Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42010D0803

    2010/803/UE: Deċiżjoni meħuda bi ftehim komuni bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal- 10 ta’ Diċembru 2010 dwar il-post tas-Sede tal-Aġenzija Ewropea GNSS

    ĠU L 342, 28.12.2010, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/803/oj

    28.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 342/15


    DEĊIŻJONI MEĦUDA BI FTEHIM KOMUNI BEJN IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

    tal-10 ta’ Diċembru 2010

    dwar il-post tas-Sede tal-Aġenzija Ewropea GNSS

    (2010/803/UE)

    IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI,

    Wara li kkunsidraw l-Artikolu 341 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 (1) stabbilixxa l-Aġenzija Ewropea GNSS.

    (2)

    Is-sede tal-Aġenzija Ewropea GNSS għandu jiġi ddeterminat,

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Aġenzija Ewropea GNSS għandu jkollha s-sede tagħha fi Praga.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni ġħandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2010.

    Il-President

    V. VAN QUICKENBORNE


    (1)  ĠU L 276, 20.10.10, p. 11.


    Top