This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52005PC0279
Proposal for a Council Regulation imposing a definitive anti-dumping duty and collecting definitively the provisional duty imposed on imports of barium carbonate originating in the People’s Republic of China
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jimponu dazju definittiv fuq bejgħ taħt il-prezz u kollettivament jiġbor dazju proviżjorju impost fuq l-importazzjoni tal-karbonju tal-barju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jimponu dazju definittiv fuq bejgħ taħt il-prezz u kollettivament jiġbor dazju proviżjorju impost fuq l-importazzjoni tal-karbonju tal-barju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
/* KUMM/2005/0279 finali */
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Adopted by | 32005R1175 |
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jimponu dazju definittiv fuq bejgħ taħt il-prezz u kollettivament jiġbor dazju proviżjorju impost fuq l-importazzjoni tal-karbonju tal-barju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina /* KUMM/2005/0279 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 27.06.2005 KUMM(2005) 279 finali Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jimponu dazju definittiv fuq bejgħ taħt il-prezz u kollettivament jiġbor dazju proviżjorju impost fuq l-importazzjoni tal-karbonju tal-barju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA | Raġunijiet għal u objettivi tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar protezzjoni kontra d-dumping ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004 tat-8 ta’ Marzu 2004 (’ir-Regolament bażiku’) fil-proċediment kontra l-importazzjoni tal-karbonat tal-barju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ('il-PRC'). | Il-Kuntest Ġenerali Din il-proposta qed issir fil-kuntest ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hi r-riżultat ta’ investigazzjoni li saret skond il-kundizzjonijiet ta’ sostanza u proċedura stipulati fir-Regolament bażiku. | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta M’hemm ebda dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta | Konsistenza ma’ politiki oħra u objettivi ta’ l-Unjoni Mhux applikabbli. | KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U ASSESSJAR TA’ L-IMPATT | Konsultazzjoni mal-partijiet interessati | Il-partijiet interessati kkonċernati fil-proċedimenti diġà kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. | Ġbir u użu tal-kompetenza | Ma kienx hemm bżonn ta’ kompetenza esterna. | Assessjar ta’ l-Impatt Din il-proposta hi r-riżultat ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix assessjar ġenerali ta’ l-impatt imma fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu assessjati. | ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Fit-30 ta’ April 2004, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni dwar importazzjonijiet taħt il-prezz fil-Komunità ta’ karbonat tal-barju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Fid-29 ta’ Jannar 2005, dazji proviżjonali kontra l-importazzjoni bi prezz baxx kienu imposti mill-Kummissjoni. Il-proposta mehmuża biex timponi miżuri definittivi hi bbażata fuq is-sejbiet definittivi li kkonfermaw l-eżistenza ta’ bejgħ taħt il-prezz u dannu, u ta’ konnessjoni każwali bejn il-bejgħ taħt il-prezz u d-dannu. L-eżaminazzjoni ta’ l-interessi kollha involuti, b’mod partikolari ta’ l-industrija tal-Komunità, ta’ importaturi li m’humiex relatati u utenti, ikkonfermaw il-konklużjoni li mhux kontra l-interess tal-Komunità li tieħu miżuri definittivi. L-Istati Membri ġew ikkonsultati fir-rigward ta’ din l-investigazzjoni. 9 Stati Membri appoġġaw u 8 Stati Membri opponew il-proposta. 8 Stati Membri astjenew. Hu għalhekk propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament li għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea mhux aktar tard mit-28 ta' Lulju 2005. | Bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet taħt il-prezz minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004 tat-8 ta’ Marzu 2004. | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. | Il-forma ta’ azzjoni hi deskritta fir-Regolament imsemmi hawn fuq u ma jħalli ebda skop għal deċiżjoni nazzjonali. | Indikazzjoni ta’ kif il-piż finanzjarju u amministrattiv jaqa’ fuq il-Komunità, gvernijiet nazzjonali, awtoritajiet reġjonali u lokali, operaturi ekonomiċi u ċittadini hu mminimizzat u proporjonali għall-obbjettiv tal-proposta mhux applikabbli. | Għażla ta’ l-istrumenti | Strumenti proposti: regolament. | Mezzi oħra ma jkunux adegwati minħabba li r-Regolament bażiku ma jipprevedix għażliet alternattivi. | IMPLIKAZZJONI FUQ IL-BAġIT | Il-proposta m’għandha ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-Komunità. | 1. Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jimponu dazju definittiv fuq bejgħ taħt il-prezz u kollettivament jiġbor dazju proviżjorju impost fuq l-importazzjoni tal-karbonju tal-barju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-bejgħ taħt il-prezz minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[1] ('ir-Regolament bażiku') u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat tal-Pariri, Billi: A. MIŻURI PROVIŻORJI (1) Fit-29 ta’ Jannar 2005, il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 145/2005[2] (ir-Regolament proviżorju’), imponiet dazji proviżorji kontra l-bejgħ taħt il-prezz tal-karbonat tal-barju fil-Komunità, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (‘il-PRC’). B. Il-PROĊEDURA SUSSEGWENTI (2) Sussegwentement għar-rivelazzjoni tal-fatti u kunsiderazzjonijiet essenzjali, fuq il-bażi li fuqha kien deċiż li jkunu imposti miżuri proviżorji kontra l-bejgħ taħt il-prezz, għadd ta’ partijiet interessati taw sottomissjonijiet bil-miktub sabiex juru l-fehmiet tagħhom fuq is-sejbiet proviżorji. Ebda parti ma talbet li tkun mismugħa. (3) Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għas-sejbiet definittivi. Visti ta’ verifika saru fil-postijiet tal-kumpaniji li ġejjin: Importatur mhux relatat: - Castle Colours Ltd., UK; (b) Utenti mill-Komunità: - Terreal S.A., France, - Torrecid S.A., Spain. (4) Il-partijiet kienu informati bil-fatti u kunsiderazzjonijiet essenzjali, fuq il-bażi li fuqha kien intenzjonat li tkun rakkomandata l-impożizzjoni tad-dazji definittivi kontra l-bejgħ taħt il-prezz fuq importazzjonijiet tal-korbonat tal-barju li joriġina mill-PRC u ġbir definittiv ta’ l-ammonti li ġew żgurati permezz tad-dazju proviżorju. Ġew mogħtija wkoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwenti għar-rivelazzjoni tal-fatti u kunsiderazzjonijiet essenzjali. (5) Il-kummenti orali u miktuba sottomessi lill-partijiet interessati kienu kkunsidrati u, fejn adatt, is-sejbiet kienu mmodifikati skond dawn. C. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI (6) Minħabba li ebda kummenti ġodda ma waslu rigward il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, is-sejbiet fil-premessi (11) u (12) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati hawnhekk. D. ( DUMPING ) 1. Trattament lill-Ekonomija tas-Suq (‘MET’) (7) Minħabba li ma kien hemm ebda kummenti, is-sejbiet fil-premessi (13) sa (23) tar-Regolament proviżorju li jirrigwardaw l-MET huma hawnhekk ikkonfermati. 2. Trattament individwali ('IT’) (8) Minħabba li ma kien hemm ebda kummenti, is-sejbiet fil-premessi (24) sa (29) tar-Regolament proviżorju li jirrigwardaw it-trattament individwali huma hawnhekk ikkonfermati. 3. Valur normali (a) Id-determinazzjoni tal-valur normali għal produtturi li qed jikkooperaw mogħtija l-MET. (9) Għal produttur esportatur wieħed, fl-iddeterminar ta’ jekk il-bejgħ domestiku kienx fil-kors ordinarju tal-kummerċ u wkoll meta jinbena valur normali għal ċerti tipi ta’ prodotti kkonċernati, spejjeż inkorretti ta’ ffinanzjar kienu użati fl-ikkalkular tal-marġini proviżorji tal-bejgħ taħt il-prezz. Għalhekk, għall-kalkolazzjoni tal-marġini definittiv tal-bejgħ taħt il-prezz, saru l-korrezzjonijiet neċessarji. (10) Għall-produtturi esportaturi l-valur tal-bejgħ ta’ l-iskart kien proviżjonalment imnaqqas mill-ispiża tal-produzzjoni. Madankollu, wara li ġiet eżaminata l-informazzjoni adatta, xejn ma kien hemm ċertezza jekk l-ammont setax jiġi kkunsidrat bħala skart li jista' jitnaqqas. F’dan ir-rigward, u fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli, deher li l-"iskart" fil-fatt kellu valuri kummerċjali sinifikanti separat. Barra minn hekk, minħabba li ma nżammux inventarji, ma kienx possibbli li jiġi kkwantifikat sewwa l-ammont li qed jiġi kkunsidrat. Finalment, anke fl-eventwalità li dan l-ammont ikollu jiġi mnaqqas, il-kumpanija tattribwixxi l-ammont sħiħ għall-prodott ikkonċernat billi dan jaffettwa wkoll prodotti oħra li din il-kumpanija tipproduċi. Għalhekk, fl-istadju definittiv it-tnaqqis kien imraġġa’ lura. Għall-istess produttur esportatur il-valur tal-prodotti sekondarji kien aġġustat. (11) Il-produttur esportatur ikkonċernat ikkuntesta l-metodu segwit u argumenta li l-iskart fil-forma ta’ metall imdewweb ( slag ) u ġir jintrema permezz ta' sinerġiji ma’ impjant qrib b'mod li jnaqqas l-ispejjeż totali. Ta’ min jieħu nota li l-produttur esportatur qal ukoll fil-kwestjonarju li dan il-bejgħ għandu jkun ikkunsidrat bħala bejgħ ta' "prodott sekondarju". Rigward dan, ta' min itenni li l-kwantità mibjugħa tal-prodott in kwestjoni ma setgħetx tkun stabbilita waqt l-investigazzjoni. Aktar minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-bejgħ lill-fabbrika fil-qrib kien biss tal-prodott sekondarju H2S. Rigward dan, kien ikkunsidrat li kienet sottomessa informazzjoni kontradittorja li ma setgħetx tiġi kkjarifikata wara rivelazzjoni definittiva. Punt ieħor huwa, li l-produttur esportatur qal li l-valur tal-prodott sekondarju H2S li tnaqqas mill-ispiża tal-produzzjoni kellu jkun ogħla. Madankollu, l-evidenza li nġabret waqt l-investigazzjoni wriet li din l-istqarrija kienet esaġerata u għandha tiġi rrifjutata. (12) Barra l-aġġustamenti li saru, kif stabbilit fil-premessi (9) u (10) hawn fuq, u fl-assenza ta’ aktar kummenti, is-sejbiet fi premessi (43) u (59) tar-Regolament proviżorju rigward valuri normali huma hawnhekk ikkonfermati. (b) Id-determinazzjoni tal-valur normali għal produtturi li qed jikkooperaw li ma ġewx mogħtija l-MET. (13) Ogranizzazzjoni ta’ l-utenti oġġezzjonat li l-Istati Uniti ta' l-Amerka ('l-Amerka') tintuża bħala pajjiż analogu. Din il-parti interessata ma ssostansjatx l-istqarrija tagħha u lanqas ipprovdiet evidenza, imma irreferiet b’mod ġenerali għal allegazzjoni ta’ nuqqas ta’ kompetittività fis-suq Amerikan, minħabba l-miżuri kontra l-bejgħ taħt il-prezz li hemm fis-seħħ hemmhekk. Madankollu, ta’ min jinnota li l-livell ta’ kompetittività fis-suq domestiku ta’ l-Amerka kien investigat għad-determinazzjoni proviżorja. Kif imsemmi fil-premessa (37) tar-Regolament proviżorju, instab li fil-fatt kien hemm livell ġust ta’ kompetizzjoni fis-suq domestiku Amerikan. (14) Importatur indipendenti wieħed oġġezzjona għall-użu ta’ l-Amerka bħala pajjiż analogu minħabba li l-produttur fl-Amerka, li d- data tiegħu kienet użata għad-determinazzjoni tal-valur normali, kellu konnessjoni ma’ produttur tal-Komunità. Ta’ min jinnota li waqt il-perjodu ta’ l-investigazzjoni ('IP'), ma kienet teżisti ebda tali relazzjoni. Aktar minn hekk, dan l-importatur ma ssottometta ebda informazzjoni jew evidenza li r-relazzjoni li bdiet biss wara l-IP kellha influwenza fuq l-ispejjeż domestiċi u l-prezzijiet fl-Amerka matul l-IP. L-argument ta’ l-importatur indipendenti kellu għalhekk jiġi rrifjutat. (15) Minħabba r-raġunijiet t’hawn fuq, l-għażla ta’ l-Amerka bħala pajjiż analogu hi b’dan ikkonfermata. 4. Prezz ta’ l-esportazzjoni (16) Minħabba li ma kien hemm ebda kummenti, is-sejbiet proviżorji li jirrigwardaw id-determinar tal-prezz ta' l-esportazzjoni, kif deskritti fil-premessa (60) tar-Regolament proviżorju, huma hawnhekk ikkonfermati. 5. Tqabbil (17) Il-produtturi esportaturi nnutaw li għall-kalkolazzjoni tal-marġini proviżorju tad- dumping , il-ġarr bil-baħar u l-ispejjeż ta’ l-assigurazzjoni kienu mnaqqsa b’mod ħażin mit-tranżazzjonijiet tal-bejgħ ta’ l-oġġetti esportati magħmula fuq bażi FOB jew CFR, filwaqt illi l-prezz tal-bejgħ ta’ dawn it-tranżazzjonijiet ma inkludiex spejjeż simili. It-tranżazzjonijiet tal-bejgħ ta’ l-oġġetti esportati ġew irranġati kif suppost. (18) Barra minn hekk, instab li wieħed mill-produtturi esportaturi ma rrappurtax kummissjoni mħallsa lin-negozjanti għal bejgħ bl-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lill-Komunità. Il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu għalhekk aġġustati kif suppost. (19) Barra l-aġġustamenti magħmula fil-premessi, (9) u (10) hawn fuq, u minħabba li m’hemmx aktar kummenti, is-sejbiet f’relazzjoni mal-paragun tal-valuri normali u prezzijiet ta’ l-esportazzjoni, kif deskritti fil-premessi (61) u (66) tar-Regolament proviżorju huma hawnhekk ikkonfermati. 6. Marġini ta’ bejgħ taħt il-prezz (20) Fid-dawl tal-korrezzjonijiet t’hawn fuq, il-m arġni tad- dumping finalment determinat, muri bhala persentaġġ tal-prezz tal-fruntiera tal-Komunità CIF, dazju mhux imħallas, huwa: Hubei Jingshan Chutian Barium Salt Corp. Ltd | 3,4% | Zaozhuang Yongli Chemical Co. | 4,6% | Il-Kumpaniji l-oħra kollha | 31,7% | E. DANNU 1. Industrija tal-Komunità u Konsum tal-Komunità (21) Minħabba li ma kien hemm ebda kummenti f’dan il-qasam partikolari, is-sejbiet fil-premessi (72) sa (74) tar-Regolament proviżorju huma hawnhekk ikkonfermati. 2. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (22) Wara r-rivelazzjoni proviżorja, produttur esportatur li kkoopera, tenna l-istqarrija tiegħu li l-prezzijiet ogħla mitluba mill-industrija tal-Komunità huma minħabba li l-prodotti tagħha huma aktar reattivi. Din it-talba għal aġġustament fil-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità fir-rigward ta’ differenzi fir-reattività ġiet rifjutata fl-istadju proviżorju, kif indikat fil-premessa (80) tar-Regolament proviżorju. (23) Għalkemm l-istqarrija ma kinitx issostanzjata biżżejjed bis-sottomissjoni ta’ informazzjoni ġdida, il-kwistjoni kienet eżaminata aktar fil-fond, minħabba li l-produttur esportatur stqarr li d-differenzi fir-reattività, allegatament huma karatteristika preżenti fil-kategoriji kollha tal-karbonat tal-barju, ma kellhomx jiġu assessjati biss fir-rigward ta’ l-aktar kategoriji reattivi mibjugħa mill-industrija tal-Komunità, kif ġara fl-istadju proviżorju. (24) Minħabba li r-reattività hi proprjetà tal-karbonat tal-barju li mhix murija bħala tali fil-karti ta’ speċifikazzjoni tal-produzzjoni tal-produtturi, imma tista’ tintlaħaq fuq il-bażi ta’ daqs tal-partikula u d-densità tal-prodott ikkonċernat, hi prattika normali fl-oqsma differenti tas-setturi ta' l-utenti finali li jagħmlu testijiet ta’ kontroll meta jitwasslilhom il-prodott sabiex jivverifikaw il-proprjetajiet tiegħu. Il-fatt li utenti final f’settur bħalma hija l-industrija tal-briks u l-madum, fejn ir-reattività hi kruċjali, iżidu l-kwantità tal-karbonat tal-barju li normalment ikollhom bżonn għal proċess tagħhom tal-produzzjoni meta jkunu qed jużaw il-prodott impurtat mill-PRC, meta mqabbel ma’ dak li jiġi mill-industrija tal-Komunitàm jindika li l-utenti finali jattribwixxu relattività ogħla lill-karbonat tal-barju prodott mill-industrija tal-Komunità. Barra minn hekk, aktar analiżi tal-prodotti mibjugħa fis-suq tal-Komunità wrew, b’żieda mal-kategoriji l-aktar reattivi li jirrappreżentaw anqas minn 5% tal-bejgħ tiegħu fil-KE, kif imsemmi fil-premessi (80) tar-Regolament proviżorju, l-industrija tal-Komunità fil-fatt biegħet kategoriji addizzjonali b’reattività konsiderevolment għolja, li jirrapreżentaw madwar 20% aktar tal-bejgħ totali tiegħu fil-Komunità. Il-bilanċ tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità jingħata kont tagħhom bil-bejgħ ta’ kategoriji aktar baxxi ta’ reattività. Ġie għalhekk konkluż li, f’dawn iċ-ċirkostanzi u bil-maqlub ta' premessa (80) tar-Regolament proviżorju, aġġustament għad-differenzi fir-reattività kien ġustifikat. (25) Għall-iskop ta’ analiżi ta’ prezzijiet aktar baxxi minn dawk tas-suq, il-prezz tal-bejgħ tal-kategoriji tal-karbonat tal-barju ta’ l-industriji tal-Komunità b’reattività għolja kien imnaqqas b’14%. Dan l-aġġustament kien ibbażat fuq id-differenza fil-prezz bejn kategoriji ta’ reattivà ogħla u aktar baxxa mibjugħa mill-industrija tal-Komunità. Il-paragun wera li matul l-IP il-prodott ikkonċernat li joriġina mill-PRC kien mibjugħ fil-Komunità bi prezzijiet li waqqgħu dawk ta’ l-industrija tal-Komunità b’20% sa 26% meta murija f’persentaġġi ta’ dan ta’ l-aħħar. (26) Apparti l-aġġustamenti li saru kif stipulat fil-premessa (25) hawn fuq, u minħabba li ma kienx hemm aktar kummenti, l-premessi (75) u (81) tar-Regolament proviżorju rigward importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat huma kkonfermati. 3. Is-Sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità u l-Konklużjoni dwar id-Dannu (27) Sottomissjoni ta’ esportatur li kkoopera dwar l-indikaturi ekonomiċi analizzati fil-premessi (84) u (94) tar-Regolament proviżorju ma kenitx turi dannu materjali. Madankollu, ebda element ġdid sostanzjali jew evidenza ma kienet sottomessa li tqajjem il-ħtieġa ta' riassessjar ta’ tali indikaturi u, konsegwentement, bidla fil-konklużjoni milħuqa fl-istadju proviżorju. (28) Din l-istqarrija kienet imtennija wara rivelazzjoni definittiva, speċjalment rigward l-evoluzzjoni tal-produzzjoni, utilizzazzjoni tal-kapaċità, sehem tas-suq, stokks u xogħol. Kif diġà ġie mfiehem fi premessi (84) sa (88) tar-Regolament proviżorju, dawn l-indikaturi wrew biċ-ċar evoluzzjoni negattiva, li kkontribwiet sabiex is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità tmur għall-agħar. Għalhekk, it-talba ġiet irrifjutata. (29) Għalhekk, il-premessi (82) sa (97) tar-Regolament proviżorju rigward is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità u l-konklużjoni dwar id-dannu huma hawnhekk ikkonfermati. F. KAŻWALITÀ 1. Effett ta’ l-importazzjonijiet iddumpjati (30) Minħabba li ma kien hemm ebda informazzjoni jew argument sostanzjali ġdid, il-premessa (100) tar-Regolament proviżorju hi hawnhekk ikkonfermata. 2. L-effett ta’ fatturi oħra (31) Esportatur li qed jikkoopera tenna li d-dannu seta' ġie kkawżat mill-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra li żdiedu b’mod sinifikanti qabel l-IP, inkluż importazzjonijiet mill-Indja u l-Brażil, b’mod partikolari. Rigward l-Indja, ma tistax tkun meqjusa sors relevanti ta’ forniment matul il-perjodu ta’ analiżi 2000-2003, minħabba l-kwantitajiet negliġibbli impurtati. Fil-fatt, is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjoni mill-Indja kien anqas minn 1% fl-IP u qabel kien prattikament ineżistenti. Rigward il-Brażil, l-importazzjonijiet kienu limitati kemm meta mqabbla ma’ l-importazzjonijiet mill-PRC kif ukoll l-importazzjonijiet matul il-perjodu sħiħ ikkunsidrat. Għalhekk, il-konklużjoni hi li dawn l-importazzjonijiet ma kisrux il-katina każwali kif stabbilita fil-premessa (103) tar-Regolament proviżorju. (32) Esportatur wieħed u numru ta’ importaturi u utenti stqarru li l-industrija tal-Komunità gawdiet pożizzjoni dominanti fis-suq tal-Komunità tal-karbonat tal-barju u dan il-fattur ippermetta lill-industrija żżid il-prezzijiet tagħha fil-Komunità. L-esportatur enfasizza l-fatt li l-grupp, li jappartjeni għalih l-uniku produttur tal-Komunità, fil-passat kien investigat dwar abbuż ta’ pożizzjoni dominanti. (33) L-ewwel nett, ta’ min jinnota li matul il-perjodu 2000-2003, is-sehem mis-suq ta' l-industrija tal-Komunità kien, bħala medja, madwar 10 punti perċentwali ogħla minn dak tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, filwaqt li matul il-perjodu ta’ l-IP kien komparabbli ma’ dak ta‘ l-importazzjoni mill-PRC. Wieħed għalhekk ma jistax jikkonkludi li l-industrija tal-Komunità gawdiet pożizzjoni dominanti matul il-perjodu kkunsidrat, minħabba t-tnaqqis tas-sehem tagħha tas-suq mqabbla ma' l-importazzjonijiet mill-PRC u s-sehem ugwali mis-suq ta' l-importazzjonijiet mill-PRC fl-IP. F’kwalunkwe każ, ebda evidenza ma ġiet provduta minn xi parti interessata sabiex tissostanzja possibbiltà ta’ abbuż ta’ pożizzjoni dominanti min-naħa ta’ l-industrija tal-Komunità rigward il-prodott simili. Anke f’każijiet fejn il-kumpanija hi l-produttur waħdieni f’suq, dan il-fatt ma jistax jitqies bħala indikazzjoni li t-tali produttur abbuża l-pożizzjoni tiegħu fis-suq billi artifiċjalment żied il-prezzijiet fit-tali suq. Aktar minn hekk, li kieku l-industrija tal-Komunità verament gawdiet pożizzjoni dominanti, aħseb u ara abbużat minnha, ikun diffiċli tifhem kif il-prezzijiet ta’ l-Industrija tal-Komunità waqgħu biss b’7% kif indikat fil-premessa (86) tar-Regolament proviżorju, filwaqt li l-esportaturi Ċiniżi żiedu s-sehem tagħhom mis-suq b’mod tant sostanzjali. Aktar minn hekk, wieħed ma jistax jisħaq li l-produttur tal-Komunità abbuża possibbilment pożizzjoni dominanti biss fuq il-bażi ta’ l-eżistenza ta’ investigazzjoni li ma tkoprix il-prodott simili, jew investigazzjonijiet fil-passat fir-rigward ta' xi kumpaniji tal-grupp li tappartjeni fih. Għalhekk, it-talba ġiet irrifjutata. (34) Rigward l-informazzjoni li kien hemm fil-premessi (110) u (111) tar-Regolament proviżorju, għadd ta’ utenti u importaturi stqarru li l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi jippenalizzaw il-fabbrikanti tal-briks u l-madum, li jippreferu jużaw karbonat tal-barju sostnut bl-ilma magħmul mill-karbonat tal-barju impurtat mill-PRC, milli jużaw il-karbonat tal-barju f'forma ta' trab fornut mill-industrija tal-Komunità. Dawn il-partijiet allegaw li l-industrija tal-Komunità ma tbigħx karbonat tal-barju sostnut bl-ilma u rrifjutaw ifornu t-trab tal-karbonat tal-barju lill-importaturi li jipproduċu l-karbonat tal-barju sostnut bl-ilma. Kuntrarju għal din l-istqarrija, ġie kkonfermat li l-industrija tal-Komunità tforni l-karbonat tal-barju għall-anqas lil importatur wieħed li minnu jipproduċi l-karbonat tal-barju sostnut bl-ilma. Għalhekk, fil-fatt hemm sors alternattiv ta' forniment tal-karbonat tal-barju sostnut bl-ilma prodott mill-karbonat tal-barju ta' l-industrija tal-Komunità. Aktar minn hekk, kif dikjarat fil-premessa (43) hawn taħt, l-impożizzjoni tal-miżuri kontra l-bejgħ taħt il-prezz m’humiex qegħdin biex iwaqqfu l-aċċess fis-suq tal-Komunità għal prodotti mill-PRC, imma biex jirrestawraw il-kompetizzjoni ġusta u biex iżommu sorsi alternattivi ta' forniment fil-Komunità. (35) Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq u minħabba li m’hemmx aktar evidenza ta' appoġġ provduta mill-utenti u mill-importaturi biex tissostanzja l-preferenza tagħhom għall-karbonat tal-barju sostnut bl-ilma jew għall-karbonat tal-barju impurtat mill-PRC għall-prodott kompetittiv offrut mill-industrija tal-Komunità, it-talba hi rrifjutata. 3. Konklużjoni dwar il-kwistjoni (36) Fuq il-bażi tal-konsiderazzjoni t’hawn fuq u elementi oħra li hemm fil-premessi (98) sa (111) tar-Regolament proviżorju, ġie konkluż li l-importazzjonijiet mill-PRC ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Komunità skond l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. G. L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ (37) Żewġ assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-utenti finali, xi importaturi u l-utenti finali tennew it-tħassib prinċipali tagħhom li l-impożizzjoni ta' tali miżuri tnaqqas il-kompetizzjoni ġenerali fis-suq tal-Komunità għal dan il-prodott partikolari u inevitabbilment twassal għal żieda fil-prezzijiet li tnaqqas il-livell tal-kompetittività tagħhom. Dawn il-partijiet ma pprovdew ebda evidenza addizzjonali sabiex jissostanzjaw l-istqarrijiet tagħhom. (38) Barra minn hekk, għoxrin utent li ma kinux għamlu lilhom infushom magħrufa lill-Kummissjoni qabel l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, għamlu petizzjoni kontra l-impożizzjoni tad-dazji definittivi kontra d- dumping . Dawn il-partijiet ingħataw l-opportunità biex jissostanzjaw l-istqarrijiet tagħhom, imma fallew milli jagħmlu dan. Minkejja dan, l-argumenti tagħhom kienu eżaminati aktar permezz ta' verifika tad- data li kienet diġà sottomessa qabel l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji minn wieħed mill-importaturi li kkooperaw u żewġ utenti li kkooperaw. (39) Fil-fatt, wara visti ta’ verifika addizzjonali lill-kumpaniji li joperaw fl-industrija taċ-ċeramika ( frits ) u oħra li topera fl-industrija tal-briks u l-madum (żewġ kumpaniji li flimkien jirrapreżentaw 20% ta’ l-importazzjonijiet tal-karbonat tal-barju mill-PRC kif irrappurtat mill-utenti li qed jikkooperaw), kien ikkonfermat, kif imsemmi fil-premessa (127) tar-Regolament proviżorju, li s-sehem tal-karbonat tal-barju fl-ispiża totali tal-produzzjoni ta’ l-utenti hi, bħala medja, taħt it-8%. (40) L-istess bħas-sejbiet fil-premessa (128) tar-Regolament proviżorju, ġie għalhekk konkluż li, minħabba l-livell tal-miżuri, u l-eżistenza tas-sorsi alternattivi ta' forniment mill-esportaturi li m’humiex soġġetti għad-dazji, l-impatt ta’ kull żieda fil-prezz tal-prodott simili għall-utenti jidher li hu minimu. (41) B’żieda mar-rivelazzjoni definittiva, żewġ assoċjazzjonijiet ta' utenti u waħda ta' produttur esportatur stqarret li l-impatt possibbli tal-miżuri definittivi fuq l-utenti jkun ogħla minn dak li kien stabbilit fil-premessi (39) sa (40) hawn fuq. Rigward dan, ta’ min jinnota li s-sejbiet huma bbażati fuq data vverifikata ta’ l-utenti li qed jikkooperaw. L-istqarrijiet imsemmija hawn fuq irreferew għal informazzjoni dwar kumpaniji li ma kkooperawx fl-investigazzjoni u li ma setgħetx tkun verifikata. L-istqarrija kienet għalhekk irrifjutata. (42) Il-produttur esportatur imsemmi hawn fuq saħaq li numru limitat ta’ utenti biss, mhux rappreżentant tas-suq sħiħ, servew bħala bażi għas-sejbiet. Rigward dan, ta’ min jinnota li l-utenti vverifikati kemm fl-istadju proviżorju kif ukoll dak definittiv irrappreżentaw aktar minn 90% ta’ l-importazzjoni tal-karbonat tal-barju mill-PRC magħmula mill-utenti li kkooperaw matul il-perjodu ta’ l-IP. Għalhekk, il-validità tas-sejbiet hi kkunsidrata adatta u t-talba hi rrifjutata. (43) Ta’ min ifakkar aktar minn hekk li l-iskop ta' kull miżura kontra l-bejgħ taħt il-prezz m'għandhiex l-iskop li twaqqaf l-aċċess fis-suq tal-Komunità l-prodotti mill-PRC, imma biex toħloq mill-ġdid suq ġust li kien ġie mxekkel minn prattiċi inġusti ta' kummerċ. Għalhekk, il-miżuri jagħmluha possibbli li titkompla l-attività tal-produttur waħdieni tal-Komunità, u jippromwovu l-kompetizzjoni ġenerali fis-suq tal-Komunità. (44) Minħabba li ma kien hemm ebda informazzjoni jew argument fundamentali ġodda f'dan ir-rigward partikolari, premessi (114) sa (132) tar-Regolament proviżorju huma hawnhekk ikkonfermati. H. LIVELL TA’ L-ELIMINAZZJONI TAD-DANNU (45) B’żieda mar-rivelazzjoni tas-sejbiet proviżorji, esportatur qal li l-livell ta’ profitt ta' 7.2% meqjus li jirrappreżenta l-profitt li seta' sar mill-industrija tal-Komunità fl-assenza ta' dumping li ħoloq dannu mill-PRC, mhux realistiku, minħabba, l-pożizzjoni dominanti allegata tal-produttur waħdieni tal-Komunità, il-profitabbiltà tiegħu fil-passat kienet għolja b'mod artifiċjali. (46) Kif diġà msemmi fil-premessa (33) hawn fuq, il-fatt li, matul ċertu perjodu ta’ żmien, hemm biss produttur wieħed tal-Komunità, ma jimplikax li dan il-produttur kellu pożizzjoni dominanti fis-suq u li abbuża mis-sitwazzjoni, per eżempju, billi għamel użu mill-pożizzjoni tiegħu sabiex jikseb marġini anormali għoli ta’ profitt mill-attività tiegħu. Kif spjegat fil-premessa (135) tar-Regolament proviżorju, il-marġini ta' profitt ta' 7.2% kien ikkalkolat bħala l-marġini ta' profitt medju mmoderat tal-prodott simili matul is-snin 1996 sa 1998. Ġie kkunsidrat ukoll li l-livelli ta' profitt ta' l-industrija tal-Komunità meta ma kinitx qed tbati minn dannu ta’ dumping , i.e. qabel il-perjodu ta' analiżi għall-assessjar tad-dannu. Minħabba li l-esportatur in kwestjoni ma pprovdiex evidenza li turi li l-profitt imsemmi hawn fuq għandu jiġi kkunsidrat bħala għoli b'mod anormali, it-talba ġiet irrifjutata u l-premessa (135) rigward il-kalkolu tal-marġini tad-dannu huwa hawnhekk ikkonfermat. I. MIŻURI DEFINITTIVI (47) Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa rigward dumping , dannu, ikkawżar u interess tal-Komunità, u skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, dazji definitivi kontra d- dumping għandhom jiġu imponuti fuq importazzjonijiet li joriġinaw mill-PRC fil-livell tal-marġini aktar baxxi ta’ dumping u dannu, skond ir-regola ta' anqas dazju. F’dan il-każ, ir-rati individwali tad-dazju, kif ukoll id-dazju madwar il-pajjiż, għandhom jiġu ffissati fil-livell tal-marġini misjuba tad- dumping . Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, id-dazji definittivi huma kif ġej: Hubei Jingshan Chutian Barium Salt Corp. Ltd | 3,4% | Zaozhuang Yongli Chemical Co. | 4,6% | L-oħrajn kollha | 31,7% | (48) Rigward il-forma tal-miżuri, ma waslu ebda kummenti u għalhekk l-impożizzjoni tad-dazju fil-forma ta' ammont speċifiku għal kull tunnellata, kif hemm fi premessa (138) tar-Regolament proviżorju, huwa kkonfermat. J. IMPENJI (49) Wara r-rivelazzjoni tas-sejbiet definittivi, żewġ produtturi esportaturi wrew interess li joffru impenn fil-prezzijiet. Madankollu, għal wieħed li ma kienx mogħti la l-MET u lanqas l-IT, hija prattika tal-Komunità li ma taċċetax impenji f’każ simili, minħabba li ebda determinazzjoni individwali ma tista’ tkun stabbilita. Fuq din il-bażi, l-offerta ma setgħetx tiġi meħuda in konsiderazzjoni. Il-produttur esportatur l-ieħor li rċieva trattament ta' l-ekonomija tas-suq, irtira l-offerta tiegħu sussegwentement. K. ĠBIR DEFINITTIV TAD-DAZJU PROVIŻORJU (50) Fid-dawl tal-kobor tal-marġini tal-bejgħ taħt il-prezz misjub għall-produtturi esportaturi fil-PRC u minħabba l-livell ta’ dannu kkawżat lill-industrija tal-Komunità, huwa meqjus neċessarju li l-ammonti żgurati permezz tad-dazju proviżorju kontra d- dumping impost mir-Regolament proviżorju għandu jkun miġbur definittivament sa l-ammont tad-dazji definittivi imposti. Minħabba li d-dazji definittivi huma aktar baxxi mid-dazji proviżorji, ammonti proviżorji żgurati b’aktar mir-rata definittiva tad-dazji kontra d- dumping għandhom jinħelsu. (51) Ir-rati tad-dazji kontra d- dumping tal-kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ l-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, huma jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (kontra d-dazju applikabbli madwar il-pajjiż lill-'oħrajn kollha' huma għalhekk esklussivament applikabbli għall-importazzjoni ta' prodotti li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat u prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet speċifiċi legali msemmija. Prodotti importati magħmula minn kull kumpanija oħra li mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament b’isimha u l-indirizz, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu suġġetti għar-rati ta’ dazju applikabbli għall-“oħrajn kollha”. (52) Kull talba għall-applikazzjoni ta’ rati ta’ dazju kontra l-bejgħ taħt il-prezz bħal ta’ dawn il-kumpaniji individwali (eż. wara bidla fl-isem ta’ l-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ta’ produzzjoni jew bejgħ ġodda) għandhom ikunu indirizzati lill-Kummissjoni flimkien ma’ l-informazzjoni kollha relevanti, b’mod partikolari, kull modifika għall-attivitajiet tal-kumpanija assoċjata mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u bejgħ bl-esportazzjoni assoċjat ma’ pereżempju dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet ta’ produzzjoni u bejgħ. Jekk adatt, ir-Regolament jiġi emendat kif xieraq billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jibbenefikaw minn dazji individwali. (53) Il-prodott ikkonċernat huwa funġibbli, kif ġie spjegat hawn fuq, u m’għandux isem tad-ditta. Id-differenza bejn ir-rati ta' dazji individwali hi sinifikanti u hemm numru ta' produtturi esportaturi. Dawn l-elementi kollha jistgħu jiffaċilitaw tentattivi sabiex l-esportazzjoni terġa’ tgħaddi mingħand l-esportaturi tradizzjonali li jibbenefikaw mir-rati ta' dazji l-aktar baxxi. (54) Konsegwentement, jekk l-esportazzjonijiet ta’ waħda mill-kumpaniji li qed jibbenefikaw mir-rati ta' dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’aktar minn 30% fil-volum, il-miżuri individwali kkonċernati jistgħu jiġu kkunsidrati li huma x’aktarx insuffiċjenti biex ippattu għad-dannu li jagħmel id- dumping . Konsegwentemnt, u sakemm l-elementi meħtieġa jintlaħqu, tista’ tinbeda investigazzjoni sabiex il-miżuri adatti jiġu korretti fil-forma jew il-livell tagħhom. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Dazji definittivi kontra d- dumping huma hawnhekk imposti fuq —importazzjonijiet tal-karbonat tal-barju b’kontenut ta' stronzju ta’ aktar minn 0.07% bil-piż u ta’ kontenut ta’ kubrit ta’ aktar minn 0.0015% bil-piż, kemm jekk trab, jekk jekk pressat b’mod imrammel jew ridott fi trab b’mod imrammel, li jaqa’ taħt il-kodiċi CV ex 2836 60 00 (Kodiċi TARIC 2836 60 00 10), li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. 2. L-ammont tad-dazju definittiv kontra l-bejgħ taħt il-prezz għandu jkun ugwali għal ammont fiss kif speċifikat hawn taħt għal prodotti magħmula minn dawn il-fabbrikanti: Pajjiż | Fabbrikant | Rata tad-Dazju (EUR/t) | kodiċi addizzjonali TARIC | Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina | Hubei Jingshan Chutian Barium Salt Corp. Ltd., 62, Qinglong Road, Songhe Town, Jingshan County, Hubei Province, PRC | 6,3 | A606 | Zaozhuang Yongli Chemical Co., South Zhuzibukuang Qichun, Zaozhuang City Center District, Shangdong Province, PRC | 8,1 | A607 | Il-Kumpaniji l-oħra kollha | 56,4 | A999 | 3. F’każijiet fejn l-oġġetti saritilhom xi ħsara qabel daħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u, għalhekk, il-prezz li ġie mħallas jew kellu jitħallas huwa pproporzjonat għad-determinazzjoni tal-valur tad-dwani skond l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2545/93, l-ammont ta’ dazju kontra d- dumping , ikkalkolat fuq il-bażi ta’ ammonti fissi stabbiliti hawn fuq, għandu jitnaqqas b’persentaġġ li jikkorrispondi għall-proporzjonar ta’ prezz li tħallas jew għandu jitħallas. 4. Sakemm ma jiġix speċifikat b’mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jirrigwardaw id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw. Artikolu 2 Ammonti żgurati permezz tad-dazji proviżorji kontra d- dumping skond ir-Regolament tal-Kummissjoni 9KE) Nru 145/2005 dwar importazzjonijiet tal-karbonat tal-barju li jaqgħu taħt il-kodiċi CN ex 2836 60 00 u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, għandhom definittivament jinġabru skond ir-regoli stipulati hawn taħt. L-ammonti żgurati b’żieda ma' l-ammont tad-dazji definittivi kontra d- dumping għandhom jiġu rilaxxati. Fejn id-dazji definittivi huma ogħla mid-dazji proviżorji, għandu jinġabar b'mod definittiv biss l-ammonti żgurati fil-livell proviżorju tad-dazji. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Gurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, [...] Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12). [2] ĠU L 27, 29.1.2005, p. 4.