Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42020X0110

    Ir-Regolament Nru 122 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategorija M, N, u O fir-rigward tas-sistemi tat-tisħin tagħhom [2020/110]

    PUB/2019/256

    ĠU L 19, 24.1.2020, p. 42–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/110/oj

    24.1.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 19/42


    It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343 disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

    Ir-Regolament Nru 122 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategorija M, N, u O fir-rigward tas-sistemi tat-tisħin tagħhom [2020/110]

    Jinkorpora t-test validu kollu sa:

     

    Is-Suppliment 5 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament — Data tad-dħul fis-seħħ: Il-15 ta’ Ottubru 2019

    KONTENUT

    REGOLAMENT

    1.   Kamp ta’ Applikazzjoni

    2.   Definizzjonijiet: Ġenerali

    3.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni

    4.   Approvazzjoni

    5.   Parti I: Approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin tagħha

    6.   Parti II: Approvazzjoni ta’ sistema tas-tisħin fir-rigward tas-sikurezza operazzjonali

    7.   Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura jew ta’ komponent

    8.   Konformità tal-produzzjoni

    9.   Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

    10.   Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

    11.   Ismijiet u indirizzi tas-servizzi tekniċi li jwettqu t-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

    ANNESSI

    Anness 1 -   Dokumenti ta’ informazzjoni u formoli ta’ komunikazzjoni

    Anness 2 -   Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

    Anness 3 -   Rekwiżiti għas-sistemi tat-tisħin li jaħdmu bis-sħana rkuprata - Arja

    Anness 4 -   Proċedura tat-test għall-kwalità tal-arja

    Anness 5 -   Proċedura tat-test għat-temperatura

    Anness 6 -   Proċedura tat-test għall-emissjoni tal-egżost mill-heaters tal-kombustjoni

    Anness 7 -   Rekwiżiti addizzjonali għall-heaters tal-kombustjoni

    Anness 8 -   Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-heaters tal-kombustjoni bl-LPG u sistemi tat-tisħin bl-LPG

    Anness 9 -   Dispożizzjonijiet addizzjonali applikabbli għal ċerti vetturi kif speċifikat fl-ADR

    1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

    1.1.

    Dan ir-regolament japplika għall-vetturi kollha fil-kategoriji M, N u O (1) mgħammra b’sistema tat-tisħin.

    L-approvazzjonijiet tat-tip jingħataw skont:

    1.2.

    Parti I – Approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin tagħha.

    1.3.

    Parti II – Approvazzjoni ta’ sistema tat-tisħin fir-rigward tas-sikurezza operazzjonali tagħha

    2.   DEFINIZZJONIJIET: ĠENERALI

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

    2.1.

    Vettur a” tfisser vettura tal-kategorija M, N u O1 mgħammra b’sistema tat-tisħin.

    2.2.

    Manifattu r” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni, għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip u għall-iżgurar tal-konformità tal-produzzjoni. Mhuwiex essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu involuti b’mod dirett fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura jew tal-komponent li hija/huwa s-suġġett tal-proċess ta’ approvazzjoni.

    2.3.

    Ġewwien i” tfisser il-partijiet ta’ ġewwa tal-vettura li jintużaw għall-akkomodazzjoni tal-okkupanti tal-vettura u/jew għat-tagħbija.

    2.4.

    Sistema tat-tisħin għall-kompartiment tal-passiġġier i” tfisser kwalunkwe tip ta’ apparat iddiżinjat biex iżid it-temperatura tal-kompartiment tal-passiġġieri.

    2.5.

    Sistema tat-tisħin għaż-żona tat-tagħbij a” tfisser kwalunkwe tip ta’ apparat iddiżinjat biex iżid it-temperatura taż-żona tat-tagħbija.

    2.6.

    Żona tat-tagħbij a” tfisser il-parti ta’ ġewwa tal-vettura użata biex takkomoda t-tagħbija, esklużi l-passiġġieri.

    2.7.

    Kompartiment tal-passiġġier i” tfisser il-parti ta’ ġewwa tal-vettura użata biex takkomoda lis-sewwieq u lill-passiġġieri.

    2.8.

    Fjuwil gassu ż” tinkludi fjuwils li f’temperatura normali (288,2 K u 101,33 kPa) jinsabu f’forma ta’ gass, bħal ma hu l-gass likwifikat miż-żejt (LPG) u l-gass naturali kkompressat (CNG).

    2.9.

    Tisħin żejje d” tfisser il-kondizzjoni li teżisti meta l-bokka tad-dħul għall-arja tat-tisħin lejn il-heater tal-kombustjoni tkun totalment imblukkata.

    3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

    3.1.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin tagħha

    3.1.1.

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin tagħha għandha tkun ippreżentata mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat b’mod xieraq.

    3.1.2.

    Għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u mid-dettalji li ġejjin:

    3.1.2.1.

    deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-istruttura, id-dimensjonijiet, il-konfigurazzjoni u l-materjali kostitwenti tagħha;

    3.1.2.2.

    tpinġijiet tas-sistema tat-tisħin u l-arranġament ġenerali tagħha

    3.1.3.

    Mudell tad-dokument ta’ informazzjoni jinsab fl-Anness 1, il-Parti 1, l-Appendiċi 1.

    3.1.4.

    Vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura għall-approvazzjoni trid tiġi ppreżentata lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip.

    3.1.5.

    Jekk il-vettura li titressaq għall-approvazzjoni tkun mgħammra b’heater b’approvazzjoni tat-tip tal-KEE, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-ispeċifikazzjonijiet tat-tip tal-manifattur ta’ din it-tip ta’ heater għandhom jintbagħtu flimkien mal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura.

    3.1.6.

    Jekk il-vettura li titressaq għall-approvazzjoni tkun mgħammra b’heater li ma għandux l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, għandu jintbagħat lis-servizz tekniku kampjun rappreżentattiv wieħed tat-tip li jitressaq għall-approvazzjoni.

    3.2.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ heater

    3.2.1.

    L-applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ tip ta’ heater bħala komponent għandha titressaq mill-manifattur tas-sistema tat-tisħin.

    3.2.2.

    Għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u mid-dettalji li ġejjin:

    3.2.2.1.

    deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ sistema tat-tisħin fir-rigward tal-istruttura, tad-dimensjonijiet, tal-konfigurazzjoni u tal-materjali kostitwenti tagħha;

    3.2.2.2.

    tpinġijiet tas-sistema tat-tisħin u l-arranġament ġenerali tagħha

    3.2.3.

    Mudell tad-dokument ta’ informazzjoni jinsab fl-Anness 1, il-Parti 1, l-Appendiċi 2.

    3.2.4.

    Kampjun rappreżentattiv wieħed tat-tip għall-approvazzjoni għandu jitressaq lis-servizz tekniku.

    3.2.5.

    Il-kampjun għandu jiġi mmarkat b’mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem jew il-marka tal-applikant u l-ispeċifikazzjoni tat-tip.

    4.   APPROVAZZJONI

    4.1.

    Jekk it-tip ippreżentat għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-parti(jiet) rilevanti ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni ta’ dak it-tip għandha tingħata.

    4.2.

    Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (attwalment 00, li jikkorrispondu għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li tinkorpora l-emendi tekniċi ewlenin l-iktar riċenti magħmula fir-Regolament fil-ħin tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura jew sistema tat-tisħin kif definiti f’dan ir-Regolament.

    4.3.

    Avviż dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni tal-approvazzjoni ta’ tip skont dan ir-Regolament għandu jintbagħat lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola minn dawk li jikkonformaw mal-mudell fl-Anness 1, il-Parti 2, skont il-każ, ta’ dan ir-Regolament.

    4.4.

    Fuq kull vettura li tikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament u għal kull komponent manifatturat separatament li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament, għandu jitwaħħal, b’mod li jispikka u f’post li huwa aċċessibbli malajr u speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru ta’ distinzjoni tal-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni tat-tip (2).

    4.5.

    Fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent, in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni skont il-paragrafu 4.2.

    4.6.

    Jekk it-tip ikun konformi ma’ approvazzjoni tat-tip skont Regolament wieħed jew aktar anness mal-Ftehim fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.2. ma hemmx għalfejn jiġi ripetut; f’dak il-każ, ir-Regolament(i) li skontu/hom tkun ħarġet l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jitqiegħed f’kolonni weqfin fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.2.

    4.7.

    Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

    4.8.

    Fil-każ ta’ vettura, il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.

    4.9.

    L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni.

    5.   PARTI I: APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TAS-SISTEMA TAT-TISĦIN TAGĦHA

    5.1.   Definizzjoni

    Għall-finijiet tal-Parti I ta’ dan ir-Regolament,

    5.1.1.

    Tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħi n” tfisser vetturi li ma jkunux differenti fl-aspetti essenzjali bħalma hu l-prinċipju/i tas-sistema tat-tisħin.

    5.2.   Speċifikazzjonijiet

    5.2.1.

    Il-kompartiment tal-passiġġieri ta’ kull vettura għandu jkun mgħammar b’ sistema tat-tisħin. Jekk fiż-żona tat-tagħbija ta’ vettura jkun hemm sistema tat-tisħin, din għandha tkun konformi ma’ dan ir-Regolament.

    5.2.2.

    Is-sistema tat-tisħin tal-vettura li titressaq għall-approvazzjoni għandha tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament.

    5.3.   Rekwiżiti għall-Istallazzjoni tal-Heaters tal-Kombustjoni, Heaters tal-Elettriku u Sistemi tat-Tisħin b’Pompa tas-Sħana fil-Vetturi

    5.3.1.   Kamp ta’ Applikazzjoni

    5.3.1.1.

    Suġġett għall-paragrafu 5.3.1.2, il-heaters għandhom jiġu installati skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.

    5.3.1.2.

    Vetturi tal-kategorija O b’heater tal-fjuwil likwidu jitqiesu li huma konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.

    5.3.2.   Il-pożizzjonar tal-heater

    5.3.2.1.

    Sezzjonijiet tal-body u tal-komponenti l-oħrajn viċin il-heater għandhom jiġu protetti minn sħana żejda u mill-possibilità ta’ kontaminazzjoni bil-fjuwil jew biż-żejt.

    5.3.2.2.

    Il-heater ma għandux jikkostitwixxi riskju ta’ nar, anki f’każ ta’ tisħin żejjed. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala ssodisfat jekk l-istallazzjoni taċċerta distanza adegwata għall-partijiet kollha kif ukoll ventilazzjoni xierqa, bl-użu ta’ materjali reżistenti għan-nar u bl-użu ta’ lqugħ kontra s-sħana.

    5.3.2.3.

    Fil-każ ta’ vetturi M2 u M3, il-heater tal-kombustjoni ma jistax ikun fil-kompartiment tal-passiġġieri. Madankollu, tista’ tintuża installazzjoni f’kompartiment issiġillat b’mod effettiv, konformi wkoll mal-kundizzjonijiet fil-paragrafu 5.3.2.2.

    5.3.2.4.

    It-tikketta msemmija fl-Anness 7, il-paragrafu 4, jew kopja tagħha, trid tkun ippożizzjonata b’mod li tkun tista’ tinqara faċilment meta l-heater ikun installat fil-vettura.

    5.3.2.5.

    L-ippożizzjonar tal-heater għandu jsir b’kull prekawzjoni neċessarja biex jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ xi inċident jew ħsara lill-proprjetà personali.

    5.3.3.   Il-provvista tal-fjuwil tal-Heaters tal-Kombustjoni

    5.3.3.1.

    Il-kontenitur tal-fjuwil ma għandux ikun fil-kompartiment tal-passiġġieri u għandu jkun mgħammar b’għatu effettiv biex jipprevjeni t-tixrid tal-fjuwil.

    5.3.3.2.

    Fil-każ ta’ heaters bil-fjuwil likwidu, jekk tkun preżenti provvista separata minn dik tal-vettura, għandu jkun indikat b’mod ċar it-tip ta’ fjuwil u l-punt minn fejn ikun ittieħed.

    5.3.3.3.

    Mal-punt fejn jingħata l-fjuwil għandu jitwaħħal avviż li jindika li l-heater għandu jintefa qabel ma jerġa’ jingħata l-fjuwil. Barra minn hekk, fil-ktejjeb tat-tħaddim maħruġ mill-manifattur għandha tkun inkluża struzzjoni xierqa.

    5.3.4.   Is-sistema tal-egżost tal-Heaters tal-Kombustjoni

    5.3.4.1.

    L-iżbokk tal-egżost għandu jkun ippożizzjonat b’tali mod li l-emissjonijiet ma jitħallewx jidħlu fil-vettura mill-ventilaturi, mill-bokki tal-arja msaħħna jew mit-twieqi li jinfetħu.

    5.3.5.   Bokka tad-dħul għall-arja tal-kombustjoni tal-Heaters tal-Kombustjoni

    5.3.5.1.

    L-arja għall-kompartiment tal-kombustjoni tal-heater ma għandhiex tinġibed mill-kompartiment tal-passiġġieri tal-vettura.

    5.3.5.2.

    Il-bokka tad-dħul tal-arja għandha tkun pożizzjonata jew protetta b’tali mod li ma jkunx possibbli li tiġi mblukkata bl-iskart jew bil-bagalji.

    5.3.6.   Bokka tad-dħul tal-arja tat-tisħin

    5.3.6.1.

    Il-provvista tal-arja tat-tisħin tista’ tkun arja friska jew iċċirkolata mill-ġdid u trid tinġibed minn post nadif fejn ma teżistix il-probabbiltà li tkun ikkontaminata mid-dħaħen tal-egżost mill-magna tal-propulsjoni, mill-heater tal-kombustjoni jew minn xi sors ieħor tal-vettura.

    5.3.6.2.

    Il-kanal mnejn tidħol l-arja għandu jkun protett b’xibka jew b’mezz xieraq ieħor.

    5.3.7.   Żbokk tal-ħruġ tal-arja tat-tisħin

    5.3.7.1.

    Il-kanali użati biex titwassal l-arja sħuna fil-vettura għandhom ikunu pożizzjonati jew protetti b’mod li ma jkun hemm ebda riskju ta’ inċident jew ħsara kemm-il darba dawn jintmessu.

    5.3.7.2.

    L-iżbokk għall-ħruġ tal-arja għandu jkun pożizzjonat jew protett b’tali mod li ma jkunx possibbli li jiġi mblukkat bl-iskart jew bil-bagalji.

    5.3.8.   Kontroll awtomatiku tas-sistema tat-tisħin bil-kombustjoni

    5.3.8.1.

    Is-sistema tat-tisħin trid tkun waħda li tintefa awtomatikament u l-provvista tal-fjuwil trid titwaqqaf fi żmien ħames sekondi minn meta tieqaf taħdem il-magna tal-vettura. Jekk ikun diġà attivat apparat manwali, is-sistema tat-tisħin tista’ tibqa’ taħdem.

    6.   PARTI II: APPROVAZZJONI TA’ SISTEMA TAT-TISĦIN FIR-RIGWARD TAS-SIKUREZZA OPERAZZJONALI TAGĦHA

    6.1.   Definizzjonijiet

    Għall-finijiet tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament,

    6.1.1.

    Sistema tat-tisħi n” tfisser kwalunkwe tip ta’ apparat li huwa ddisinjat biex iżid it-temperatura ta’ ġewwa l-vettura, inkluża kwalunkwe żona tat-tagħbija.

    6.1.2.

    Heater tal-kombustjon i” tfisser apparat li juża direttament fjuwil likwidu jew fil-forma ta’ gass u li ma jużax is-sħana rkuprata mill-magna li tintuża għall-propulsjoni tal-vettura.

    6.1.3.

    Tip ta’ sistemi tat-tisħi n” tfisser apparati li ma jkunux differenti fl-aspetti essenzjali bħal ma huma:

    il-provvista tal-enerġija (eż. fjuwil likwidu jew elettriku),

    il-mezz tat-trasferiment (eż. l-arja jew l-ilma),

    il-post fil-vettura (eż. il-kompartiment tal-passiġġieri jew iż-żona tat-tagħbija).

    6.1.4.

    Sistema tat-tisħin bl-użu tas-sħana rkuprat a” tfisser kwalunkwe tip ta’ apparat li juża s-sħana rkuprata mill-magna tal-propulsjoni tal-vettura biex iżid it-temperatura ġewwa l-vettura, u tista’ jinkludi l-ilma, ż-żejt jew l-arja bħala mezz tat-trasferiment.

    6.1.5.

    Heater tal-elettrik u” tfisser apparat li juża l-enerġija elettrika minn sors abbord jew estern sabiex iżid it-temperatura ta’ ġewwa tal-vettura. Apparati elettriċi li jiġu installati flimkien mas-sistema tat-tisħin prinċipali u li l-funzjoni ewlenija tagħhom ma tkunx li jissaħħan il-ġewwieni tal-vettura ma jitqisux bħala heaters tal-elettriku skont dan ir-Regolament. Pereżempju, l-apparati elettriċi installati f’komponenti għall-iskop uniku li jsaħħnu dak il-komponent ma jitqisux bħala heaters tal-elettriku skont dan ir-Regolament.

    6.1.6.

    Sistema tat-tisħin b’pompa tas-sħan a” tfisser kwalunkwe tip ta’ apparat tat-tisħin termodinamiku li juża l-enerġija rinnovabbli biex jiġbed il-kaloriji minn ambjent wieħed (arja jew ilma) u jittrasferihom lejn ambjent ieħor bil-għan li jżid it-temperatura ġewwa l-vettura. Sistemi tat-tisħin b’pompa tas-sħana li jiġu installati flimkien mas-sistema tat-tisħin prinċipali u li l-funzjoni ewlenija tagħhom ma tkunx li jsaħħnu l-ġewwieni tal-vettura ma jitqisux bħala sistemi tat-tisħin b’pompa tas-sħana skont dan ir-Regolament.

    6.2.   Speċifikazzjonijiet: Ġenerali

    Ir-rekwiżiti għal sistemi tat-tisħin huma li:

    l-arja msaħħna li tidħol fil-kompartiment tal-passiġġieri ma tkunx aktar imniġġsa mill-arja fil-bokka tad-dħul fil-vettura,

    is-sewwieq u l-passiġġieri, matul l-użu fit-triq, ma jkunux jistgħu jiġu f’kuntatt ma’ partijiet tal-vettura jew mal-arja msaħħna li tista’ tikkawża xi ħruq,

    l-emissjonijiet tal-egżost minn heaters tal-kombustjoni jkunu fil-limiti aċċettabbli.

    Il-proċeduri tat-test għall-verifika ta’ kull wieħed minn dawn ir-rekwiżiti huma stabbiliti fl-Annessi 4, 5 u 6.

    6.2.1.

    It-tabella li ġejja tindika liema annessi japplikaw għal kull tip ta’ sistema tat-tisħin f’kull kategorija ta’ vettura:

    Sistema tat-tisħin

    Kategorija ta’ vettura

    Anness 4

    Kwalità tal-arja

    Anness 5

    Temperatura

    Anness 6

    Egżost

    Anness 8

    Sikurezza tal-LPG

    Sħana rkuprata mill-magna - ilma

    M

     

     

     

     

    N

     

     

     

     

    O

     

     

     

     

    Sħana rkuprata mill-magna - arja

    Ara n-Nota 1

    M

    Iva

    Iva

     

     

    N

    Iva

    Iva

     

     

    O

     

     

     

     

    Sħana rkuprata mill-magna - żejt

    M

    Iva

    Iva

     

     

    N

    Iva

    Iva

     

     

    O

     

     

     

     

    Heater bil-fjuwil gassuż

    Ara n-Nota 2

    M

    Iva

    Iva

    Iva

    Iva

    N

    Iva

    Iva

    Iva

    Iva

    O

    Iva

    Iva

    Iva

    Iva

    Heater bil-fjuwil likwidu

    Ara n-Nota 2

    M

    Iva

    Iva

    Iva

     

    N

    Iva

    Iva

    Iva

     

    O

    Iva

    Iva

    Iva

     

    Heater tal-elettriku

    Ara n-Nota 2

    M

     

    Iva

     

     

    N

     

    Iva

     

     

    O

     

    Iva

     

     

    Pompa tas-sħana

    M

    Iva

    Iva

     

     

     

    N

    Iva

    Iva

     

     

     

    O

    Iva

    Iva

     

     

    Nota 1: Sistemi tat-tisħin li huma konformi mar-rekwiżiti tal-Anness 3 huma eżentati minn dawn ir-rekwiżiti tat-test.

    Nota 2: Heaters li jinsabu barra l-kompartiment tal-passiġġieri, u li jużaw l-ilma bħala l-mezz tat-trasferiment, jitqiesu li huma konformi mal-Annessi 4 u 5.

    6.3.   Speċifikazzjonijiet: Heaters tal-kombustjoni

    Rekwiżiti addizzjonali għall-heaters tal-kombustjoni huma stipulati fl-Anness 7.

    7.   MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ VETTURA JEW TA’ KOMPONENT

    7.1.

    Kull modifika tat-tip approvat għandha tkun innotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. L-Awtorità mbagħad tista’ jew:

    7.1.1.

    tqis li l-modifiki magħmula x’aktarx ma jkollhomx effett negattiv sinifikanti u li, fi kwalunkwe każ, il-vettura jew il-komponent xorta jikkonformaw mar-rekwiżiti; inkella

    7.1.2.

    teħtieġ rapport ieħor tat-test mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

    7.2.

    Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, bi speċifikazzjoni tal-modifiki, għandha tkun ikkomunikata lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3.

    7.3.

    L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal estensjoni bħal din u tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1, il-Parti 2, l-Appendiċi 1 jew 2, skont il-każ, ta’ dan ir-Regolament.

    8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), skont dawn ir-rekwiżiti:

    8.1.

    Il-vetturi jew komponenti approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu manifatturati b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5. u 6. hawn fuq.

    8.2.

    L-Awtorità Kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikabbli għal kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn.

    9.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    9.1.

    L-approvazzjoni maħruġa fir-rigward ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata kemm-il darba ma jitħarsux ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 ta’ hawn fuq.

    9.2.

    Jekk Parti Kontraenti tal-Ftehim li qed tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tkun tat qabel, din għandha tavża b’dan minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1, il-Parti 2, l-Appendiċi 1 jew 2 ta’ dan ir-Regolament.

    10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

    Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għal kollox jimmanifattura tip ta’ vettura jew komponent approvati skont dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1, il-Parti 2, l-Appendiċi 1 jew 2 ta’ dan ir-Regolament.

    11.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI LI JWETTQU T-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

    Il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li taw l-approvazzjoni, u għand min għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħrajn.


    (1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2. –

    http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

    (2)  In-numri distintivi tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 jinsabu fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 6, Anness 3 -

    http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html


    ANNESS 1

    PARTI 1

    APPENDIĊI 1

    MUDELL TAD-DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI

    (għal tip ta’ vettura skont il-paragrafu 4.3 tar-Regolament li jorbot mal-Approvazzjoni tat-Tip tal-KEE ta’ sistema tat-tisħin u ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin tagħha)

    Jekk is-sistema tat-tisħin jew il-partijiet komponenti tagħha jkollhom kontrolli elettroniċi trid tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

    0.   ĠENERALI

    0.1.

    Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

    0.2.

    It-tip u d-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

    0.3.

    Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura: …

    0.4.

    Fejn tinsab dik il-marka: …

    0.5.

    Kategorija tal-vettura (1): …

    0.6.

    Isem u indirizz tal-manifattur: …

    0.7.

    Indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …

    1.   KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA

    1.1.

    Ritratti u/jew tpinġijiet ta’ vettura rappreżentattiva:

    2.   GRUPP MOTOPROPULSUR

    2.1.

    Il-kodiċi tal-magna tal-manifattur: …

    (hekk kif immarkat fuq il-magna, jew mezz ieħor ta’ identifikazzjoni)

    2.2.

    Il-prinċipju tat-tħaddim: tqabbid bi spark/tqabbid bil-kompressjoni, four stroke/two stroke (2)

    2.3.

    Għadd u tqassim taċ-ċilindri …

    2.4.

    Potenza netta massima: … kW f’ … min-1

    (valur iddikjarat mill-manifattur)

    2.5.

    Sistema ta’ tkessiħ (likwidu/arja) (2)

    2.6.

    Is-setting nominali tal-mekkaniżmu ta’ kontroll tat-temperatura tal-magna: …

    2.7.

    Turbo/Kompressur: Iva/Le (2)

    2.7.1.

    Tip(i) …

    2.7.2.

    Deskrizzjoni tas-sistema (eż. pressjoni massima taċ-ċarġ: … kPa, wastegate, jekk applikabbli)

    3.   IL-BODY

    3.1.

    Deskrizzjoni qasira tat-tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin jekk is-sistema tat-tisħin tuża s-sħana tal-fluwidu tat-tkessiħ tal-magna …

    3.2.

    Deskrizzjoni qasira tat-tip ta’ vettura fir-rigward tat-tisħin jekk l-arja tat-tkessiħ jew il-gassijiet tal-egżost tal-magna jintużaw bħala sors tas-sħana, inkluż: …

    3.2.1.

    Tpinġija skematika tas-sistema tat-tisħin li turi l-pożizzjoni tagħha fil-vettura: …

    3.2.2.

    Tpinġija skematika tal-iskambjatur tas-sħana għas-sistemi tat-tisħin li jużaw il-gassijiet tal-egżost għas-sħana, jew tal-partijiet fejn l-iskambju tas-sħana jseħħ (għas-sistemi tas-sħana li jużaw l-arja tat-tkessiħ tal-magna għas-sħana): …

    3.2.3.

    Tpinġija sezzjonali tal-iskambjatur tas-sħana jew tal-partijiet, rispettivament, fejn iseħħ l-iskambju tas-sħana, b’indikazzjoni tal-ħxuna tal-ħitan, il-materjali użati u l-karatteristiċi tal-wiċċ: …

    3.2.4.

    Għandhom jingħataw speċifikazzjonijiet għal komponenti importanti ulterjuri tas-sistema tat-tisħin bħal, pereżempju, il-fann tal-heater, fir-rigward tal-metodu ta’ kostruzzjoni tagħhom u data teknika: …

    3.3.

    Deskrizzjoni fil-qosor tat-tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin bil-kombustjoni u tal-kontroll awtomatiku: …

    3.3.1.

    tpinġija skematika tal-heater tal-kombustjoni, tas-sistema tad-dħul tal-arja, is-sistema tal-egżost, it-tank tal-fjuwil, is-sistema ta’ provvista tal-fjuwil (inklużi l-valvoli) u l-konnessjonijiet elettriċi b’mod li tidher il-pożizzjoni tagħhom fil-vettura.

    3.4.

    Konsum elettriku massimu: … kW

    APPENDIĊI 2

    MUDELL TAD-DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI

    (għal tip ta’ sistema tat-tisħin skont il-paragrafu 4.3 tar-Regolament li jorbot mal-Approvazzjoni tat-Tip tal-KEE ta’ sistema tat-tisħin fir-rigward tas-sikurezza operazzjonali tagħha)

    Jekk is-sistema tat-tisħin jew il-partijiet komponenti tagħha għandhom kontrolli elettroniċi għandha tingħata l-informazzjoni li tikkonċerna l-prestazzjoni tagħhom.

    1.   ĠENERALI

    1.1.

    Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

    1.2.

    It-tip u d-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

    1.3.

    Isem u indirizz tal-manifattur: …

    1.4.

    Fil-każ ta’ komponenti, il-post u l-metodu ta’ twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni tal-KEE: …

    1.5.

    Indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …

    2.   HEATER TAL-KOMBUSTJONI (JEKK RILEVANTI)

    2.1.

    Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

    2.2.

    It-tip u d-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

    2.3.

    Mezzi ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq is-sistema tat-tisħin: …

    2.4.

    Fejn tinsab dik il-marka: …

    2.5.

    Isem u indirizz tal-manifattur: …

    2.6.

    Indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …

    2.7.

    Il-pressjoni tat-test (fil-każ ta’ heater tal-kombustjoni li jaħdem bi fjuwil fil-forma ta’ gass likwifikat miż-żejt jew simili, il-pressjoni applikata fil-konnettur tal-bokka tal-gass tal-heater): …

    2.8.

    Deskrizzjoni dettaljata, disinji ta’ kif inhi mqassma u deskrizzjoni tal-immuntar tal-heater tal-kombustjoni u l-komponenti tagħha kollha: …

    PARTI 2

    APPENDIĊI 1

    KOMUNIKAZZJONI

    (format massimu: A4 (210 × 297 mm))

    Image 1

     (3)

    Maħruġa minn:

    Isem tal-amministrazzjoni:


    dwar: (4)

    Approvazzjoni mogħtija

     

    Approvazzjoni estiża

     

    Approvazzjoni rrifjutata

     

    Approvazzjoni rtirata

     

    Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

    mwaqqfa għal kollox skont ir-Regolament Nru 122

    Nru tal-Approvazzjoni …

    Nru tal-Estensjoni …

    Raġuni għall-estensjoni: …

    TAQSIMA I

    ĠENERALI

    1.1.

    Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

    1.2.

    Tip: …

    1.3.

    Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/il-komponent/l-unità teknika separata (4) (5): …

    1.3.1.

    Fejn tinsab dik il-marka: …

    1.4.

    Kategorija tal-vettura (6): …

    1.5.

    Isem u indirizz tal-manifattur: …

    1.6.

    Post tal-marka tal-approvazzjoni KEE: …

    1.7.

    Indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …

    TAQSIMA II

    1.

    Informazzjoni addizzjonali (fejn japplika)

    2.

    Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:

    3.

    Data tar-rapport tat-test: …

    4.

    Numru tar-rapport tat-test: …

    5.

    Rimarki (jekk ikun hemm): …

    6.

    Post: …

    7.

    Data: …

    8.

    Firma: …

    9.

    L-indiċi għall-pakkett ta’ informazzjoni ppreżentat lill-awtorità tal-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.

    10.

    Il-vettura hija approvata skont ir-rekwiżiti tal-Anness 9 (ADR): Iva/Le (4).

    APPENDIĊI 2

    KOMUNIKAZZJONI

    (Format massimu: A4 (210 mm × 297 mm))

    Image 2

     (7)

    Maħruġa minn:

    Isem tal-amministrazzjoni:


    dwar: (8)

    Approvazzjoni mogħtija

     

    Approvazzjoni estiża

     

    Approvazzjoni miċħuda

     

    Approvazzjoni rtirata

     

    Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

    mwaqqfa għalkollox skont ir-Regolament Nru 122

    Nru tal-Approvazzjoni …

    Nru tal-Estensjoni …

    Raġuni għall-estensjoni: …

    TAQSIMA I

    ĠENERALI

    1.1.

    Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

    1.2.

    Tip: …

    1.3.

    L-identifikazzjoni tat-tip, jekk din hija mmarkata fuq l-apparat (9): …

    1.3.1.

    Fejn tinsab dik il-marka: …

    1.4.

    Isem u indirizz tal-manifattur: …

    1.5.

    Post tal-marka tal-approvazzjoni KEE: …

    1.6.

    Indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …

    TAQSIMA II

    1.

    Informazzjoni addizzjonali (fejn japplika)

    2.

    Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: …

    3.

    Data tar-rapport tat-test: …

    4.

    Numru tar-rapport tat-test: …

    5.

    Rimarki (jekk ikun hemm): …

    6.

    Post: …

    7.

    Data: …

    8.

    Firma: …

    9.

    L-indiċi għall-pakkett ta’ informazzjoni ppreżentat lill-awtorità tal-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.

    (1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2

    (2)  Aqta’ barra dak li ma japplikax.

    (3)  In-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta/estenda/rrifjuta/rtira l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjoni tal-approvazzjoni fir-Regolament).

    (4)  Aqta’ barra dak li ma japplikax.

    (5)  Jekk l-identifikazzjoni tat-tip ikun fiha karattri li mhumiex rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi tal-vettura, tal-komponenti jew tal-unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri jridu jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

    (6)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2.

    (7)  In-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta/estenda/rrifjuta/rtira l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjoni tal-approvazzjoni fir-Regolament).

    (8)  Aqta’ barra dak li ma japplikax.

    (9)  Jekk l-identifikazzjoni tat-tip ikun fiha karattri li mhumiex rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi tal-vettura, tal-komponenti jew tal-unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri jridu jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).


    ANNESS 2

    ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

    MUDELL A

    (Ara l-paragrafu 4.5 ta’ dan ir-Regolament)

    Image 3

    a = 8 mm, minimu

    Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ sistema tat-tisħin turi li t-tip ta’ komponent, fir-rigward tal-karatteristiċi ta’ kostruzzjoni tiegħu, ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament Nru 122 taħt in-numru ta’ approvazzjoni 002439. In-numru ta’ approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 122 fil-forma oriġinali tiegħu.

    MUDELL B

    (Ara l-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament)

    Image 4

    a = 8 mm, minimu

    Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernata, fir-rigward tas-sistema(i) tat-tisħin tagħha, ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament Nru 122. In-numri 00 jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 122 fil-forma oriġinali tiegħu.

    MUDELL D

    (Ara l-paragrafu 4.6 ta’ dan ir-Regolament)

    Image 5

    a = 8 mm, minimu

    Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernata ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolamenti Nru 122 u Nru 33 (*1). In-numri 00 jindikaw li, fid-dati ta’ meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, iż-żewġ Regolamenti kienu fil-forma oriġinali tagħhom.


    (*1)  Dan in-numru qed jingħata sempliċiment bħala eżempju.


    ANNESS 3

    REKWIŻITI GĦAS-SISTEMI TAT-TISĦIN LI JAĦDMU BIS-SĦANA MITLUFA - ARJA

    1.   

    Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6.2 ta’ dan ir-Regolament jitqiesu ssodisfati fir-rigward ta’ sistemi tat-tisħin li jinkludu skambjatur tas-sħana li minn fuq iċ-ċirkwit ewlieni tiegħu jgħaddu gassijiet tal-egżost jew arja mniġġsa, u dan kemm-il darba jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    2.   

    il-ħitan taċ-ċirkwit ewlieni tal-iskambjatur tas-sħana ma jistgħu jippermettu tnixxija fl-ebda pressjoni minn 2 bar (inkluża) jew inqas;

    3.   

    il-ħitan taċ-ċirkwit ewlieni tal-iskambjatur tas-sħana ma għandux jinkludi komponenti li jinqalgħu minn posthom;

    4.   

    il-ħitan tal-iskambjatur tas-sħana fejn isir l-iskambju tas-sħana jridu jkunu ħoxnin mill-inqas 2 mm jekk magħmula minn azzar mhux illigat;

    4.1.   

    fil-każijiet meta jintużaw materjali oħrajn (inklużi materjali komposti jew miksija), il-ħxuna tal-ħajt għandha tkun tali li taċċerta li l-iskambjatur tas-sħana jkollu l-istess tul ħajja operattiva bħal fil-każ imsemmi fil-paragrafu 4;

    4.2.   

    jekk il-ħitan tal-iskambjatur tas-sħana fejn isir l-iskambju tas-sħana jkunu żmaltati, il-ħajt fejn ikun ġie applikat l-iżmalt għandu jkollu ħxuna ta’ mhux inqas minn 1 mm u dan l-iżmalt għandu jkun durabbli, ma jippermettix tnixxijiet u ma jkunx poruż.

    5.   

    it-tubu li jgħaddu minnu l-gassijiet tal-egżost għandu jinkludi żona tat-test għall-korrużjoni twila mill-inqas 30 mm, u din iż-żona tkun eżattament fin-naħa t’isfel tal-iskambjatur tas-sħana, ma tkunx mgħottija u tkun aċċessibbli malajr;

    5.1.   

    il-ħitan ta’ din iż-żona tat-test tal-korrużjoni ma jistgħux ikunu eħxen mill-pajpijiet għall-gassijiet tal-egżost fl-iskambjatur tas-sħana u l-materjali u l-proprjetajiet tas-superfiċe ta’ din is-sezzjoni għandhom ikunu komparabbli ma’ dawk ta’ dawn it-tubi;

    5.2.   

    jekk l-iskambjatur tas-sħana jifforma unità waħda mas-silencer tal-egżost tal-vettura, il-ħajt ta’ barra ta’ dan tal-aħħar għandu jitqies bħala ż-żona konformi mal-punt 5.1 fejn tista’ sseħħ il-korrużjoni.

    6.   

    Fil-każ ta’ sistemi tat-tisħin bis-sħana rkuprata li jużaw l-arja li tkessaħ il-magna għal finijiet ta’ tisħin, il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 6.2 ta’ dan ir-Regolament jitqiesu ssodisfati mingħajr l-użu ta’ skambjatur tas-sħana, u dan kemm-il darba jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    6.1.   

    l-arja li tkessaħ li tintuża biex issaħħan tiġi f’kuntatt biss mal-uċuħ tal-magna li ma jinkludux partijiet li jinqalgħu, u

    6.2.   

    il-konnessjonijiet bejn il-ħitan ta’ dan iċ-ċirkwit tal-arja li tkessaħ u s-superfiċi li jintużaw għat-trasferiment tas-sħana ma jkunux jippermettu l-ħruġ tal-gass u jkunu reżistenti għaż-żejt.

    Dawn il-kundizzjonijiet jitqiesu ssodisfati jekk, pereżempju:

    madwar kull spark plug ikun hemm ilqugħ li jiġbed kwalunkwe tnixxija ta’ gass ’il barra miċ-ċirkwit tal-arja tat-tisħin;

    il-gasket bejn is-cylinder head u l-manifold tal-egżost ikun jinsab ’il barra miċ-ċirkwit tal-arja tat-tisħin;

    ikun hemm protezzjoni doppja kontra t-tnixxijiet bejn is-cylinder head u ċ-ċilindru u kwalunkwe tnixxijiet mill-ewwel gasket jinġibdu ’l barra miċ-ċirkwit tal-arja tat-tisħin, jew il-protezzjoni mit-tnixxijiet bejn is-cylinder head u ċ-ċilindru xorta tibqa’ effettiva meta l-iskorfini tas-cylinder head jiġu ssikkati fil-kiesaħ b’terz tat-torque nominali preskritt mill-manifattur, jew

    iż-żona fejn is-cylinder head tingħaqad maċ-ċilindru tinsab ’il barra miċ-ċirkwit tal-arja tat-tisħin.


    ANNESS 4

    PROĊEDURA TAT-TEST GĦALL-KWALITÀ TAL-ARJA

    1.   

    Fil-każ tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, għandu jitwettaq it-test li ġej:

    1.1.   

    Ħaddem il-heater għal siegħa fuq l-output massimu f’kundizzjonijiet ta’ arja wieqfa (b’veloċità tar-riħ ≤ 2 m/s), bit-twieqi kollha magħluqin u, fil-każ ta’ heater tal-kombustjoni, bil-magna tal-propulsjoni mitfija. Jekk, madankollu, meta jkun intgħażel l-output massimu, il-heater jintefa awtomatikament fi żmien inqas minn siegħa, il-kejl jista’ jsir qabel ma jintefa.

    1.2.   

    Il-proporzjon ta’ CO fl-arja ambjentali għandu jitkejjel billi jittieħdu kampjuni minn:

    1.2.1.   

    punt barra l-vettura viċin kemm jista’ jkun għall-bokka tad-dħul tal-arja tat-tisħin, u

    1.2.2.   

    punt ġewwa l-vettura inqas minn 1 m mill-iżbokk tal-ħruġ tal-arja msaħħna.

    1.3.   

    Għandu jittieħed qari għal ħin rappreżentattiv ta’ 10 minuti.

    1.4.   

    Il-qari mill-pożizzjoni deskritta fil-paragrafu 1.2.2 għandu jkun inqas minn 20 ppm CO ogħla mill-pożizzjoni deskritta fil-paragrafu 1.2.1.

    2.   

    Fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ heaters bħala komponenti, it-test li ġej għandu jsir wara t-testijiet tal-Annessi 5, 6 u l-paragrafu 1.3 tal-Anness 7.

    2.1.   

    Iċ-ċirkwit primarju tal-iskambjatur tas-sħana għandu jkun suġġett għal test tat-tnixxija biex jiġi aċċertat li l-arja mniġġsa ma titħallatx mal-arja msaħħna maħsuba għall-kompartiment tal-passiġġieri.

    2.2.   

    Dan ir-rekwiżit għandu jitqies issodisfat jekk, fi pressjoni mkejla ta’ 0,5 hPa, ir-rata tat-tnixxija mill-iskambjatur tas-sħana tkun 30 dm3/h, jew inqas.


    ANNESS 5

    PROĊEDURA TAT-TEST GĦAT-TEMPERATURA

    1.   

    Ħaddem il-heater għal siegħa fuq output massimu f’kundizzjonijiet ta’ arja wieqfa (b’veloċità tar-riħ ≤ 2 m/s), bit-twieqi kollha magħluqin. Jekk, madankollu, meta jkun intgħażel l-output massimu, il-heater jintefa awtomatikament fi żmien inqas minn siegħa, jista’ jsir il-kejl aktar kmieni. Jekk l-arja msaħħna tinġibed minn barra l-vettura, it-test għandu jsir f’temperatura ambjentali ta’ mhux inqas minn 15 °C.

    2.   

    It-temperatura tal-wiċċ ta’ kull parti tas-sistema tat-tisħin li x’aktarx tiġi f’kuntatt mas-sewwieq tal-vettura waqt l-użu normali fit-triq għandha titkejjel b’termometru tal-kuntatt. L-ebda parti jew partijiet minn dawn ma għandhom jaqbżu t-temperatura ta’ 70 °C għall-metall mhux miksi jew dik ta’ 80 °C għal materjali oħrajn.

    2.1.   

    Fil-każ li parti jew partijiet tas-sistema tat-tisħin wara s-sit tas-sewwieq, u fil-każ ta’ tisħin żejjed, it-temperatura ma għandhiex taqbeż il-110 °C.

    2.2.   

    Fil-każ ta’ vetturi fil-kategoriji M1 u N, l-ebda parti mis-sistema li x’aktarx tiġi f’kuntatt ma’ passiġġieri bilqiegħda waqt l-użu normali tal-vettura fit-triq, bl-eċċezzjoni l-grilja tal-iżbokk tal-ħruġ, ma għandha taqbeż it-temperatura ta’ 110 °C.

    2.3.   

    Fil-każ ta’ vetturi fil-kategoriji M2 u M3, l-ebda parti mis-sistema li x’aktarx tiġi f’kuntatt ma’ passiġġieri bilqiegħda waqt l-użu normali tal-vettura fit-triq ma għandha taqbeż it-temperatura ta’ 70 °C għall-metall mhux miksi jew dik ta’ 80 °C għal materjali oħrajn.

    3.   

    Fil-każ li jkun hemm partijiet tas-sistema tat-tisħin esposti barra mill-kompartiment tal-passiġġieri, u fil-każ ta’ tisħin żejjed, it-temperatura ma għandhiex taqbeż il-110 °C.

    It-temperatura tal-arja msaħħna li tidħol fil-kompartiment tal-passiġġieri ma għandhiex taqbeż il-150 °C, imkejla fiċ-ċentru tal-iżbokk.


    ANNESS 6

    PROĊEDURA TAT-TEST GĦALL-EMISSJONI TAL-EGŻOST MILL-HEATERS TAL-KOMBUSTJONI

    1.   

    Ħaddem il-heater għal siegħa fuq output massimu f’kondizzjonijiet tal-arja wieqfa (veloċità tar-riħ ≤ 2 m/s), u temperatura ambjentali ta’ 20 ± 10 °C. Madankollu, jekk meta jintgħażel l-output massimu, il-heater jintefa awtomatikament fi żmien inqas minn siegħa, il-kejl jista’ jseħħ qabel ma jintefa.

    2.   

    L-emissjonijiet xotti u mhux dilwiti tal-egżost, imkejla bl-użu ta’ apparat xieraq, ma għandhomx jaqbżu l-valuri indikati fit-tabella li ġejja:

    Parametru

    Heaters li jużaw fjuwils gassużi

    Heaters li jużaw fjuwil likwidu

    CO

    0,1 % vol.

    0,1 % vol.

    NOx

    200 ppm

    200 ppm

    HC

    100 ppm

    100 ppm

    Unità ta’ referenza “Bacharach” (1)

    1

    4

    3.   

    It-test għandu jkun ripetut f’kundizzjonijiet ekwivalenti għal veloċità tal-vettura ta’ 100 km/h (jew il-veloċità massima tal-vettura f’każijiet fejn il-veloċità massima hija inqas minn 100 km/h). F’dawn il-kondizzjonijiet il-valur tal-CO m’għandux jeċċedi 0,2 % vol. Jekk it-test ikun twettaq fuq il-heater bħala komponent, m’għandux għalfejn jittenna fil-każ ta’ tip ta’ vettura li fih jkun ġie installat il-heater.


    (1)  Tintuża l-unità ta’ referenza “Bacharach” ASTM D 2156.


    ANNESS 7

    REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-HEATERS TAL-KOMBUSTJONI

    1.   

    L-istruzzjonijiet dwar l-operat u l-manutenzjoni għandhom ikunu fornuti ma’ kull heater u, fil-każ ta’ heaters maħsuba għall-after-market, għandhom jiġu pprovduti wkoll struzzjonijiet għall-istallazzjoni.

    2.   

    Għandu jkun installat (jew bħala parti mill-heater tal-kombustjoni jew bħala parti mill-vettura) tagħmir tas-sikurezza biex jikkontrolla l-operat ta’ kull heater tal-kombustjoni f’emerġenza. Dan għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jekk ma tinkiseb l-ebda fjamma meta titqabbad il-magna, jew inkella l-fjamma tintefa waqt it-tħaddim, il-ħin tal-ignition u tal-bidu tal-provvista tal-fjuwil ma jaqbiżx l-erba’ minuti f’każ ta’ heaters li jaħdmu bil-fjuwil likwidu jew, fil-każ ta’ heaters li jaħdmu bil-fjuwil gassuż, ma jaqbiżx il-minuta jekk l-apparat li jissorvelja l-fjamma huwa termoelettriku, jew 10 sekondi jekk huwa awtomatiku.

    3.   

    Il-kompartiment ta’ kombustjoni u l-iskambjatur tas-sħana ta’ heaters li jużaw l-ilma bħala mezz tat-trasferiment għandhom ikunu kapaċi li jifilħu pressjoni darbtejn ogħla mill-pressjoni normali tat-tħaddim jew 2 bar (gauge), skont liema tkun l-ogħla. Il-pressjoni tat-test għandha tkun annotata fid-dokument ta’ informazzjoni.

    4.   

    Il-heater għandu jkollu tikketta tal-manifattur li turi l-isem tal-manifattur, in-numru tal-mudell u t-tip flimkien mal-produzzjoni nominali tiegħu f’kilowatts. It-tip tal-fjuwil għandu jidher ukoll u, meta rilevanti, il-vultaġġ tat-tħaddim u l-pressjoni tal-gass.

    5.   

    Tifi mdewwem tal-fannijiet tal-arja tal-kombustjoni.

    5.1.   

    Jekk ikun ġie installat fann tal-arja tal-kombustjoni, irid jiġi pprovdut tifi mdewwem fil-każ ta’ tisħin żejjed u f’każ ta’ interruzzjoni tal-provvista tal-fjuwil.

    5.2.   

    Miżuri oħrajn biex jipprevjenu d-danni minħabba d-deflagrazzjoni u l-korrużjoni mill-egżost jistgħu jiġu applikati jekk il-manifattur iforni provi għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni tal-effetti ekwivalenti tagħhom.

    6.   

    Rekwiżiti għall-provvista tal-elettriku

    6.1.   

    Ir-rekwiżiti tekniċi kollha affettwati mill-vultaġġ għandhom ikunu fl-iskala tal-vultaġġ ta’ ±16 % taċ-ċifra nominali. Madankollu, jekk tkun ipprovduta protezzjoni għall-vultaġġ baxx u/jew għall-vultaġġ għoli, ir-rekwiżiti għandhom jintlaħqu f’vultaġġ nominali u fil-viċinanza immedjata tal-punti tal-għeluq.

    7.   

    Dawl tat-twissija

    7.1.   

    Indikatur operatorju ottiku li jidher ċar fil-kamp viżiv tal-operatur għandu jinforma meta l-heater tal-kombustjoni jinxtegħel jew jintefa


    ANNESS 8

    REKWIŻITI TA’ SIKUREZZA GĦALL-HEATERS TAL-KOMBUSTJONI BL-LPG U SISTEMI TAT-TISĦIN BL-LPG

    1.   SISTEMI TAT-TISĦIN BL-LPG GĦALL-UŻU FIT-TRIQ FIL-VETTURI MOTORIZZATI U T-TREJLERS TAGĦHOM

    1.1.

    Jekk sistema tat-tisħin bl-LPG f’vettura motorizzata jew trejler tista’ tintuża wkoll meta l-vettura tkun qed timxi, il-heater tal-kombustjoni bl-LPG u s-sistema ta’ alimentazzjoni tiegħu għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

    1.1.1.

    Il-heater tal-kombustjoni bl-LPG għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-istandard armonizzat EN 624:2011 (Speċifikazzjonijiet għal apparati bl-LPG partikulari. Tagħmir ta’ tisħin b’ċirkwit magħluq li jaħdem bl-LPG għall-istallazzjoni fil-vetturi u d-dgħajjes).

    1.1.2.

    F’każijiet ta’ kontenitur tal-LPG installat b’mod permanenti, il-komponenti kollha tas-sistema li huma f’kuntatt mal-LPG fil-fażi likwida (il-komponenti kollha mill-unità tal-mili għal vaporizzatur/ir-regolatur tal-pressjoni) u l-istallazzjoni tal-fażi likwida assoċjata għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tekniċi tar-Regolament Nru 67, il-Partijiet I u II u mill-Annessi minn 3 sa 10, 13 u minn 15 sa 17. Madankollu, l-installazzjoni ta’ kontenitur tal-LPG f’vetturi tal-kategorija O għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi tal-istandard armonizzat EN 1949:2011.

    1.1.3.

    L-installazzjoni tal-fażi gassuża tas-sistema tat-tisħin tal-LPG f’vettura għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-istandard armonizzat EN 1949: 20111. (Speċifikazzjonijiet għall-installazzjoni ta’ sistemi bl-LPG għall-finijiet ta’ abitazzjoni f’vetturi b’akkomodazzjoni bi skop ta’ divertiment u f’vetturi oħra tat-triq).

    1.1.4.

    Is-sistema tal-provvista tal-LPG għandha tkun iddisinjata b’tali mod li l-LPG ikun fornut bil-pressjoni meħtieġa u fil-fażi korretta għall-heater tal-kombustjoni bl-LPG li jkun installat. Huwa awtorizzat li l-LPG jitneħħa mill-kontenitur tal-LPG installat b’mod permanenti, u dan kemm fil-fażi gassuża kif ukoll f’dik likwida. M’għandu jkun hemm l-ebda konnessjoni bejn l-istallazzjoni tal-gass bejn il-vettura motorizzata u t-trejler

    1.1.5.

    L-iżbokk tal-ħruġ tal-likwidu tal-kontenitur tal-LPG installat b’mod permanenti biex iforni l-LPG lill-heater għandu jkun mgħammar b’valv tas-servizz ikkontrollat mill-bogħod li jkollu valv għall-fluss eċċessiv kif mitlub mill-paragrafu 17.6.1.1 tar-Regolament Nru 67. Il-valv tas-servizz ikkontrollat mill-bogħod b’valv għall-fluss eċċessiv għandu jkun ikkontrollat b’mod li jingħalaq awtomatikament fi żmien ħames minuti minn meta tieqaf il-magna tal-vettura, irrispettivament mill-pożizzjoni tas-swiċċ tal-ignition. Jekk fi żmien dawn il-ħames sekondi jkun attivat is-swiċċ “on” tal-heater jew tas-sistema tal-forniment tal-LPG, is-sistema tat-tisħin tista’ tibqa’ għaddejja. It-tisħin dejjem jista’ jerġa’ jitqabbad. Dan il-paragrafu ma japplikax għat-trejlers. It-trejlers għandu jkollhom tikketta viċin il-punt tal-mili, li tiddikjara li l-heater irid jintefa waqt li jkun qiegħed jimtela l-kontenitur tal-LPG installat b’mod permanenti.

    1.1.6.

    Jekk l-LPG ikun fornut fil-fażi gassuża mill-kontenitur tal-LPG installat b’mod permanenti jew miċ-ċilindru/i portabbli tal-LPG separat, għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat li:

    1.1.6.1.

    L-ebda LPG likwidu ma jista’ jidħol fir-regolatur tal-pressjoni jew fil-heater tal-kombustjoni tal-LPG. Ikun jista’ jintuża separatur, u

    1.1.6.2.

    Ma jista’ jkun hemm l-ebda ħruġ mhux ikkontrollat kawża ta’ skonnettjar aċċidentali. Għandhom jiġu pprovduti mezzi li jwaqqfu l-fluss tal-LPG permezz tal-istallazzjoni ta’ apparat eżatt wara, f’ċilindru jew f’regolatur immuntat fuq il-kontenitur. Jekk ir-regolatur jintrama ’l bogħod miċ-ċilindru jew mill-kontenitur, għandu jiġi installat apparat eżatt quddiem it-tubu jew il-pajp miċ-ċilindru jew mill-kontenitur (protezzjoni mill-pressjoni għolja) u għandu jiġi installat apparat addizzjonali ġewwa jew wara r-regolatur, jekk meħtieġ, biex tiġi protetta l-parti tal-istallazzjoni bi pressjoni baxxa (protezzjoni tal-pressjoni baxxa).

    1.1.7.

    Jekk l-LPG jiġi pprovdut fil-fażi likwida, l-unità tal-vaporizzatur u tar-regolatur tal-pressjoni għandha tissaħħan kif suppost permezz ta’ sors ta’ sħana adegwat.

    1.1.8.

    Fil-vetturi motorizzati li jużaw l-LPG fis-sistemi tal-propulsjoni tagħhom, il-heater tal-kombustjoni bl-LPG jista’ jiġi mqabbad mal-istess kontenitur tal-LPG installat b’mod permanenti li jforni l-LPG lill-magna, u dan kemm-il darba jkunu ssodisfati r-rekwiżiti tas-sikurezza tas-sistema tal- propulsjoni. Jekk jintuża kontenitur tal-LPG separat għat-tisħin, dan il-kontenitur għandu jkun mgħammar bl-unità tal-mili tiegħu stess.

    2.   SISTEMI TAT-TISĦIN BL-LPG GĦALL-UŻU STAZZJONARJU BISS F’VETTURI MOTORIZZATI U T-TREJLERS TAGĦHOM

    2.1.

    Il-heater tal-kombustjoni bl-LPG u s-sistema ta’ alimentazzjoni tiegħu ta’ sistema tat-tisħin bl-LPG maħsuba biex tintuża biss meta l-vettura ma tkunx miexja għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin.

    2.1.1.

    Għandhom jitwaħħlu tikketti permanenti fuq il-kompartiment fejn ikunu maħżuna ċ-ċilindri portabbli tal-LPG u viċin ħafna tal-apparat li jikkontrolla s-sistema tat-tisħin. Dawn għandhom jagħtu struzzjonijiet li meta l-vettura tkun miexja, il-heater tal-LPG ma għandux jitħaddem u l-valv taċ-ċilindru portabbli tal-LPG għandu jingħalaq.

    2.1.2.

    Il-heater tal-kombustjoni bl-LPG għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1.1.1 hawn fuq.

    2.1.3.

    L-istallazzjoni tal-fażi gassuża tas-sistema tat-tisħin bl-LPG għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1.1.3 hawn fuq.

    ANNESS 9

    DISPOŻIZZJONIJIET ADDIZZJONALI APPLIKABBLI GĦAL ĊERTI VETTURI KIF SPEĊIFIKAT FL-ADR

    1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

    Dan l-anness japplika għal ċerti vetturi li l-Ftehim Ewropew li jikkonċerna t-Tagħbija Internazzjonali tal-Oġġetti Perikolużi fuq it-Triq (ADR) jinkludi rekwiżiti speċifiċi għalihom fir-rigward ta’ heaters tal-kombustjoni u l-istallazzjoni tagħhom.

    2.   DEFINIZZJONIJIET

    Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-ispeċifikazzjonijiet tal-vetturi EX/II, EX/III, AT, FL, OX u MEMU huma kif definiti fil-Kapitolu 9.1 tal-ADR.

    Vetturi approvati bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli għall-vetturi EX/III skont dan l-Anness għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti applikabbli għall-vetturi MEMU.

    3.   DISPOŻIZZJONIJIET TEKNIĊI

    3.1.   Ġenerali (il-vetturi EX/II, EX/III, AT, FL OX u MEMU)

    3.1.1. (1)

    Il-heaters tal-kombustjoni u l-mogħdija tal-gass tal-egżost għandhom jiġu ddisinjati, pożizzjonati, protetti u koperti b’tali mod li jilqgħu kontra kull riskju inaċċettabbli ta’ tisħin jew ta’ qbid tan-nar tat-tagħbija. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala ssodisfat jekk it-tank tal-fjuwil u s-sistema tal-egżost tal-apparat jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    Kull tank tal-fjuwil għall-alimentazzjoni tal-apparat għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)

    F’każ ta’ tnixxija, il-fjuwil għandu jaqa’ mal-art mingħajr ma jmiss mal-partijiet sħan tal-vettura jew tat-tagħbija;

    (b)

    It-tankijiet tal-fjuwil li jkun fihom il-petrol għandhom ikunu mgħammra bi flame trap effettiva fil-fetħa tal-filler jew b’għata li tippermetti li l-ftuħ jibqa’ ssiġillat ermetikament.

    Is-sistema tal-egżost kif ukoll il-pajpijiet tal-ekżost għandhom jitqiegħdu jew ikunu protetti b’tali mod li jiġi evitat kull periklu għat-tagħbija permezz ta’ tisħin jew tqabbid. Il-partijiet tas-sistema tal-ekżost li jinsabu direttament taħt it-tank tal-fjuwil (diżil) għandhom ikunu minn tal-inqas 100 mm ’il bogħod jew ikunu protetti minn ilqugħ termali.

    3.1.2.

    Il-heater tal-kombustjoni għandu jinxtegħel manwalment. Il-mezzi ta’ pprogrammar għandhom ikunu pprojbiti.

    3.2.   Vetturi EX/II, EX/III u MEMU

    Heaters tal-kombustjoni li jużaw fjuwils gassużi mhumiex awtorizzati.

    3.3.   Vetturi FL

    3.3.1.

    Il-heaters tal-kombustjoni għandhom jitwaqqfu milli joperaw tal-anqas b’dawn il-metodi:

    (a)

    Tifi intenzjonat, manwali, mill-kabina tas-sewwieq;

    (b)

    Malli titwaqqaf il-magna tal-vettura; f’dan il-każ it-tagħmir ta’ tisħin jista’ jerġa’ jinxtegħel manwalment mis-sewwieq;

    (c)

    Startjar ta’ feed pump fuq il-vettura motorizzata għat-tagħbija perikoluża li tinġarr.

    3.3.2.

    L-after running huwa awtorizzat wara li l-heaters tal-kombustjoni jkunu twaqqfu mill-operat tagħhom. Għall-metodi tal-paragrafu 3.3.1. (b) u (c) il-provvista tal-arja tal-kombustjoni għandha tiġi interrotta b’miżuri addattati wara ċiklu ta’ tħaddim ta’ mhux aktar minn 40 sekonda. Għandhom jintużaw biss dawk il-heaters li tkun ingħatatilhom prova li l-iskambjatur tas-sħana huwa reżistenti għaċ-ċiklu tal-after-running imnaqqas ta’ 40 sekonda għall-ħin tal-użu normali tagħhom.

    (1)  Il-konformità ma’ dan il-paragrafu għandha tiġi vverifikata fuq il-vettura kompluta.


    Top