EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42015D1568

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/1568 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tas-16 ta' Settembru 2015 li taħtar imħallef fil-Qorti Ġenerali

ĠU L 245, 22.9.2015, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1568/oj

22.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/4


DEĊIŻJONI (UE, EURATOM) 2015/1568 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tas-16 ta' Settembru 2015

li taħtar imħallef fil-Qorti Ġenerali

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikoli 5 u 7 ta' Protokoll nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u wara r-riżenja tas-Sur Nicholas James FORWOOD li tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2015, għandu jinħatar imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-bqija tal-mandat tas-Sur Nicholas James FORWOOD, jiġifieri sal-31 ta' Awwissu 2019.

(2)

Ġie propost is-Sur Ian Stewart FORRESTER għall-kariga li tbattlet.

(3)

Il-kumitat stabbilit bl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-adegwatezza tas-Sur Ian Stewart FORRESTER għall-qadi tad-dmirijiet ta' mħallef fil-Qorti Ġenerali,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Ian Stewart FORRESTER huwa b'dan maħtur imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2015 sal-31 ta' Awwissu 2019.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Settembru 2015.

Il-President

C. BRAUN


Top