This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 42003D0767
2003/767/EC: Decision taken by common accord, at the level of Heads of State or Government, by the Governments of the Member States having the euro as their currency of 16 October 2003 appointing the President of the European Central Bank
Konferenza tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri deċiżjoni meħuda bi qbil komuni, fil-livell ta' kapijiet ta' stat jew gvern, mill-gvernijiet ta' l-istati membri li għandhom l-ewro bħala l-munita tagħhom. tas-16 ta' Ottubru 2003 li taħtar il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew
Konferenza tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri deċiżjoni meħuda bi qbil komuni, fil-livell ta' kapijiet ta' stat jew gvern, mill-gvernijiet ta' l-istati membri li għandhom l-ewro bħala l-munita tagħhom. tas-16 ta' Ottubru 2003 li taħtar il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew
ĠU L 277, 28.10.2003, p. 16–16
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2011
Official Journal L 277 , 28/10/2003 P. 0016 - 0016
Konferenza tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri deċiżjoni meħuda bi qbil komuni, fil-livell ta' kapijiet ta' stat jew gvern, mill-gvernijiet ta' l-istati membri li għandhom l-ewro bħala l-munita tagħhom. tas-16 ta' Ottubru 2003 li taħtar il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (2003/767/KE) Il-KAPIJIET TA' STAT JEW GVERN TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA LI GĦANDHOM L-EWRO BĦALA L-MUNITA TAGĦHOM, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 112(2)(b) u l-Artikolu 122(4) tiegħu, u l-Artikoli 11.2 u 43.3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, Wara li kkunsidraw ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew [3], Billi: (1) Mr Wim Duisenberg, President tal-Bank Ċentrali Ewropew, f'ittra bid-data tad-9 ta' Jannar 2003 mibgħuta lis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jirriżenja minn President tal-Bank fid-9 ta' Lulju 2003, (2) F'ittra bid-data tas-17 ta' April 2003 mibgħuta lill-President tal-Kunsill Ewropew, Mr. Wim Duisenberg aċċetta li jibqa' fil-kariga sakemm ikun maħtur is-suċċessur tiegħu, IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 Mr Jean-Claude TRICHET huwa b'dan maħtur President tal-Bank Ċentrali Ewropew għal kariga ta' tmien snin mill-1 ta' Novembru 2003, bir-riżenja ta' Mr Wim Duisenberg tkun aċċettata u tieħu effett f'dak il-jum. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Ottubru 2003. Il-President S. Berlusconi [1] ĠU L 181, tad-19.07.03, pġ. 45. [2] Opinjoni tat-23 ta' Settembru 2003 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU C 187, tas-7.08.03, pġ. 16. --------------------------------------------------