Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42006D0667

    Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l- 20 ta’ Settembru 2006 li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

    ĠU L 274, 5.10.2006, p. 15–15 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 7–7 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/667/oj

    1.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    7


    DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI

    ta' l-20 ta’ Settembru 2006

    li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

    (2006/667/KE, Euratom)

    IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 140 tiegħu,

    Billi:

    Skond l-Artikoli 5 u 7, flimkien ma' l-Artikolu 47 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u konsegwentement għar-riżenja tas-Sinjura Verica TRSTENJAK, għandu jinħatar imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-perjodu li fadal tal-mandat tagħha, jiġifieri sal-31 ta' Awwissu 2007,

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Is-Sur Miro PREK huwa b'dan maħtur imħallef fil-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej mid-data tal-ġurament tiegħu sal-31 ta' Awwissu 2007.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2006.

    Il-President

    E. KOSONEN


    Top