This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52005PC0383
Proposal for a Council Decision on the conclusion of a Protocol amending the Stabilisation and Association Agreement between the European Communities and their Member States, of the one part, and the former Yugoslav Republic of Macedonia, of the other part, on a tariff quota for the imports of sugar and sugar products originating in the former Yugoslav Republic of Macedonia into the Community
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwota tariffarja għall-importazzjoni taz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwota tariffarja għall-importazzjoni taz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità
/* KUMM/2005/0383 finali - ACC 2005/0163 */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwota tariffarja għall-importazzjoni taz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità /* KUMM/2005/0383 finali - ACC 2005/0163 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 23.08.2005 KUMM(2005) 383 finali 2005/0163 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwota tariffarja għall-importazzjoni taz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità (PREżENTATA MILL-KUMMISSJONI) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-FSA”) kien iffirmat fil-Lussemburgu nhar id-9 ta’ April 2001 u daħal fis-seħħ nhar l-1 ta' April 2004. Nhar it-28 ta’ Frar 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tidħol f’negozjati mar-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja sabiex jiġu emendati l-ftehimiet preferenzjali fir-rigward ta' l-importazzjonijiet taz-zokkor li jiġu mir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja lejn l-Komunità taħt l-FSA, sabiex l-aċċess attwali bla ħlas ta’ dazju jiġi ssostitwit għal kwantitajiet bla limitu bi kwota tariffarja annwali bla ħlas ta' dazju. Dawn in-negozjati ġew konklużi b’suċċess u l-emendi xierqa għall-FSA fl-għamla ta' Protokoll li jemenda l-FSA għandhom jiġu adottati mill-Kunsill. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni tressaq quddiem il-Kunsill proposta għall-konklużjoni tal-Protokoll. 2005/0163 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklu żjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwota tariffarja għall-importazzjoni taz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Nhar it-28 ta’ Frar 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tidħol f’negozjati mar-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja sabiex jiġu emendati l-arranġamenti preferenzjali fir-rigward ta' l-importazzjoni taz-zokkor li joriġina mir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità skond il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra[1] (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ: FSA’). (2) Dawn in-negozjati ġew konklużi b’suċċess u l-Protokoll li jemenda l-FSA għandu jiġu konkluż mill-Komunità Ewropea. (3) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond l-istess proċedura bħal dik prevista fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor[2], IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 1. Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej, fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwota tariffarja għall-importazzjoni taz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”), huwa permezz ta’ dan approvat f’isem il-Komunità Ewropea. 2. It-test tal-Protokoll huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill permezz ta’ dan huwa awtorizzat li jaħtar lill-persuna/i li jkollha/jkollhom il-jedd li jiffirma(w) il-Protokoll sabiex jesprimu l-kunsens tal-Komunità li tkun marbuta bih. Artikolu 3 Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Protokoll skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 4 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor imwaqqaf permezz ta’ l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001. 2. Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. 3. Il-perjodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President PROTOKOLL li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwota tariffarja għall-importazzjoni taz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Komunità”, fuq naħa waħda, u IR-REPUBBLIKA EX-JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA, fuq in-naħa l-oħra, Billi: (1) Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-FSA”) kien iffirmat fil-Lussemburgu nhar id-9 ta’ April 2001 u daħal fis-seħħ nhar l-1 ta' April 2004. (2) Saru negozjati sabiex jinbidlu l-arranġamenti preferenzjali fl-FSA fir-rigward ta' l-importazzjoni taz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw fir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità. (3) L-emendi xierqa għall-FSA għandhom jiġu adottati, IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-FSA permezz ta’ dan huwa emendat kif ġej: (1) L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej: (a) Fil-paragrafu (1) l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej: “Il-Komunità għandha tabolixxi l-ħlasijiet u d-dazji tad-dwana li għandhom effett ekwivalentì fuq l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw mir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, għajr dawk bl-intestaturi Nri 0102, 0201, 0202, 1701, 1702 u 2204 tan-Nomenklatura Magħquda.” (b) Fil-paragrafu (2) għandu jinżied is-subparagrafu li ġej: “Il-Komunità għandha tapplika aċċess bla ħlas ta’ dazju fuq l-importazzjoni lejn il-Komunità ta’ prodotti li joriġinaw fir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja bl-intestaturi 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda, fil-limitu ta’ kwota tariffarja annwali ta’ 7,000 tunnellata (piż nett).” (2) Fit-tabella fl-Anness I għall-Protokoll 3, ir-referenzi għall-prodotti li jaqgħu taħt l-intestatura 1702 tan-Nomenklatura Magħquda huma ingassati. Artikolu 2 Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-FSA. Artikolu 3 Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara d-data tal-firma. Artikolu 4 Dan il-Protokoll qiegħed isir f’żewġ kopji f’kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-partijiet kontraenti, b’kull wieħed minn dawn it-testi ikun awtentiku bl-istess mod. Magħmul fi Brussell, Għall-Komunità Ewropea Għar-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja [1] ĠU L 84, ta’ l-20.3.2004, p. 1. [2] ĠU L 178, tat-30.6.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 39/2004 (ĠU L 6, ta’ l-10.1.2004, p.16).