Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005PC0212

Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/32/KE rigward il-kontenut ta' kubrit fil-fjuwils marittimi jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

/* KUMM/2005/0212 finali - COD 2002/0259 */

52005PC0212

Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/32/KE rigward il-kontenut ta' kubrit fil-fjuwils marittimi jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE /* KUMM/2005/0212 finali - COD 2002/0259 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 17.05.2005

KUMM(2005) 212 finali

2002/0259 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 1999/32/KE rigward il-kontenut ta' kubrit fil-fjuwils marittimi

JEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

2002/0259 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONIskond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE,dwar l-emendi tal-Parlament Ewropewgħall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwarproposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 1999/32/KE rigward il-kontenut ta' kubrit fil-fjuwils marittimi

1. SFOND

Proċedura

- Fl-20 ta' Novembru 2002, il-Kummissjoni ressqet proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[1] li temenda d-Direttiva 99/32/KE rigward il-kontenut ta' kubrit fil-fjuwils marittimi, għall-adozzjoni permezz tal-proċedura ko-deċiżjonali kif stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE.

- Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta l-Opinjoni tiegħu fl-14 ta' Mejju 2003.

- Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fl-4 ta' Ġunju 2003.

- Il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni tiegħu fid-9 ta' Diċembru 2004.

- Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari fit-13 ta' April 2005.

L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni

L-għan tal-proposta huwa li jitnaqqas il-kontenut ta' kubrit fil-fjuwils marittimi, biex b'hekk jittaffa l-impatt ta' l-emissjonijiet mill-bastimenti tad-dijossidu tal-kubrit (SOx) u partiċelli fuq l-aċidifikazzjoni u s-saħħa tal-bniedem. Il-Pożizzjoni Komuni inkudiet il-limiti li ġejjin għall-kubrit (S):

- limitu ta' 1.5% S għall-fjuwil użat mill-bastimenti kollha fil-Baħar Baltiku (2006), il-Baħar tat-Tramuntana u l-Kanal Ingliż (2007), f'konformità maż-Żoni ta' Kontroll ta' l-Emissjonijiet SOx maqbula fi ħdan l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali;

- limitu ta' 1.5% S għall-fjuwil użat mill-bastimenti għall-ġarr tal-passiġġieri li joperaw bi skeda minn/lejn kwalunkwe port ta' l-UE (2006);

- limitu ta' 0.1% S għall-fjuwil użat mill-bastimenti li jbaħħru fuq ix-xmajjar, lagi u kanali u minn dawk li jkunu sorġuti f'portijiet ta' l-UE (2010).

2. KUMMENTI TAL-KUMMISSJONI

2.1. Ġenerali

Fis-seduta plenarja tiegħu tat-13 ta' April 2005, il-Parlament Ewropew adotta 13-il emenda, minn fost it-32 li kienu ġew imressqa.

It-13-il emenda adottata mill-Parlament ilkoll kienu parti minn pakkett ta' kompromess maqbul mal-Kunsill. Ma jibdlux il-limiti għall-kubrit fil-fjuwil li dwarhom kien intlaħaq qbil fil-Pożizzjoni Komuni. Il-Kummissjoni hija fil-qagħda li taċċetta għal kollox l-emendi kollha.

2.2. Kummenti dettaljati

2.2.1. Emendi aċċettati

Il-Kummissjoni taċċetta l-emendi li ġejjin rigward il-premessi: emendi 1 u 2 (tibdiliet minuri fid-diċitura tal-motivazzjonijiet ambjentali u ta' saħħa għad-Direttiva); 3 (l-eliminazzoni ta' test mhux meħtieġ rigward il-limiti massimi nazzjonali ta' l-emissjonijiet); 23 (li tħeġġeġ li jsir sforz ikbar biex jintlaħqu soluzzjonijiet internazzjonali); 24 (li tindika li d-Direttiva hija l-ewwel pass fi proċess li jissokta); u 25 (tisħiħ tat-test eżistenti dwar id-disponibbiltà ta' fjuwil b'kontenut baxx ta' kubrit).

Rigward id-dispożizzjonijiet sostantivi, il-Kummissjoni taċċetta l-emendi li ġejjin:

- l-emenda 26 , li tiċċara d-data tad-dħul fis-seħħ għaż-Żona ta' Kontroll ta' l-Emissjonijiet SOx fil-Baħar tat-Tramuntana;

- l-emendi 27 u 28 , li jirriflettu r-rekwiżiti ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) biex jgħinu li tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' fjuwil konformi;

- l-emenda 29 , li teżenta mil-limitu ta' 0.1% kubrit fil-fjuwil lil dawk il-bastimenti li, filwaqt li jkunu sorġuti, jużaw l-elettriku mill-art;

- l-emenda 30 , li tirrikjedi t-tnaqqis kontinwu ta' l-emissjonijiet u l-monitoraġġ tal-bastimenti li jużaw it-tindif tal-gass ta' l-egżost bħala mezz alternattiv għall-konformità;

- l-emenda 31 , li tirrikjedi li r-reviżjoni tal-Kummissjoni fl-2008 tikkunsidra proposti biex jiġu ddeżinjati Żoni OMI ġodda tal-Kontroll ta' l-Emissjonijiet SOx fl-ibħra ta' l-UE, u biex il-limiti ta' kubrit f'dawn iż-żoni possibilment jitnaqqas għal 0.5%, meta jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u analiżi ta' l-effettività tan-nefqa; kif ukoll

- l-emenda 32 , li tistqarr li, flimkien mar-reviżjoni tagħha, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra jekk għandhiex tressaq proposti dwar strumenti ekonomiċi bħala miżuri alternattivi jew komplementari.

2.3. Proposta emendata

Skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha kif jidher hawn fuq.

[1] COM (2002) 595 finali (2002/0259 (COD))

Top