L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima) | 1886 | It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika). | 4180 | Ix-Xjenzi Soċjoekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi | 607 | Is-Sigurtà u l-Ispazju. | 2858 | TOTAL | 32292 | Saħħa | 6134 | L-ikel, l-Agrikoltura u l-Bijoteknoloġija | 1935 | It-Teknoloġija ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni; | 9020 | In-Nanoxjenza, in-Nanoteknoloġija, il-Materjali u t-Teknoloġiji ġodda ta' Produzzjoni | 3467 | L-Enerġija | 2385 | L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima) | 1886 | It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika). | 4150 | Ix-Xjenzi Soċjoekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi | 657 | Is-sigurtà | 1429 | L-ispazju | 1429 | TOTAL | 32492 | | Emenda 167 Anness III, titlu "Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija", bulit 5: (l-Ajronawtika u t-Trasport bl-Ajru), paragrafu 1 L-Ewropa trid tibqa' fuq quddiem fit-teknoloġiji importanti jekk trid li jkollha industriji ta' l-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru innovattivi u kompetittivi fil-futur. Bħala industrija mixħuta fuq l-RTD, il-kompetittività preżenti tal-kumpaniji Ewropej ta' laeronawtika u tat-trasport bl-ajru nbniet fuq investiment privat sinifikanti (tipikament 13-15 % tan-negozju totali) tul ħafna għexieren ta' snin. Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur, l-iżviluppi ġodda ta' spiss jiddependu fuq il-kooperazzjoni effettiva bejn is-settur pubbliku u s-settur privat. | L-Ewropa trid tibqa' fuq quddiem fit-teknoloġiji importanti jekk trid li jkollha industriji ta' l-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru innovattivi u kompetittivi fil-futur. Hemm setturi, bħat-trasport bl-ajru reġjonali, fejn l-Ewropa tenħtieġ terġa' ssir kompetittiva, anke permezz ta' soluzzjonijiet li huma innovattivi firrigward tat-teknoloġija, u oħrajn fejn il-pressjoni kompetittività qed tiżdied. B'mod partikulari, l-iżvilupp ta' teknoloġiji ħodor għandu jkun dak li jiżgura l-kompetittività tas-settur kollu (inklużi l-mezzi rotori ta' l-ajru u mezzi reġjonali). Bħala industrija mixħuta fuq l-RTD, il-kompetittività preżenti tal-kumpaniji Ewropej ta' l-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru nbniet fuq investiment privat sinifikanti (tipikament 13-15 % tan-negozju totali) tul ħafna għexieren ta' snin. Minħabba lkaratteristiċi speċifiċi tas-settur, l-iżviluppi ġodda ta' spiss jiddependu fuq il-kooperazzjoni effettiva bejn is-settur pubbliku u ssettur privat. | Emenda 168 Anness III, titlu "Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija", bulit 5: (l-Aeronawtika u t-Trasport bl-Ajru), paragrafu 3 Fil-qasam ta' l-Aeronawtika u t-Trasport bl-Ajru, se jkunu indirizzati oqsma differenti, bħal ajruplani li ma jagħmlux ħsara lillambjent u li huma ta' benefiċċju komparati mal-prezz ("L-Ajruplan Aħdar"), u l-immaniġġar tat-traffiku bl-ajru bħala appoġġ għall-politika ta' Sema Wieħed Ewropew u l-inizjattiva SESAME. | Fil-qasam ta' l-Aeronawtika u t-Trasport bl-Ajru, se jkunu indirizzati oqsma differenti, bħal sistemi tat-trasport bl-ajru li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u li huma ta' benefiċċju komparati mal-prezz ("Sistema tat-Trasport bl-Ajru Ħadra"), u l-immaniġġar tat-traffiku bl-ajru bħala appoġġ għall-politika ta' Sema Wieħed Ewropew u l-inizjattiva SESAME. | Emenda 169 Anness III, titlu "Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tar-Riskju", paragrafu 2 Il-BEI se jsellef fondi ġġenerati mis-swieq finanzjarji internazzjonali skond ir-regoli, ir-regolamenti u l-proċeduri standard tiegħu. Imbagħad se juża din l-għotja, flimkien mal-fondi proprji tiegħu, bħala provvista u allokazzjoni ta' kapital fi ħdan il-bank sabiex ikopri parti mir-riskji assoċjati ma' dan is-self għal azzjonijiet kbar Ewropej ta' RTD. | Il-BEI se jsellef fondi ġġenerati mis-swieq finanzjarji internazzjonali skond ir-regoli, ir-regolamenti u l-proċeduri standard tiegħu. Imbagħad se juża din l-għotja, flimkien mal-fondi proprji tiegħu, bħala provvista u allokazzjoni ta' kapital fi ħdan il-bank sabiex ikopri parti mir-riskji assoċjati ma' dan is-self għal azzjonijiet Ewropej ta' RTD. | Emenda 170 Anness III, titlu "Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tar-Riskju", paragrafu 4 Din l-għotja tingħata fuq bażi annwali. L-ammont annwali jiġi stabbilit fil-programmi ta' ħidma, filwaqt li jitqiesu r-rapport ta' attività u l-previżjonijiet li il-BEI ikun ressaq lill-Komunità. | L-ammont globali ta' l-għotja għall-perjodu kollu se jiġi propost minn qabel, Din l-għotja tingħata fuq bażi annwali u lammont annwali tagħha jista' jiġi rivedut fil-programmi ta' ħidma, filwaqt li jitqiesu r-rapport ta' attività u l-previżjonijiet li il-BEI ikun ressaq lill-Komunità. | Emenda 171 Anness III, titlu: "Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tar-Riskju", paragrafu 5, bulit 2 L-eliġibbiltà ta' azzjonijiet kbar RTD. Normalment, "Inizjattivi Konġunti ta' Teknoloġija" u proġetti kollaborattivi kbar iffinanzjati mill-Komunità taħt it-temi u l-attivitajiet li jagħtu kontribut ta' dan il-Programm Speċifiku se jkunu eliġibbli awtomatikament. Proġetti kollaborattivi Ewropej oħra bħal dawk ta' l- EUREKA jistgħu ukoll jitqiesu. Skond ir-regolament adottat skond l-Artikolu 167 tat-trattat, il-ftehim ta' għotja se jistabbilixxi wkoll modalitajiet proċedurali u se jiggarantixxi lill-Komunità l-possibbiltà li toħroġ veto f'ċerti ċirkostanzi kontra l-użu ta' l-għotja sabiex tipprovdi self propost mill-BEI. | L-eliġibbiltà ta' azzjonijiet kbar RTD u ta' proġetti proposti mill-SMEs. Normalment, "Inizjattivi Konġunti ta' Teknoloġija" u proġetti kollaborattivi kbar iffinanzjati mill-Komunità taħt ittemi u l-attivitajiet li jagħtu kontribut ta' dan il-Programm Speċifiku se jkunu eliġibbli awtomatikament. Proġetti kollaborattivi Ewropej oħra bħal dawk ta' l-EUREKA jistgħu ukoll jitqiesu. Għandu jkun żgurat li l-eliġibbilità ta' l-SMEs ikun ikkjarifikar. Skond ir-regolament adottat skond l-Artikolu 167 tat-trattat, il-ftehim ta' għotja se jistabbilixxi wkoll modalitajiet proċedurali u se jiggarantixxi lill-Komunità l-possibbiltà li toħroġ veto f'ċerti ċirkostanzi kontra l-użu ta' l-għotja sabiex tipprovdi self propost mill-BEI. | [1] Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU. [2] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. [3] ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 259. [4] ĠU L .... --------------------------------------------------